|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1189 |
16.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1189
tat-13 ta’ Ġunju 2025
li jimponi dazji anti-dumping proviżorji fuq importazzjonijiet ta’ viti mingħajr irjus li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ viti mingħajr irjus (“viti”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2024 mill-Istitut Ewropew tal-Elementi tal-Irbit Industrijali (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-viti mingħajr irjus fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/141 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu ta’ investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Minbarra l-kummenti dwar l-ambitu tal-prodott spjegat fit-taqsima 2.4 hawn taħt, ma sar l-ebda kumment ieħor dwar il-bidu. |
1.5. Kampjunar
|
(7) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(8) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tad-diversi tipi ta’ prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott simili fl-Unjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u l-30 ta’ Ġunju 2024, filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn 3 produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 14 % tal-volum ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(9) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(10) |
Tmien importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ 3 importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(11) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(12) |
Mija u sebgħa u għoxrin produttur esportatur fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ 3 produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li raġonevolment seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet taċ-Ċina ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(13) |
Wara kumment minn produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun li argumenta li waħda mill-kumpaniji magħżula biex tkun fil-kampjun kienet kumpanija kummerċjali aktar milli produttur esportatur, il-Kummissjoni vverifikat mal-kumpanija fil-kampjun jekk dik l-informazzjoni kinitx korretta. Wara li kkonfermat li l-kumpanija kienet tabilħaqq negozjant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kampjun li jissostitwixxi din il-kumpanija bi produttur esportatur ieħor. |
|
(14) |
Il-produttur esportatur li għadu kif intgħażel informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jikkooperax fl-investigazzjoni u jippreżenta t-tweġiba għall-kwestjonarju. Konsegwentement, il-Kummissjoni informat lil dan il-produttur esportatur li hija qieset in-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(15) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni rrevediet il-kampjun għat-tieni darba u għażlet it-tielet produttur esportatur bħala parti mill-kampjun finali biex jissostitwixxi l-produttur li ma kkooperax imsemmi fil-premessa (14). |
|
(16) |
Għaż-żewġ reviżjonijiet tal-kampjun, il-Kummissjoni applikat l-istess kriterju użat għall-għażla tal-kampjun inizjali, jiġifieri l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
1.6. Eżami individwali
|
(17) |
L-ebda produttur esportatur fiċ-Ċina ma talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
1.7. Talba għall-anonimità
|
(18) |
Il-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni li jew kienu rrappreżentati mill-ilmentatur, inkella sostenituri tal-ilment talbu li jiksbu trattament ta’ anonimità sabiex jipprevjenu azzjonijiet ritaljatorji possibbli minn klijenti fl-Unjoni li akkwistaw ukoll viti mingħajr ras minn fornituri Ċiniżi. Dawn il-klijenti kienu jinkludu xi kumpaniji kbar b’saħħa sinifikanti fis-suq meta mqabbla mal-produtturi tal-Unjoni ta’ viti mingħajr ras li huma fil-biċċa l-kbira SMEs. Meta titqies l-asimmetrija bejn il-produtturi u l-utenti tal-viti mingħajr ras tal-Unjoni, hija kkonkludiet li tabilħaqq kien jeżisti r-riskju ta’ ritaljazzjoni allegat mill-produtturi tal-Unjoni rrappreżentati mill-EIFI u mis-sostenituri. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tat trattament kunfidenzjali lil isem dawn il-kumpaniji. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(19) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju li jikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi, lill-importaturi u lill-produtturi esportaturi tal-Unjoni. L-istess kwestjonarji saru disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.9. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(22) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu ta’ analiżi”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(23) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa viti u boltijiet, kemm jekk bl-iskorfini u l-woxers tagħhom, kif ukoll jekk le, mingħajr irjus, tal-ħadid jew tal-azzar għajr l-azzar inossidabbli, irrispettivament mis-saħħa tensili, esklużi l-coach screws u viti oħra tal-injam, ganċijiet bil-kamin u ċrieki bil-kamin, viti self-tapping, u viti u boltijiet għat-twaħħil ta’ materjal għall-bini ta’ binarji ferrovjarji (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(24) |
Il-viti kollha mingħajr irjus, jiġifieri vireg bil-kamin (stud), boltijiet tal-ankraġġ u boltijiet U jintużaw biex jgħaqqdu b’mod mekkaniku żewġ elementi jew aktar. Dawn jintużaw minn diversi industriji tal-konsumaturi u f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet finali, inklużi l-karozzi, l-enerġija rinnovabbli, l-apparat elettriku, l-agrikoltura, l-industrija mekkanika b’mod ġenerali, u l-bini. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(25) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7318 15 42 u 7318 15 48 . |
2.3. Prodott simili
|
(26) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(27) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti għalhekk huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
2.4.1. Gaġeġ tal-boltijiet tal-ankraġġ
|
(28) |
Il-manifatturi ta’ Boltijiet tal-Fondazzjoni u Gaġeġ tal-Boltijiet tal-Ankraġġ mis-Settur Ewropew tal-Enerġija mir-Riħ talbu li l-gaġeġ tal-boltijiet tal-ankraġġ jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
|
(29) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-prodotti ma kinux koperti mid-definizzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-premessa (23), u lanqas fl-ilment ta’ dan il-każ u għalhekk ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ta’ dumping u tad-dannu li rriżulta li tiġġustifika investigazzjoni mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(30) |
Importatur wieħed, GebuVolco, sostna li jenħtieġ li l-boltijiet tad-dendil jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Huwa argumenta li l-boltijiet tad-dendil huma:
|
|
(31) |
Il-Kummissjoni qieset li l-boltijiet tad-dendil għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi simili għal viti oħra. L-ilmentatur ikkonferma li l-industrija tal-Unjoni kellha l-kapaċità li tipproduċi boltijiet tad-dendil. Il-Kummissjoni sabet li mill-inqas produttur wieħed tal-Unjoni jindika l-produzzjoni tal-boltijiet tad-dendil (5). Barra minn hekk, l-importatur ma ssostanzjax l-affermazzjoni tiegħu dwar ir-raġuni li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tipproduċi boltijiet tad-dendil ta’ kwalità adegwata. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(32) |
Fid-dawl tal-provi suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż filwaqt li tqis l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-viti. Tmienja u tletin produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(34) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(35) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda preżentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(36) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, bil-ħsieb tal-evidenza disponibbli, jista’ jkun meħtieġ li tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. |
|
(37) |
Fil-5 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-viti. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Malażja, it-Tajlandja, u t-Turkija. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand Chinafar Group, Junyue, Brother Group u l-Assoċjazzjoni Ewropea tad-Distributuri tal-Elementi tal-Irbit (“EFDA”, European Fasteners Distributor Association). L-ilmentatur ipprovda kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ dawn il-partijiet interessati. |
|
(39) |
Fl-4 ta’ April 2025, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet mingħand il-partijiet interessati dwar l-Ewwel Nota permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) u informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative costs) u l-profitti bbażati fuq data finanzjarja faċilment disponibbli ta’ 3 produtturi tal-elementi tal-irbit Tajlandiżi, miksuba mill-bażi tad-data Orbis. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand Chinafar Group, Junyue, u l-EFDA. L-ilmentatur ipprovda kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ dawn il-partijiet interessati. Il-kummenti kollha huma indirizzati fit-Taqsima 3.2.2 u fit-Taqsima 3.2.3 hawn taħt. |
|
(41) |
Wara li stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fit-Taqsima 3.2.1 hawn taħt, u wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tajlandja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni biex tiddetermina l-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti fid-dettall fit-Taqsima 3.2.2 hawn taħt. |
3.2. Valur normali
|
(42) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(43) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi ddeterminat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali”, minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(44) |
Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet f’din l-investigazzjoni li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(45) |
F’investigazzjonijiet reċenti li jikkonċernaw is-settur tal-ħadid u tal-azzar fir-RPĊ (6), il-Kummissjoni sabet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(46) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (7). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (8), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (9). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew mod ieħor politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (10). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet b’mod partikolari meta jmantnu ditti insolventi u meta jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (11). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (12), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari dwar l-aċċess għal kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (13). |
|
(47) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’ din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iskopijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (14) (“ir-Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(48) |
L-ilment ipprovda eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u allega li l-kundizzjonijiet tas-suq, b’mod partikolari l-kostijiet u l-prezzijiet, fl-industrija tal-azzar Ċiniża mhumiex xprunati mill-forzi tas-suq tal-provvista u tad-domanda, iżda minflok huma distorti mill-intervent mill-Istat fl-ekonomija. |
|
(49) |
L-ilment irrefera għal investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti li jikkonċernaw l-industrija tal-azzar, u b’mod partikolari l-investigazzjoni fl-industrija tal-elementi tal-irbit, li fiha l-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija Ċiniża hija distorta ħafna u għalhekk il-prezzijiet u l-kostijiet fir-RPĊ ma setgħux jikkostitwixxu bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali (15). |
|
(50) |
L-ilment ipprovda wkoll referenzi għall-partijiet rilevanti tar-Rapport, u indika b’mod partikolari li: |
|
(51) |
Il-preżenza tal-Istat fid-ditti tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ ekonomija tas-suq soċjalista, li l-prinċipju ewlieni tagħha huwa s-sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri, is-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva min-nies li jaħdmu. L-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) u l-istrutturi tal-Istat u dawk tas-CCP huma interkonnessi f’kull livell. L-Istat Ċiniż jinvolvi ruħu wkoll f’politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP aktar milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa s-sors tal-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ u, b’riżultat ta’ dan, il-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat. |
|
(52) |
Is-suq tal-azzar, inkluż il-prodott taħt investigazzjoni, huwa servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-GTĊ. L-ilment indika li speċifikament fis-settur taħt investigazzjoni kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati huma soġġetti għal superviżjoni u gwida politika. Barra minn hekk, semma l-investigazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-elementi tal-irbit, li fiha nstab li “filwaqt li l-industrija tal-elementi tal-irbit hija frammentata ħafna u tikkonsisti l-aktar minn SMEs, l-investigazzjoni żvelat konnessjonijiet bejn il-parti u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-elementi tal-irbit, li jiġbru flimkien u jirrappreżentaw il-produtturi tal-elementi tal-irbit (16)”. |
|
(53) |
Il-politiki jew il-miżuri pubbliċi jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew jinfluwenzaw mod ieħor il-forzi tas-suq ħieles. B’mod ġenerali, fir-RPĊ is-sistema tal-ippjanar tirriżulta f’riżorsi li jiġu diretti lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew politikament importanti għall-GTĊ, aktar milli jiġu allokati mill-forzi tas-suq. Bħala tali, il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni titqies bħala industrija strateġika għall-ekonomija Ċiniża u hija soġġetta għal inċentivi u sussidji sinifikanti. L-ilment tenna wkoll li l-industrija tal-azzar tibbenefika mill-intervent konsistenti tal-GTĊ, li jibda mill-għeruq tas-settur (jiġifieri s-suq tal-materja prima għall-produzzjoni tal-azzar), li jirriżulta f’settur permeat minn vantaġġi inġusti u artifiċjali li joriġinaw mill-mekkaniżmi distorti tal-formazzjoni tal-prezzijiet. |
|
(54) |
Hemm nuqqas u applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet meta d-ditti insolventi jinżammu joperaw u meta jiġu allokati d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ. L-ilment irrefera f’dan ir-rigward għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti u argumenta li dawn il-konklużjonijiet japplikaw bl-istess mod għall-produtturi Ċiniżi ta’ viti mingħajr irjus. |
|
(55) |
Il-kostijiet tal-pagi huma distorti. L-ilment irrefera għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti u argumenta li dawn il-konklużjonijiet japplikaw bl-istess mod għall-produtturi Ċiniżi ta’ viti mingħajr irjus. |
|
(56) |
L-aċċess għal finanzjament għall-atturi korporattivi huwa affettwat minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. L-ilment argumenta li fl-investigazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-elementi tal-irbit, il-produtturi Ċiniżi nstabu li bbenefikaw minn programmi u sussidji ta’ inċentivi finanzjarji mill-Istat. Fir-rigward tas-settur tal-azzar, l-ilment irrefera għar-Rapport li jenfasizza b’mod speċifiku l-impatt tas-sistema finanzjarja fiċ-Ċina fuq is-settur tal-azzar u l-miżuri ta’ appoġġ mill-Istat għas-settur tal-azzar. |
|
