|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1162 |
24.6.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1162
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE fir-rigward tal-kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2025) 3697)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Fl-Anness tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE (2) tistabbilixxi kwestjonarju li jrid jintuża mill-Istati Membri għat-tfassil ta’ rapporti annwali biex jistabbilixxu rendikont dettaljat tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emendat id-Direttiva 2003/87/KE biex tallinja d-dispożizzjonijiet tagħha mal-objettivi klimatiċi legalment vinkolanti tal-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Biex jiġu implimentati dawk l-emendi tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (5) ġie emendat biex jinkorpora regoli ġodda dwar: il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mill-attivitajiet estiżi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE; l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli u b’karbonju baxx; il-kwantitajiet tas-CO2 marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodotti elenkati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 (6); u l-effetti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2. Barra minn hekk, ġie inkluż Kapitolu VIIa ġdid biex tiġi implimentata sistema ta’ monitoraġġ u rapportar għall-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE. Biex jallinja mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u jsaħħaħ iktar is-sistema ta’ verifika u akkreditazzjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (7) ġie emendat. Barra minn hekk, ir-regoli għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ġew aġġornati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 (8) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/772 (9). |
|
(5) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-attivitajiet tat-trasport marittimu internazzjonali. B’hekk, ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) ġie emendat biex jappoġġa aktar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mill-kumpaniji tat-tbaħħir li jwettqu attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2917 (11) stabbilixxa rekwiżiti armonizzati dwar il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-kumpanija tat-tbaħħir min-naħa tal-verifikatur. |
|
(6) |
Għalhekk huwa neċessarju li fid-Deċiżjoni 2005/381/KE jiġu riflessi l-emendi tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni relatati. Barra minn hekk, l-esperjenza ulterjuri li kisbu l-Istati Membri u l-Kummissjoni matul l-użu tal-kwestjonarju wriet il-ħtieġa għal titjib fl-effiċjenza tar-rappurtar u fil-koerenza tal-informazzjoni rrappurtata. |
|
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-mistoqsijiet fil-kwestjonarju jenħtieġ li jikkonċernaw biss dik id-data li mhijiex disponibbli għall-Kummissjoni permezz ta’ sorsi oħra. Għal dik ir-raġuni, il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE jenħtieġ li ma jkunx fih miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 (12). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kwestjonarju ma jkoprix data relatata mal-attivitajiet tat-trasport marittimu li tista’ tinġabar mit-Thetis MRV, is-sistema awtomatizzata ta’ informazzjoni tal-Unjoni mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, stabbilita għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 u d-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2005/381/KE tiġi emendata kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 126, 19.5.2005, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/381/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti biex il-gassijiet serra jitqiesu li saru marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott (ĠU L, 2024/2620, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2620/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet (ĠU L, 2024/873, 4.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/772 tas-16 ta’ April 2025 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L, 2025/772, 22.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/772/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/757/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2917 tal-20 ta’ Ottubru 2023 dwar l-attivitajiet ta’ verifika, l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi u l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 (ĠU L, 2023/2917, 29.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2917/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1842/oj).
ANNESS
“ANNESS
KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
1. Dettalji tal-istituzzjoni li qed tissottometti r-rapport
|
Isem u dipartiment tal-organizzazzjoni: |
|
|
Isem tal-punt ta’ kuntatt: |
|
|
Titolu tal-impjieg tal-punt ta’ kuntatt: |
|
|
Indirizz: |
|
|
Numru tat-telefon internazzjonali: |
|
|
Posta elettronika: |
|
2. Awtoritajiet responsabbli fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet
|
2.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok agħti l-isem, l-abbrevjazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti li ġejjin:
Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Qed tuża l-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni maħtur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex takkredita verifikaturi li qed iwettqu verifiki ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet, rapporti dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2, rapporti dwar id-data ta’ referenza, rapporti tad-data ta’ entrant ġdid jew rapporti annwali dwar il-livell tal-attività? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok iddikjara l-isem, l-abbrevjazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dak il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni.
Stabbilixxejt awtorità nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni biex tiċċertifika l-verifikaturi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (7)? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok iddikjara l-isem, l-abbrevjazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok iddikjara l-isem, l-abbrevjazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-amministratur tar-reġistru fl-Istat Membru tiegħek.
|
|
2.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika liema awtorità kompetenti hija responsabbli għall-kompiti li ġejjin, billi tuża l-abbrevjazzjoni tagħha. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kun af li jekk kaxxa fit-tabella ta’ hawn taħt tkun griża, il-kompitu ma jkunx rilevanti la għall-installazzjonijiet, l-avjazzjoni, l-ETS2 u lanqas għall-attivitajiet tat-trasport marittimu.
|
|
2.3. |
Jekk tinħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda fl-Istat Membru tiegħek skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, liema awtorità kompetenti hija l-punt fokali tiegħek kif imsemmi fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jew il-punt fokali tiegħek kif imsemmi fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2917 (18)? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża l-abbrevjazzjoni rilevanti fit-tabella ta’ hawn taħt.
Jekk fl-Istat Membru tiegħek tinħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda biex twettaq l-attivitajiet kif imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, x’miżuri ttieħdu biex tiġi kkoordinata l-ħidma ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.4. |
Liema skambju ta’ informazzjoni huwa organizzat bejn l-awtoritajiet kompetenti?
L-Istat Membru tiegħek kien jeħtieġ li l-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jagħmlu l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Anness Xa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 disponibbli għall-entità regolata kkonċernata qabel l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ rapportar? Iva/Le
|
|
2.5. |
Liema skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2917 bejn il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jew, jekk rilevanti, l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni u l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
||||||||||||||||
3. Il-kopertura tal-attivitajiet, l-installazzjonijiet, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-entitajiet regolati
3.A. Installazzjonijiet
|
3.1. |
Kemm-il installazzjoni twettaq attivitajiet u tarmi emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE? Kemm-il waħda minn dawk l-installazjonijiet hija tal-kategorija A, B u C kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Kemm mill-installazzjonijiet tal-kategorija A huma installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Liema attivitajiet tal-Anness I jitwettqu minn installazzjonijiet fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
3.2. |
Eskludejt installazzjonijiet skont l-Artikolu 27 jew 27a tad-Direttiva 2003/87/KE? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt:
|
3.B. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
3.3. |
Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettaq l-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għalihom int responsabbli bħala l-Istat Membru amministrattiv? Kemm, minn dawn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, huma operaturi kummerċjali tal-inġenji tal-ajru u operaturi mhux kummerċjali tal-inġenji tal-ajru? Kemm, mill-għadd totali ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru, huma emittenti żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok speċifika dan billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
Kemm, mill-għadd totali ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li qed iwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw titjiriet li jaqgħu taħt CORSIA? Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru waqqaf l-operazzjonijiet u ma għadux iwettaq l-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta’ rapportar? Jekk jogħġbok speċifika dan billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
3.C. Entitajiet regolati
|
3.4. |
Kemm-il entità regolata tirrilaxxa fjuwils għall-konsum fl-attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jew fl-attivitajiet inklużi unilateralment f’konformità mal-Artikolu 30j ta’ din id-Direttiva? Kemm, minn dawk l-entitajiet regolati, huma entitajiet regolati tal-kategorija A u B kif imsemmi fl-Artikolu 75e tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Kemm, mill-entitajiet regolati tal-kategorija A, huma entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 75n(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
4. Il-ħruġ ta’ permessi għall-installazzjonijiet
|
4.1. |
Jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt sa liema punt kien hemm integrazzjoni jew koordinazzjoni bejn id-Direttiva 2003/87/KE u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali).
