|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1083 |
28.5.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1083
tat-22 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2025) 3430)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjonijiet tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, kif ukoll jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew li jmissu magħhom. |
|
(4) |
Sabiex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja, innotifikati f’Awwissu tal-2024, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 (4), li tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati ma’ dik il-marda fil-Greċja. B’mod partikolari, din tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 20 tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, li kienu rrapportati bejn is-6 u s-16 ta’ Mejju 2025, fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini, fl-unitajiet reġjonali ta’ Chalkidiki, Aetolia-Acarnania, Phocis, Xanthi u Kavala. |
|
(6) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jiġi evitat tixrid ulterjuri tal-marda fil-Greċja jew fil-bqija tal-Unjoni. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, jinkludu kunsiderazzjoni mhux biss tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda wkoll tas-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda, kif ukoll tal-livell ta’ riskju ulterjuri ta’ tixrid tal-marda. Fid-durata magħżula tal-miżuri tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju għoli ta’ tixrid ulterjuri tal-marda peress li t-tifqigħat għadhom qed jiġu rrapportati fl-unitajiet reġjonali bħal Chalkidiki, Aetolia-Acarnania, Phocis, Xanthi u Kavala, li jissuġġerixxi li l-marda qed tkompli tiċċirkola minkejja l-miżuri diġà stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2207 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2207 tad-29 ta’ Awwissu 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Greċja (ĠU L 2024/2207, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2207/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħat |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Unità reġjonali ta’ Phocis GR-CAPRIPOX-2025-00058 GR-CAPRIPOX-2025-00059 GR-CAPRIPOX-2025-00060 GR-CAPRIPOX-2025-00061 GR-CAPRIPOX-2025-00069 GR-CAPRIPOX-2025-00070 GR-CAPRIPOX-2025-00071 GR-CAPRIPOX-2025-00072 GR-CAPRIPOX-2025-00073 GR-CAPRIPOX-2025-00074 GR-CAPRIPOX-2025-00075 GR-CAPRIPOX-2025-00077 GR-CAPRIPOX-2025-00082 GR-CAPRIPOX-2025-00083 GR-CAPRIPOX-2025-00084 GR-CAPRIPOX-2025-00085 GR-CAPRIPOX-2025-00086 |
Protection zone: Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 21.87972222 (2025/61), Lat. 38.38805556, Long. 21.86638889 (2025/69), Lat. 38.39 Long. 21.88361111(2025/70), Lat. 38.38333333, Long. 21.87333333 (2025/71), Lat. 38.39305556, Long. 21.88305556 (2025/72), Lat. 38.39323882, Long. 21.86530682 (2025/73), Lat. 38.391111, Long. 21.872222 (2025/74), Lat. 38.381944, Long. 21.888611 (2025/75), Lat. 38.39583333, Long. 21.90666667 (2025/77), Lat. 38.37388889, Long. 21.8825 (2025/83), Lat. 38.3918889, Long. 21.8969(2025/84), Lat. 38.39444444, Long. 21.89472222 (2025/85), Lat. 38.38444444, Long. 21.88055556(2025/86) |
10.6.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 2 1.87972222 (2025/61), Lat. 38.38805556, Long. 21.86638889 (2025/69), Lat. 38.39, Long. 21.88361111(2025/70), Lat. 38.38333333, Long. 21.87333333 (2025/71), Lat. 38.39305556, Long. 21.88305556 (2025/72), Lat. 38.39323882, Long. 21.86530682 (2025/73), Lat. 38.391111, Long. 21.872222 (2025/74), Lat. 38.381944, Long. 21.888611 (2025/75), Lat. 38.39583333, Long. 21.90666667 (2025/77), Lat. 38.41388, Long. 21.87694 (2025/82), Lat. 38.37388889, Long. 21.8825 (2025/83), Lat. 38.3918889, Long. 21.8969(2025/84), Lat. 38.39444444, Long. 21.89472222 (2025/85), Lat. 38.38444444, Long. 21.88055556 (2025/86) excluding the areas contained in any protection zone |