(57) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur ikkunsidra li, minħabba dawn id-distorsjonijiet minn intervent sostanzjali tal-gvern, il-kostijiet u l-prezzijiet fiċ-Ċina mhumiex affidabbli għall-fini li jiġi determinat il-valur normali. Bħala tali, jenħtieġ li l-valur normali jiġi stabbilit bl-użu ta’ kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(58) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni, li huwa parti mis-settur tal-azzar downstream, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Pereżempju, Zhejiang Metals & Minerals Holdings Co., produttur u esportatur tal-prodott taħt investigazzjoni, huwa kkontrollat minn Zhejiang International Trade Group, SOE. (17) Barra minn hekk, dan is-settur huwa sottosettur tal-elementi tal-irbit u s-sejbiet li jikkonċernaw is-sjieda tal-Istat fl-investigazzjoni tal-elementi tal-irbit li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 (l-“investigazzjoni tal-elementi tal-irbit”) huma għalhekk rilevanti għall-viti mingħajr irjus (18). Il-każ tal-elementi tal-irbit kien jirreferi speċifikament għas-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-elementi tal-irbit, u għalhekk il-viti mingħajr irjus. Fis-settur tal-azzar Ċiniż, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi tal-azzar huma proprjetà tal-Istat. Eżempji ta’ SOEs attivi fis-settur tal-azzar jinkludu: l-Ansteel Group (19) u l-Baowu Steel Group (20), li t-tnejn huma SOEs taħt il-Kummissjoni ċentrali għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”, State-owned Assets Supervision and Administration Commission of the State Council); il-Baotou Steel Group, SOE proprjetà tal-Gvern Mongoljan Intern (21); kif ukoll ix-Shougang Group (22), SOE proprjetà sħiħa ta’ Beijing State-Owned Asset Management Ltd (23). |
|
(59) |
Barra minn hekk, l-aħħar dokumenti ta’ politika Ċiniżi li jikkonċernaw is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur biex isawru f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa muri mill-Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”, Ministry of Industry and Information Technology) dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar, li titlob għal aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (24), inkluża l-provvista ta’ azzar speċjali, input użat għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. B’mod speċifiku, din l-Opinjoni Gwida tirrikjedi li “jiġu promossi l-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet tal-intrapriżi. L-intrapriżi ewlenin fl-industrija jiġu inkoraġġuti jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet u joħolqu għadd ta’ gruppi ta’ intrapriżi tal-azzar kbar ħafna ta’ klassi dinjija. Filwaqt li nserrħu fuq l-intrapriżi dominanti tal-industrija, jiġu kkultivati minn 1 sa 2 intrapriżi ewlenin speċjalizzati fl-oqsma tal-azzar inossidabbli, l-azzar speċjali, [...].” Barra minn hekk, dan jirrikjedi b’mod espliċitu li “[L-]impriżi tal-azzar jiġu megħjuna biex jimmiraw lejn li jtejbu l-industriji downstream u d-direzzjoni tal-iżvilupp ta’ industriji emerġenti strateġiċi, jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ lottijiet żgħar u diversi varjetajiet ta’ azzar ewlenin bħal azzar speċjali ta’ kwalità għolja, azzar illigat speċjali għal tagħmir ta’ livell għoli, u azzar għal partijiet bażiċi ewlenin.” (25) |
|
(60) |
Eżempju ieħor tal-intenzjoni tal-GTĊ li jintervjeni fis-settur tal-azzar jista’ jinstab fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (“l-14-il FYP”) li skontu s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija” (26). |
|
(61) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma tal-MIIT 2023 dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (27) jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Fl-2023, […] l-investiment f’assi fissi fl-industrija kollha għandu jżomm tkabbir kostanti, u l-benefiċċji ekonomiċi għandhom jittejbu b’mod sinifikanti; l-investiment tal-industrija fir-R&Ż għandu eventwalment jilħaq il-1,5 %; it-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jilħaq il-madwar 3,5 %; fl-2024, l-ambjent tal-iżvilupp tal-industrija u l-istruttura tal-industrija għandhom jiġu ottimizzati aktar, il-bidla lejn prodotti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiċi għandha tkompli, u t-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jaqbeż l-4 %”. Dan il-Pjan jipprevedi wkoll konsolidazzjoni korporattiva b’mandat mill-gvern tas-settur tal-azzar: “[it-]tħeġġiġ lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija biex jimplimentaw fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jibnu gruppi ta’ intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar kbar ħafna ta’ klassi dinjija, u t-trawwim tal-aħjar tqassim tal-kapaċità nazzjonali tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar. L-appoġġ għall-intrapriżi speċjalizzati b’setgħa ewlenija b’mod partikolari segmenti tas-suq tal-azzar sabiex ikomplu jintegraw ir-riżorsi u joħolqu ekosistema tal-industrija tal-azzar. It-tħeġġiġ lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar sabiex iwettqu attivitajiet transreġjonali […] fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet […]. Il-kunsiderazzjoni tal-għoti ta’ appoġġ politiku akbar għas-sostituzzjoni tal-kapaċità lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li wettqu fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet sostantivi.” |
|
(62) |
Eżempji simili tal-intenzjoni tal-GTĊ li jissorvelja u jiggwida l-iżviluppi tas-settur tal-azzar jistgħu jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei fejn il-gvern provinċjali ħareġ il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppamenti fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar fl-2020. Dan il-pjan jirrikjedi “l-implimentazzjoni b’mod kostanti tal-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed sa żewġ gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn 3 sa 5 gruppi kbar b’influwenza domestika.” (28) Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar għandu l-objettivi li ġejjin: “Ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġu promossi bla waqfien l-aġġustament strutturali u l-ottimizzazzjoni tat-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, jiġu promossi l-konsolidazzjoni, ir-riorganizzazzjoni, it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi, u jiġu promossi b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar fid-direzzjoni ta’ intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream (29).” |
|
(63) |
B’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, il-Pjan ta’ Hebei jirrikjedi li “jiġu aċċellerati l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ materjali tal-azzar ġodda ta’ livell għoli u ewlenin, jiżdied il-proporzjon ta’ varjetajiet tal-azzar ta’ kwalità għolja u speċjali, tissaħħaħ l-istabbiltà tal-kwalità ta’ prodotti vantaġġużi fuq skala kbira u fuq firxa wiesgħa, u tinħoloq struttura tal-prodott “piramida”. Sa tmiem l-2020, il-proporzjon tal-azzar ordinarju b’liga baxxa u tal-azzar illigat se jiżdied għal 20 %, u sa tmiem l-2022, se jilħaq madwar 25 %, u se jipprovdi appoġġ u garanzija għat-titjib tal-industriji downstream.” (30) |
|
(64) |
Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jirrikjedi li “jiffoka fuq il-ħtiġijiet strateġiċi nazzjonali, jiggwida lill-intrapriżi biex jippromwovu l-ottimizzazzjoni u l-aġġornament tal-istruttura tal-prodott, jiżviluppaw azzar speċjali ta’ kwalità għolja, azzar tal-inġinerija marittima ta’ prestazzjoni għolja, azzar illigat speċjali għal tagħmir ta’ livell għoli, partijiet bażiċi ewlenin tal-azzar u varjetajiet ewlenin oħra “speċjali, fini, għoljin”, u jtejbu l-valur miżjud u l-kompetittività tal-prodotti tal-azzar.” (31) |
|
(65) |
Objettivi tal-politika industrijali simili jistgħu jinstabu wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (32), Shandong (33), Shanxi (34) jew Zhejiang (35). |
|
(66) |
F’dan ir-rigward, eżempju ieħor ta’ tmexxija effettiva mill-GTĊ permezz tal-pjanijiet huwa l-Avviż tal-Kumitat tal-Partit ta’ Ansteel Group Co., Ltd. dwar l-istudju, ir-reklamar u l-implimentazzjoni b’mod kuxjenzjuż tal-ispirtu tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit (36). L-avviż isostni li Ansteel Group se jimplimenta b’mod kuxjenzjuż il-pjanijiet ta’ gwida u jintroduċihom aħjar lill-membri tal-Partit, lill-cadres u lill-impjegati tal-grupp kollu. |
|
(67) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll duplikazzjonijiet bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur taħt investigazzjoni. Pereżempju, il-President ta’ Zhejiang International Trade Group, li jikkontrolla ż-Zhejiang Metals & Minerals Holdings Co., li huwa produttur u esportatur ta’ viti mingħajr irjus, iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (37). Madankollu, kif stabbilit fl-investigazzjoni tal-elementi tal-irbit, is-settur huwa frammentat ħafna u fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn SMEs u għalhekk ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li ssib informazzjoni estensiva dwar kull produttur. Madankollu, l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni u s-CCP ġiet stabbilita fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-elementi tal-irbit jissottolinjaw ir-rabta personali tagħhom mas-CCP, pereżempju l-Istatuti ta’ Assoċjazzjoni tan-Ningbo Fasteners Industry Association jirrikjedu li: “Il-President, il-Viċi President u s-Segretarju Ġenerali ta’ din l-assoċjazzjoni jeħtiġilhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Jaderixxu mal-linja, il-prinċipji, il-politiki, u jkunu ta’ kwalità politika tajba tal-partit” (38). |
|
(68) |
Barra minn hekk, minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(69) |
Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-Maniġer Ġenerali ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd., produttur tal-azzar li l-azzjonist kontrollanti tiegħu huwa Baowu Steel Group, iservu wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija u Viċi Segretarju rispettivament (39). Bl-istess mod, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Wuhan Iron and Steel Group, ikkontrollat ukoll minn Baowu Steel Group, iservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (40). Barra minn hekk, “il-Wuhan Iron and Steel Group organizza l-għaxar studju ċentralizzat u diskussjoni tal-Grupp ta’ Studju tat-Teorija tal-Kumitat tal-Partit fl-2022 biex iwassal u jistudja l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali u jippromwovi l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit u l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali fil-Wuhan Iron and Steel Group. [Ir-]Rappreżentant Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali ta’ China Baowu Wuhan, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-President ta’ Wuhan Iron and Steel Group, ippresedew il-laqgħa u ppreżentaw rekwiżiti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, il-Kumitat tal-Partit Provinċjali ta’ Hubei u l-Kumitat tal-Partit ta’ China Baowu, u komplew jimplimentaw l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali” (41). |
|
(70) |
Barra minn hekk, il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Baotou Steel Union, li jappartjeni għal Baotou Steel Group, iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Partit tal-kumpanija. Bl-istess mod, il-Maniġer Eżekuttiv tal-Baotou Steel Union kif ukoll il-President tat-trade union tal-kumpanija huma t-tnejn Viċi Segretarji tal-Partit (42). Fl-aħħar nett, fix-Shougang Group, il-President tal-Bord tad-Diretturi jservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa d-Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (43). |
|
(71) |
L-Assoċjazzjoni tal-Industrija li tkopri l-prodott ikkonċernat hija l-Fergħa tal-Elementi tal-Irbit (44) tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Partijiet Ġenerali tal-Makkinarju taċ-Ċina (45) (“CMGPIA”, China Machinery General Parts Industry Association). Is-CMGPIA tiddikjara fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi organizzazzjonijiet tal-Partit Komunista taċ-Ċina biex iwettqu attivitajiet tal-Partit u jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-Partit. L-entità responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni ta’ din l-assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-entità responsabbli mill-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-SASAC” u li “taċċetta l-gwida u s-superviżjoni tan-negozju minn entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, u mid-dipartimenti tal-ġestjoni tal-industrija” (46). |
|
(72) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-azzar Ċiniż hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku, u dawn huma ġeneralment applikabbli għall-prodott taħt investigazzjoni minħabba li l-industrija tal-viti mingħajr irjus hija sottosettur tas-settur tal-azzar. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-investigazzjoni tal-elementi tal-irbit, l-industrija tal-elementi tal-irbit hija elenkata fl-Avviż tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar il-ħruġ tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Promozzjoni u l-Applikazzjoni tal-Ewwel (Sett) ta’ Tagħmir Tekniku Maġġuri (Edizzjoni tal-2019) (47) kif ukoll fil-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (NDRC tal-2019) (48) bħala industrija mħeġġa. |
|
(73) |
Flimkien mad-dokumenti msemmija hawn fuq fil-livell ċentrali, hemm għadd ta’ dokumenti ta’ gwida fil-livell lokali, provinċjali jew muniċipali, li jiggwidaw u jappoġġaw l-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit. Pereżempju, il-Politiki ta’ inċentiv tal-2019 għall-industrija tal-elementi tal-irbit fid-distrett ta’ Hayan, jipprevedu li: “Haiyan huwa ċ-“Ċentru tal-Elementi tal-Irbit”, u l-industrija tal-elementi tal-irbit hija wkoll waħda mill-industriji tradizzjonali importanti f’Haiyan. [...] Sabiex […] tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-industrija tal-elementi tal-irbit fil-kontea tagħna, il-kontea tagħna reċentement ħarġet il-“Politika ta’ Azzjoni Speċjali ta’ Tliet Snin għad-Diġitalizzazzjoni u t-Trasformazzjoni Intelliġenti tal-Industrija tal-Irbit fil-Kontea ta’ Haiyan”. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-fondi speċjali relatati jkopri kumpaniji li jimplimentaw trasformazzjoni diġitali u intelliġenti fl-industrija tal-elementi tal-irbit” (49). |
|
(74) |
L-industrija tal-azzar hija konsistentement meqjusa bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (50). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li huma ffukati fuq is-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYP, il-GTĊ alloka l-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (51). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur fil-perjodu ta’ żmien 2021-2025, bħall-aġġornament teknoloġiku, li jtejbu l-istruttura tas-settur (mhux l-inqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (52). |
|
(75) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (ara l-premessa (61)) juri kif l-enfasi tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq is-settur titqiegħed fil-kuntest usa’ tal-GTĊ li jmexxi l-ekonomija Ċiniża: “l-appoġġ lill-kumpaniji tal-azzar sabiex isegwu mill-qrib il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura ġdida, ta’ urbanizzazzjoni ġdida, ta’ rivitalizzazzjoni rurali, u ta’ industriji emerġenti, l-allinjament ma’ proġetti tal-inġinerija kbar li huma marbutin mal-‘14-il Pjan ta’ Ħames Snin’ f’diversi reġjuni, u t-twettiq ta’ kull sforz biex tiġi żgurata l-provvista tal-azzar. L-istabbiliment u l-approfondiment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream bejn l-azzar u s-setturi ewlenin li jużaw l-azzar bħat-tarzna, it-trasport, il-kostruzzjoni, l-enerġija, il-karozzi, l-apparati domestiċi, il-makkinarju agrikolu, u t-tagħmir tqil, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ allinjament bejn il-produzzjoni u d-domanda, u l-espansjoni b’mod attiv tal-oqsma ta’ applikazzjoni tal-azzar” (53). |