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
4.2. |
Il-liġi nazzjonali meta teħtieġ aġġornament tal-permess f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 jew l-Artikolu 30b tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali fit-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kun af li jekk kaxxa fit-tabella ta’ hawn taħt hija griża, il-kompitu mhuwiex rilevanti għall-ETS2.
X’inhu l-għadd totali ta’ aġġornamenti tal-permessi f’konformità mal-Artikoli 6, 7 u 30b tad-Direttiva 2003/87/KE li seħħew fil-perjodu ta’ rapportar? Jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ aġġornamenti tal-permessi sa fejn dan huwa magħruf mill-awtorità kompetenti.
|
5. Applikazzjoni tar-regoli ta’ monitoraġġ u rapportar
5.A. Ġenerali
|
5.1. |
Qed tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali biex tassisti fl-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew tar-Regolament (UE) 2015/757?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt għal liema oqsma ġiet jew qiegħda tiġi implimentata leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali.
Ġiet żviluppata gwida nazzjonali addizzjonali biex tappoġġa l-fehim tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew tar-Regolament (UE) 2015/757?
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt għal liema oqsma ġiet żviluppata gwida nazzjonali addizzjonali.
|
|
5.2. |
X’miżuri ttieħdu biex jiġu razzjonalizzati r-rekwiżiti ta’ rapportar tal-EU ETS mar-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar eżistenti oħra bħar-rapportar tal-inventarju tal-gassijiet serra u r-rapportar f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29)? Jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|||||||||||||||||||||||||
|
5.3. |
Qed tuża l-mudell żviluppat mill-Kummissjoni għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti ta’ verifika u/jew għar-rapport dwar it-titjib? Iva/Le
Jekk le, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt jekk l-Istat Membru tiegħek żviluppax mudelli elettroniċi personalizzati jew formati ta’ fajls speċifiċi għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti ta’ verifika u/jew għar-rapporti dwar it-titjib u indika liema elementi huma differenti meta mqabbla mal-mudell żviluppat mill-Kummissjoni.
X’miżuri implimentajt biex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 74(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt.
|
|
5.4. |
Qed tuża sistema awtomatizzata għall-iskambju ta’ data elettronika bejn l-operaturi jew bejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-awtorità kompetenti u partijiet oħrajn? Iva/Le
Qed tuża sistema awtomatizzata għall-iskambju elettroniku tad-data bejn l-entitajiet regolati, l-awtorità kompetenti u partijiet oħra? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika hawn taħt liema dispożizzjonijiet implimentajt biex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 75(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
|
5B. Installazzjonijiet
|
5.5. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok imla, għall-fjuwils elenkati, il-konsum totali ta’ fjuwil u l-emissjonijiet annwali totali bbażati fuq id-data rrapportata fir-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-operatur għas-sena tar-rapportar.
|
|
5.6. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok daħħal l-emissjonijiet totali aggregati għal kull kategorija rrapportata bil-Format tar-Rapportar Komuni (CRF, Common Reporting Format) tal-IPCC fuq il-bażi tad-data pprovduta fir-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-operatur f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
|
|
5.7. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ installazzjonijiet li għalihom, l-awtorità kompetenti ppermettiet frekwenza differenti għall-analiżi f’konformità mal-Artikolu 35(2), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 kif ukoll konferma li l-pjan ta’ kampjunar f’dawk il-każijiet qiegħed jiġi ddokumentat bis-sħiħ u rrispettat.
|
|
5.8. |
Jekk l-approċċi tal-ogħla livell għal flussi minn sorsi maġġuri jew sorsi ta’ emissjonijiet ewlenin ta’ installazzjonijiet tal-kategorija C kif imsemmi fl-Artikolu 19(2). il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ma jiġux applikati, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt, għal kull installazzjoni li għaliha seħħet dik is-sitwazzjoni, il-flussi minn sorsi jew is-sors ta’ emissjoni affettwati, il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat, l-ogħla livell meħtieġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-livell applikat.
|
|
5.9. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ installazzjonijiet tal-kategorija B kif imsemmi fl-Artikolu 19(2), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li ma japplikawx l-ogħla livell għall-flussi minn sorsi maġġuri kollha u s-sorsi ta’ emissjonijiet ewlenin kollha (37) f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
|
|
5.10. |
L-installazzjonijiet fl-Istat Membru tiegħek applikaw l-approċċ ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.11. |
Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ installazzjonijiet tal-kategorija A, B u C li kienu meħtieġa jissottomettu u li fil-fatt issottomettew rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. L-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt tikkonċerna s-sottomissjoni tar-rapport dwar it-titjib.
|
|
5.12. |
Is-CO2 inerenti f’konformità mal-Artikolu 48, is-CO2 f’konformità mal-Artikolu 49, jew l-N2O f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ġie ttrasferit fl-Istat Membru tiegħek? Iva/Le
Is-CO2 f’konformità mal-Artikolu 49a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ġie marbut kimikament b’mod permanenti fi prodott elenkat fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 (44)? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.13. |
Kien hemm xi installazzjoni fl-Istat Membru tiegħek li applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt, l-emissjonijiet totali ta’ kull installazzjoni, l-emissjonijiet koperti minn kejl kontinwu tal-emissjonijiet, u jekk il-gass imkejjel fihx CO2 tal-bijomassa.
|
|
5.14. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika kull attività ewlenija elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE:
Liema mill-metodi għall-wiri tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà jew mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu ġeneralment applikati fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tipprovdi t-tweġiba tiegħek. Jekk jintużaw skemi nazzjonali biex juru tali konformità, jekk jogħġbok iddeskrivi l-elementi ewlenin.
|
|
5.15. |
X’kienet il-kwantità ta’ emissjonijiet tas-CO2 minn skart użat bħala fjuwil jew materjal ta’ input? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
5.16. |
L-Istat Membru tiegħek ippermetta l-użu ta’ xi pjanijiet ta’ monitoraġġ simplifikati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt x’tip ta’ valutazzjoni tar-riskju saret u fuq liema prinċipji ssawret.
|
5C. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
5.17. |
Liema metodi u għodod ta’ monitoraġġ jintużaw mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jiddeterminaw l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabelli ta’ hawn taħt.
|
|
5.18. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika
Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru rrapportaw effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2 minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’pajjiż terz u ajrudrom li jinsab fi Stat Membru jew bejn pajjiżi terzi? Jekk jogħġbok uża t-tabella ta’ hawn taħt biex twieġeb il-mistoqsija.
|
|
5.19. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika:
Liema mill-metodi għall-wiri tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà jew mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu ġeneralment applikati fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tipprovdi t-tweġiba tiegħek. Jekk jintużaw skemi nazzjonali biex juru tali konformità, jekk jogħġbok iddeskrivi l-elementi ewlenin.
