|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1174 |
12.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1174
tal-4 ta’ Ġunju 2025
li tirrikonoxxi bħala proġetti strateġiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċerti proġetti tal-materja prima kritika li jinsabu f’pajjiżi terzi u f’pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej
(notifikata bid-dokument C(2025) 3491)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 u sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-Unjoni tal-materja prima kritika, il-Kummissjoni trid tidentifika proġetti għall-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ jew is-sostituzzjoni tal-materja prima strateġika, bl-għan li tali proġetti jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi skont il-qafas stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2024/1252, fit-23 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni nediet sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima kritika bħala Proġett Strateġiku (2), bl-iskadenza tat-22 ta’ Awwissu 2024. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, fl-20 ta’ Settembru 2024 il-Kummissjoni infurmat lill-applikanti dwar jekk l-informazzjoni pprovduta kinitx ikkunsidrata kompluta f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. Meta applikazzjoni tqieset mhux kompluta, il-Kummissjoni talbet lill-applikant jippreżenta fi żmien qasir l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-applikazzjoni tiġi kkompletata. |
|
(4) |
Mal-iskadenza tat-22 ta’ Awwissu 2024, ġew ippreżentati 46 applikazzjoni minn proġetti proposti li jinsabu f’pajjiżi terzi jew f’pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej (PTEE), li minnhom 44 tqiesu kompluti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2024/1252, il-Kummissjoni infurmat lill-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (il-Bord) stabbilit bl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament, dwar l-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni qieset kompluti. |
|
(6) |
Wara dik il-verifika tal-kompletezza, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 7(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252, bagħtet l-applikazzjonijiet lill-pajjiżi terzi u lill-PTEE li t-territorju tagħhom huwa kkonċernat mill-proġett propost. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet f’konformità mal-kriterji speċifikati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252, bl-appoġġ ta’ esperti esterni b’għarfien espert professjonali fid-dimensjonijiet tekniċi, finanzjarji, ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG, environmental, social and governance) ta’ proġett, kif ukoll fil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC, United Nations Framework Classification for Resources) (3). Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjonijiet li b’mod ċar ma kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252 mingħajr l-appoġġ ta’ dawk l-esperti esterni. L-opinjoni kkonsolidata tal-esperti esterni ffurmat il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, il-fattibbiltà teknika, l-implimentazzjoni sostenibbli, u jekk billi jżidilhom il-valur, huwiex ta’ benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u s-suq emerġenti jew għall-pajjiż terz ikkonċernat li qed jiżviluppa ekonomikament, u fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni elenkat il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252. Għalhekk jenħtieġ li dawn il-proġetti jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Bord il-valutazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(10) |
Il-proġetti kollha proposti li huma rikonoxxuti bħala Proġett Strateġiku ngħataw l-approvazzjoni espliċita tal-pajjiż terz jew tal-PTEE kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 7(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinnotifika dwar l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, lill-applikanti kollha għar-rikonoxximent ta’ proġett bħala Proġett Strateġiku. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lill-applikanti kollha dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha u r-raġunament tagħha f’konformità mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u ta’ informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra, kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll din id-Deċiżjoni lill-Bord u lill-pajjiż terz jew lill-PTEE li t-territorju tiegħu huwa kkonċernat mill-proġett(i), f’konformità mal-Artikolu 7(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Bord, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proġetti elenkati fl-Anness huma rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
Numru |
Promotur tal-Proġett |
Indirizz tal-promotur |
Isem il-Proġett |
|
1 |
Pobuzhzhya’s Development LLC |
Panasa Myrnoho Str., 6 (office 401), 01011 Kyiv, l-Ukrajna |
Balakhivka Graphite Deposit |
|
2 |
Société Le Nickel |
Rue Desjardins Doniambo 2, BPE5 – 98848 Noumea Cedex, New Caledonia |