|
(76) |
Fil-livell lokali, bħal fil-provinċja ta’ Shandong, fejn tinsab Shandong Juning Machinery Co. Ltd, l-14-il FYP ta’ Shandong għall-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar (54) jirrikjedi dan li ġej: “Azzar għal makkinarju tal-kostruzzjoni: Nappoġġaw lill-provinċja tagħna biex tiċċaqlaq minn provinċja ewlenija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni għal provinċja b’saħħitha tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, tiffoka fuq l-iżvilupp ekoloġiku u favur l-ambjent, ta’ purità għolja, prestazzjoni eċċellenti b’impatt b’temperatura baxxa, kapaċità ta’ twebbis stabbli u makkinarju tal-kostruzzjoni tal-azzar faċli biex jitqatta’, taċċellera r-riċerka u l-iżvilupp ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni b’saħħa għolja […], tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ żvilupp ta’ makkinarju modern tal-kostruzzjoni b’potenza għolja u piż mejjet baxx, u tirrealizza l-aġġornament iterattiv tal-katina tal-industrija tal-klijenti downstream u l-iżvilupp sħiħ u b’saħħtu tal-ekosistema tal-industrija tal-manifattura tal-makkinarju tal-kostruzzjoni”. |
|
(77) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, fl-investigazzjoni tal-elementi tal-irbit, ġie stabbilit li l-produtturi tal-elementi tal-irbit huma wkoll benefiċjarji ta’ sussidji mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-Istat fis-settur. Matul l-investigazzjoni tal-elementi tal-irbit, il-Kummissjoni stabbiliet li għadd ta’ programmi ta’ inċentivi finanzjarji saru disponibbli għall-produtturi tal-elementi tal-irbit, inkluż il-Politiki ta’ inċentiv tal-2019 għall-industrija tal-elementi tal-irbit fl-2019 fid-distrett ta’ Haiyan: “Tiġi promossa b’mod vigoruż tat-trasformazzjoni diġitali u intelliġenti tal-intrapriżi tal-elementi tal-irbit: Għall-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni diġitali u software ta’ apparat ta’ kontroll integrat, ser jingħataw inċentivi finanzjarji speċjali skont is-sena ta’ implimentazzjoni, [...], Intrapriżi li jimplimentaw trasformazzjoni diġitali u intelliġenti (jew xiri ġdid) u aġġornament tat-tagħmir tagħhom fl-2019 ser jingħataw sussidju ta’ darba sa 20 % tal-investiment attwali f’tagħmir ewlieni u massimu ta’ RMB 2 miljun; fir-rigward tal-implimentazzjoni fl-2020, se jingħataw sussidju ta’ darba sa 15 % tal-investiment reali f’tagħmir ewlieni u sa massimu ta’ RMB 1,5 miljun; fir-rigward tal-implimentazzjoni fl-2021, huma se jingħataw sussidju ta’ darba sa 12 % tal-investiment attwali f’tagħmir ewlieni u massimu ta’ RMB 1 miljun yuan” (55). |
|
(78) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija użata għall-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw liberament. |
|
(79) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-azzar, skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku ma jaffettwa lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(80) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (meta jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni jew l-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fir-RPĊ) (56). |
|
(81) |
Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma jkunx affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Il-Pjan ta’ Ħidma dwar it-Tkabbir Stabbli msemmi hawn fuq (ara l-premessa (61)) jagħti eżempju wkoll ta’ dan it-tip ta’ intervent tal-gvern tajjeb ħafna: “L-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu mħeġġa biex jipprovdu b’mod attiv servizzi finanzjarji lill-kumpaniji tal-azzar li jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet, aġġustamenti tat-tqassim, trasformazzjoni u titjib, f’konformità mal-prinċipji tal-kontroll tar-riskju u tas-sostenibbiltà tan-negozju.” Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(82) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(83) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu ġie prodott fir-RPĊ permezz ta’ kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lill-input u l-bqija. |
|
(84) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, lavorattivi u tal-enerġija, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(85) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Chinafar Group fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun argumenta li jenħtieġ li l-allegazzjoni dwar distorsjoni sinifikanti ma ssirx konklużjoni predeterminata u, fir-rigward tal-ġurisprudenza tad-WTO, l-awtoritajiet investigattivi għandhom jużaw il-kost effettivament imġarrab mill-produtturi esportaturi għall-kalkolu tal-valur normali maħdum. Barra minn hekk, anki jekk jiġu identifikati distorsjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kull esportatur Ċiniż individwalment, speċjalment meta jkun ġie applikat il-kampjunar. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Kif iċċarat b’mod espliċitu mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS473 (57), il-liġi tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta jinstab li hemm distorsjonijiet sinifikanti u li dawn jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet li l-valur normali jinħadem b’referenza għall-kostijiet u l-prezzijiet mingħajr distorsjoni miksuba f’pajjiż rappreżentattiv jew b’referenza għal punt ta’ riferiment internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 2(6a), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku jipprevedi l-possibbiltà li jintużaw il-kostijiet domestiċi biss sal-punt li jiġi stabbilit li mhumiex distorti. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jinbena b’referenza għal prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. L-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll li l-użu ta’ kostijiet domestiċi jekk ikunu stabbiliti b’mod pożittiv ma jiġux soġġetti għal distorsjoni. F’dak il-kuntest, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-kostijiet individwali tal-SG&A tagħhom u/jew kostijiet oħra tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif muri fil-premessi (46) sa (84), il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija tal-azzar u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali kienu mingħajr distorsjoni. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(89) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.2.1.
|
(90) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(91) |
Kif spjegat fil-premessi (37) sa (39), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi biex tiddetermina l-valur normali. |
|
(92) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. |
|
(93) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina
|
(94) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Malażja, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li sseħħ. |
|
(95) |
Wara l-Ewwel u t-Tieni Nota, Chinafar Group sostna li jenħtieġ li t-Tajlandja tiġi skartata bħala pajjiż potenzjalment rappreżentattiv peress li l-introjtu nazzjonali gross (ING) per capita tagħha huwa kważi nofs dak taċ-Ċina u għalhekk it-Tajlandja ma tistax titqies bħala pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Huwa nnota wkoll li l-Kummissjoni nnifisha ddikjarat fl-Ewwel Nota li “biħsiebha tuża pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għaċ-Ċina”, mingħajr ma tagħmel referenza għall-kategorija ta’ pajjiżi tan-nofs superjuri. |
|
(96) |
Meta tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur. Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb livell ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż tal-esportazzjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tagħmel dan billi teżerċita d-diskrezzjoni tagħha u tuża pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji. Il-kategorija rilevanti tal-Bank Dinji hija dik tal-pajjiżi b’introjtu medju superjuri, li fiha hija kklassifikata ċ-Ċina. Il-Kummissjoni speċifikat b’mod ċar fl-Ewwel Nota li se tuża l-bażi tad-data tal-Bank Dinji għal dan l-għan, li huwa f’konformità wkoll mal-prattika tagħha. Il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING jew PDG per capita eqreb għal taċ-Ċina minn ieħor mhuwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.2.4. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(97) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar data finanzjarja faċilment disponibbli għall-kumpaniji li jipproduċu l-kategorija usa’ tal-elementi tal-irbit, inkluż il-prodott taħt investigazzjoni, fil-Malażja, fit-Tajlandja u fit-Turkija, u dwar l-importazzjonijiet f’dawn il-pajjiżi tal-materja prima għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(98) |
Fil-kummenti tagħhom għall-Ewwel Nota, it-3 produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-EFDA pproponew lill-Malażja bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq, filwaqt li l-ilmentatur ippropona lit-Turkija. Ma ġie ssuġġerit l-ebda pajjiż rappreżentattiv alternattiv għal din l-investigazzjoni. |
|
(99) |
Junyue u Chinafar Group sostnew li t-Turkija ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv peress li l-ekonomija tagħha kienet ikkaratterizzata minn inflazzjoni għolja, żvalutazzjoni sinifikanti tal-munita, u interferenza politika, b’mod partikolari rigward id-determinazzjoni tal-livelli tal-kostijiet lavorattivi. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-inflazzjoni u d-deflazzjoni tal-munita ma kinux kriterji użati għall-valutazzjoni tar-rappreżentattività ta’ pajjiż skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-Kummissjoni tagħżel lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, taġġusta l-valuri għall-inflazzjoni u/jew għad-deflazzjoni tal-munita meta xieraq biex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kumpaniji ma pprovdewx evidenza sostanzjata dwar l-eżistenza ta’ interferenza politika fil-kostijiet lavorattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(101) |
Junyue u Chinafar Group sostnew li kemm it-Tajlandja kif ukoll it-Turkija ma kinux pajjiżi rappreżentattivi xierqa abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”). |
|
(102) |
Il-Kummissjoni kienet diġà pprovdiet fl-Ewwel Nota analiżi tax-xejriet tal-importazzjoni mir-Russja mill-2019 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, li ma wriet l-ebda bidla sinifikanti, kemm fil-volumi kif ukoll fil-prezz medju, fl-importazzjonijiet mir-Russja lejn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li x-xejriet tal-esportazzjoni Russi kienu nbidlu minħabba s-sanzjonijiet fis-seħħ wara l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna fl-2022, li setgħet ikkawżat distorsjoni fil-prezzijiet tal-importazzjoni f’dawk iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(103) |
Wara l-Ewwel Nota, Junyue sostna wkoll li l-industrija tal-elementi tal-irbit tat-Tajlandja, inkluż il-viti, kienet speċjalizzata ħafna f’elementi tal-irbit ta’ grad awtomobilistiku, li ma kinux rappreżentattivi tal-prodott taħt investigazzjoni peress li l-elementi tal-irbit użati fis-settur awtomobilistiku kellhom it-tendenza li jkunu bi prezz ogħla, peress li kellhom jikkonformaw ma’ standards tal-prodott aktar stretti. Minħabba din l-ispeċjalizzazzjoni, Junyue sostna li għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni l-produtturi Tajlandiżi rrikorrew għal importazzjonijiet ta’ grad speċjali ta’ oriġini Ġappuniża, li għamlu l-punt ta’ riferiment mhux rappreżentattiv. |
|
(104) |
Abbażi tal-GTA, il-Kummissjoni evalwat il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ġappuniżi għall-materja prima ewlenija (jiġifieri l-kodiċijiet HS 7213 91 , 7213 99 , 7228 30 , 7227 90 , u 7214 99 ). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, it-Tajlandja kienet is-suq ewlieni tal-esportazzjoni tal-Ġappun, li jammonta għal 21 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ din il-materja prima. Il-5 destinazzjonijiet tal-esportazzjoni ewlenin l-oħra, eskluża ċ-Ċina, flimkien kienu jirrappreżentaw madwar 53 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ din il-materja prima. Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn it-Tajlandja kien 10 % ogħla meta mqabbel ma’ dawn is-swieq ewlenin l-oħra (prezz ta’ EUR 1,09/kg għat-Tajlandja u EUR 0,90/kg għall-ewwel 5 pajjiżi esportaturi l-oħra). |
|
(105) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li kien possibbli li l-produtturi Tajlandiżi tal-elementi tal-irbit importaw materjali ta’ grad speċjali mill-Ġappun, dan ma skwalifikax lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv. Fil-fatt, viti mhux standard kienu koperti wkoll minn din l-investigazzjoni u tista’ tintuża materja prima ta’ grad speċjali għal dawn il-prodotti. Għalhekk, ma setax jiġi konkluż li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ġappuniżi lejn it-Tajlandja kienu għoljin u mhux rappreżentattivi b’mod mhux raġonevoli. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni fil-premessa (103) li jenħtieġ li t-Tajlandja tiġi eskluża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(106) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tat-3 fatturi ewlenin ta’ produzzjoni, li jammontaw għal madwar 65 % tal-kost tal-manifattura (ikklassifikati taħt il-kodiċijiet SA 7213 91 , 7213 99 u 7228 30 ) fit-3 pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Għal dawn il-fatturi kollha ta’ produzzjoni, l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja (esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59)) kienu l-akbar f’termini ta’ kwantitajiet. |
|
(107) |
Għall-fattur ta’ produzzjoni taħt il-kodiċi HS 7213 91 , l-importazzjonijiet totali minn sorsi mingħajr distorsjoni kienu sinifikanti fit-3 pajjiżi kollha, bit-Tajlandja jkollha l-ogħla kwantitajiet ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina u l-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. |
|
(108) |
Rigward il-fattur ta’ produzzjoni taħt il-kodiċi HS 7213 99 , l-importazzjonijiet Tajlandiżi kienu jirrappreżentaw bil-bosta l-ogħla volum ta’ importazzjoni, li jammonta għal madwar 76 000 tunnellata, jiġifieri 5 darbiet ogħla mill-volumi tal-importazzjoni lejn il-Malażja u t-Turkija. L-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 lejn il-Malażja kienu jirrappreżentaw 33 % tal-importazzjonijiet totali fil-pajjiż u l-prezz medju tal-importazzjoni minn sorsi oħra lejn il-Malażja kien simili għall-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. Fl-istess ħin, it-Tajlandja u t-Turkija ma kellhom prattikament l-ebda importazzjoni miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezz tal-importazzjoni lejn il-Malażja huwa inqas affidabbli mill-prezz tal-importazzjoni lejn it-Tajlandja jew it-Turkija. |
|
(109) |
Għall-kodiċi HS 7228 30 , il-volum tal-importazzjoni lejn it-Tajlandja kien bil-bosta l-akbar fost it-3 pajjiżi. L-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 kienu jirrappreżentaw sehem għoli tal-importazzjonijiet totali ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni fit-3 pajjiżi kollha. Madankollu, il-prezz medju tal-importazzjoni minn sorsi oħra lejn it-Turkija kien komparabbli ma’ dak miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 u b’hekk seta’ ġie influwenzat mill-prezz tal-importazzjoni Ċiniż, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni minn sorsi oħra lejn it-Tajlandja jew il-Malażja kien ogħla b’mod sinifikanti minn dak miċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset il-prezz tal-importazzjoni lejn it-Turkija bħala inqas affidabbli mill-prezz tal-importazzjoni lejn it-Tajlandja jew il-Malażja. |