|
|
5.20. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li kienu meħtieġa jissottomettu u li fil-fatt issottomettew rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. L-informazzjoni mitluba fit-tabella ta’ hawn taħt tikkonċerna s-sottomissjoni ta’ rapporti ta’ titjib.
|
|
5.21. |
L-Istat Membru tiegħek ippermetta l-użu ta’ xi pjanijiet ta’ monitoraġġ simplifikati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt x’tip ta’ valutazzjoni tar-riskju saret u fuq liema prinċipji ssawret.
|
5.D. Entitajiet regolati
|
5.22. |
Jekk l-approċċi tal-ogħla livell għall-flussi minn sors maġġuri ta’ fjuwil rilaxxat għall-konsum mill-entitajiet regolati tal-kategorija B kif imsemmi fl-Artikolu 75e(2), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 ma jiġux applikati, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt, għal kull entità regolata li għaliha seħħet dik is-sitwazzjoni, il-fjuwils affettwati rilaxxati għall-konsum, il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat, l-ogħla livell meħtieġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-livell applikat.
|
|
5.23. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ entitajiet regolati tal-kategorija A kif imsemmi fl-Artikolu 75e(2), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li ma japplikawx l-ogħla livell għall-flussi minn sors maġġuri ta’ fjuwil rilaxxat għall-konsum f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
|
|
5.24. |
Liema metodi tal-fattur tal-ambitu kif imsemmija fl-Artikolu 75l(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 intużaw fl-Istat Membru tiegħek? Jekk possibbli, jekk jogħġbok speċifika skont il-fjuwils u skont is-setturi.
L-awtorità kompetenti teħtieġ metodu tal-fattur tal-ambitu kif imsemmi fl-Artikolu 75l(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le (62) Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika f’termini ġenerali liema metodu tal-fattur tal-ambitu huwa meħtieġ u għal liema settur (63).
X’inhu l-għadd ta’ entitajiet regolati u l-emissjonijiet aggregati tal-flussi ta’ fjuwil li għalihom dawk l-entitajiet regolati applikaw valur prestabbilit ta’ 1 f’konformità mal-Artikolu 75l(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 minħabba li mhuwiex teknikament fattibbli jew iwassal għal kostijiet irraġonevoli biex jiġu applikati l-metodi tal-fattur tal-ambitu kif imsemmi fl-Artikolu 75l(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni? Jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt
|
|
5.25. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika:
Liema mill-metodi għall-wiri tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà jew mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu ġeneralment applikati fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tipprovdi t-tweġiba tiegħek. Jekk jintużaw skemi nazzjonali biex juru tali konformità, jekk jogħġbok iddeskrivi l-elementi ewlenin.
|
|
5.26. |
Jekk jogħġbok indika, fit-tabella ta’ hawn taħt, l-għadd ta’ entitajiet regolati tal-kategoriji A u B li kienu meħtieġa jissottomettu u fil-fatt issottomettew rapport ta’ titjib f’konformità mal-Artikolu 75q tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. L-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt tikkonċerna s-sottomissjoni tar-rapport dwar it-titjib.
|
5.E. Kumpaniji tat-tbaħħir
|
5.27. |
Għal kemm-il kumpanija tat-tbaħħir u bastiment kien iddeterminat il-fattur ta’ emissjoni għall-fjuwils mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066?
|
|
5.28. |
Liema mill-metodi għall-wiri tal-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà jew mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu ġeneralment applikati fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tipprovdi t-tweġiba tiegħek. Jekk jintużaw skemi nazzjonali biex juru tali konformità, jekk jogħġbok iddeskrivi l-elementi ewlenin.
|
6. Arranġamenti għall-verifika
6.A. Ġenerali
|
6.1. |
Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd totali ta’ verifikaturi li jwettqu verifika tar-rapporti tal-installazzjoni stazzjonarja (68), tar-rapporti tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, tar-rapporti tal-entità regolata, jew tar-rapporti tal-kumpanija tat-tbaħħir, inkluż il-valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-kumpanija tat-tbaħħir. Għall-għadd totali ta’ verifikaturi minn Stat Membru ieħor, jekk jogħġbok indika l-Istat Membru li fih ġew akkreditati mill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni.
Jekk jogħġbok uża ringieli addizzjonali biex twieġeb il-mistoqsija għat-tip ta’ verifika.
Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ verifikaturi akkreditati għal ambitu partikolari ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Jekk l-Istati Membri jkunu ppermettew iċ-ċertifikazzjoni ta’ verifikaturi ta’ persuni fiżiċi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, jekk jogħġbok indika wkoll l-għadd ta’ verifikaturi ta’ persuni fiżiċi ċċertifikati għal kamp ta’ applikazzjoni partikolari taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
|
|
6.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-iskambju ta’ informazzjoni speċifikati fil-Kapitolu VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jew fil-Kapitolu VI tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2917:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.B. Installazzjonijiet
|
6.3. |
Għal liema installazzjonijiet l-awtorità kompetenti għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kemm-il installazzjoni rċeviet dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva jew ma ssottomettietx rapport dwar l-emissjonijiet sal-iskadenza meħtieġa?
|
|
6.4. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li inkluda dikjarazzjonijiet skoretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
6.5. |
L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli fuq rapporti dwar l-emissjonijiet ivverifikati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kontrolli twettqu bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.6. |
Tneħħew żjarat fuq il-post għal installazzjonijiet li jarmu aktar minn 25 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ installazzjonijiet li għalihom tneħħiet żjara fuq il-post għal kundizzjoni partikolari. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Iż-żjarat fuq il-post tneħħew minħabba installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ installazzjonijiet li minħabba fihom tneħħiet żjara fuq il-post.
|
|
6.7. |
Saru żjarat virtwali fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 34a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
6.C. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
6.8. |
Għal liema operaturi tal-inġenji tal-ajru l-awtorità kompetenti għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet jew tal-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO
2
, f’konformità mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kemm-il operatur tal-inġenji tal-ajru rċieva dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva jew ma ssottomettiex rapport dwar l-emissjonijiet sal-iskadenza meħtieġa?
|
|
6.9. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li inkluda dikjarazzjonijiet skoretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt għall-emissjonijiet rispettivament.
|
|
6.10. |
L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli fuq rapporti dwar l-emissjonijiet ivverifikati jew ir-rapporti dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kontrolli twettqu bl-użu tat-tabelli ta’ hawn taħt għall-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2 rispettivament. Tabella għad-data relatata mar-rapporti dwar l-emissjonijiet
Tabella għal data relatata mar-rapporti dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.11. |
Iż-żjarat fuq il-post tneħħew għal emittenti żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ emittenti żgħar li għalihom tneħħiet żjara fuq il-post.
|
|
6.12. |
Iż-żjarat virtwali fuq il-post twettqu f’konformità mal-Artikolu 34a jew mal-Artikolu 34b tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
6.D. Entitajiet regolati
|
6.13. |
Għal liema entitajiet regolati l-awtorità kompetenti għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 75r(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kemm-il entità regolata rċeviet dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva jew ma ssottomettietx rapport dwar l-emissjonijiet sal-iskadenza meħtieġa?
