|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1128 |
10.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1128
tas-6 ta’ Ġunju 2025
li japprova emenda mhux minuri tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ail rose de Lautrec” skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2), il-punt (a), u l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ail rose de Lautrec”, li l-Kummissjoni kienet irċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, applikabbli għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda mhux minuri f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Ail rose de Lautrec” (IĠP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj).
(3) ĠU C, C/2025/753, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/753/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1128/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)