|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1196 |
19.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1196
tat-18 ta’ Ġunju 2025
li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk Filtra G” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2400
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Settembru 2024, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2400 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029371-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni Nordkalk AB għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “Nordkalk Filtra G” f’konformità mal-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fil-5 ta’ Frar 2025, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Nordkalk AB ippreżentat talba biex dik l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tiġi kkanċellata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-CW103987-10 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Marzu 2025, l-Aġenzija bagħtet it-talba lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ April 2025, Nordkalk AB ippreżentat motivazzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni, fejn qalet li kienet iddeċidiet li twaqqaf il-produzzjoni ta’ “Nordkalk Filtra G” abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali. |
|
(5) |
Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk Filtra G” tiġi kkanċellata fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2400. |
|
(6) |
Huwa xieraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Nordkalk Filtra G” mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2400 lil Nordkalk AB bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029371-0000 hija kkanċellata.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2400 jitħassar.
Artikolu 3
Il-prodott bijoċidali “Nordkalk Filtra G” ma għandux ikompli jitqiegħed fis-suq mill-5 ta’ Jannar 2026 u l-istokkijiet eżistenti ta’ tali prodotti bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mill-4 ta’ Lulju 2026.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2400 tat-12 ta’ Settembru 2024 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku Nordkalk Filtra G f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2400, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2400/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1196/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)