|
|
6.14. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li inkluda dikjarazzjonijiet skoretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
6.15. |
L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli fuq rapporti dwar l-emissjonijiet ivverifikati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kontrolli twettqu bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.16. |
Tneħħew żjarat fuq il-post għall-entitajiet regolati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ entitajiet regolati li għalihom tneħħiet żjara fuq il-post taħt kundizzjoni partikolari. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Iż-żjarat fuq il-post tneħħew għall-entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 75n(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ entitajiet regolati li għalihom tneħħiet żjara fuq il-post.
|
|
6.17. |
Iż-żjarat virtwali fuq il-post twettqu f’konformità mal-Artikoli 43x u 34a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
6.E. Kumpaniji tat-tbaħħir
|
6.18. |
Għal liema kumpaniji tat-tbaħħir l-awtorità amministrattiva għamlet stima konservattiva tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2849 (105)? Jekk jogħġbok wieġeb billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
Kemm-il kumpanija tat-tbaħħir irċeviet konklużjoni ta’ verifika negattiva jew ma ssottomettietx rapport dwar l-emissjonijiet sal-iskadenza meħtieġa?
|
|
6.19. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika relatat mat-tipi differenti ta’ verifika li kien jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
6.20. |
L-awtorità amministrattiva wettqet xi kontrolli fuq ir-rapporti dwar l-emissjonijiet ivverifikati tal-bastimenti jew ir-rapporti vverifikati fil-livell tal-kumpaniji? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kontrolli twettqu bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.21. |
Jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
7. Reġistri
|
7.1. |
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-Istat Membru tiegħek meħtieġa li jiġu ffirmati mid-detenturi ta’ kontijiet. |
|
7.2. |
Fil-każijiet kollha fejn kont ingħalaq minħabba li ma kien hemm l-ebda prospett raġonevoli li jiġu ċeduti aktar kwoti minn installazzjoni, operatur tal-inġenji tal-ajru, entità regolata jew kumpanija tat-tbaħħir, jekk jogħġbok iddeskrivi fit-tabella ta’ hawn taħt għaliex ma kien hemm l-ebda prospett ulterjuri raġonevoli u ddikjara l-ammont ta’ kwoti pendenti. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|
7.3. |
F’kemm-il okkażjoni matul is-sena ta’ rapportar l-operaturi tal-inġenji tal-ajru użaw il-mandat kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (119)? Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt l-għadd ta’ drabi.
Liema operaturi tal-inġenji tal-ajru użaw mandat matul il-perjodu ta’ rapportar kif stipulat fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122? Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni billi tuża t-tabella ta’ hawn taħt. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
8. Allokazzjoni
8A. Ġenerali
|
8.1. |
Qed tuża l-mudell żviluppat mill-Kummissjoni għall-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ, għar-rapporti tad-data ta’ referenza, għar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, għall-pjanijiet dwar in-newtralità klimatika, għar-rapporti dwar in-newtralità klimatika u għar-rapporti ta’ verifika? Iva/Le
Jekk le, jekk jogħġbok speċifika fit-tabella ta’ hawn taħt jekk żviluppajtx mudelli elettroniċi personalizzati tal-Istat Membru jew formati ta’ fajls speċifiċi għall-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ, għar-rapporti tad-data ta’ referenza, għar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività, għall-pjanijiet dwar in-newtralità klimatika, għar-rapporti dwar in-newtralità klimatika u għar-rapporti ta’ verifika, u indika liema elementi huma differenti meta mqabbla mal-mudell żviluppat mill-Kummissjoni.
|
|
8.2. |
It-tariffi jiġu imposti lill-operaturi fir-rigward tal-attivitajiet skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-tabella ta’ hawn taħt rigward dawn it-tariffi:
|
|
8.3. |
Jekk l-Istati Membri qed jużaw sistema tal-IT, dik is-sistema tkopri wkoll l-attivitajiet skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842? Iva/Le |
|
8.4. |
Jekk jogħġbok imla fit-tabella ta’ hawn taħt l-informazzjoni dwar ir-rinunzja u s-sospensjoni tal-kwoti u l-irkupru tal-kwoti żejda b’riżultat ta’ allokazzjoni żejda:
|
|
8.5. |
Kien hemm subinstallazzjonijiet li jużaw il-parametru referenzjarju tal-fjuwil jew il-parametru referenzjarju tas-sħana li għalih huwa applikat l-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 (124)? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ subinstallazzjonijiet ikkonċernati:
Kien hemm subinstallazzjonijiet li għalihom l-awtorità kompetenti rrifjutat l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok imla fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ subinstallazzjonijiet:
Kien hemm subinstallazzjonijiet li jużaw il-parametru referenzjarju tal-fjuwil jew tas-sħana li għalihom ġie applikat l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842? Iva/Le Jekk iva, jekk jogħġbok imla fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ subinstallazzjonijiet ikkonċernati:
|
|
8.6. |
Jekk jogħġbok speċifika l-għadd ta’ installazzjonijiet li ma kinux għadhom inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS matul is-sena ta’ rapportar:
|
|
8.7. |
Applikajt l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd totali ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħruġin u l-valur totali ta’ investimenti li saru fil-perjodu ta’ rapportar.
|
8.B. Rapporti dwar id-data ta’ referenza
Il-mistoqsijiet 8.8 u 8.9 għandhom jiġu mwieġba fir-rigward tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali l-aktar reċenti kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE
|
8.8. |
Kemm-il installazzjoni rċeviet dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva għar-rapporti dwar id-data ta’ referenza?
|
|
8.9. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li jikkorrispondi għar-rapport tad-data ta’ referenza li kien jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
8.C. Rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività u rapporti dwar in-newtralità klimatika
|
8.10. |
L-awtorità kompetenti talbet lill-operaturi jirrapportaw parametri addizzjonali inklużi fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika t-tip ta’ parametri addizzjonali:
|
|
8.11. |
Kemm-il installazzjoni rċeviet dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva għal rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew rapport annwali dwar in-newtralità klimatika, jew ma ma ssottomettietx rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew rapport dwar in-newtralità klimatika sal-iskadenza meħtieġa?
|
|
8.12. |
Kien hemm xi rapport ta’ verifika li kien jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
8.13. |
L-awtorità kompetenti rrifjutat rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività jew rapporti dwar in-newtralità klimatika? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella:
|
|
8.14. |
Iż-żjarat fuq il-post tneħħew matul il-verifika tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt l-għadd ta’ installazzjonijiet li għalihom tneħħiet żjara fuq il-post għal kundizzjoni partikolari. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|
8.15. |
Saru żjarat virtwali fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 34a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 matul il-verifika tar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività jew tar-rapporti dwar in-newtralità klimatika? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
8.16. |
Liema penali japplikaw għall-ksur tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2441 u tal-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8.17. |
Liema ksur seħħ u liema penali ġew imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Ġew imposti penali f’perjodi ta’ rapportar preċedenti infurzati fil-perjodu ta’ rapportar attwali? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella:
|
||||||||||||||||||||||||||||
9. Tariffi u imposti
9.A. Installazzjonijiet u entitajiet regolati
|
9.1. |
It-tariffi jiġu imposti fuq l-operaturi jew l-entitajiet regolati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-tabella ta’ hawn taħt rigward it-tariffi imposti għall-ħruġ u l-aġġornament tal-permessi u l-approvazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ.
