|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1093 |
23.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1093
tal-22 ta’ Mejju 2025
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ lista tal-pajjiżi li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu l-komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodotti rilevanti ma jikkonformawx mal-Artikolu 3(a)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi minimizzat il-kontribut tal-Unjoni għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja billi jimponi l-obbligi ta’ diliġenza dovuta fuq l-operaturi u fuq in-negozjanti li jintroduċu, iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw mis-suq tal-Unjoni l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, jiġifieri l-bhejjem tal-ifrat, il-kawkaw, il-kafè, iż-żejt tal-palm, il-lastiku, is-sojja, u l-injam. |
|
(2) |
Ir-riskju li l-prodotti li jiġu introdotti jew imqiegħda fis-suq jew esportati jwasslu għal deforestazzjoni jvarja skont il-pajjiż tal-oriġini u tal-produzzjoni tal-komodità jew tal-prodott. L-operaturi u n-negozjanti li jakkwistaw il-komoditajiet u l-prodotti minn pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx ta’ tkabbir, ta’ ħsad jew ta’ produzzjoni tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti li ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2023/1115 għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi ta’ diliġenza dovuta simplifikata f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-pajjiżi kollha ġew assenjati livell standard ta’ riskju mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2023/1115. Madankollu, il-Kummissjoni trid tivvaluta r-riskju meta tipproduċi l-komoditajiet rilevanti li għalihom il-prodott rilevanti ma jikkonformax mal-kundizzjoni li ma jwassalx għal deforestazzjoni fil-livell ta’ pajjiż jew ta’ partijiet minnu u li tikklassifika u telenka l-pajjiżi bħala pajjiżi b’riskju għoli jew b’riskju baxx. |
|
(4) |
L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom għandhom jiġu kklassifikati abbażi ta’ valutazzjoni oġġettiva u trasparenti mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies l-aħħar evidenza xjentifika u s-sorsi rikonoxxuti internazzjonalment. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata primarjament fuq l-aħħar data kwantitattiva rikonoxxuta internazzjonalment, kif imsemmi fl-Artikolu 29(3), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2023/1115. Il-klassifikazzjoni tiddependi fuq l-evidenza xjentifika u fuq id-data rikonoxxuta internazzjonalment, primarjament mill-Valutazzjoni Globali tar-Riżorsi tal-Foresti tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-klassifikazzjoni tqis kriterji oħra kif elenkati fl-Artikolu 29(4), il-punti (a), (b), (c), (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2023/1115. L-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Strateġiku għall-Involviment fil-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2023/1115 jiddeskrivi l-prinċipji ġenerali tal-metodoloġija tal-valutazzjoni komparattiva. Huwa jsemmi li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar id-dinja se jiġu kklassifikati bħala b’riskju baxx, u dan jagħti l-opportunità sabiex l-isforzi u r-riżorsi kollettivi jiġu ffukati biex jiġu protetti l-foresti f’dawk iż-żoni ġeografiċi fejn l-isfidi tad-deforestazzjoni huma aktar akuti, u b’hekk jinħolqu miri li jistgħu jintlaħqu għall-pajjiżi li jeħtieġu titjib u jitnaqqsu l-kostijiet għall-operaturi. |
|
(5) |
Il-prinċipji li fuqhom tissejjes l-metodoloġija ġew stabbiliti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD). Id-dokument jipprovdi spjegazzjoni dettaljata ta’ kif il-lista ġiet stabbilita, f’konformità mal-prinċipji deskritti fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2023/1115 u fl-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Strateġiku għall-Involviment fil-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2023/1115. Dan jispeċifika n-natura u s-sorsi tad-data użata u l-metodoloġija kemm għall-valutazzjoni kwantitattiva kif ukoll għal dik kwalitattiva. Dan jiżgura t-trasparenza, l-oġġettività, u l-konsistenza mal-approċċ tal-Kummissjoni, u b’hekk isaħħaħ ir-robustezza u l-kredibbiltà tal-eżitu. |
|
(6) |
Il-klassifikazzjoni għandha sservi bħala bażi għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li bih l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki fuq l-operaturi u fuq in-negozjanti li jkopru s-sistemi ta’ diliġenza dovuta u l-konformità tal-prodotti rilevanti mar-Regolament (UE) 2023/1115 f’konformità mal-Artikolu 16(3) ta’ dak ir-Regolament u biex jiġi ċċarat f’liema każijiet l-operaturi u n-negozjanti jistgħu jagħmlu użu mid-diliġenza dovuta simplifikata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2023/1115. Il-klassifikazzjoni għandha titqies ukoll fil-valutazzjoni tar-riskju tal-operaturi u tan-negozjanti skont l-Artikolu 10(2)(a), tar-Regolament (UE) 2023/1115. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2023/1115, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-pajjiżi li jippreżentaw riskju baxx jew għoli għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness.
2. Għandu jinżamm livell standard għall-pajjiżi kollha mhux elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-22 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj.
ANNESS
Lista tal-pajjiżi li jitqiesu li jippreżentaw riskju baxx jew għoli skont il-valutazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2023/1115:
Pajjiżi b’riskju baxx
L-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, Andorra, Antigua u Barbuda, l-Armenja, l-Awstralja, l-Awstrija, l-Ażerbajġan, il-Bahamas, il-Bahrain, il-Bangladesh, Barbados, il-Belġju, il-Bhutan, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Brunei Darussalam, il-Bulgarija, il-Burundi, Cabo Verde, il-Kanada, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Ċilì, iċ-Ċina, Comoros, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kroazja, Kuba, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Eġittu, l-Estonja, l-Eswatini, Fiġi, il-Finlandja, Franza, il-Gabon, il-Georgia, il-Ġermanja, il-Ghana, il-Greċja, Grenada, il-Guyana, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Indja, l-Iran (ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran), l-Iraq, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġamajka, il-Ġappun, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, Kiribati, il-Kuwajt, il-Kirgistan, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, il-Latvja, il-Libanu, il-Lesoto, il-Libja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Madagascar, il-Maldivi, il-Mali, Malta, il-Gżejjer Marshall, Mauritius, il-Mikroneżja (l-Istati Federali tal-Mikroneżja), Monaco, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, Nauru, in-Nepal, in-Netherlands (ir-Renju tan-Netherlands), New Zealand, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, l-Oman, Palau, il-Palestina, Papua New Guinea, il-Filippini, il-Polonja, il-Portugall, il-Qatar, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika tal-Moldova, ir-Rumanija, ir-Rwanda, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, San Marino, São Tomé u Príncipe, l-Arabja Sawdija, is-Serbja, is-Seychelles, Singapore, is-Slovakkja, is-Slovenja, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan t’Isfel, Spanja, is-Sri Lanka, is-Suriname, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Taġikistan, it-Tajlandja, Timor Leste, it-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, it-Turkmenistan, Tuvalu, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Urugwaj, l-Użbekistan, Vanuatu, il-Vjetnam, il-Jemen.
Pajjiżi b’riskju għoli
Il-Belarussja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Myanmar, il-Federazzjoni Russa.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1093/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)