|
(110) |
Junyue pprovda r-rapporti finanzjarji awditjati li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni għas-sussidjarja tal-produttur Malażjan magħżul mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota, li jipproduċi biss elementi tal-irbit (Chin Well Fasteners Co. Sdn. Bhd. (“Chin Well Fasteners”). Hija identifikat ukoll produttur addizzjonali fil-Malażja li jipproduċi elementi tal-irbit standard (Asia Bolts & Nuts Sdn. BHD.) b’informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli għall-2023. Dan tal-aħħar twarrab peress li wera profitt ta’ 0,7 %, li ma kienx meqjus raġonevoli. |
|
(111) |
Junyue u Chinafar sostnew li l-informazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji Tajlandiżi u Torok identifikati mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota ma kinitx rappreżentattiva tal-prodott taħt investigazzjoni u wriet proporzjonijiet għoljin b’mod anormali tal-SG&A u tal-profitt. |
|
(112) |
Huma sostnew li dan kien spjegat mill-fatt li l-prodotti manifatturati minn dawn il-kumpaniji ma kinux komparabbli mal-prodott taħt investigazzjoni, peress li kienu prinċipalment elementi tal-irbit ta’ saħħa għolja u ta’ kwalità għolja għal swieq niċċa ħafna u profittabbli ħafna bħas-setturi ajruspazjali, awtomobilistiċi u tal-enerġija/petrokimiċi u għalhekk ta’ kwalità ogħla meta mqabbla mal-prodott taħt investigazzjoni manifatturat fiċ-Ċina. |
|
(113) |
Huma argumentaw li dan kien japplika wkoll għall-kumpanija Tajlandiża Thai Meira, Co. Ltd., li speċjalizzat f’elementi tal-irbit mhux standard għall-industrija awtomobilistika. Barra minn hekk, lanqas il-kumpanija Tajlandiża S.J. Screws Co. Ltd. ma setgħet titqies rappreżentattiva, peress li fil-biċċa l-kbira kienet timmanifattura prodotti li ma jaqgħux taħt il-prodott taħt investigazzjoni li kienu jinvolvu kost ogħla tal-produzzjoni, bħal hardware tal-immanuvrar, pjanċi tal-azzar u prodotti industrijali tas-sajd, jew elementi tal-irbit mhux standard għall-industrija awtomobilistika. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni nnotat li xi wħud mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ipproduċew elementi tal-irbit b’saħħa għolja u servew setturi speċifiċi, bħal sit tat-tħaffir għaż-żejt offshore u pipelines taż-żejt. Il-fatt li l-kumpaniji li nstabu fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli huma speċjalizzati f’ċerti segmenti, bħal viti mhux standard għall-industrija awtomobilistika, li huma parti mill-prodott taħt investigazzjoni, u/jew jipproduċu biss parti mill-prodott taħt investigazzjoni, mhuwiex raġuni biex jiġu esklużi dawn il-kumpaniji. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(115) |
L-EFDA kkummentat li l-Kummissjoni ma inkludietx fil-lista ta’ kumpaniji magħżula produttur Tork importanti, Norm Civata Sanaya Ve Ticaret Anonim Sirketi (“Norm Civata”). |
|
(116) |
Mill-informazzjoni pprovduta fil-bażi tad-data Orbis, deher li Norm Civata hija kumpanija bl-ingrossa li tiġbor flimkien diversi kumpaniji tal-fergħat u l-informazzjoni finanzjarja tagħha hija fil-livell konsolidat. L-informazzjoni finanzjarja tal-fergħa attiva fil-“Metalli u Prodotti tal-Metall” ma kinitx disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx xieraq li jintuża r-rapport annwali ta’ Norm Civata għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(117) |
L-EFDA ddubitat ukoll il-metodoloġija għall-kalkolu tal-SG&A u sostniet li jenħtieġ li l-profitt u t-telf finanzjarju jitnaqqsu mill-kostijiet operatorji. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni peress li hija l-prattika stabbilita tagħha li tinkludi l-kostijiet finanzjarji fil-kostijiet SG&A biex tirrifletti l-kost sħiħ tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(118) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kienet beħsiebha tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data finanzjarja ta’ 3 kumpaniji (60), f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(119) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv u tat-3 kumpaniji bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. |
3.2.5. Kummenti tal-partijiet interessati
|
(120) |
Wara t-Tieni Nota, Junyue, Chinafar Group, u l-EFDA tennew l-affermazzjoni tagħhom li l-Malażja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku aktar mit-Tajlandja għal għadd ta’ raġunijiet. |
|
(121) |
L-ewwel nett, huma sostnew li l-kumpaniji fil-Malażja prinċipalment ipproduċew elementi tal-irbit standard u, għalhekk, it-taħlita tal-prodotti tagħhom kienet simili għal dik tal-produtturi Ċiniżi. |
|
(122) |
It-tieni, Junyue u l-EFDA qiesu li mhuwiex ġustifikat li l-Kummissjoni ffokat biss fuq il-volumi tal-importazzjonijiet ta’ fattur wieħed tal-produzzjoni (SA 7213 99 ) biex tinjora lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv. Għal dan il-fattur ta’ produzzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw 33 % tal-importazzjonijiet totali, perċentwal simili ta’ importazzjonijiet lejn it-Tajlandja taż-żewġ fatturi l-oħra ta’ produzzjoni (SA 7213 91 u SA 7228 30 ). |
|
(123) |
It-tielet, Junyue argumenta li s-similarità bejn il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra sempliċiment indikat li l-prezzijiet tal-materjali importati kienu essenzjalment stabbiliti skont it-termini tas-suq. |
|
(124) |
Junyue sostna wkoll li d-data tal-importazzjoni tat-Tajlandja kienet saħansitra aktar ta’ tħassib minħabba proporzjon ġenerali ogħla ta’ importazzjonijiet Ċiniżi lejn it-Tajlandja (43 %) meta mqabbla mal-Malażja (29 %) u mat-Turkija (15 %). |
|
(125) |
Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Junyue, il-Kummissjoni ma ffokatx fuq l-importazzjonijiet ta’ fattur wieħed ta’ produzzjoni biex tinjora lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv. Fil-fatt, il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tat-3 fatturi ewlenin ta’ produzzjoni li jammontaw għal madwar 65 % tal-kost tal-manifattura (SA 7213 91 , SA 7213 99 u SA 7228 30 ) fit-3 pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. |
|
(126) |
Għal dawn il-fatturi kollha ta’ produzzjoni, l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja (esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755) kienu l-akbar f’termini ta’ kwantitajiet. Għall-kodiċi HS 7213 91 , l-importazzjonijiet totali minn sorsi mingħajr distorsjoni kienu sinifikanti fit-3 pajjiżi kollha, bit-Tajlandja jkollha l-ogħla kwantitajiet ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina u l-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. |
|
(127) |
Għall-kodiċi SA 7213 99 , l-importazzjonijiet Tajlandiżi kienu jirrappreżentaw bil-bosta l-ogħla volum tal-importazzjoni, li jammonta għal madwar 76 000 tunnellata, jiġifieri 5 darbiet ogħla mill-volumi tal-importazzjoni lejn il-Malażja u t-Turkija. Kif iddikjarat fil-premessa (108), l-importazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Malażja kienu jirrappreżentaw 33 % tal-importazzjonijiet totali fil-pajjiż u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi għajr iċ-Ċina kienu komparabbli mal-prezzijiet Ċiniżi, li jissuġġerixxi li jistgħu jkunu inqas affidabbli. |
|
(128) |
Għall-kodiċi SA 7228 30 , li jammonta għal 11 % tal-kost totali tal-manifattura, bil-ħsieb tal-volum tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni qieset lit-Tajlandja bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv, kif stabbilit fil-premessa (109) hawn fuq. |
|
(129) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li t-Tajlandja kellha sett ta’ data ta’ kwalità ogħla faċilment disponibbli għall-valuri tal-importazzjoni mingħajr distorsjoni u għalhekk ikkonkludiet li tqis lit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Junyue. |
|
(130) |
Junyue u Chinafar Group tennew l-affermazzjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni Tajlandiżi kienu għoljin minħabba l-preżenza sinifikanti ta’ importazzjonijiet ta’ grad speċjali ta’ oriġini Ġappuniża, użati mill-produtturi Tajlandiżi għal applikazzjonijiet speċjali, b’mod partikolari s-settur awtomobilistiku. Junyue sostna wkoll li din ix-xejra kienet relatata mal-fatt li diversi produtturi kienu marbuta ma’ kumpaniji Ġappuniżi u kisbu materja prima ta’ grad għoli mill-kumpaniji omm tagħhom. |
|
(131) |
Junyue sostna wkoll li, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li d-data tal-importazzjoni tiġi aġġustata billi l-importazzjonijiet Ġappuniżi jitnaqqsu mill-importazzjonijiet totali, peress li dawn huma bi prezzijiet għoljin b’mod mhux raġonevoli. |
|
(132) |
Fir-rigward ta’ dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat li la Junyue u lanqas Chinafar Group ma pprovdew xi evidenza tal-iskala tal-importazzjonijiet Ġappuniżi lejn it-Tajlandja ta’ materja prima maħsuba għall-produzzjoni ta’ viti mhux standard għal setturi speċjalizzati. Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet saru minn partijiet relatati. |
|
(133) |
Iż-żewġ produtturi inklużi fil-kampjun ukoll ma pprovdew l-ebda evidenza li materjali ta’ grad għoli għall-produzzjoni ta’ viti mhux standard ma ntużawx fiċ-Ċina wkoll. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li ċ-Ċina importat ukoll kwantitajiet sinifikanti tal-materja prima mill-Ġappun, li huwa t-tielet suq tal-esportazzjoni għall-Ġappun. |
|
(134) |
Barra minn hekk, il-valur normali tal-prodott ikkonċernat inbena fuq il-bażi tal-importazzjonijiet kollha lejn it-Tajlandja, u mhux biss fuq il-bażi tal-importazzjonijiet mill-Ġappun. L-importazzjonijiet Tajlandiżi tal-5 materji primi ewlenin mill-Ġappun kienu jirrappreżentaw biss madwar 17 % tal-importazzjonijiet totali ta’ dawk il-materjali. Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet imsemmija fil-premessi (130) u (131) ġew miċħuda. |
|
(135) |
Fil-kummenti tagħhom għat-Tieni Nota, Junyue u Chinafar Group iddikjaraw mill-ġdid il-fehma tagħhom li l-kumpaniji Malażjani magħżula mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota kienu aktar rappreżentattivi mill-kumpaniji Tajlandiżi, peress li ffokaw prinċipalment fuq il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u, għall-kumpanija, Chin Well Fasteners, id-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku kienet tikkorrispondi għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(136) |
Għall-kuntrarju, huma reġgħu argumentaw li 2 mit-3 produtturi Tajlandiżi magħżula mill-Kummissjoni ma kinux jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni. Huma allegaw li Thai Meira kienet tipproduċi primarjament elementi tal-irbit speċjali u S. J. Screwthai kienet tiffoka primarjament fuq prodotti li ma kinux jikkorrispondu għall-prodott ikkonċernat. |
|
(137) |
L-EFDA sostniet ukoll li S.J. Screwthai kienet kumpanija bl-ingrossa, abbażi tal-informazzjoni fil-bażi tad-data Orbis u l-Kummissjoni kienet ċaħdet għall-istess raġuni l-kumpanija Torka Norm Civata. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni rrevediet l-informazzjoni disponibbli għaż-żewġ kumpaniji fit-Tajlandja u, abbażi tas-sit web tagħhom u tal-bażi tad-data Orbis, ikkonkludiet li (i) S.J. Screws ġiet identifikata fil-bażi tad-data Orbis bħala kummerċjant bl-ingrossa u bl-imnut. L-analiżi tas-sit web tal-kumpanija ma kinitx konklużiva fl-istabbiliment ta’ jekk il-kumpanija kinitx produttur ġenwin jew bejjiegħ bl-ingrossa u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi din il-kumpanija mill-analiżi; (ii) Thai Meira pproduċiet, fost oħrajn, prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni, b’mod partikolari boltijiet studs. |
|
(139) |
Chinafar Group sostna wkoll li Thai Meira wriet profitt għoli mhux rappreżentattiv minħabba l-ispeċjalizzazzjoni tagħha fuq elementi tal-irbit mhux standard iddestinati għas-settur awtomobilistiku. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdietx evidenza li kienet turi li l-profittabbiltà tal-bejgħ lis-settur awtomobilistiku kienet ogħla minn dik tal-bejgħ lil setturi oħra. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(140) |
L-EFDA identifikat u siltet ukoll minn Orbis id-data finanzjarja ta’ 5 kumpaniji addizzjonali fit-Tajlandja li l-Kummissjoni setgħet tibbaża fuqha: Thai Union Fasteners, MDF Precision, Bangkok Fastenings, Suntorx Enterprise u Tycoon Worlwide Group. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni analizzat id-data finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji kollha u sabet li Tycoon Worlwide Group kienet qed tagħmel telf fl-2023 u l-profitti tal-erba’ kumpaniji l-oħra (ikkalkolati fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa) kienu jvarjaw minn 0,35 % sa 1,31 %, li tqiesu li ma kinux livell raġonevoli ta’ profitt. Għalhekk, il-Kummissjoni ma inkludietx dawn il-kumpaniji fl-analiżi tagħha. |
|
(142) |
Rigward il-kumment ta’ Junyue li l-kumpaniji Malażjani magħżula, bħal Chin Well Fasteners u Tong Heer Fasteners Co. Sdn. Bhd. (“Tong Herr”), ippreżentaw punt ta’ riferiment aktar affidabbli u rappreżentattiv, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej: |
|
(143) |
Tong Herr, li tispeċjalizza fil-manifattura ta’ elementi tal-irbit tal-azzar inossidabbli, kienet parti minn grupp akbar, li kien jinkludi wkoll manifattur ta’ prodotti tal-ikkastjar bi preċiżjoni. Filwaqt li d-data finanzjarja tal-2024 ta’ Tong Herr kienet għadha mhijiex disponibbli, l-informazzjoni fil-livell tal-grupp (61) uriet li s-segment tan-negozju tal-elementi tal-irbit kien qed jagħmel it-telf fl-2024, u għalhekk saret kumpanija mhux xierqa għad-determinazzjoni ta’ punt ta’ riferiment rappreżentattiv. |
|
(144) |
Fir-rigward ta’ Chin Well Fasteners, filwaqt li huwa minnu li d-data finanzjarja ta’ din il-kumpanija tallinja b’mod preċiż mal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni ta’ Junyue li Chin Well Fasteners waħedha kienet tikkostitwixxi bażi aktar rappreżentattiva għad-determinazzjoni tal-SG&A u tal-proporzjonijiet tal-profitt mill-kumpaniji Tajlandiżi magħżula. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web uffiċjali tal-kumpanija, (62) Chin Well Fasteners kienet tipproduċi esklużivament viti bl-irjus. Filwaqt li dan ma skwalifikax lill-kumpanija milli sservi bħala indikatur potenzjali għall-kalkoli tal-SG&A u tal-profitt, il-fatt li l-kumpaniji Tajlandiżi jipproduċu prodotti li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott f’dan il-każ jagħmilhom aktar xierqa. |
|
(145) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża t-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u tuża d-data finanzjarja ta’ żewġ kumpaniji (63) għall-bini tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.6. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(146) |
Wara l-Ewwel Nota, l-ilmentatur argumenta li kemm it-Tajlandja kif ukoll it-Turkija kienu qed jisbqu lill-Malażja f’termini tal-punteġġ ġenerali tagħhom tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u li t-Turkija kienet irratifikat l-10 konvenzjoni fundamentali tax-xogħol kollha tal-ILO. L-EFDA, min-naħa l-oħra, ikkummentat li l-evidenza ssuġġeriet li r-rekords tat-Tajlandja u tat-Turkija f’termini ta’ protezzjoni ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem ma kinux favorevoli meta mqabbla mal-Malażja. |
|
(147) |
Wara t-Tieni Nota, Chinafar Group tenna l-osservazzjonijiet li saru mill-EFDA li r-rekord tat-Tajlandja f’termini ta’ protezzjoni ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem ma kienx favorevoli meta mqabbel mar-rekord tal-Malażja. |
|
(148) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja biss kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx meħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.2.6.1.