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għat-tariffi annwali ta’ sussistenza billi tuża t-tabella li ġejja.
|
9.B. Operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-kumpaniji tat-tbaħħir
|
9.2. |
Jiġu imposti tariffi fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew il-kumpaniji tat-tbaħħir? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-tabella ta’ hawn taħt rigward it-tariffi imposti għall-approvazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ.
Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi fit-tabella ta’ hawn taħt id-dettalji għat-tariffi annwali ta’ sussistenza.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
9.C. Installazzjonijiet, operaturi tal-inġenji tal-ajru, entitajiet regolati jew kumpaniji tat-tbaħħir
|
9.3. |
Fit-tabelli ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika t-tariffi ta’ darba u dawk annwali li jiġu imposti fuq l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-entitajiet regolati jew il-kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-kontijiet tar-reġistru.
Tabella għat-tariffi ta’ darba
Tabella għat-tariffi annwali
|
|||||||||||||||||||||||||
10. Kwistjonijiet relatati mal-konformità mad-Direttiva dwar l-EU ETS
10.A. Installazzjonijiet
|
10.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi kkonformaw mal-permess u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|||||||||||||||||||
|
10.2. |
Liema penali japplikaw għall-ksur tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u tal-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Liema liġi nazzjonali ntużat biex jiġu speċifikati l-ksur u l-penali?
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.3. |
Liema ksur seħħ u liema penali ġew imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Ġew imposti penali f’perjodi ta’ rapportar preċedenti infurzati fil-perjodu ta’ rapportar attwali? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
10.4. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
10.B. Operaturi tal-inġenji tal-ajru
|
10.5. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|||||||||||||||||||
|
10.6. |
Liema penali japplikaw għall-ksur tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u tal-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
F’liema liġi nazzjonali ġew definiti l-ksur u l-penali?
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.7. |
Liema ksur instab u liema penali ġew imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Ġew imposti penali f’perjodi ta’ rapportar preċedenti infurzati fil-perjodu ta’ rapportar attwali? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
10.8. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
10.9. |
X’miżuri jkunu jridu jittieħdu fl-Istat Membru tiegħek qabel ma tintalab projbizzjoni operattiva mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok speċifika it-tipi ta’ miżuri hawn taħt.
|
10.C. Entitajiet regolati
|
10.10. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika liema miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-entitajiet regolati jikkonformaw mal-permess u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
|||||||||||||||||||
|
10.11. |
Liema penali japplikaw għall-ksur tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u tal-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Liema liġi nazzjonali ntużat biex jiġu speċifikati l-ksur u l-penali?
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.12. |
Liema ksur seħħ u liema penali ġew imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Ġew imposti penali f’perjodi ta’ rapportar preċedenti infurzati fil-perjodu ta’ rapportar attwali? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
10.13. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-entitajiet regolati li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
10.D. Kumpaniji tat-tbaħħir
|
10.14. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-kumpaniji tat-tbaħħir jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/757 u mar-Regolament Delegat (UE) 2023/2917. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
||||||||||||||||||||||
|
10.15. |
Liema penali japplikaw għall-ksur tar-Regolament (UE) 2015/757, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2917 u tal-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
F’liema liġi nazzjonali ġew definiti l-ksur u l-penali?
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
10.16. |
Liema ksur instab u liema penali ġew imposti matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok imla t-tabella u żid aktar ringieli, jekk meħtieġ.
Ġew imposti penali f’perjodi ta’ rapportar preċedenti infurzati fil-perjodu ta’ rapportar attwali? Jekk iva, jekk jogħġbok imla t-tabella ta’ hawn taħt.
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
10.17. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-kumpaniji tat-tbaħħir li għalihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi matul il-perjodu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
11. Natura legali tal-kwoti u trattament fiskali
|
11.1. |
X’inhi n-natura legali ta’ kwota fl-Istat Membru tiegħek?
|
|
11.2. |
X’inhu t-trattament kontabilistiku finanzjarju tal-kwoti tal-emissjonijiet fl-Istat Membru tiegħek?
|
|
11.3. |
Il-VAT hija dovuta fuq il-ħruġ u fuq it-tranżazzjonijiet ta’ kwoti tal-emissjonijiet? Iva/Le
Jekk iva, l-Istat Membru tiegħek japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge? Iva/Le |
|
11.4. |
Il-kwoti tal-emissjonijiet huma ntaxxati? Iva/Le
Jekk iva, jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt it-tip ta’ taxxa u r-rati tat-taxxa li japplikaw. Żid aktar ringieli, jekk meħtieġa.
|
12. Frodi
|
12.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika x’arranġamenti hemm fis-seħħ dwar attivitajiet frodulenti relatati mal-allokazzjoni libera tal-kwoti.
|
|
12.2. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok speċifika liema arranġamenti huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ETS għall-bini, it-trasport bit-triq u attivitajiet addizzjonali koperti mill-Kapitolu IVa ta’ dik id-Direttiva jiġu mgħarrfa dwar attivitajiet frodulenti (149).
|
|
12.3. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok indika l-informazzjoni li ġejja dwar l-attivitajiet frodulenti sa fejn hija magħrufa mill-awtorità kompetenti involuta fl-Istat Membru tiegħek fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ETS għall-bini tat-trasport bit-triq u attivitajiet addizzjonali koperti mill-Kapitolu IVa ta’ dik id-Direttiva:
|
13. Osservazzjonijiet oħra
|
13.1. |
Fit-tabella ta’ hawn taħt, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li qajmet tħassib fl-Istat Membru tiegħek, jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tixtieq tipprovdi.
|
|
13.2. |
Indirizzajt il-mistoqsijiet kollha f’dan il-kwestjonarju u aġġornajt it-tweġibiet għal dawk il-mistoqsijiet fejn rilevanti? Iva/Le
Jekk le, jekk jogħġbok irritorna għall-mistoqsija kkonċernata. |
(1) Jekk l-awtorità kompetenti għall-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) hija differenti mill-awtorità kompetenti għall-avjazzjoni tal-EU ETS, jekk jogħġbok agħti l-isem, l-abbrevjazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità kompetenti wkoll.
(2) Jekk jogħġbok agħżel mill-menu li jinżel: awtorità kompetenti ċentrali, awtorità kompetenti reġjonali, awtorità kompetenti lokali, oħrajn. Jekk l-awtorità kompetenti tkun awtorità kompetenti ċentrali, l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti ma għandux għalfejn jimtela.
(3) Jekk jogħġbok speċifika l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti fil-każ li jintgħażlu awtoritajiet kompetenti reġjonali jew lokali fil-kolonna tax-xellug.
(4) Jekk jogħġbok agħti n-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tas-sit web.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj).
(6) Jekk jogħġbok agħti n-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tas-sit web.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).
(8) Jekk jogħġbok agħti n-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tas-sit web.
(9) Jekk jogħġbok agħti n-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tas-sit web.
(10) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1842/oj).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2830 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dwar il-kalendar, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L, 2023/2830, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2830/oj).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/oj).
(15) Din il-kaxxa trid timtela biss jekk l-Istat Membru jkun inkluda attivitajiet jew gassijiet skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE.