19.6.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Phocis contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39722222, Long. 21.88472222 (2025/00058), Lat. 38.37944444, Long. 21.88916667 (2025/59), Lat. 38.39194444, Long. 21.88555556 (2025/60), Lat. 38.37861111, Long. 21.87972222 (2025/61), Lat. 38.38805556, Long. 21.86638889 (2025/69), Lat. 38.39, Long. 21.88361111 (2025/70), Lat. 38.38333333, Long. 21.87333333 (2025/71), Lat. 38.39305556, Long. 21.88305556 (2025/72), Lat. 38.39323882, Long. 21.86530682 (2025/73), Lat. 38.391111, Long. 21.872222 (2025/74), Lat. 38.381944, Long. 21.888611 (2025/75), Lat. 38.39583333, Long. 21.90666667 (2025/77), Lat. 38.41388, Long. 21.87694 (2025/82), Lat. 38.37388889, Long. 21.8825 (2025/83), Lat. 38.3918889, Long. 21.8969(2025/84), Lat. 38.39444444, Long. 21.89472222 (2025/85), Lat. 38.38444444, Long. 21.88055556 (2025/86) |
11.6.2025–19.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Evros Muniċipalità ta’ Samothrace GR-CAPRIPOX-2025-00057 |
Surveillance zone: Those parts of the Municipality of Samothrace contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.478972, Long. 25.664547 (2025/57) excluding the areas contained in any protection zone |
25.5.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the Municipality of Samothrace contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.478972, Long. 25.664547 (2025/57) excluding the areas contained in any protection zone |
17.5.2025–25.5.2025 |
|
|
Protection zone: Those parts of the regional unitof Aetolia-Acarnania and Phocis contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.39148, Long. 21.854 (2025/45), Lat. 38.395, Long. 21.852 (2025/53), Lat. 38.409, Long. 21.855 (2025/55), Lat. 38.425, Long. 21.849 (2025/56), Lat. 38.40511111, Long. 21.84713611 (2025/67), Lat. 38.40842222, Long. 21.86290556 (2025/78), Lat. 38.41496111, Long. 21.86307778 (2025/79), Lat. 38.43037778, Long. 21.85106111(2025/80) |
3.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania GR-CAPRIPOX-2025-00045 GR-CAPRIPOX-2025-00053 GR-CAPRIPOX-2025-00055 GR-CAPRIPOX-2025-00056 GR-CAPRIPOX-2025-00067 GR-CAPRIPOX-2025-00078 GR-CAPRIPOX-2025-00079 GR-CAPRIPOX-2025-00080 |
Surveillance zone: Those parts of the regional units of Aetolia-Acarnania and Phocis contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.391486, Long. 21.854056 (2025/00045), Lat. 38.39565278, Long. 21.85270278 (2025/53), Lat. 38.40945556, Long. 21.85508889 (2025/55), Lat. 38.42558056, Long. 21.84985 (2025/56) Lat. 38.40511111, Long. 21.84713611 (2025/67), Lat. 38.40842222, Long. 21.86290556 (2025/78), Lat. 38.41496111, Long. 21.86307778 (2025/79), Lat. 38.43037778, Long. 21.85106111 (2025/80), excluding the areas contained in any protection zone |
12.6.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regional units of Aetolia-Acarnania and Phocis contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.391486, Long. 21.854056 (2025/00045), Lat. 38.39565278, Long. 21.85270278 (2025/53), Lat. 38.40945556, Long. 21.85508889 (2025/55), Lat. 38.42558056, Long. 21.84985 (2025/56), Lat. 38.40511111, Long. 21.84713611 (2025/67), Lat. 38.40842222, Long. 21.86290556 (2025/78), Lat. 38.41496111, Long. 21.86307778 (2025/79), Lat. 38.43037778, Long. 21.85106111 (2025/80) |
4.6.2025–12.6.2025 |
|
|
Protection zone: Those parts of the regional unit of Chalkidiki contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.124539, Long. 23.378264 (2025/00062), Lat. 40.130724, Long. 23.344954 (2025/00063), Lat. 40.1153, Long. 23.33861 (2025/00064), Lat. 40.121511, Long. 23.347854 (2025/00065), Lat. 40.125054, Long. 23.397489(2025/00066), Lat. 40.083481, Long. 23.33424(2025/81) |
7.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Chalkidiki GR-CAPRIPOX-2025-00062 GR-CAPRIPOX-2025-00063 GR-CAPRIPOX-2025-00064 GR-CAPRIPOX-2025-00065 GR-CAPRIPOX-2025-00066 GR-CAPRIPOX-2025-00081 |
Surveillance zone: The whole municipality of Kassandra excluding the areas contained in any protection zone |
16.6.2025 |
|
Surveillance zone: The whole municipality of Kassandra |
8.6.2025–16.6.2025 |
|
|
Protection zone: Those parts of the regional unit of Kavala contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat.40.9115013, Long 24.2670882 (2025/76) |
4.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Kavala GR-CAPRIPOX-2025-00076 |