|
(149) |
Bil-ħsieb tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.7. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(150) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(151) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża l-Bank tat-Tajlandja biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni (64), il-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja għall-elettriku (65), u l-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija għall-gass naturali (66). |
|
(152) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi wħud mill-inputs, jiġifieri l-fwar u l-ilma, fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati negliġibbli, li jirrappreżentaw inqas minn 2 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni rrapportati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, ġew raggruppati taħt “oġġetti konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkola l-perċentwal tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.7.1.
|
(153) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(154) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fil-premessi (178) u (179). |
3.2.7.2.
|
(155) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha eskluża ċ-Ċina u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (68) |
|
(156) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-pajjiż rappreżentattiv minħabba li kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni miċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(157) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni il-kostijiet reali mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li dawn kienu jirrappreżentaw inqas minn 2 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni u l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fl-oġġetti konsumabbli. |
|
(158) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(160) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni. Wara l-informazzjoni miġbura matul iż-żjara ta’ verifika fil-bini tal-produtturi esportaturi, ġiet riveduta l-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni. B’mod partikolari, il-wajer tal-ħadid u tal-azzar mhux illigat (SA 7217 10 ) ġie eskluż minħabba li l-Kummissjoni sabet li ma ntużax fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni filwaqt li inizjalment kien ġie rrapportat b’mod involontarju fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(161) |
Wara l-kummenti tal-partijiet interessati dwar l-Ewwel Nota, l-ilmentatur argumenta li l-għadd sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni miċ-Ċina x’aktarx li joħloq distorsjoni fil-prezzijiet tas-suq fil-Malażja; l-ilmentatur afferma wkoll li l-prezzijiet tal-elettriku fil-Malażja kienu ssussidjati ħafna, u pprovda bħala evidenza artiklu tal-ġurnal, li jiffoka fuq l-impatt fuq l-utenti domestiċi. |
|
(162) |
Fil-kummenti tiegħu għat-Tieni Nota, Chianafar Group argumenta li s-sempliċi fatt li kien hemm is-sussidjar ma għamilx il-prezzijiet mhux rappreżentattivi għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(163) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja f’dan l-istadju hija meqjusa bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a), dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.2.7.3.
|
(164) |
Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli ppubblikata mill-Bank tat-Tajlandja (69) biex tistabbilixxi l-punt ta’ riferiment għall-manodopera. Il-Bank tat-Tajlandja pprovda informazzjoni fuq bażi trimestrali dwar il-pagi medji fix-xahar fit-Tajlandja fis-settur tal-manifattura għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn ġew aġġustati biex jinkludu l-imposti soċjali mħallsa mill-impjegatur (70). |
|
(165) |
L-informazzjoni dwar is-sigħat maħduma ma kinitx disponibbli fl-istatistika ppubblikata mill-Bank tat-Tajlandja, għalhekk il-Kummissjoni użat informazzjoni dwar is-sigħat maħduma kull ġimgħa fit-Tajlandja kif ipprovdut mill-bażi tad-data tal-Istatistika tal-Forza tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (71). |
|
(166) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkalkulat il-kost lavorattiv għal kull siegħa fit-Tajlandja billi ddividiet il-kost lavorattiv annwali bis-sigħat annwali maħduma. |
|
(167) |
Wara t-Tieni Nota, kemm Junyue kif ukoll Chinafar Group sostnew li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża s-sigħat maħduma reali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi biex tikkalkula l-punt ta’ riferiment għall-manodopera, minflok id-data tal-ILO. |
|
(168) |
Fil-fehma tagħhom, dan kien iġġustifikat peress li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku pprevjena biss l-użu tad-data relatata mal-prezzijiet u mal-kostijiet fil-pajjiżi esportaturi u, b’kuntrast, jenħtieġ li ma titwarrabx awtomatikament l-informazzjoni mhux relatata mal-prezzijiet. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni nnotat li kienet użat is-sigħat maħduma reali mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u, bħala parti mill-kalkolu tal-valur normali, kienet immultiplikathom bil-kost korrispondenti fit-Tajlandja. L-għan tal-metodoloġija kien li jiġi kkalkulat mill-ġdid kemm dawn is-sigħat maħduma jkunu jiswew fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-kost lavorattiv fit-Tajlandja neċessarjament ikun il-proporzjon bejn il-kost totali lavorattiv u s-sigħat totali tal-manodopera fit-Tajlandja. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.2.7.4.
|
(170) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ħabbret li kien beħsiebha tuża l-kwotazzjoni tal-prezz tal-elettriku għall-intrapriżi industrijali, tan-negozju u tal-istat ippubblikata mill-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja (72), bl-użu tat-Tariffa tal-ħin tal-użu (it-tariffa TOU) - Servizz Ġenerali Kbir, Livell ta’ Vultaġġ taħt it-22 Kv sabiex tikkalkula l-punt ta’ riferiment għall-elettriku. |
|
(171) |
Din l-enerġija ma nbidlitx mill-2018 u tiġi aġġornata fuq bażi ta’ kull xahar bl-użu tal-istrument imsejjaħ ħlas addizzjonali Ft. It-tariffi tal-elettriku ffatturati għal kull xahar huma għalhekk ikkalkulati bħala:
|
|
(172) |
Wara t-Tieni Nota, il-Kummissjoni stabbiliet punt ta’ riferiment għall-elettriku għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun ibbażat fuq il-konsum massimu u fis-sigħat kwieti rispettivament. L-użu li rriżulta ġie allokat għar-rati massimi u fis-sigħat kwieti. |
|
(173) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi kemm it-tariffa tad-domanda kif ukoll it-tariffa għas-servizz fil-punt ta’ riferiment tar-rata tal-elettriku, biex tirrifletti bis-sħiħ il-kost tal-elettriku fil-pajjiż rappreżentattiv. It-tariffa għas-servizz kienet espressa bħala ammont fiss kull xahar, filwaqt li t-tariffa tad-domanda ġiet stabbilita, f’kW, abbażi tal-kalkolu konservattiv tad-domanda għall-elettriku. Dan ġie stabbilit bid-diviżjoni tal-enerġija massima totali kkunsmata bin-numru ta’ sigħat ta’ produzzjoni. Ir-rata medja ponderata kemm għall-konsum massimu kif ukoll għas-sigħat kwieti ġiet stabbilita bħala punt ta’ riferiment rispettiv għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. |
|
(174) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT, value added tax) mir-rati tal-elettriku. Madankollu, wara investigazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet tal-elettriku fit-Tajlandja kienu kkwotati mingħajr il-VAT. |
3.2.7.5.
|
(175) |
Biex tistabbilixxi l-punt ta’ riferiment għall-gass naturali, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru għall-Enerġija (74), jiġifieri t-Tabella 7.2-4, li turi l-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita. Bħala punt ta’ riferiment, il-Kummissjoni użat il-medja tad-data tal-2023 u tal-2024 indikata f’dik it-Tabella. |
3.2.7.6.
|
(176) |
Biex tistabbilixxi l-punt ta’ riferiment għall-prodotti sekondarji, il-Kummissjoni użat il-proporzjon bejn il-valur tal-prodotti sekondarji u l-valur tal-materja prima oriġinali, kif irreġistrat fis-sistema kontabilistika tal-produtturi esportaturi u applikat dan il-proporzjon għall-punt ta’ riferiment li jolqot il-GTA. |
3.2.7.7.