(16) Din il-kaxxa trid timtela biss jekk l-Istat Membru jkun inkluda unilateralment attivitajiet għajr dawk elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport u għall-attivitajiet addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 30j tad-Direttiva 2003/87/KE.
(17) Din il-kaxxa trid timtela biss jekk l-Istat Membru jkun eskluda l-installazzjonijiet skont l-Artikoli 27 u 27a tad-Direttiva 2003/87/KE.
(18) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2917 tal-20 ta’ Ottubru 2023 dwar l-attivitajiet ta’ verifika, l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi u l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 (ĠU L, 2023/2917, 29.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2917/oj).
(19) 5 L-attivitajiet ta’ koordinazzjoni għall-ġestjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE.
(20) 6 L-attivitajiet ta’ koordinazzjoni għall-ġestjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.
(21) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/757/oj).
(22) Jekk jogħġbok agħżel: ETS1 għal installazzjonijiet stazzjonarji, ETS1 għall-avjazzjoni, ETS2 jew ETS Marittima.
(23) Jekk jogħġbok uża l-abbrevjazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-mistoqsija 2.1. Jekk l-informazzjoni tiġi kondiviża ma’ awtoritajiet li mhumiex elenkati fil-mistoqsija 2.1, jekk jogħġbok ipprovdi indikazzjoni ġenerali ta’ x’inhuma dawn l-awtoritajiet (eż. l-awtoritajiet tat-taxxa skont id-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262, l-awtoritajiet skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali).
(24) Jekk jogħġbok speċifika f’termini ġenerali x’tip ta’ informazzjoni tiġi kondiviża u b’liema mod (eż. laqgħat regolari, laqgħat ad hoc, gruppi ta’ ħidma, sistema elettronika tal-IT, rekwiżit obbligatorju għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz tal-awtorità kompetenti).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/96/oj).
(26) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/262/oj).
(27) Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/31/oj).
(28) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj).
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2006/166/oj).
(30) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajl speċifiku għall-Istat Membru.
(31) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajl speċifiku għall-Istat Membru.
(32) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajl speċifiku għall-Istat Membru.
(33) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajl speċifiku għall-Istat Membru.
(34) Kun af li din il-mistoqsija ma tkoprix il-bijomassa (inkluż il-bijofjuwils, il-bijolikwidi, il-bijomassa solida, il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-fjuwils tal-karbonju riċiklat jew il-fjuwils sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju mhux sostenibbli). L-informazzjoni dwar il-kombustjoni tal-bijomassa hija koperta mill-mistoqsija 5.14.
(35) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 02/07/2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj).
(36) Jekk jogħġbok agħżel opzjoni taħt il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat: il-kwantità ta’ fjuwil, il-kwantità ta’ materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ emissjoni preliminari, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-fattur ta’ konverżjoni, il-kontenut ta’ karbonju, il-frazzjoni ta’ bijomassa, il-frazzjoni RFNBO/RCF, il-frazzjoni tas-superinkwinant jew fil-każ ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl: l-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f’kg/siegħa mis-sors ta’ emissjoni.
(37) Is-sorsi tal-emissjonijiet li jarmu aktar minn 5 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena jew li jikkontribwixxu aktar minn 10 % tal-emissjonijiet annwali totali tal-installazzjoni, skont liema minnhom huwa l-ogħla f’termini ta’ emissjonijiet assoluti.
(38) Jekk jogħġbok agħżel: il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu jew il-metodoloġija bbażata fuq il-kejl.
(39) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(40) Jekk jogħġbok agħżel:
|
a) |
l-applikazzjoni tal-livell 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet irraġonevoli għal fluss minn sors ewlieni wieħed; |
|
b) |
l-applikazzjoni tal-livell 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet irraġonevoli għal fluss minn sors minuri wieħed; |
|
c) |
l-applikazzjoni tal-livell 1 mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet irraġonevoli għal aktar minn fluss minn sors maġġuri jew minuri wieħed; jew |
|
d) |
l-applikazzjoni tal-livell 1 fil-metodoloġija bbażata fuq il-kejl mhijiex teknikament fattibbli jew twassal għal kostijiet irraġonevoli kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. |
(41) Jekk jogħġbok agħżel: il-kwantità ta’ fjuwil, il-kwantità ta’ materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ emissjoni preliminari, il-fattur ta’ ossidazzjoni, il-fattur ta’ konverżjoni, il-kontenut tal-karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa, il-frazzjoni RFNBO/RCF, il-frazzjoni tas-superinkwinant jew, fil-każ ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-emissjonijiet medji annwali fis-siegħa f’kg/h mis-sors tal-emissjonijiet.
(42) Jekk jogħġbok imla r-rapporti dwar it-titjib sottomessi fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti u, jekk applikabbli, żid l-għadd ta’ rapporti dwar it-titjib sottomessi għall-perjodu ta’ rapportar attwali.
(43) Jekk jogħġbok agħżel: ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 69(3) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jew ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 69(4) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(44) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2620 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti biex il-gassijiet serra jitqiesu li saru marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott (ĠU L, 2024/2620, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2620/oj).
(45) Jekk jogħġbok agħżel: it-trasferiment tas-CO2 inerenti (l-Artikolu 48), it-trasferiment tas-CO2 għall-fini tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku fit-tul f’sit tal-ħżin (l-Artikolu 49(1), is-CO2 marbut kimikament b’mod permanenti fi prodott (l-Artikolu 49a), it-trasferiment tal-N2O (l-Artikolu 50). Jekk is-CO2 ġie marbut kimikament b’mod permanenti f’karbonat tal-kalċju preċipitat, jekk jogħġbok imla biss għas-sena ta’ rapportar 2024, CO2 marbut kimikament b’mod permanenti fil-ħames kolonna u speċifika fis-sitt kolonna li s-CO2 kien marbut kimikament fil-PCC. Mill-1 ta’ Jannar 2025 ’il quddiem, ma għadux possibbli li jitnaqqas is-CO2 li huwa kimikament marbut b’mod permanenti fil-PCC mill-emissjonijiet totali.
(46) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(47) L-installazzjoni li tittrasferixxi s-CO2 inerenti skont l-Artikolu 48 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, l-installazzjoni li tittrasferixxi s-CO2 skont l-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-installazzjoni li tittrasferixxi l-N2O skont l-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-installazzjoni fejn is-CO2 jinqabad u jintrabat kimikament b’mod permanenti fi prodott skont l-Artikolu 49a ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(48) Jekk il-parti li tittrasferixxi s-CO2 hija infrastruttura tat-trasport tas-CO2, jekk jogħġbok iddikjaraha.
(49) Jekk jogħġbok ipprovdi jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni riċeventi tas-CO2 inerenti, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-installazzjonijiet riċeventi tas-CO2 skont l-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew riċeventi tal-N2O skont l-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Jekk jogħġbok iddikjara jekk il-parti riċeventi hija infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew jekk l-installazzjoni hija sit tal-ħżin. Jekk il-parti riċeventi hija konsumatur mhux tal-EU ETS, jekk jogħġbok immarka “konsumatur mhux tal-EU ETS”.
