|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1021 |
26.5.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1021
tat-22 ta’ Mejju 2025
dwar il-faqar fit-trasport: niżguraw mobbiltà affordabbli, aċċessibbli u ġusta
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (1) jistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt li jaċċessa servizzi essenzjali, inkluż it-trasport, u li l-appoġġ għall-aċċess għal tali servizzi jenħtieġ li jkun disponibbli għal dawk fil-bżonn. It-trasport jippermetti wkoll aċċess għal attivitajiet oħra li huma kruċjali għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, bħall-impjiegi, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni. F’dan il-kuntest, il-faqar tat-trasport huwa dejjem aktar ta’ tħassib, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli, peress li jipperikola l-aċċess għal dawn is-servizzi u b’hekk jikkontribwixxi għall-esklużjoni soċjali. |
|
(2) |
Il-Kumpass tal-Kompetittività (2) jiddeskrivi li infrastruttura adegwata tat-trasport hija prekundizzjoni għall-kompetittività tal-UE, li tappoġġa b’mod partikolari l-loġistika, il-produzzjoni f’waqtha u l-mobbiltà tal-persuni, l-oġġetti u s-servizzi. Ir-riċerka turi wkoll li t-trasport għandu rwol vitali fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, il-benesseri u l-ġustizzja soċjali billi jappoġġa l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, inkluż għal persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali u ċerti gruppi vulnerabbli tas-soċjetà (3). Dan jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ġustizzja u s-solidarjetà interġenerazzjonali. |
|
(3) |
Il-Fond Soċjali għall-Klima (SCF, The Social Climate Fund) ġie stabbilit biex jindirizza u jimmitiga l-impatti distributtivi negattivi potenzjali tal-estensjoni tal-kopertura tas-swieq tal-karbonju tal-UE għal sistema ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq (ETS2, emissions trading system for buildings and road transport) f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-SCF huwa mistenni li jimmobilizza EUR 86,7 biljun bejn l-2026 u l-2032 biex jappoġġa lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-utenti tat-trasport u lill-mikrointrapriżi affettwati b’mod partikolari mill-faqar enerġetiku u tat-trasport. Biex jaċċessaw dan il-finanzjament, l-Istati Membri jridu jippreżentaw il-pjanijiet soċjali nazzjonali tagħhom għall-klima sat-30 ta’ Ġunju 2025 u jiksbu l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti b’mod sodisfaċenti. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri fil-ħidma tagħhom. |
|
(4) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw l-SCF biex jappoġġaw miżuri strutturali u investimenti biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u jiddekarbonizzaw il-bini, u jippromwovu soluzzjonijiet ta’ mobbiltà nadifa, dment li dawn l-inizjattivi jkunu mmirati prinċipalment lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi, jew utenti tat-trasport. Miżuri u investimenti eliġibbli relatati mat-trasport jinkludu l-inċentivar tal-użu ta’ trasport pubbliku affordabbli u aċċessibbli, l-appoġġ għal entitajiet privati u pubbliċi, inklużi kooperattivi, fl-iżvilupp u l-forniment ta’ mobbiltà sostenibbli fuq talba, servizzi ta’ mobbiltà kondiviża u għażliet ta’ mobbiltà attiva, l-iffaċilitar tal-aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero, l-iżvilupp ta’ infrastruttura għall-irriċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil, u l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ suq tal-vetturi użati b’emissjonijiet żero. |
|
