European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1178

18.6.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1178

tat-23 ta’ Mejju 2025

dwar l-istabbiliment ta’ regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribut għar-riżiljenza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1735 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/1735 jistabbilixxi qafas legali komuni li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, billi jippromwovi d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista tagħhom u jsaħħaħ il-kapaċità tal-manifattura domestika tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti.

(2)

F’konformità mal-Artikoli 25, 26 u 28 tar-Regolament (UE) 2024/1735, meta jkun hemm evidenza ta’ dipendenza sinifikanti fuq pajjiżi terzi fir-rigward tal-provvista tal-Unjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, fl-akkwist pubbliku, fl-irkantijiet tal-enerġija rinnovabbli jew f’forom oħra ta’ intervent pubbliku għandhom jiġu applikati kriterji mhux tal-prezz, bħall-kontribut għar-reżiljenza. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribut għar-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprovdi lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom. Il-lista sservi sabiex jiġi vvalutat il-kontribut għar-reżiljenza.

(3)

L-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1735 jinkludi lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u komponenti speċifiċi użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti.

(4)

Il-komponenti speċifiċi ewlenin inklużi fil-lista pprovduta fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu biss dawk il-komponenti speċifiċi użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti li huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-Unjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-swieq stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 28 tar-Regolament (UE) 2024/1735.

(5)

Il-komponenti speċifiċi użati primarjament għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti jenħtieġ li jitqiesu bħala essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-kontribut għar-reżiljenza fl-akkwist pubbliku, fl-irkantijiet tal-enerġija rinnovabbli u f’forom oħra ta’ intervent pubbliku jekk huma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-valur tal-prodott finali, jew jekk ikunu kritiċi fl-appoġġ għar-reżiljenza tal-katina tal-provvista kumplessiva.

(6)

Sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għar-rekwiżiti relatati mal-kontribut għar-reżiljenza, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 29(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1735, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-ishma tal-provvista tal-Unjoni li joriġinaw minn pajjiżi terzi differenti għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2024/1735,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom għall-valutazzjoni tal-kontribut għar-reżiljenza hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj.


ANNESS

Lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribut għar-riżiljenza

 

Subkategoriji tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti

Prodotti finali

Komponenti speċifiċi ewlenin

Teknoloġiji solari

Teknoloġiji fotovoltajċi (PV, photovoltaic)

Sistemi solari PV

Polisiliċju ta’ grad PV

Ingotti tas-siliċju ta’ grad PV jew l-ekwivalenti (1)

Wafers PV jew l-ekwivalenti (1)

Ċelloli PV jew l-ekwivalenti (1)

Ħġieġ solari

Moduli PV

Invertituri PV

Trackers PV u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom

Teknoloġiji elettriċi termali solari

Impjanti tal-enerġija solari kkonċentrata (CSP, concentrated solar power)

Rifletturi tas-CSP

Trackers tas-CSP u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi itagħhom

Riċevituri tas-CSP (punt jew linja)

Teknoloġiji termali solari

Sistemi termali solari

Kolletturi termali solari (inkluż kolletturi pjani, f’tubi evakwati, b’sistemi konċentranti u b’ċirkolazzjoni tal-arja)

Assorbituri termali solari

Ħġieġ solari

Trackers termali solari u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom

Teknoloġiji solari oħra

Kolletturi fotovoltajċi-termali (PVT, PV-thermal collectors)

 

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art u teknoloġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art

Turbini eoliċi fuq l-art

Gondoli (assemblaġġ)

Buttuni tar-rotor

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

Gearboxes tat-turbini eoliċi

Pali

Torrijiet

Teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta

Turbini eoliċi lil hinn mill-kosta

Gondoli (assemblaġġ)

Buttuni tar-rotor

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

Gearboxes tat-turbini eoliċi

Pali

Torrijiet

Pedamenti / pjattaformi galleġġanti

Teknoloġiji rinnovabbli oħra lil hinn mill-kosta

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fluss tal-marea

Teknoloġija tal-enerġija mill-mewġ

 