CaledoNi |
|
3 |
GreenRoc Strategic Materials Plc |
Gracechurch Street, 60 (6th floor), EC3V 0HR Londra, ir-Renju Unit |
Norgraph a/s and Greenland Graphite a/s |
|
4 |
Magneto Investments Limited Partnership |
Adelaide Street West, 22, ON, M5H 4E3 Toronto, il-Kanada |
Integrated Dumont Nickel Project |
|
5 |
Rio Tinto (Entità lokali: Rio Sava Exploration doo) |
St. James’s Square 6, SW1Y4LD Londra, ir-Renju Unit |
Jadar |
|
6 |
Kobaloni Energy Zambia Limited |
Great East Road 87a, 10101 Lusaka, iż-Żambja |
Kobaloni Energy Zambia Ltd |
|
7 |
EVION GROUP NL |
Ord St. 28 (suite 3), WA 6005 West Perth, l-Awstralja |
Maniry Graphite Mine Project |
|
8 |
Nussir ASA |
Sjøgata 9, 9600 Hammerfest, in-Norveġja |
Nussir |
|
9 |
Jervois Brasil Metalurgia Ltda. |
Avenida Doutor José Arthur Nova 1309, 08.090-000 São Miguel Paulista (São Paulo), il-Brażil |
São Miguel Paulista (SMP) Nickel and Cobalt Refinery Restart Project |
|
10 |
Sarytogan Graphite Limited |
Hay St. 8/110, WA 6008 Subiaco, l-Awstralja |
Sarytogan Graphite Project |
|
11 |
Mkango Resources Limited |
Burrard Street 550, BC V6C 0A3 Vancouver, il-Kanada |
Songwe Hill Rare Earths |
|
12 |
Tungsten West PLC |
Hemerdon Mine (Drakelands), PL7 5BS, Devon, ir-Renju Unit |
Tungsten West |
|
13 |
Frontier Rare Earths Limited |
Rue Jean-Pierre Probst 4, L2352 il-Lussemburgu, il-Lussemburgu |
Zandkopsdrift |
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2025
Għall-Kummissjoni
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.
(2) Sejħa għall-applikazzjonijiet: Proġetti Strateġiċi skont l-Att dwar il-Materja Prima Kritika – il-Kummissjoni Ewropea.
(3) Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC) | NUKEE .
ANNESS
LISTA TAL-PROĠETTI STRATEĠIĊI
|
(1) |
Balakhivka Graphite Deposit huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fl-Ukrajna. Il-proġett promoss minn Pobuzhzhya’s Development LLC għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (ta’ grad għall-batteriji). |
|
(2) |
CaledoNi huwa proġett ta’ proċessar li għaddej fi New Caledonia. Il-proġett promoss minn Société Le Nickel għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (ta’ grad għall-batteriji). |
|
(3) |
Norgraph a/s and Greenland Graphite a/s huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u proċessar li għaddej fin-Norveġja (Norgraph a/s) u Greenland (Greenland Graphite a/s). Il-proġett promoss minn GreenRoc Strategic Materials Plc għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (ta’ grad għall-batteriji). |
|
(4) |
Integrated Dumont Nickel Project huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fil-Kanada. Il-proġett promoss minn Magneto Investments Limited Partnership għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (ta’ grad għall-batteriji) u tal-kobalt. |
|
(5) |
Jadar huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fis-Serbja. Il-proġett promoss minn Rio Tinto permezz tal-entità lokali Rio Sava Exploration doo għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (ta’ grad għall-batteriji) u tal-boron (ta’ grad għall-metallurġija). |
|
(6) |
Kobaloni Energy Zambia Ltd huwa proġett ta’ proċessar li għaddej fiż-Żambja. Il-proġett promoss minn Kobaloni Energy Zambia Limited għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt. |
|
(7) |
Maniry Graphite Mine Project huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fil-Madagascar. Il-proġett promoss minn Evion Group NL għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (ta’ grad għall-batteriji). |
|
(8) |
Nussir huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fin-Norveġja. Il-proġett promoss minn Nussir ASA għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram. |
|
(9) |
São Miguel Paulista (SMP) Nickel and Cobalt Refinery Restart Project huwa proġett ta’ proċessar li għaddej fil-Brażil. Il-proġett promoss minn Jervois Brasil Metalurgia Ltda. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (ta’ grad għall-batteriji) u tal-kobalt. |
|
(10) |
Sarytogan Graphite Project huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fil-Każakistan. Il-proġett promoss minn Sarytogan Graphite Limited għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (ta’ grad għall-batteriji). |
|
(11) |
Songwe Hill Rare Earths huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fil-Malawi. Il-proġett promoss minn Mkango Resources Limited għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti. |
|
(12) |
Tungsten West huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fir-Renju Unit. Il-proġett promoss minn Tungsten West PLC għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tat-tungstenu. |
|
(13) |
Zandkopsdrift huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej fl-Afrika t’Isfel. Il-proġett promoss minn Frontier Rare Earths Limited għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti u l-manganiż (ta’ grad għall-batteriji). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1174/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)