European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1060

28.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1060

tad-19 ta’ Mejju 2025

dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq minn Malta skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-Ajru Uniku Ewropew

(notifikata bid-dokument C(2025) 2922)

(It-testi bl-Ingliż u bil-Malti biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”, Functional Airspace Blocks), li jinkludu miri ta’ prestazzjoni, għal kull perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu miri ta’ prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu ta’ referenza kkonċernat.

(2)

Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”, 2025-2029) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 (4).

(3)

L-Istati Membri kollha fasslu u adottaw abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għall-RP4, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni sal-1 ta’ Ottubru 2024. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dawk l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jressqu abbozzi aġġornati tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni sal-15 ta’ Novembru 2024.

(4)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-abbozz aġġornat tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4 ippreżentat minn Malta (“l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni”).

(5)

Il-Korp ta’ Analiżi ta’ Prestazzjoni (“PRB”, Performance Review Body), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, ressaq rapport lill-Kummissjoni li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali kull fejn rilevanti.

(7)

Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Fir-rigward tal-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li ma wettqitx, bħala parti minn dak ir-rieżami, analiżi dettaljata tal-metodoloġija użata minn Malta għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dik il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Valutazzjoni tal-miri tas-sikurezza

(8)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(9)

Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti minn Malta rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassma skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:

Malta

Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA

Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

2025

2026

2027

2028

2029

MATS

Politika u objettivi tas-sikurezza

C

C

D

D

D

Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

C

C

C

C

D

Assigurazzjoni tas-sikurezza

C

C

C

C

D

Promozzjoni tas-sikurezza

C

C

C

D

D

Kultura tas-sikurezza

C

C

C

C

C

(10)

Il-Kummissjoni sabet li l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti minn Malta għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru “MATS” huma daqs jew ogħla mill-miri tas-sikurezza għall-Unjoni kollha fir-rigward ta’ kull sena kalendarja tal-RP4, inkluża s-sena 2029.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jistabbilixxi miżuri għall-MATS biex jintlaħqu l-miri tas-sikurezza lokali, bħall-aġġornament kontinwu tas-sistema ta’ ġestjoni integrata u tal-pjan tas-sikurezza, l-implimentazzjoni ta’ software ġdid għall-ġestjoni tar-riskju, u taħriġ imtejjeb dwar iċ-ċibersigurtà.

(12)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (9), (10) u (11), il-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza lokali inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha.

Valutazzjoni tal-miri ambjentali

(13)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri ambjentali proposti ta’ Malta tqabblu mal-valuri ta’ referenza al-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali rilevanti stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”), imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (6) u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(14)

Il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali proposti minn Malta fl-RP4 u l-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:

Malta

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

1,56  %

1,54  %

1,52  %

1,50  %

1,48  %

Valuri ta’ referenza

1,56  %

1,54  %

1,52  %

1,50  %

1,48  %

(15)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ambjentali proposti minn Malta huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(16)

Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, Malta ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-ambjent lokali li jinkludu l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi u tnaqqis ippjanat tar-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà tar-rotot kemm jista’ jkun.

(17)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (14), (15) u (16), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità

(18)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tad-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”, Air Traffic Flow Management) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri tal-kapaċità en route proposti ta’ Malta tqabblu mal-valuri ta’ referenza rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(19)

Il-miri tal-kapaċità en route proposti minn Malta għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, u l-valuri ta’ referenza korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej:

Malta

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira

0,03

0,02

0,01

0,01

0,01

Valuri ta’ referenza

0,03

0,02

0,01

0,01

0,01

(20)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti minn Malta huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(21)

Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, Malta ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità tagħha en route. Dawk il-miżuri jinkludu l-ftuħ miċ-ċentru ta’ kontroll taż-żona ta’ settur addizzjonali matul il-jum u l-estensjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur, sabiex tiġi akkomodata d-domanda tat-traffiku prevista.

(22)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (19), (20) u (21), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(23)

F’konformità mal-punt 2.1(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri ma jagħtux lok għal tħassib.