|
(177) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(178) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(179) |
Biex tistabbilixxi ammont mhux distort u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-2023 għall-kumpaniji Sanwa Iron (Thailand) Company Ltd. u Thai Meira Co. Ltd., kif estratta minn Orbis. |
3.2.8. Kalkolu
|
(180) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(181) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet mingħajr distorsjoni ta’ unità għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(182) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-Premessi (178) u (179). |
|
(183) |
L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni, kienu jammontaw għal 8 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni kien jammonta għal 21,2 %. |
|
(184) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(185) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. |
|
(186) |
Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Tqabbil
|
(187) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, meta xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew affermati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti li saru fil-valur normali
|
(188) |
Kif spjegat fil-premessa (180), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament. |
|
(189) |
Fil-kummenti tagħhom għat-Tieni Nota, Junyue argumentat li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-proporzjon SG&A tista’ tirriżulta fi tqabbil inġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, peress li l-SG&A użati biex jinħadem il-valur normali x’aktarx kienu jinkludu kostijiet simili għal dawk imġarrba minn Junyue li jitnaqqsu mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika. |
|
(190) |
Junyue sostniet li kien f’idejn il-Kummissjoni li tipprovdi diżaggregazzjoni dettaljata tal-ispejjeż SG&A biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda trikkib mal-ispejjeż diġà mneħħija mill-prezz tal-esportazzjoni. Jekk tali dettall ma kienx disponibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma twettaq l-ebda aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(191) |
Junyue għamlet referenza għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-762/20 (75) Sinopec li qed tiġi appellata (76), u li qieset dan il-punt ta’ aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku meta l-valur normali kien inħadem skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(192) |
Kif spjegat fil-premessa (187), il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat fil-premessa (180), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell mill-fabbrika. |
|
(193) |
Fis-sentenza tagħha fis-CCCME, li kienet sussegwenti għas-Sentenza f’Sinopec, il-Qorti Ġenerali l-ewwel fakkret li f’konformità mal-ġurisprudenza, jekk parti tafferma aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku sabiex tagħmel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni komparabbli għall-fini tad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping, dik il-parti trid tagħti prova li hija ġustifikata l-affermazzjoni tagħha. L-oneru li jiġi ppruvat li għandhom isiru l-aġġustamenti speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2(10)(a) sa (k) tar-Regolament bażiku jaqa’ fuq dawk li jixtiequ jagħmlu użu minnhom. (77) Minn dan isegwi li, f’dak il-każ, bħal f’din l-investigazzjoni, kienu l-partijiet ikkonċernati, f’konformità ma’ din il-ġurisprudenza, li kellhom juru l-ħtieġa għall-aġġustament mitlub bħala evidenza ta’ sostenn li huma ġabu matul l-investigazzjoni (78). |
|
(194) |
Il-Qorti Ġenerali mbagħad iddeċidiet li jenħtieġ li jiġi nnotat li għalkemm il-prattika li jsiru aġġustamenti tista’ tirriżulta neċessarja, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, biex jitqiesu d-differenzi bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li jaffettwaw il-komparabbiltà tagħhom, tali tnaqqis ma jistax isir fir-rigward ta’ valur li jkun ġie mibni u li, għalhekk, ma jkunx ġenwin. Dan il-valur mhuwiex ġeneralment affettwat minn fatturi li jistgħu jippreġudikaw il-komparabbiltà tiegħu, peress li ġie stabbilit b’mod artifiċjali. (79) Barra minn hekk, bħal fil-każ tas-CCCME, fil-każ inkwistjoni, il-kostruzzjoni tal-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi “mill-fabbrika” kienet tinkludi ammont raġonevoli għall-kostijiet SG&A u ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li turi li l-kostijiet SG&A taż-2 kumpaniji Tajlandiżi kkonċernati kienu jinkludu spejjeż tat-trasport għall-konsenja lill-klijenti. Konsegwentement, bil-ħsieb tad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku (80), l-approċċ tal-Kummissjoni aderixxa mal-aktar ġurisprudenza reċenti li tikkonċerna affermazzjonijiet mhux sostanzjati li l-ammonti għall-kostijiet SG&A użati fil-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a), li huma meqjusa mill-Kummissjoni bħala raġonevoli għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, jinkludu l-kostijiet tat-trasport. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.4.2. Aġġustamenti li saru fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(195) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: il-merkanzija, l-assigurazzjoni, il-maniġġ, it-tagħbija, kif ukoll l-ippakkjar u l-iskontijiet. |
|
(196) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u l-imposti bankarji. |
|
(197) |
Rigward l-aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni għall-kummissjonijiet, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija relatata involuta fit-tranżazzjonijiet kienet qed twettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni, filwaqt li tuża l-persunal tal-produttur esportatur. B’hekk, l-aġġustament għal kummissjoni nbena bbażat fuq l-SG&A tal-kumpanija relatata, il-porzjon tal-kostijiet SG&A tal-produttur esportatur relatat mal-funzjonijiet tal-kumpanija relatata u profitt nominali. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(198) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(199) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(200) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(201) |
Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 67,4 %. |
|
(202) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat. |
|
(203) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(204) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(205) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 42 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(206) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 50 466 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-ilmentatur u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (8), it-3 produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 14 % tal-produzzjoni u tal-bejgħ totali stmati tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(207) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, kif irrapportat fl-Eurostat. Is-sors ta’ informazzjoni kien it-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-ilmentatur u d-data uffiċjali mill-Eurostat. |
|
(208) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (unità)
|
||||||||||||||||||||||
|
(209) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied bi ftit fl-2022 (+3 % mill-2021), imbagħad naqas bi 13 % fl-2023, bil-livell matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jibqa’ 13 % taħt dak tal-2021. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(210) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-importazzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(211) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(212) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’mod ġenerali b’5 795 tunnellata f’termini assoluti, ekwivalenti għal żieda ta’ 5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2022, l-importazzjonijiet kibru b’mod sinifikanti bi 13 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Fl-2023, l-importazzjonijiet naqsu b’4 % meta mqabbla mal-2021; hekk kif naqset id-domanda ġenerali Ewropea. Dan it-tnaqqis kien biss temporanju peress li fil-PI l-importazzjonijiet żdiedu b’aktar minn 10 000 tunnellata meta mqabbla mal-2023 minkejja li d-domanda fl-Unjoni baqgħet baxxa matul il-PI. |
|
(213) |
Filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b’mod kostanti bejn l-2021 u l-PI. Minn 51 % fl-2021 dawn żdiedu għal 61 % fil-PI, u b’hekk ħadu aktar minn 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni u minn pajjiżi terzi oħra. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat: twaqqigħ tal-prezz u soppressjoni tal-prezzijiet
|
(214) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(215) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(216) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi l-ewwel żdiedu bi 28 % fl-2022 u mbagħad naqsu bl-istess ammont fl-2023 biex ikomplu jonqsu b’7 % fil-PI. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi b’mod ġenerali naqqsu b’7 % u naqsu minn EUR 1 307 għal kull tunnellata fl-2021 għal EUR 1 213 għal kull tunnellata fil-PI. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(218) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 59 % u 64 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni għal maġġoranza kbira tal-prodott importat (bejn 75 % u 90 %). |
|
(219) |
Minbarra t-twaqqigħ tal-prezz, kien hemm ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet matul il-PI f’konformità mal-iżvilupp tal-kostijiet tal-produzzjoni u sabiex tikseb livell raġonevoli ta’ profitt, kif stabbilit fit-Tabella 8 hawn taħt. Is-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet hija kkonfermata mill-bejgħ taħt il-prezz li nstab fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(220) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(221) |
Kif imsemmi fil-premessa (8), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(222) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data vverifikata li tinsab fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju ppreżentat mill-ilmentatur. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data vverifikata li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(223) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(224) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(225) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(226) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni naqas b’mod stabbli u ġenerali b’27 %. |
|
(227) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet ġeneralment stabbli u naqset biss bi ftit b’1 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(228) |
L-użu tal-kapaċità, li diġà kien baxx ħafna fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, kompla jonqos matul il-perjodu, jiġifieri minn 20 % fl-2021 għal 15 % fil-PI. Dan kien dovut għat-tnaqqis tal-volumi tal-produzzjoni f’livelli ekwivalenti tal-kapaċità tal-produzzjoni. |
4.5.2.2.
|
(229) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(230) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 28 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’rata ferm aktar mgħaġġla mit-tnaqqis fil-konsum li naqas bi 13 % matul l-istess perjodu (jiġifieri aktar minn punteġġ doppju). Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 31 % fl-2021 għal 25 % matul il-PI, jiġifieri tnaqqis ta’ 6 punti perċentwali. |
4.5.2.3.
|
(231) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi ta’ bejgħ fl-Unjoni iżda wkoll is-sehem mis-suq, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kisbu volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq assoluti fl-Unjoni. |
4.5.2.4.
|
(232) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(233) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni kienu qed jirkupraw għal-livelli ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19 mill-2021 sal-2022, madankollu, b’mod ġenerali naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Matul il-PI, it-tnaqqis laħaq 6 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat, mingħajr ma tqies l-ebda impjieg indirett. |
|
(234) |
Il-produttività għal kull impjegat naqset b’mod sinifikanti wkoll wara xejra simili bit-tnaqqis fil-produzzjoni. Dan ħa xejra negattiva fl-2022. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar b’mod sinifikanti fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis globali kien ta’ 23 % meta mqabbel mal-2021. |
4.5.2.5.
|
(235) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(236) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping rigward il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(237) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(238) |
Il-kost tal-produzzjoni ta’ unità fl-Unjoni żdied b’mod sinifikanti mill-2021. Żdied bi 32 % mill-2021 sal-2022, kompla jiżdied fl-2023 u naqas ftit matul il-PI. Iż-żieda globali kienet ta’ 46 % meta mqabbla mal-2021. Dan segwa ż-żieda qawwija fl-ipprezzar tal-manodopera (81) u tal-materja prima (82) u kien dovut għat-tifqigħa tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna, li kkawżat żieda kbira fl-inflazzjoni fl-Unjoni, tfixkil fil-katina ta’ provvista, żieda sinifikanti fil-kostijiet tal-materja prima fl-Unjoni. |
|
(239) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità wera xejra simili. Sal-2022-2023, iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ kienet laħqet 41 %. Madankollu, matul il-PI, il-prezz ta’ unità naqas meta mqabbel mas-sena 2023 minkejja li b’mod globali baqa’ 34 % ogħla mill-2021. |
|
(240) |
Il-fatt li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità kellu żieda globali ta’ 34 % filwaqt li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni żdied b’46 % matul l-istess perjodu jindika li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tassorbi bis-sħiħ il-kostijiet tal-produzzjoni li kienu qed jiżdiedu. Fi kliem ieħor, il-volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni impedixxew lill-produtturi tal-Unjoni milli jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli sostenibbli biex ikopru ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Din is-sitwazzjoni kellha impatt serju fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
4.5.3.2.
|
(241) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(242) |
Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat żdiedu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.3.
|
(243) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Stokkijiet
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(244) |
Il-livell tal-istokks tal-għeluq żdied b’16 % fl-2022 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, wara t-tnaqqis fil-bejgħ. Sal-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni wettqu b’mod viżibbli sforzi biex jaġġustaw il-livelli tal-istokkijiet b’reazzjoni għat-tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni. Fl-2023, il-livelli tal-istokkijiet reġgħu lura għaċ-ċifri tal-linja bażi, u ġie osservat aktar tnaqqis matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod globali, l-istokk tal-għeluq tnaqqas b’25 % matul il-perjodu kkonċernat. |
4.5.3.4.
|
(245) |
Il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(246) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà kienet pożittiva fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2021 (83) u fl-2022. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod sinifikanti, minn madwar 1 % fl-2021-2022 għal - 5 % fl-2023 u ulterjorment għal - 10 % fil-PI. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni kellha taħdem b’telf ta’ - 10 % fil-PI jista’ jiġi spjegat miż-żieda fil-kompetizzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha għal livelli ta’ telf f’perjodu ta’ kostijiet tal-produzzjoni li kienu qed jiżdiedu, kif spjegat fit-taqsima 4.5.3.1 |
|
(247) |
Il-fluss ta’flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jagħmlu awtofinanzjament tal-attivitajiet tagħhom. Il-livelli ta’ profitt mhux sostenibbli tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq, kienu riflessi wkoll fi fluss ta’ flus negattiv għal kważi l-perjodu kollu kemm hu, li ddeterjora aktar fil-PI, u qabeż - EUR 2 miljun, ekwivalenti għal madwar 15 % tal-valur tal-bejgħ matul il-PI. |
|
(248) |
Filwaqt li l-investimenti fil-manutenzjoni u fis-sostituzzjoni żdiedu fil-perjodu 2021-2023, dawn naqsu b’mod drammatiku matul il-PI, simili għal indikaturi ewlenin oħra tad-dannu. B’mod globali, l-investimenti naqsu b’terz mill-bidu sat-tmiem tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(249) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 6 % fl-2021 għal -27 % fil-PI. |
|
(250) |
Minħabba t-tnaqqis drammatiku fil-profittabbiltà, fil-fluss ta’ flus nett u fir-redditu fuq l-investiment, ġiet affettwata b’mod serju l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jiġbru l-kapital. |
4.5.3.5.