(50) Jekk jogħġbok ipprovdi l-ammont ta’ CO2 inerenti jew ta’ CO2 ttrasferit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
(51) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(52) Il-fjuwils tal-bijomassa, il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO)/il-fjuwils tal-karbonju riċiklat (RCF), fjuwils sintetiċi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (SLCF).
(53) Jekk jogħġbok agħżel fjuwil tal-bijomassa, RFNBO/RCF jew SLCF.
(54) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj).
(55) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur.
(56) Jekk jogħġbok speċifika l-bijofjuwil, l-RFNBO/l-RCF jew l-SLCF.
(57) 1 Jekk jogħġbok indika jekk it-titjib jikkonċernax il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 jew il-monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2.
(58) 2 Jekk jogħġbok imla r-rapporti dwar it-titjib sottomessi fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti u jekk applikabbli, żid l-għadd ta’ rapporti dwar it-titjib sottomessi fil-perjodu ta’ rapportar attwali.
(59) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.
(60) Il-kodiċi tal-entità regolata rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(61) Jekk jogħġbok agħżel opzjoni taħt il-parametru ta’ monitoraġġ affettwat: il-kwantità ta’ fjuwil, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ emissjoni preliminari, il-fattur ta’ konverżjoni tal-unitajiet, il-frazzjoni tal-bijomassa, il-frazzjoni tal-RFNBO/tal-RCF jew il-frazzjoni tal-SLCF, il-fattur tal-ambitu.
(62) Jekk il-Kummissjoni Ewropea approvat l-użu ta’ valur prestabbilit f’konformità mal-Artikolu 75l(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 għal ċerti flussi ta’ fjuwil, jekk jogħġbok wieġeb “Le” għal din il-mistoqsija (din il-mistoqsija tikkonċerna biss il-każ fejn l-Istati Membri jirrikjedu li l-entitajiet regolati jużaw metodu speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 75l(2)).
(63) Jekk jogħġbok uża n-numru tal-kategorija tas-CRF biex tispeċifika s-settur.
(64) 1 Jekk jogħġbok agħżel entità regolata tal-kategorija A jew entità regolata tal-kategorija B.
(65) 2 Jekk jogħġbok agħżel il-bijofjuwils, il-bijolikwidi, il-fjuwils tal-bijomassa, l-RFNBO/l-RCF jew l-SLCF.
(66) Jekk jogħġbok imla r-rapporti dwar it-titjib sottomessi fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti u jekk applikabbli, jekk jogħġbok żid l-għadd ta’ rapporti ta’ titjib sottomessi fil-perjodu ta’ rapportar attwali.
(67) Jekk jogħġbok agħżel: ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 75q(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 75q(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jew ir-rapport dwar it-titjib f’konformità mal-Artikolu 75q(4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(68) Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet, ir-rapporti dwar id-data ta’ referenza, ir-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività u r-rapporti tad-data ta’ entrant ġdid.
(69) Jekk jogħġbok agħżel il-verifika tar-rapport tal-installazzjoni stazzjonarja, il-verifika tar-rapporti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifika tar-rapporti tal-entità regolata jew il-verifika tar-rapport tal-kumpanija tat-tbaħħir, inkluż il-valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-kumpanija tat-tbaħħir.
(70) Jekk jogħġbok agħżel EU ETS, ETS2 u ETS marittima.
(71) Jekk jogħġbok imla iva/le/parzjalment.
(72) U mhux irrapportati bħala riżolti f’rapporti preċedenti.
(73) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(74) Jekk jogħġbok speċifika: l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet ma ġie sottomess sal-31 ta’ Marzu; ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali; Ma nħarġet l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067); ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva skont l-Artikolu 27(1), il-punt (d), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067); ir-rapport dwar l-emissjonijiet ġie rrifjutat għan-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066; jew ir-rapport dwar l-emissjonijiet ma ġiex ivverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(75) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qegħdin jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-operaturi, l-imblukkar tal-kont ta’ depożitu tal-operatur, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(76) Jekk jogħġbok speċifika: ma ġie sottomess l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali (l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(77) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet skoretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(78) Jekk jogħġbok indika l-perċentwal tal-kontrolli.
(79) Jekk jogħġbok agħżel: il-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, il-% tal-installazzjonijiet, l-installazzjonijiet kollha tal-kategorija C, għażla aleatorja, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(80) Jekk jogħġbok agħżel il-kundizzjoni(jiet) kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(81) Jekk jogħġbok agħżel l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorizzazzjoni ġenerika skont l-Artikolu 34a(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(82) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(83) Jekk jogħġbok agħżel: ma ġie sottomess l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rapport dwar l-emissjonijiet ġie rrifjutat minħabba li ma kienx konformi mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, ir-rapport dwar l-emissjonijiet ma ġiex ivverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(84) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qegħdin jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-imblukkar tal-kont ta’ depożitu tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(85) Jekk jogħġbok agħżel ir-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2.
(86) Jekk jogħġbok speċifika: ma ġie sottomess l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(87) Jekk jogħġbok agħżel: verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew verifika tar-rapport dwar l-effetti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2.
(88) Jekk jogħġbok agħżel: dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(89) Jekk jogħġbok indika l-perċentwal tal-kontrolli.
(90) Jekk jogħġbok agħżel: il-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, il-% tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru l-kbar kollha, għażla aleatorja, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(91) Jekk jogħġbok indika l-perċentwal tal-kontrolli.
(92) 2 Jekk jogħġbok agħżel: il-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, il-% tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru l-kbar kollha, għażla aleatorja, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(93) Jekk jogħġbok agħżel iż-żjara virtwali fuq il-post matul il-verifika tal-emissjonijiet (l-Artikolu 34a), iż-żjara virtwali fuq il-post matul il-verifika tal-emissjonijiet (l-Artikolu 34b), iż-żjara virtwali fuq il-post matul il-verifika tal-effetti mhux mis-CO2 (l-Artikolu 34a), iż-żjarat virtwali fuq il-post matul il-verifika tal-effetti mhux mis-CO2 (l-Artikolu 34b).
(94) It-tip ta’ force majeure għandu jimtela biss fil-każ ta’ żjara virtwali fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 34a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(95) Jekk jogħġbok agħżel l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorizzazzjoni ġenerika skont l-Artikolu 34a(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(96) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità regolata rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(97) Jekk jogħġbok speċifika: ma ġie sottomess l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sat-30 ta’ April, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali (l-Artikolu 43r(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 43r(1), il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 43r(1), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rapport dwar l-emissjonijiet ġie rrifjutat minħabba li ma kienx konformi mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, jew ir-rapport dwar l-emissjonijiet ma kienx ivverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(98) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qegħdin jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-entitajiet regolati, l-imblukkar tal-kont ta’ depożitu tal-entità regolata, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(99) Jekk jogħġbok speċifika: ma ġie sottomess l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sat-30 ta’ April, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali (l-Artikolu 43r(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 43r(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 43r(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(100) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet skoretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma wasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(101) Jekk jogħġbok indika l-perċentwal tal-kontrolli.
(102) Jekk jogħġbok agħżel: il-valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, il-% tal-entitajiet regolati, l-entitajiet regolati kollha tal-kategorija B, għażla aleatorja, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(103) Jekk jogħġbok agħżel il-kundizzjoni(jiet) kif imsemmi fl-Artikolu 43w tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(104) Jekk jogħġbok agħżel l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorizzazzjoni ġenerika skont l-Artikolu 43x u 34a(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(105) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2849 tat-12 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għar-rapportar u l-preżentazzjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji (ĠU L, 2023/2849, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2849/oj).
