|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1130 |
4.6.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1130
tat-18 ta’ Marzu 2025
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58 u l-Artikolu 61 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2) fiha żball fil-parti 17, it-tielet paragrafu, il-punt 3, tal-Anness fir-rigward ta’ wieħed mir-rekwiżiti għal sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C6 li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/945/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1130/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)