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Kavala contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.9115013, Long 24.2670882 (2025/76) excluding the areas contained in any protection zone |
13.6.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Kavala contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.9115013, Long. 24.2670882 (2025/76) |
5.6.2025-13.6.2025 |
|
|
Protection zone: Those parts of the regional unit of Xanthi contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.99623611, Long 24.83029167 (2025/68) |
1.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Xanthi GR-CAPRIPOX-2025-00068 |
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Xanthi contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.99623611, Long 24.83029167 (2025/68) excluding the areas contained in any protection zone |
10.6.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Xanthi contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat.40.99623611, Long 24.83029167 (2025/68) |
2.6.2025-10.6.2025 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Żona ristretta ulterjuri |
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 1 |
Unità reġjonali ta’ Evros |
The regional unit of Evros excluding the municipality of Samothrace |
8.5.2025–6.6.2025 |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 2 |
Unità reġjonali ta’ Rhodopi |
The regional unit of Rhodopi |
8.5.2025–6.6.2025 |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 3 |
Unità reġjonali ta’ Kavala |
The regional unit of Kavala including the municipality of Thasos, excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
13.6.2025 |
|
Unità reġjonali ta’ Kavala |
The regional unit of Kavala including the municipality of Thasos |
14.6.2025–15.7.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Drama |
The municipality of Doxato |
6.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Xanthi |
The regional unit of Xanthi excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
10.6.2025 |
|
|
Unità reġjonali ta’ Xanthi |
The regional unit of Xanthi |
11.6.2025–10.7.2025 |
|
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 4 |
Unità reġjonali ta’ Chalkidiki |
The municipalities of Aristotelis, and Polygyros. |
14.4.2025–3.7.2025 |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 4 A |
Unità reġjonali ta’ Chalkidiki |
The whole municipality of Nea Propontida |
16.6.2025 |
|
The whole municipality of Kassandra and Nea Propontida |
17.6.2025–16.7.2025 |
||
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 8 |
Unità reġjonali ta’ Magnesia |
The regional unit of Magnesia, excluding the Sporades islands |
28.4.2025–27.5.2025 |
|
Unità reġjonali ta’ Phthiotis |
The municipality of Stylida |
28.4.2025–27.5.2025 |
|
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 9 |
Unità reġjonali ta’ Phocis |
The municipality of Dorida excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
19.6.2025 |
|
The municipality of Dorida |
20.6.2025–19.7.2025 |
||
|
Unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania |
The municipalities of Nafpaktia and Messolonghi, excluding the areas included in any protection or surveillance zone |
12.6.2025 |
|
|
The municipalities of Nafpaktia Messolonghi |
13.6.2025–19.7.2025 |
||
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 9 A |
Unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania |
The municipalities of Agrinio Thermo, Agrinio, Xiromero, Thermo |
19.7.2025 |
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 16 |
Muniċipalità ta’ Samothrace fl-unità reġjonali ta’ Evros |
Municipality of Samothrace, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. |
25.5.2025 |
|
The municipality of Samothrace |
26.5.2025–24.6.2025 |
||
|
Żona ristretta ulterjuri Nru 19 |
Unità reġjonali ta’ Larisa |
The municipalities of Agia and Tempi |
18.5.2025–16.6.2025 |
|
Unità reġjonali ta’ Pieria |
The municipality of Dion-Olympos |
18.5.2025–16.6.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1083/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)