Teknoloġiji tal-batteriji u tal-ħżin tal-enerġija

Teknoloġiji tal-batteriji

Batteriji (2)

Pakketti tal-batteriji

Moduli tal-batteriji

Ċelloli tal-batteriji

Materjali katodiċi attivi

Materjali anodiċi attivi

Elettroliti

Separaturi

Kolletturi tal-kurrent (inkluż fojls irqaq tar-ram, tal-aluminju, tan-nikil u tal-karbonju)

Sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji (BMS, battery management systems)

Sistemi tal-ġestjoni termali tal-batteriji (BTMS, battery thermal management systems)

Teknoloġiji tal-ħżin elettrokimiku

Ultrakapaċitaturi / superkapaċitaturi

Ħżin tal-enerġija bi fluss redox

Elettroliti

Separaturi

Kolletturi

Pjanċi tal-elettrodi

Teknoloġiji tal-ħżin gravitazzjonali

Ħżin idroelettriku ppumpjat

Turbini idriċi riversibbli u runners tal-pompa

Distributuri b’paletti direzzjonali

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija termali

Sistemi tal-ħżin tal-enerġija termali

Mezzi għall-ħżin tas-sħana sensibbli u għall-ħżin tas-sħana latenti (inkluż materjali tat-tibdil tal-fażi u mlieħ imdewba)

Materjali ta’ ħżin termokimiku

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija tal-gass likwifikat / ikkompressat

Ħżin tal-enerġija f’arja kkompressata

Ħżin tal-enerġija bl-arja likwida

 

Teknoloġiji oħra tal-ħżin tal-enerġija

Ħżin tal-enerġija tal-flywheel

Rotors tal-flywheel

Pompi tas-sħana u teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

Teknoloġiji tal-pompi tas-sħana

Pompi tas-sħana

Pompi tas-sħana

Valvi b’erba’ direzzjonijiet

Kompressuri tat-tip skroll/kompressuri rotatorji tal-pompi tas-sħana

Teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

Impjanti tal-enerġija ġeotermali

Sistemi ġeotermali ta’ użu dirett

Skambjaturi tas-sħana reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

Pompi sommerġibbli reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

Teknoloġiji tal-idroġenu

Elettrolizzaturi

Elettrolizzaturi alkalini (AEL, alkaline electrolysers)

Stacks

Separaturi (dijaframma jew membrani mfassla għall-elettroliżi tal-ilma)

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrodi

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMEL, proton exchange membrane electrolysers)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi)/membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi/saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-anjoni (AEMEL, anion exchange membrane electrolysers)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi)/membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi/saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrolizzaturi b’ossidu solidu (SOEL, solid-oxide electrolysers)

Stacks

Elettrolit u elettrodi

Gaskets/siġillanti ta’ temperatura għolja

Interkonnetturi/malji u pjanċi tat-truf

Ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu

Ċelloli tal-fjuwil b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMFC, proton exchange membrane fuel cells)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi)/membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi/saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Ċelloli tal-fjuwil b’ossidu solidu (SOFC, solid-oxide fuel cells)

Stacks

Elettroliti u elettrodi

Gaskets/siġillanti ta’ temperatura għolja

Interkonnetturi/malji u pjanċi tat-truf

Teknoloġiji oħra tal-idroġenu

Networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-idroġenu

Kumpressuri tal-idroġenu

Stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu

Pipelines għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu

Faċilitajiet għall-ħżin tal-idroġenu

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

Tankijiet stazzjonarji għall-ħżin tal-idroġenu

Impjanti għall-konverżjoni tal-idroġenu fl-ammonijaka u l-estrazzjoni tal-idroġenu mill-ammonijaka

