European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1129

4.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1129

tas-26 ta’ Mejju 2025

li tistieden lill-Istati Membri jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li jinsabu fl-Anness tar-Riżoluzzjoni WHA 77.17 u adottati fl-1 ta’ Ġunju 2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(5) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), is-sub-punti (iii) u (v), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Marzu 2022, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/451 (2), il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja f’isem l-Unjoni, għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, kif ukoll emendi komplementari tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).

(2)

Fl-1 ta’ Ġunju 2024, fis-77 sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA, World Health Assembly), il-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO, World Health Organization) adottaw b’kunsens id-diversi emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li jinsabu fl-Anness tar-Riżoluzzjoni WHA 77.17 (l-“emendi”) (3) bl-għan li jsaħħu l-effettività tagħhom.

(3)

Skont l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni tad-WHO, l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Membri kollha tad-WHO ħlief għal dawk il-Membri li jkunu nnotifikaw lid-Direttur Ġenerali bir-rifjut jew riżervi matul il-perjodu msemmi fl-avviż tal-adozzjoni ta’ dawk l-emendi.

(4)

L-Unjoni tippromwovi t-tisħiħ tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

(5)

F’dawn l-aħħar snin, l-Unjoni saħħet b’mod sinifikanti l-qafas għas-sigurtà tas-saħħa tagħha permezz tal-adozzjoni ta’ diversi atti legali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 (5) dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għadd sinifikanti tal-emendi jikkonċernaw kwistjonijiet li għalihom l-Unjoni għandha kompetenza, abbażi tal-Artikolu 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) moqri flimkien mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 168(1) TFUE, li tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri u li fir-rigward tagħhom jeżistu regoli tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa skont ir-Regolament (UE) 2022/2371. Barra minn hekk, xi wħud mill-emendi jikkorrispondu għal oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2022/2372, tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), il-moviment liberu tal-persuni kif stabbilit fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), tal-protezzjoni ċivili kif stipulat fid-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(7)

Din id-Deċiżjoni ma tagħmilx użu mill-possibbiltà li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza esterna tagħha f’oqsma li fir-rigward tagħhom ma jeżistux diġà regoli tal-Unjoni. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti mill-emendi, sa fejn l-emendi ma jaffettwawx ir-regoli tal-Unjoni jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, inkluż l-iżviluppi futuri prevedibbli ta’ dawk ir-regoli. Barra minn hekk, l-Istati Membri jibqgħu unikament responsabbli għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u kura medika, f’konformità mal-Artikolu 168(7) TFUE. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni ma toħloqx obbligi finanzjarji addizzjonali għall-Istati Membri.

(8)

Ebda waħda mill-emendi ma tmur kontra l-liġi tal-Unjoni u b’hekk mhux meħtieġ li jsiru riżervi fir-rigward tal-emendi li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni.

(9)

L-Unjoni mhijiex parti għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005), peress li l-Istati biss jistgħu jkunu Partijiet għalihom. L-Istati Membri kollha huma partijiet għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).

(10)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, u f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, jenħtieġ li l-kompetenza tal-Unjoni tiġi eżerċitata esternament permezz tal-Istati Membri li jaġixxu bħala intermedjarji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mistiedna jaċċettaw, mingħajr riżervi, l-emendi, sa fejn dawn jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma mistiedna jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, mingħajr riżervi, l-emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li jinsabu fl-Anness tar-Riżoluzzjoni WHA 77.17 adottati fl-1 ta’ Ġunju 2024, sal-punt li l-Unjoni tkun adottat regoli komuni rigward il-kwistjonijiet indirizzati f’dawk l-emendi.

It-test tal-emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

C. SIEKIERSKI


(1)  Approvazzjoni tas-6 ta’ Mejju 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/451 tat-3 ta' Marzu 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għal ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, kif ukoll emendi komplementari għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) (ĠU L 92, 21.3.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/451/oj).

(3)  Ir-Riżoluzzjoni WHA77.17 – “Strengthening preparedness for and response to public health emergencies through targeted amendments to the International Health Regulations (2005)”, li fih fl-anness it-test tal-emendi tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) u aċċessibbli fi https://apps.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA77/A77_R17-en.pdf. L-emendi, b'diversi korrezzjonijiet editorjali, ġew iċċirkolati lill-Istati Partijiet għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) permezz tal-ittra ċirkolari C.L.40.2024 tad-WHO tad-19 ta' Settembru 2024. Dawk il-korrezzjonijiet editorjali huma riflessi wkoll fit-test tal-emendi mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2371/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2372/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/123/oj).

(7)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/38/oj).

(8)  Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj).


TRADUZZJONI

L-emendi tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) adottati mis-77 Assemblea Dinjija tas-Saħħa permezz tar-riżoluzzjoni WHA77.17 (2024) huma ppreżentati b’tipa sottolinjata u grassa (żidiet) u b’tipa ingassata (tħassir).

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4

Image 5

Image 6

Image 7

Image 8

Image 9

Image 10

Image 11

Image 12

Image 13

Image 14

Image 15

Image 16

Image 17

Image 18

Image 19

Image 20

Image 21

Image 22

Image 23

Image 24

Image 25

Image 26

Image 27

Image 28

Image 29

Image 30

Image 31


(1)  Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, is-Santa Sede u l-Liechtenstein għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għar-Reġjun Ewropew tad-WHO, filwaqt li jkun mifhum li dan l-arranġament huwa mingħajr preġudizzju għall-istatus tagħhom bħala Stati Parti għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li mhumiex Membri tad-WHO.

ANNESS 1

Image 32

Image 33

Image 34

Image 35

Image 36

Image 37


(1)  Fl-Istati Parti fejn, minħabba l-istruttura amministrattiva tagħhom, il-Livell intermedju huwa assenti jew mhux identifikabbli b’mod ċar, il-kapaċitajiet ewlenin elenkati fdan il-paragrafu, is-subparagrafi (a) sa (e) għandhom jinftiehmu li huma żviluppati, imsaħħa jew miżmuma jew fil-Livell lokali jew fil-Livell nazzjonali, kif xieraq, f’konformità mal-liġijiet u l-kuntest nazzjonali.

ANNESS 2

STRUMENT TAD-DEĊIŻJONI GĦALL-VALUTAZZJONI U N-NOTIFIKA TA’ AVVENIMENTI LI JISTGĦU JIKKOSTITWIXXU EMERĠENZA TAS-SAĦĦA PUBBLIKA TA’ RILEVANZA INTERNAZZJONALI

Image 38

ANNESS 3

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ EŻENZJONI MILL-KONTROLL TAS-SANITÀ TA’ BASTIMENT / ĊERTIFIKAT TA’ KONTROLL TAS-SANITÀ TA’ BASTIMENT

Image 39

Image 40

Image 41

ANNESS 4

REKWIŻITI TEKNIĊI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAT-TRASPORT U L-OPERATURI TAT-TRASPORT

Image 42

ANNESS 6

TILQIM, PROFILASSI U ĊERTIFIKATI RELATATI

Image 43

Image 44

Image 45

Image 46


(1)  Japplikaas għal ċertifikati maħruġa f’format mhux diġitali.

ANNESS 8

Image 47


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1129/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)