|
(251) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’27 % u l-volum ta’ bejgħ tagħha naqas bi 28 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet ukoll sehem mis-suq, li naqas minn 31 % fl-2021 għal 25 % fil-PI. Għall-kuntrarju, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni matul l-istess perjodu żdied b’10 punti perċentwali; kien ta’ 51 % fl-2021 u fil-PI żdied għal 61 %. Dan inkiseb minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(252) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat, u naqset minn madwar 1 % fl-2021-2022 għal - 5 % fl-2023 u ulterjorment għal - 10 % fil-PI, li b’mod ċar mhuwiex sostenibbli. Ġiet osservata xejra simili a’ tnaqqis għall-produttività tal-industrija tal-Unjoni (naqset bi 23 %), l-impjiegi tagħha (naqsu b’6 %), l-investimenti (naqsu b’31 %), ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss ta’ flus, li kollha naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(253) |
L-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tikkumpensa għall-volumi ta’ bejgħ mitlufa fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ żieda fl-esportazzjonijiet, peress li l-esportazzjonijiet kienu jammontaw biss għal madwar 8 % tal-produzzjoni totali tal-industrija u kienu qed jonqsu b’mod gradwali, kif stabbilit fit-taqsima 5.4 hawn taħt. |
|
(254) |
Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(255) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kost. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(256) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-prodott simili oġġett ta’ dumping miċ-Ċina żdiedu b’5 % minkejja l-konsum li kien qed jonqos fl-Unjoni. |
|
(257) |
Il-prezzijiet imnaqqsa tal-importazzjonijiet Ċiniżi b’7 % fil-perjodu kkunsidrat flimkien maż-żieda sinifikanti fil-kostijiet tal-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni b’46 % fl-istess perjodu, għenu lill-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jżidu s-sehem mis-suq tagħhom b’21 %. Dan kien għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li kellha telf sinifikanti fil-volum ta’ bejgħ bi 28 % u tnaqqis fis-sehem mis-suq tagħha bi 18 %. Fl-istess ħin, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tnaqqset b’mod sinifikanti għal livelli mhux sostenibbli (operat b’telf ta’ -10 % fil-PI). |
|
(258) |
Il-fatt li kien hemm diskrepanza tant sinifikanti bejn il-prezz medju tal-prodott importat oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-prezz medju tal-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni (EUR 1 213/tunnellata vs EUR 1 833/tunnellata) impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha biex tirrifletti ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u, b’hekk, issostni l-profittabbiltà tagħha. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(259) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk fatturi oħrajn ta’ dannu għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kellhomx impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, iżda ma sabet l-ebda fattur ieħor li seta’ kellu impatt sostanzjali fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(260) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(261) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra oriġinaw prinċipalment mir-Renju Unit, mit-Tajwan u mit-Turkija. Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina naqas bi 38 %, bejn l-2021 u l-PI, minn 39 374 tunnellata għal madwar 24 410 tunnellata. |
|
(262) |
Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina naqas minn 19 % fl-2021 għal 13 % fil-PI. |
|
(263) |
B’mod globali, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra żdiedu b’59 % matul il-perjodu kkunsidrat u bħala medja kienu konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, li naqsu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-PI, il-prezz medju tal-importazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra minbarra ċ-Ċina kien ta’ EUR 4 368/tunnellata, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina kien ta’ EUR 1 213/tunnellata. |
|
(264) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kinux is-sors tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.4. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(265) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(266) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod globali b’20 %. Din ix-xejra hija simili għax-xejra negattiva tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni, li naqset saħansitra aktar mill-esportazzjonijiet tagħhom, jiġifieri bi 28 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Hija simili wkoll għax-xejra negattiva tas-sehem mis-suq imnaqqas tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni, li naqas bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(267) |
Il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqas ukoll b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-bejgħ tal-esportazzjoni jirrappreżenta 9 % tal-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-effett ta’ bejgħ imnaqqas għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni nstab li huwa limitat u, filwaqt li seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni sa ċertu punt meta jitqiesu l-volumi involuti, ma kienx kapaċi jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.5. Tnaqqis fil-konsum
|
(268) |
Is-suq tal-Unjoni ċkien bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kien dovut għal diversi fatturi interkonnessi: l-ekonomija Ewropea esperjenzat tkabbir aktar kajman fl-2023 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (il-PDG tal-Unjoni kiber b’0,4 % fl-2023 meta mqabbel ma’ 3,5 % fl-2022), u l-konsum apparenti tal-azzar naqas b’6,3 % (84). Dan it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku affettwa diversi setturi, inkluż il-kostruzzjoni u l-manifattura, li huma konsumaturi ewlenin ta’ prodotti industrijali bħall-viti. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-inċertezza fis-suq tal-enerġija kkontribwew ukoll għal tnaqqis fil-produzzjoni industrijali u għal domanda mdgħajfa fis-setturi kollha (85). Taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, f’tali suq li qed jiċkien, il-volumi ta’ bejgħ tal-parteċipanti kollha fis-suq kienu jonqsu bejn wieħed u ieħor bl-istess mod. Madankollu, f’dan il-każ, iċ-Ċina kisbet sehem mis-suq addizzjonali ta’ 10 punti perċentwali mis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni u tal-pajjiżi importaturi l-oħra (li ugwalment tilfu 5,4 punti perċentwali tas-sehem mis-suq). Għalhekk, it-tnaqqis ekonomiku tas-suq tal-Unjoni ma nstabx li kkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. |
5.6. Żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni
|
(269) |
Kif deskritt fil-premessa (238) hawn fuq, il-kost ta’ unità tal-produzzjoni fl-Unjoni żdied sostanzjalment (b’46 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, fl-2022, il-produtturi tal-Unjoni kienu kapaċi jgħollu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom b’reazzjoni għall-kostijiet tal-produzzjoni li kienu qed jgħolew, li ppermettitilhom jikkumpensaw parzjalment għal dawn iż-żidiet u jiksbu grad ta’ profittabbiltà. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja tnaqqis żgħir fil-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni naqset drastikament, u laħqet livelli negattivi sinifikanti. Dan id-deterjorament juri b’mod ċar id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-preżenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jenħtieġ li ma tipprevjenix lill-produtturi tal-Unjoni milli jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom biex jirriflettu ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. F’ċirkostanzi li fihom il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu ssoppressati b’mod qawwi mill-volum dejjem jikber ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni baqgħu għoljin, il-kollass li rriżulta fil-profittabbiltà ma jistax jiġi attribwit għal ineffiċjenzi interni jew ġestjoni ħażina tas-suq. Pjuttost, hija konsegwenza diretta tal-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
5.7. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(270) |
L-analiżi tad-dannu wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi ssoppressaw il-prezz tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda sinifikanti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u s-soppressjoni tal-prezzijiet, kif spjegat fil-premessa (219), li dawn eżerċitaw matul it-tieni nofs tal-PI affettwaw il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tgħaddi l-kostijiet ogħla tal-produzzjoni lill-utenti. Dan ikkoinċida fiż-żmien mad-deterjorament tal-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal tnaqqis fil-profittabbiltà, li rriżulta f’telf fl-2023-PI. Il-gwadann ta’ 10 punti perċentwali fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li tilfet il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq (b’6 punti perċentwali), speċjalment notevoli fit-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, ikkonkludejna li d-dannu materjali kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet ikkontribwiet sa ċertu punt għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li nstab. |
|
(272) |
Rigward l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni. Simili għall-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina tilfu wkoll is-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat u l-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tagħhom naqsu b’mod sinifikanti (bi 38 %). Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’59 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(273) |
Rigward l-effetti tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, minkejja li x-xejra kienet negattiva bi tnaqqis fil-bejgħ, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-bejgħ tal-esportazzjoni jirrappreżenta parti żgħira mill-bejgħ globali tal-Unjoni. Dan ifisser li l-effett tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni nstab li kien limitat. |
|
(274) |
Fir-rigward tat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, ma jistax jiġi kkontestat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja sfidi matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-industrija kienet tkun kapaċi taġġusta l-prezzijiet biex jirriflettu kostijiet ogħla u twieġeb aħjar għall-kundizzjonijiet li kienu qed jinbidlu tas-suq. Kif innotat qabel, jenħtieġ li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma jfixklux lill-produtturi tal-Unjoni milli jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet. Għalhekk, minkejja l-impatt taż-żieda fil-kostijiet u t-tnaqqis fid-domanda, instab li t-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(275) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fattur l-ieħor (il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni) ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti minn sehem mis-suq, produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni, użu tal-kapaċità, produttività, profittabbiltà, stokks tal-għeluq, fluss ta’ flus u redditu fuq l-investimenti imnaqqsa. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (219), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet sopressjoni tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(276) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(277) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(278) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, biex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti sħaħ, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li għandu jkun mistenni taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(279) |
Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-ishma mis-suq qabel il-bidu tal-perjodu kkunsidrat ma setgħux jiġu kkalkolati minħabba data insuffiċjenti. B’hekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt fil-mira biex tiddetermina l-prezz mhux dannuż għal 6 %, f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku |
|
(280) |
Ma saret l-ebda affermazzjoni li l-livell ta’ investimenti, R&Ż u innovazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(281) |
Bl-istess mod, ma saret l-ebda affermazzjoni dwar il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti u li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2), f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(282) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira ta’ 6 % imsemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inkluż fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(284) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet.
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri
|
(285) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(286) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti, u tal-konsumaturi. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(287) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, kien hemm 42 produttur magħruf ta’ viti mingħajr irjus fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-ilment ġie ppreżentat mill-Istitut Ewropew tal-Elementi tal-Irbit Industrijali (“EIFI”, European Industrial Fasteners Institute), f’isem tmien produtturi tal-Unjoni, li kollha kienu SMEs, u appoġġat minn seba’ produtturi oħra tal-Unjoni. |
|
(288) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri se ttejjeb il-kundizzjonijiet tas-suq għall-produtturi tal-Unjoni, u b’hekk tippermettilhom itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq, jiksbu mill-ġdid il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq mitlufa, iżidu l-użu tal-kapaċità, u jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli sostenibbli. Dan, min-naħa tiegħu, jgħinhom itejbu l-profittabbiltà tagħhom għal-livelli li huma antiċipati taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(289) |
In-nuqqas ta’ miżuri jkollu effetti negattivi sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni, peress li din tal-aħħar tkompli ssofri dannu ekonomiku minħabba pressjoni sostnuta fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi. It-telf tas-sehem mis-suq jaċċellera, li jwassal għal aktar tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-użu tal-kapaċità, li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien diġà f’livell insostenibbli ta’ 15 %, se jkompli jonqos, bl-operazzjonijiet isiru dejjem aktar mhux vijabbli. Is-sitwazzjoni li diġà qed tagħmel it-telf tkompli tiġi aggravata, b’konsegwenzi serji għall-investimenti u l-impjiegi fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(290) |
26 importatur ippreżentaw ruħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni. 3 ntgħażlu għall-kampjunar, li minnhom, tnejn bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju. L-importaturi li kkooperaw li wieġbu għall-eżerċizzju tal-kampjunar importaw aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet totali tagħhom ta’ viti mingħajr irjus miċ-Ċina. Fost l-importaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jammontaw għal aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet totali tagħhom tal-prodott ikkonċernat. Instab li l-importaturi inklużi fil-kampjun kienu profittabbli, u l-fatturat iġġenerat mill-prodott ikkonċernat kien jirrappreżenta biss 0,5 % sa 2,5 % tal-fatturat kummerċjali totali tagħhom. |
|
(291) |
Minħabba s-sehem limitat tal-prodott fl-attivitajiet kummerċjali globali tagħhom, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping x’aktarx li ma jkollhiex impatt materjali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-importaturi. Barra minn hekk, l-importaturi jistgħu jtaffu ż-żidiet potenzjali fil-kostijiet billi jiddiversifikaw l-istrateġiji ta’ akkwist tagħhom, inkluż billi jesploraw fornituri alternattivi fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi oħra. Id-data ssuġġeriet li kwalunkwe impatt potenzjali fuq l-importaturi jkun minimu. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(292) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utenti, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-impatt reali tad-dazji anti-dumping għall-utenti. Madankollu, filwaqt li qieset l-eżistenza ta’ fornituri alternattivi f’pajjiżi terzi oħra, flimkien mal-kapaċitajiet kbar tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li l-utenti jistgħu jkomplu jakkwistaw viti minn diversi sorsi ta’ kwalità u kwantità adegwati. B’hekk, il-Kummissjoni qieset li f’każ li jiġu imposti l-miżuri anti-dumping, l-impatt fuq l-utenti kien limitat. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(293) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ viti li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(294) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(295) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping fil-premessa (284) hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi kollha, li nstab li kien l-aktar baxx mill-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(296) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(297) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(298) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(299) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.) għall-fini li jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(300) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(301) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-ħsieb li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(302) |
Bil-ħsieb tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
|
(303) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(304) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem tax-xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(305) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(306) |
Fl-interessi tal-amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(307) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ viti u boltijiet, kemm jekk bl-iskorfini u l-woxers tagħhom kif ukoll jekk le, mingħajr irjus, tal-ħadid jew tal-azzar għajr l-azzar inossidabbli, irrispettivament mis-saħħa tensili, esklużi l-coach screws u viti oħra tal-injam, ganċijiet bil-kamin u ċrieki bil-kamin, viti self-tapping, u viti u boltijiet għat-twaħħil ta’ materjal għall-bini ta’ binarji ferrovjarji, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 15 42 u 7318 15 48 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||
|
Zhejiang Junyue Standard Part Co., Ltd. |
62,3 |
89ML |
||||||
|
Brother Group:
|
63,9 |
89MM |
||||||
|
Chinafar Group:
|
80,7 |
89MN |
||||||
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
67,4 |
Ara l-Anness |
||||||
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
80,7 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum fl-unità li qed nużaw) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-pajjiż ikkonċernat. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi preżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fir-RPĊ.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet ippreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/141.
2. Id-data miġbura rigward prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2024/6209, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6209/oj.
(3) ĠU L, 2025/141, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/141/oj.
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2754.
(5) Eż. O.M.CI. Citterio srl jispeċjalizza f’viti b’żewġ kamini, li huma magħrufa b’mod komuni bħala boltijiet tad-dendil (https://www.omcicitterio.it/eng/home.php).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1666, 7.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 10, 12.1.2023, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/100/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj).
(7) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208.
(8) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 60; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192.
(9) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 66-68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessi 193-194. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’membri kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (b’mill-inqas 3 membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u l-fornituri tal-inputs tagħhom.
(10) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 61-65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessi 195-201.
(11) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202.
(12) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 72; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203.
(13) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 73; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204.
(14) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2024)91, 10 ta’ April 2024, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191.
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 194.
(17) Ara: https://cn.linkedin.com/company/zhejiang-minmetals-huijin-imp.-&-exp.-co.-ltd (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2025) kif ukoll ir-rapport tal-awditjar u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taż-Zhejiang International Trade Group 2021-2023, paġna 1 tan-noti għar-rapporti finanzjarji https://www.shclearing.cn/xxpl/cwbg/nb/202410/t20241031_1501107.html (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2025).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192.
(19) Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(20) Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(21) Ara: https://www.baoganggf.com/gsjj (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(22) Ara: https://www.shougang.com.cn/en/ehtml/CompanyProfile.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(23) Ara: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/index.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(24) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(25) Ibid.
(26) Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3, tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(27) Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(28) Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppament fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3.8; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(29) Ibid, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2.
(30) Ibid, Kapitolu I, it-Taqsima 3.2.
(31) Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(32) Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim 2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(33) L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/21/1119/11/DFD9D26D73D90F7D_abc.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(34) Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/20/0715/11/7BF7729C99CEB3EA_abc.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(35) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “Irawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, jaċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, inaqqas l-għadd ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi”; disponibbli fuq: https://www.jiaxing.gov.cn/art/2022/4/20/art_1228922756_59529426.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(36) Ara: http://www.ansteel.cn/dangdejianshe/dangjiandongtai/2023-03-17/12429.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(37) Ara: https://www.zibchina.com/news/newsinfo.html?id=695278 (aċċessat fl-20 ta’ Marzu 2025).
(38) http://www.fastener-cn.net/reception/association/constitution.js (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(39) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd, il-paġna 41 https://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-04-27/600019_20240427_B5D4.pdf (aċċessat fis-7 ta’ Frar 2025).