Fran tal-ikkrekkjar tal-ammonijaka

Teknoloġiji tal-bijogass u tal-bijometan sostenibbli

Teknoloġiji tal-bijogass sostenibbli

Impjanti tal-bijogass sostenibbli

Diġesturi anaerobiċi/tankijiet tal-fermentazzjoni

Teknoloġiji tal-bijometan sostenibbli

Impjanti tal-bijometan sostenibbli

Diġesturi anaerobiċi/tankijiet tal-fermentazzjoni

Unitajiet għat-trasformazzjoni f’bijometan

Teknoloġiji tas-CCS

Teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju

Qbid minn assorbiment

Qbid minn adsorbiment

Qbid minn membrani

Qbid minn ċikli solidi

Qbid minn krijoġenika

Qbid dirett mill-arja

Kumpressuri tas-CO2

Teknoloġiji tal-ħżin tal-karbonju

 

 

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

Substazzjonijiet fuq l-art

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kommutaturi

Interrutturi taċ-ċirkwit

Relays ta’ protezzjoni

Transformers tal-elettriku

Skonnetturi

Sistemi ta’ żbarri tad-distribuzzjoni

Kabinetti elettriċi

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

Invertituri

Konvertituri

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

Iżolaturi

Kejbils, linji u aċċessorji assoċjati għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

Iżolaturi

Transformers tal-elettriku

Transformers tal-elettriku

Nuklei tat-transformer

Koljaturi tat-transformer

Kommutaturi għat-trasformatur

Teknoloġiji tal-iċċarġjar elettriku għat-trasport

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

Sistemi ta’ toroq elettriċi (3)

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

Linji ta’ kuntatt fl-ajru

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

Teknoloġiji għad-diġitalizzazzjoni tal-grilja u teknoloġiji oħra tal-grilja elettrika

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS, flexible alternating current transmission system)

Miters intelliġenti/infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS)

Miters intelliġenti/infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Impjanti tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Elementi tatal-fjuwil

Reċipjenti tar-reatturi

Pajpijiet u valvi primarji

Tubini tal-fwar

Ġeneraturi tal-fwar

Sistemi tas-sikurezza

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

Teknoloġiji taċ-ċikli tal-fjuwil nukleari

Ċikli tal-fjuwil nukleari

Ċentrifugi

Sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll tal-fluss tal-gass

Tagħmir ta’ proċessar kimiku

Tagħmir ta’ vitrifikazzjoni tal-iskart

Ċilindri, kontenituri u btieti ta’ trasport, ħżin u disponiment

Ilma tqil

Sistemi tas-sikurezza

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Impjanti tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Reatturi termokimiċi, elettrokimiċi, kimiċi u bijokimiċi / bijoloġiċi għall-konverżjoni tal-bijomassa u tal-karburanti riċiklati f’bijointermedji u/jew gass sintetiku

Reatturi u unitajiet ta’ wara t-trattament biex il-bijointermedji u/jew il-gass sintetiku u l-karburanti riċiklati jiġu kkonvertiti fi fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji idroelettriċi

Teknoloġiji idroelettriċi

Sistemi tat-turbini idriċi

Runners tat-turbini idriċi

Distributuri b’paletti direzzjonali

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

Teknoloġiji tal-enerġija ożmotika

 

 

Teknoloġiji tal-enerġija ambjentali, għajr pompi tas-sħana

 

 

Teknoloġiji tal-bijomassa

Imtieħen tal-pellets

Preses għall-briketti

Matriċijiet tal-pellets

Kompartimenti tal-kompattazzjoni tal-briketti

Teknoloġiji tal-gass tal-landfill

 

 

Teknoloġiji tal-gass tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

 

 

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

 

 

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (EMS, energy management systems)

Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-bini (BAS, building automation systems)

Rispons tad-domanda awtomatizzat (ADR, automated demand response)

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

Sistemi tal-enerġija taċ-Ċiklu Organiku ta’ Rankine (ORC, Organic Rankine cycle)

EMS

BAS

ADR

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

Turbini ORC

Teknoloġiji tal-grilja tas-sħana u tal-kesħa

Pajpijiet tas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ

 

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika oħrajn relatati mas-sistema tal-enerġija

 

 

Fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika

Fjuwils rinnovabbli ta’ teknoloġiji ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO, renewable fuels of non-biological origin)

Impjanti RFNBO

Reatturi biex jikkonvertu H2 u CO2 jew N2 f’gas sintetiku jew alkoħols

Reatturi biex jikkonvertu l-gass sintetiku jew l-alkoħols f’RFNBO

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, bijopolimeri, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

Bijopolimeri

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, bijopolimeri, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

Bijopolimeri

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

Fran bl-ark elettriku

Reatturi tal-ħadid b’riduzzjoni diretta lesti għall-idroġenu

Fran bl-ark elettriku mgħaddas

Fran b’banju tal-gagazza miftuħ

Kalkari rapidi

Bojlers elettriċi industrijali

Heaters/fran ta’ induzzjoni industrijali (4)

Heaters/fran tal-infraaħmar industrijali

Heaters/fran microwave industrijali

Heaters/fran radiowave industrijali

Heaters/fran reżistivi industrijali

Eletroidi tal-grafit jew tal-karbonju għal fran elettriċi

Kalkari rapidi

Bojlers elettriċi industrijali

Heaters/fran ta’ induzzjoni industrijali

Kojls ta’ induzzjoni industrijali

Heaters/fran tal-infraaħmar industrijali

Emitturi tal-infraaħmar industrijali

Heaters/fran microwave industrijali

Manjetroni industrijali

Heaters/fran radiowave industrijali

Ġeneraturi tar-radjufrekwenzi

Heaters/fran reżistivi industrijali

Elettrodi tal-molibdenu għall-fran elettriċi

Teknoloġiji tat-trasport u l-utilizzazzjoni ta’ CO2

Teknoloġiji tat-trasport ta’ CO2

Infrastruttura tat-trasport ta’ CO2

Kumpressuri CO2

Teknoloġiji tal-utilizzazzjoni ta’ CO2

Utilizzazzjoni termokimika

Utilizzazzjoni elettrokimika

Elettrolizzaturi tas-CO2

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ u elettrika għat-trasport

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ

Rotors Flettner

Qlugħ tal-ġwienaħ tal-ġbid

Tajriet tal-irmunkar

Qlugħ ta’ ġwienaħ riġidu u semiriġidu

 

Teknoloġiji ta’ propulsjoni elettrika

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq u off-road

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport ferrovjarju

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport fuq l-ilma

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bl-ajru

Muturi elettriċi tal-propulsjoni tat-trasport

Kalamiti permanenti ta’ muturi elettriċi tat-trasport

Pakketti tal-batteriji tat-trasport

Ċelloli tal-fjuwil tat-trasport

Invertituri tat-trasport

Unitajiet tad-distribuzzjoni tal-enerġija b’vultaġġ għoli tal-propulsjoni elettrika

Ċarġers abbord

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

Teknoloġiji nukleari oħrajn

Teknoloġiji nukleari oħrajn (bħat-teknoloġiji tal-fużjoni nukleari)

 

 


(1)  It-terminu “ekwivalenti” jirreferi għal passi simili jew teknoloġiji abilitanti ewlenin meħtieġa għal teknoloġiji b’rita rqiqa, organiċi, tandem jew teknoloġiji PV oħrajn.

(2)  Il-batteriji kif definiti fl-Artikolu 3(13), (14) u (15) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji.

(3)  It-terminu “sistemi ta’ toroq elettriċi” (magħruf ukoll bħala ċċarġjar dinamiku) jirreferi għal tagħmir tul it-triq li jforni l-elettriku lill-vetturi waqt li jkunu mixjin. Dan il-prodott finali jinkludi kemm l-iċċarġjar konduttiv kif ukoll dak induttiv.

(4)  It-terminu “heater” jirreferi għal applikazzjonijiet b’temperatura baxxa (sa 200 °C) u medja (200 sa 500 °C). It-terminu “forn” jirreferi għal applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja (500 sa 1 000 °C) u għolja ħafna (ogħla minn 1 000 °C).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1178/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)