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(24)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-kost unitarju ddeterminat (“DUC”, Determined Unit Cost) għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk il-kriterji jikkonsistu mix-xejra tad-DUC matul l-RP4, mix-xejra fit-tul tad-DUC matul it-tielet perjodu ta’ referenza (“RP3”) u l-RP4 (2020-2029), u mill-valur ta’ referenza għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti meta mqabbel mal-valur medju taż-żoni tal-imposti fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili.

(25)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti minn Malta għall-RP4, u l-valuri ta’ referenza relatati, huma kif ġej:

Żona tal-imposti en route ta’ Malta

Valur ta’ referenza tal-2019

Valur ta’ referenza tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 24,87

EUR 16,72

EUR 17,61

EUR 17,01

EUR 18,71

EUR 19,48

EUR 21,60

(26)

Rigward l-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC ta’ Malta fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +5,2 % matul l-RP4 hija inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2 % matul l-istess perjodu.

(27)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC ta’ Malta fil-livell taż-żona tal-imposti matul l-RP3 u l-RP4 ta’ -1,6 % tisboq ix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0 % matul l-istess perjodu.

(28)

Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ referenza tad-DUC ta’ EUR 16,72 ta’ Malta f’termini reali fi prezzijiet tal-2022 (“EUR 2022”) huwa 47,7 % inqas mill-valur ta’ referenza medju ta’ EUR 31,96 f’EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(29)

Huwa ċar li x-xejra fuq terminu twil tad-DUC ta’ Malta għandha prestazzjoni aħjar mix-xejra korrispondenti għall-Unjoni kollha u li l-valur ta’ referenza ta’ Malta għall-2024 huwa taħt il-medja tal-grupp komparatur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha għall-RP4 imsemmija fil-premessa (26) ma tipprekludix il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza ta’ Malta milli jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha.

(30)

Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (25) sa (29), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(31)

F’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri jagħtu lok għal tħassib.

(32)

Il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC fit-terminal ta’ Malta ta’ +6,6 % matul l-RP4 hija ogħla mix-xejra tad-DUC RP4 en route ta’ +5,2 % u tirrappreżenta deterjorazzjoni sinifikanti meta mqabbla max-xejra reali tad-DUC fit-terminal ta’ -8,1 % osservata matul l-RP3. Il-Kummissjoni tinnota li x-xejra osservata tad-DUC li qed tiddeterjora hija prinċipalment xprunata minn żieda sinifikanti fil-kostijiet. Tabilħaqq, il-kostijiet iddeterminati tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal għal Malta għall-2029 huma ppjanati li jkunu madwar 77 % ogħla mil-livell tal-kostijiet fl-2024, filwaqt li ż-żieda fit-traffiku fl-unitajiet tas-servizzi matul l-istess perjodu għaż-żona tal-imposti fit-terminal hija mbassra li tammonta għal madwar 21 %.

(33)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, jenħtieġ li Malta tiġġustifika ulterjorment il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza fit-terminal għall-RP4 fid-dawl tal-osservazzjonijiet stabbiliti fil-premessa (32), jew tirrevedi ’l isfel dawk il-miri.

KONKLUŻJONIJIET

(34)

Fid-dawl ta’ dan kollu, jenħtieġ li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ta’ Malta jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat minn Malta għar-raba’ perjodu ta’ referenza (“RP4”), elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.

(3)   ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għar-raba’ perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 (ĠU L, 2024/1688, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1688/oj).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).


ANNESS

Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ta’ Malta, misjuba li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

Malta

Il-miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”)

Fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

2025

2026

2027

2028

2029

MATS

Politika u objettivi għas-sikurezza

C

C

D

D

D

Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

C

C

C

C

D

Assigurazzjoni għas-sikurezza

C

C

C

C

D

Promozzjoni tas-sikurezza

C

C

C

D

D

Kultura tas-sikurezza

C

C

C

C

C


QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

Malta

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

1,56  %

1,54  %

1,52  %

1,50  %

1,48  %


IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Malta

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira

0,03

0,02

0,01

0,01

0,01


IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route ta’ Malta

Valur ta’ referenza tal-2019

Valur ta’ referenza tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 24,87

EUR 16,72

EUR 17,61

EUR 17,01

EUR 18,71

EUR 19,48

EUR 21,60


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1060/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)