(40) Ara: https://www.wuganggroup.cn/people/3143 (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(41) Ara:s://mp.weixin.qq.com/s?https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MjM5Njg2NjIwMQ==&mid=2654952836&idx=1&sn=505b807e2826f1e3e6f08ba15b727722&chksm=bd294c728a5ec5641240246649545fda2b2065c015f861fa599249b2165962ca848a25a1faa2&token=1369557425&lang=zh_CN#rd (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(42) Ara: https://www.baoganggf.com/ggry (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(43) Ara: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/gsld.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(44) Ara: https://www.afastener.com/association/detail-18.html (aċċessat fit-13 ta’ Mejju 2025).
(45) Ara: Https://www.afastener.com/association/detail-17.html (aċċessat fit-13 ta’ Mejju 2025).
(46) Ara: http://www.cncma.org/article/472 (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(47) Ara https//www.miit.gov.cn/cms_files/filemanager/oldfile/miit/n5084605/c7592204/part/752209.pdf, il-paġna 55 li telenka l-elementi tal-irbit tas-saħħa.
(48) Ara http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, paġna 29.
(49) http://www.haiyan.gov.cn/art/2019/12/6/art_1512856_40973400.html.
(50) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(51) Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(52) Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(53) Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(54) Ara: disponibbli fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=1f79d908601e479f83707e67b133e347.pdf (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(55) http://www.haiyan.gov.cn/art/2019/12/6/art_1512856_40973400.html.
(56) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 63; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33.
(57) DS473: L-Unjoni Ewropea – Miżuri Anti-dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina.
(58) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri (https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income).
(59) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj), kif emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2017/749 (ĠU L 113, 29.04.2017, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/749/oj).
(60) Sanwa Iron (Thailand) Company Ltd., Thai Meira Co. Ltd., S.J. Screw Thai Company Ltd.
(61) https://tong.com.my/wp-content/uploads/2025/BURSA/TH-B-250225-1-2.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(62) https://www.chinwell.com.my/screws/ (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ April 2025).
(63) Sanwa Iron (Thailand) Company Ltd., Thai Meira Co. Ltd.
(64) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(65) BOI : Il-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(66) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(67) Speċifiku għall-kumpanija u bbażat fuq l-ogħla livell ta’ konsum, domanda u tariffa għas-servizz rispettiv kif stabbilit fil-premessi (161) u (162).
(68) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(69) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(70) https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand/ (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(71) ILO, il-Bażi tad-Data tal-Istatistika tal-Forza tax-Xogħol, “Mean weekly hours actually worked per employed person by sex and economic activity -- Annual”, it-Tajlandja. https://rshiny.ilo.org/dataexplorer35/?lang=en&segment=indicator&id=HOW_TEMP_SEX_ECO_NB_A&ref_area=THA (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(72) ○ BOI : Il-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(73) https://www.mea.or.th/en/our-services/tariff-calculation/latestft (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(74) Il-Ministeru għall-Enerġija - L-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2.4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2025).
(75) Sinopec Chongqing SVW Chemical et vs Il-Kummissjoni.
(76) Il-kawża C-319/24 P, Il-Kummissjoni vs Sinopec Chongqing SVW Chemical et al., pendenti.
(77) Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-punt 183.
(78) Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-punt 185.
(79) Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-punt 188.
(80) Is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2024, CCCME et vs Il-Kummissjoni, T-263/22, ECLI:EU:T:2024:663, il-punt 184.
(81) Manodopera li tirrappreżenta medja ta’ 16 % tal-kostijiet tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.
(82) Materja prima li tirrappreżenta medja ta’ 48 % tal-kostijiet tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.
(83) Sakemm il-prezz tal-bejgħ għal kull tunnellata kien ogħla mill-kost varjabbli għal kull tunnellata, filwaqt li kien kopert il-kost fiss, kull bejgħ addizzjonali ġab xi profitt (marġni ta’ kontribuzzjoni pożittiva). Peress li l-produtturi tal-Unjoni biegħu volum għoli dik is-sena, għenhom jiksbu xi profitt minkejja li kien ogħla l-kost medju tal-produzzjoni għal kull tunnellata.
(84) https://www.eurofer.eu/press-releases/persisting-downside-factors-deepen-downturn-in-2023-and-curb-steel-demand-rebound-in-2024.
(85) https://orgalim.eu/wp-content/uploads/orgalim-economics-and-statistics-report-autumn-2024-2.pdf.
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
|
Isem |
kodiċi addizzjonali TARIC |
|
ANHUI GOODLINK FASTENER CO., Ltd. |
89MO |
|
CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd. |
89MP |
|
CHANGZHOU MIKI HARDWARE TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89MQ |
|
Cixi Jinmao Fastener Co., Ltd. |
89MR |
|
CIXI NONGER HARDWARE CO., Ltd. |
89MS |
|
Eagle Metalware Co., Ltd. |
89MT |
|
EC International (Nantong) Co., Ltd. |
89MU |
|
Everbest Hardware Products Co., Ltd. |
89MV |
|
EVERGREEN (ZHEJIANG) INTELLIGENT MANUFACTURING CO., Ltd. |
89MW |
|
FASTWELL METAL PRODUCTS CO., Ltd. |
89MX |
|
Finework (Hunan) New Energy Technology Co., Ltd. |
89MY |
|
HAI YAN MACHINERY CO., Ltd. |
89MZ |
|
HAINING XINLIAN HARDWARE MACHINERY CO., Ltd. |
89NA |
|
Haining Xinxing Fasteners Co., Ltd. |
89NB |
|
Haining Zhongheng Metal Products Co., Ltd. |
89NC |
|
HAIYAN LONGCHENG STANDARD PARTS CO., Ltd. |
89ND |
|
HAIYAN BOLT CO., Ltd. |
89NE |
|
Haiyan C&F Fittings Co., Ltd. |
89NF |
|
Haiyan Jiamei Hardware Manufacturing and Tech. Co., Ltd. |
89NG |
|
HAIYAN JINNIU FASTENERS CO., Ltd. |
89NH |
|
HAIYAN LONGSHENG HARDWARE CO., Ltd. |
89NI |
|
Haiyan Wancheng Fasteners Co., Ltd. |
89NJ |
|
Haiyan Wandefu Precision Hardware Co., Ltd. |
89NK |
|
Haiyan Xingang Standard Parts Co., Ltd. |
89NL |
|
HAIYAN XINYUAN FASTENER CO., Ltd. |
89NM |
|
Haiyan Xinyuan Technology Co., Ltd. |
89NN |
|
Haiyan Xinyue Electrical Appliances Co., Ltd. |
89NO |
|
HAIYAN YINGJIE FASTENER CO., Ltd. |
89NP |
|
HAIYAN YONGJIE TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89NQ |
|
Haiyan Yuanzhong Hardware Co., Ltd. |
89NR |
|
Handan Changfa Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89NS |
|
Handan City Daoning Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89NT |
|
HANDAN CITY JINGGONG CONSTRUCTION ANCHORING MANUFACTURE CO., Ltd. |
89NU |
|
Handan Haosheng Fastener Co., Ltd. |
89NV |
|
HANDAN HUAMING FASTENER CO., Ltd. |
89NW |
|
HANDAN MINGXIN METAL PRODUCTS CO., Ltd. |
89NX |
|
HANDAN TONGHE FASTENER MANUFACTURE CO., Ltd. |
89NY |
|
Handan Xiaojun Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89NZ |
|
Handan Xingbang Fastener Co., Ltd. |
89OA |
|
Handan Yaofeng Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89OB |
|
Handan Yongnian Hongji Machinery Parts Co., Ltd. |
89OC |
|
Handan Zhonglong Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89OD |
|
Hebei Chengyi Engineering Materials Co., Ltd. |
89OE |
|
HEBEI FUAO FASTENER MANUFACTURING CO., Ltd. |
89OF |
|
Hebei Goodfix Industrial Co., Ltd. |
89OG |
|
Hebei Gude Fastener Manufacturing Co., Ltd. |
89OH |
|
HEBEI YUETONG FASTENERS MANUFACTURING CO., Ltd. |
89OI |
|
Jiangsu Hengyue Hardware Co., Ltd. |
89OJ |
|
JIANGSU LIRUNYOU MACHINERY TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89OK |
|
Jiashan Donghe Fastener Co., Ltd. |
89OL |
|
JIASHAN SANXIN FASTENER Co., Ltd. |
89OM |
|
Jiashan Tianyang Fastener Co., Ltd |
89ON |
|
JIASHAN WEIJIE HARDWARE CO., Ltd. |
89OO |
|
Jiaxing Aerotec Precision Co., Ltd. |
89OP |
|
JIAXING BROTHER UNITED FASTENER CO., Ltd. |
89OQ |
|
JIAXING CHUANGLI HARDWARE CO., Ltd. |
89OR |
|
JIAXING EXCELLENT FASTENER CO., Ltd. |
89OS |
|
JIAXING GOOD METAL TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89OT |
|
JIAXING HONGJIAN TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89OU |
|
JIAXING JIAWEI MACHINERY TECHNOLOGY COMPANY, Ltd. |
89OV |
|
JIAXING JINYU FASTENER FACTORY, Ltd. |
89OW |
|
Jiaxing Jiuli Precision Manufacturing Co., Ltd. |
89OX |
|
Jiaxing Julong Hardware Technology Co., Ltd. |
89OY |
|
JIAXING KINFAST HARDWARE CO., Ltd. |
89OZ |
|
JIAXING LONGFIX FASTENERS CO., Ltd. |
89PA |
|
JIAXING PAIYOU METAL PRODUCT CO., Ltd. |
89PB |
|
JIAXING RISEN HARDWARE CO., Ltd. |
89PC |
|
JIAXING SUNFAST METAL CO., Ltd. |
89PD |
|
JIAXING YIDA NEW MATERIAL TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89PE |
|
Jinan Star Fastener Co., Ltd. |
89PF |
|
JOYSTART AUTOMOTIVE PARTS CO., Ltd. |
89PG |
|
Langxi Longwei Metal Technology Co., Ltd. |
89PH |
|
Lianyungang Jinyu Hardware Co., Ltd. |
89PI |
|
LIANYUNGANG PINGXIN FASTENER COMPANY LIMITED |
89PJ |
|
Lianyungang Xincheng hardware Co., Ltd. |
89PK |
|
LYG Dragonscrew Co., Ltd. |
89PL |
|
MIANXUAN FASTENERS CO., Ltd. |
89PM |
|
NEDSCHROEF FASTENERS (KUNSHAN) CO., Ltd. |
89PN |
|
Ningbo Da Zhi Machine Technology CO., Ltd. |
89PO |
|
Ningbo Dongxin High-Strength Nut Co., Ltd. |
89PP |
|
NINGBO EXACT FASTENERS CO., Ltd. |
89PQ |
|
Ningbo Jinding Fastening Piece CO., Ltd. |
89PR |
|
NINGBO LEMNA PRODUCT TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89PS |
|
Ningbo Sardis Hardware Products Co., Ltd. |
89PT |
|
NINGBO XINGSHENG OIL PIPE FITTINGS MANUFACTURE CO, Ltd. |
89PU |
|
NINGBO YINZHOU HAIYUN METAL PRODUCTS CO., Ltd. |
89PV |
|
Ningbo Zhenghai Yongding Fastener Co., Ltd. |
89PW |
|
NINGBO ZHENHAI DINGLI FASTENER SCREW CO., Ltd. |
89PX |
|
Ningbo Zhongjiang High Strength Bolts Co., Ltd. |
89PY |
|
OK TECH CO., Ltd. |
89PZ |
|
PINGHU DRAGON FASTENER CO., Ltd. |
89QA |
|
PINGHU ZHAPU NUT FACTORY, Ltd. |
89QB |
|
QIFENG PRECISION INDUSTRY SCI-TECH CORP. |
89QC |
|
Qingdao Super Star Tools Co., Ltd. |
89QD |
|
QINGDAO VANKU INDUSTRY GROUP |
89QE |
|
QINGDAO XINHUA HARDWARE PRODUCTS CO., Ltd. |
89QF |
|
SHANGHAI FIRM METAL CO., Ltd. |
89QG |
|
Shanghai Kingpluse Industry Co., Ltd. |
89QH |
|
SHANGHAI MOREGOOD HARDWARE CO., Ltd. |
89QI |
|
Shanghai Moutain Industries Co., Ltd. |
89QJ |
|
SHANGHAI ROMAX HARDWARE CO., Ltd. |
89QK |
|
SHANGRAO CITY YIWEN FASTENER CO., LIMITED |
89QL |
|
Suzhou YNK Fastener Co., Ltd. |
89QM |
|
T&Y Hardware Industry Co., Ltd. |
89QN |
|
TAISHAN DONYI HARDWARE CO., Ltd. |
89QO |
|
TANDL INDUSTRY CO., Ltd. |
89QP |
|
Xingtai Mindu Industrial Co. Ltd. |
89QQ |
|
Yongnian Country Tianbang Fasteners Co., Ltd. |
89QR |
|
Yuyao Alfirste Hardware Co., Ltd. |
89QS |
|
Zhejiang Cooper Turner Beck Green Energy Co., Ltd. |
89QT |
|
ZHEJIANG DONGHE FASTENER CO., Ltd. |
89QU |
|
Zhejiang Donghe Machinery Technology Corporation Limited |
89QV |
|
ZHEJIANG EXCELLENT INDUSTRIES CO., Ltd. |
89QW |
|
Zhejiang Haixun Precision Technology Co., Ltd. |
89QX |
|
ZHEJIANG HYSTRON AUTO PARTS CO., Ltd. |
89QY |
|
ZHEJIANG NEW SHENGDA FASTENER CO., Ltd. |
89QZ |
|
ZHESHANG DEVELOPMENT HUASENER(ZHEJIANG) HARDWARE TECHNOLOGY CO., Ltd. |
89RA |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1189/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)