(106) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(107) Jekk jogħġbok speċifika: l-ebda rapport dwar l-emissjonijiet sottomess sal-iskadenza meħtieġa, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva ma ngħatat minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba li n-nuqqasijiet ta’ konformità aggregati jew individwali jipprovdu ċarezza insuffiċjenti u jipprevjenu lill-verifikatur milli jiddikjara b’aċċertament raġonevoli li r-rapport huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali, ir-rapport dwar l-emissjonijiet ġie rrifjutat minħabba li ma kienx konformi mar-Regolament (UE) 2015/757 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927, jew ir-rapport dwar l-emissjonijiet ma ġiex ivverifikat f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2023/2917.
(108) Jekk jogħġbok indika liema mill-azzjonijiet li ġejjin twettqu jew qegħdin jiġu proposti: tfakkira jew twissija formali dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mibgħuta lill-kumpaniji tat-tbaħħir, l-imblukkar tal-kont ta’ depożitu tal-kumpanija tat-tbaħħir, l-impożizzjoni ta’ multi, jew oħrajn (jekk jogħġbok speċifika). Taħlita tal-azzjonijiet hija possibbli.
(109) Jekk jogħġbok agħżel il-valutazzjoni tal-verifikatur tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, il-verifika tar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji.
(110) Jekk jogħġbok speċifika: l-ebda rapport ma ġie sottomess sal-iskadenza meħtieġa, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva ma ngħatat minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba li n-nuqqasijiet ta’ konformità aggregati jew individwali jipprovdu ċarezza insuffiċjenti u jipprevjenu lill-verifikatur milli jiddikjara b’aċċertament raġonevoli li r-rapport huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali, rapport irrifjutat minħabba li ma kienx konformi mar-Regolament (UE) 2015/757 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927, rapport mhux ivverifikat f’konformità mar-Regolament Delegat 2023/2917, nuqqas ta’ konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ mar-Regolament (UE) 2015/757 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927.
(111) Jekk jogħġbok imla l-għadd ta’ kumpaniji tat-tbaħħir għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ u l-verifika tar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji. Jekk jogħġbok imla l-għadd ta’ bastimenti għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet.
(112) Jekk jogħġbok agħżel rapport dwar l-emissjonijiet jew rapport fil-livell tal-kumpanija tat-tbaħħir.
(113) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma jwasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(114) Jekk jogħġbok imla l-għadd ta’ bastimenti għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet u l-għadd ta’ kumpaniji tat-tbaħħir għall-verifika tar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji tat-tbaħħir.
(115) Jekk jogħġbok agħżel rapport dwar l-emissjonijiet jew rapport fil-livell tal-kumpanija tat-tbaħħir.
(116) Jekk jogħġbok indika l-perċentwal tal-kontrolli.
(117) Jekk jogħġbok agħżel: valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji, % tal-bastimenti jew tal-kumpaniji tat-tbaħħir, tal-bastimenti kb ar jew tal-kumpaniji tat-tbaħħir, għażla aleatorja, jew oħrajn (jekk oħrajn, jekk jogħġbok speċifika).
(118) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(119) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj).
(120) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(121) Jekk jogħġbok agħżel il-mudell speċifiku għall-Istat Membru jew il-format tal-fajl speċifiku għall-Istat Membru.
(122) Meta mqabblin mar-rekwiżiti tal-mudell ippubblikat u l-formati tal-fajls speċifiċi tal-Kummissjoni.
(123) Din il-mistoqsija għandha titwieġeb għall-ewwel darba fir-rapport mistenni sat-30 ta’ Ġunju 2027.
(124) Din il-mistoqsija għandha titwieġeb biss fir-rapport mistenni sat-30 ta’ Ġunju 2025 u t-30 ta’ Ġunju 2026.
(125) Jekk jogħġbok speċifika: l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjonijiet skorretti materjali (l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni), l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(126) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma jwasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(127) Jekk jogħġbok speċifika r-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew ir-rapport dwar in-newtralità klimatika.
(128) Jekk jogħġbok speċifika: l-ebda rapport annwali dwar il-livell ta’ attività mressaq sal-31 ta’ Marzu, l-ebda rapport dwar in-newtralità klimatika sal-31 ta’ Marzu, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba dikjarazzjoni skorretta materjali (l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067), l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba li l-istadji importanti u l-miri ma ntlaħqux (l-Artikolu 27(1)(ba) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 27(1), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1)(ca) ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ebda dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika pożittiva minħabba l-Artikolu 27(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(129) Din il-kolonna għandha timtela biss għar-rapporti annwali dwar il-livell ta’ attività.
(130) Jekk jogħġbok agħżel ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew ir-rapport dwar in-newtralità klimatika.
(131) Jekk jogħġbok speċifika: dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali, nuqqasijiet ta’ konformità li ma jwasslux għal dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika negattiva, nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 jew mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2441, rakkomandazzjonijiet għal titjib.
(132) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2441 tal-31 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-pjanijiet ta’ newtralità klimatika meħtieġa għall-għoti tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet (ĠU L, 2023/2441, 3.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2441/oj).
(133) Jekk jogħġbok agħżel il-kundizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(134) Jekk jogħġbok agħżel ir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività jew ir-rapport dwar in-newtralità klimatika.
(135) Jekk jogħġbok agħżel l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorizzazzjoni ġenerika skont l-Artikolu 34a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
(136) Jekk jogħġbok agħżel multi, priġunerija jew oħrajn.
(137) Jekk jogħġbok imla d-data għall-avjazzjoni u l-ETS marittima, jekk rilevanti.
(138) Jekk jogħġbok agħżel operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru, entità regolata, kumpanija tat-tbaħħir.
(139) Jekk jogħġbok agħżel operatur, operatur tal-inġenji tal-ajru, entità regolata, kumpanija tat-tbaħħir.
(140) Jekk jogħġbok agħżel multi, priġunerija jew oħrajn.
(141) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(142) Jekk jogħġbok speċifika taħt “Oħrajn” liema rekwiżiti speċifiċi ta’ CORSIA ma ġewx irrispettati.
(143) Jekk jogħġbok agħżel multi, priġunerija jew oħrajn.
(144) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(145) Jekk jogħġbok agħżel multi, priġunerija jew oħrajn.
(146) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità regolata rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(147) Jekk jogħġbok agħżel multi, priġunerija jew oħrajn.
(148) Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir rikonoxxut f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122.
(149) Jekk ir-rispons għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għall-attivitajiet addizzjonali koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jew għall-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE huwa differenti meta mqabbel mal-EU ETS għall-industrija jew għall-avjazzjoni, jekk jogħġbok iddikjara dan.
(150) Jekk ikun hemm differenza bejn l-EU ETS għall-installazzjonijiet u għall-avjazzjoni, l-ETS2 għall-entitajiet regolati u l-EU ETS għall-attivitajiet tat-trasport marittimu jekk jogħġbok speċifika dawn id-differenzi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1162/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)