(5) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament SCF (5) introduċa l-ewwel u l-unika definizzjoni għall-Unjoni kollha tal-faqar tat-trasport għall-finijiet tar-Regolament. Dan jirreferi għall- “inabbiltà jew id-diffikultà tal-individwi u tal-unitajiet domestiċi biex ilaħħqu mal-kostijiet tat-trasport privat jew pubbliku, jew in-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess limitat tagħhom għat-trasport meħtieġ għall-aċċess tagħhom għal servizzi u attivitajiet soċjoekonomiċi essenzjali, filwaqt li jitqies il-kuntest nazzjonali u spazjali” . |
|
(6) |
Fir-rigward tad-definizzjoni tal-faqar tat-trasport kif inkluża fir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima, wieħed jista’ jidentifika t-tliet dimensjonijiet li ġejjin:
Ir-raba’ dimensjoni, “l-adegwatezza tas-sistema tat-trasport”, hija utli biex tiddeskrivi l-faċilità ta’ użu tas-sistema, anki jekk ma tkunx parti mid-definizzjoni uffiċjali. “Adegwatezza” tinkludi diversi elementi addizzjonali bħall-affidabbiltà, l-idonjetà għan-nies li jużawha għax-xogħol u/jew għad-dmirijiet ta’ kura (bħall-ivvjaġġar lejn u minn postijiet tax-xogħol u t-trasport tat-tfal), is-sikurezza u s-sigurtà tas-sistema tat-trasport u d-disponibbiltà tagħha barra l-ħinijiet ewlenin tat-trasport, jekk hijiex mingħajr ostakli u jekk l-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet tal-ivvjaġġar hijiex disponibbli b’mod estensiv (6). |
|
(7) |
Il-kawżi tal-faqar tat-trasport jirriżultaw minn introjtu baxx u ostakli sistemiċi oħra, bħan-nuqqas ta’ aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli qrib il-post tax-xogħol, il-faċilitajiet edukattivi u s-servizzi essenzjali, l-iżolament ġeografiku, in-nuqqas jew id-disponibbiltà limitata tat-trasport pubbliku jew privat jew karatteristiċi soċjoekonomiċi, demografiċi u fiżiċi speċifiċi li jillimitaw il-kapaċità tal-individwi li jibbenefikaw minn servizzi tat-trasport adegwati. |
|
(8) |
Skont studju tal-Kummissjoni, in-nefqa totali fit-trasport hija l-ogħla f’żoni b’densità medja tal-popolazzjoni, possibbilment minħabba sehem akbar ta’ vjaġġar u aktar vjaġġi minn dawn iż-żoni lejn il-bliet (eż. għax-xogħol jew għax-xiri) (7). Kif deskritt fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjuni Ultraperiferiċi (8), it-trasport għandu rwol kruċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-aktar partijiet remoti tal-UE. Il-Gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi normalment jiġu affettwati b’mod partikolari mill-faqar tat-trasport, inkluż fir-rigward tal-aċċess tar-residenti għal servizzi soċjoekonomiċi essenzjali, id-dipendenza għolja fuq it-trasport bl-ajru u bil-baħar u s-sostitwibbiltà aktar baxxa tal-modi tat-trasport (9). |
|
(9) |
Id-data mill-Eurostat (10) turi li s-sehem ta’ persuni li ma jaffordjawx karozza u li huma f’riskju ta’ faqar (inqas minn 60 % tal-introjtu ekwivalizzat medjan) varja minn madwar 6 % (5,5 % fl-Italja, 6 % f’Ċipru u 6,2 % f’Malta) għal aktar minn 30 % (34,3 % fil-Finlandja, 34 % fir-Rumanija u 32,4 % fis-Slovakkja u fl-Ungerija) fl-2023. Is-sitwazzjoni tvarja b’mod konsiderevoli skont it-tip ta’ unità domestika. Fi 12-il Stat Membru, aktar minn 30 % tal-persuni bi tfal dipendenti u b’introjtu baxx ma setgħux jaffordjaw karozza (44,4 % fis-Slovakkja, 43,4 % fl-Ungerija) fl-2023. |
|
(10) |
B’mod aktar ġenerali, individwi b’introjtu baxx u b’introjtu medju inferjuri jew unitajiet domestiċi li jistgħu jaffordjaw trasport pubbliku jew privat jistgħu jitqiesu bħala “f’riskju ta’ faqar tat-trasport” jekk it-trasport jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-baġit privat tagħhom (pereżempju aktar mid-doppju tal-medjan tal-popolazzjoni tal-pajjiż). |
|
(11) |
Il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-faqar fit-trasport huma fost il-prijoritajiet tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T). L-infrastruttura tat-TEN-T trid tiżgura mobbiltà u aċċessibbiltà bla xkiel għall-utenti kollha, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet ta’ faqar jew vulnerabbiltà tat-trasport. |
