European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1036

12.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 45/2025

tal- 14 ta’ Marzu 2025

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1036]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2609 tas-7 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għan-napropamid, għall-piridaben u għat-tebufenpirad f’ċerti prodotti (1) jew fuqhom għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2612 tas-7 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-kitosan, għall-klopiralid, għad-difenokonażol, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, għall-flonikammid, għall-proteini idrolizzati, u għal-lavandulil seneċjoat f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju, u għall-fosfonat tad-disodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2633 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għall-ażoxistrobin, għall-famoxadone, għall-flutriafol, għall-mandipropamid u l-mefentriflukonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2640 tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jemenda u li jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-1,4-dimetilnaftalen, għall-aċidu difluworoaċetiku (DFA), għall-fluwopiram u għall-flupiradifuron f’ċerti prodotti jew fuqhom (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32024 R 2609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2609 tas-7 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2609, 8.10.2024),

32024 R 2612: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2612 tas-7 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2612, 8.10.2024),

32024 R 2619: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 tat-8 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2619, 9.10.2024),

32024 R 2633: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2633 tat-8 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2633, 9.10.2024),

32024 R 2640: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2640 tad-9 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2640, 10.10.2024).’

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32024 R 2609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2609 tas-7 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2609, 8.10.2024),

32024 R 2612: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2612 tas-7 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2612, 8.10.2024),

32024 R 2619: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 tat-8 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2619, 9.10.2024),

32024 R 2633: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2633 tat-8 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2633, 9.10.2024),

32024 R 2640: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2640 tad-9 ta’ Ottubru 2024 (ĠU L, 2024/2640, 10.10.2024).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2024/2609, (UE) 2024/2612, (UE) 2024/2619, (UE) 2024/2633, u (UE) 2024/2640 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2609, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2609/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2612, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2612/oj.

(3)   ĠU L, 2024/2619, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2619/oj.

(4)   ĠU L, 2024/2633, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2633/oj.

(5)   ĠU L, 2024/2640, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2640/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1036/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)