|
(12) |
Il-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni għaż-żoni rurali tal-Ewropa (11) tistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw strateġiji ta’ mobbiltà rurali sostenibbli, bl-objettiv ġenerali li jinħolqu “żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040”. Din il-viżjoni tirrikjedi sforzi biex jinżammu u jittejbu s-servizzi tat-trasport pubbliku affordabbli, u l-infrastruttura, bħall-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni, it-toroq, l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar u tar-riforniment, biex jiġu appoġġati soluzzjonijiet ta’ mobbiltà b’emissjonijiet żero, passaġġi għaċ-ċikliżmu, konnessjonijiet multimodali inkluż it-trasport attiv, u trasport marittimu fuq distanzi qosra u konnessjonijiet tat-trasport bl-ajru. |
|
(13) |
Kif iddikjarat fil-Pjan ta’ Azzjoni Industrijali tal-Kummissjoni għas-settur awtomobilistiku Ewropew (12), l-iskemi ta’ twellija soċjali (13) jistgħu jgħinu biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet ta’ mobbiltà affordabbli u nodfa għal utenti tat-trasport vulnerabbli oħra, u jistgħu jiġu ffinanzjati bil-fondi li l-Fond Soċjali għall-Klima se jimmobilizza bejn l-2026 u l-2032. Barra minn hekk, vetturi awtonomi kondiviżi, shuttles awtonomi u vetturi mħaddma mill-bogħod jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu solvuti l-isfidi tal-ewwel/tal-aħħar mil għal komunitajiet li mhumiex moqdijin tajjeb (14). |
|
(14) |
Il-Kummissjoni ffaċilitat l-iskambju ta’ prattiki tajba fost l-Istati Membri dwar miżuri u investimenti kosteffettivi li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet soċjali għall-klima (15), u dwar it-twettiq ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi (16). Hija ppubblikat dokumenti ta’ gwida relatati mal-implimentazzjoni tal-SCF (17), kif ukoll sett ta’ rakkomandazzjonijiet bi prattiki tajbin għall-SCFkif ifformulati mis-Sottogrupp dwar it-Trasport Pubbliku u l-Mobbiltà Kondiviża tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Mobbiltà Urbana (18). |
|
(15) |
Il-ġbir ta’ data dwar indikaturi rilevanti għall-politika huwa kruċjali għad-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika, għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji ewlenin u għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri ta’ politika. Diversi indikaturi żviluppati mill-Eurostat jistgħu jappoġġaw dan il-proċess u jippermettu li r-riżultati jitqabblu madwar l-UE, filwaqt li jibnu fuq tabelli ta’ valutazzjoni u oqfsa ta’ monitoraġġ eżistenti, bħat-Tabella Soċjali (19), kif ukoll evidenza oħra kondiviża fir-rieżamijiet regolari tal-progress tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta għal kulħadd (20). |
|
(16) |
L-Osservatorju Ewropew għal Tranżizzjoni Ekwa, li se jitnieda fl-2026, isegwi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ekwa lejn in-newtralità klimatika (21) u għandu l-għan li jsaħħaħ il-bażi tal-evidenza dwar l-aspetti tal-ekwità tat-tranżizzjoni ekoloġika. L-Osservatorju se jiżviluppa u jiġbor data rilevanti, jiżviluppa indikaturi standardizzati, jiġbor l-aħjar prattiki u jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data dwar ix-xejriet u l-politiki rilevanti, inkluż il-faqar tat-trasport u l-gruppi vulnerabbli. |
|
(17) |
Minħabba l-interkonnessjonijiet tiegħu ma’ diversi oqsma ta’ politika, il-faqar tat-trasport ma jistax jiġi indirizzat b’mod iżolat. L-adozzjoni ta’ approċċ transsettorjali hija kruċjali meta jiġu żviluppati miżuri li jindirizzaw gruppi vulnerabbli, pereżempju billi l-iżviluppi tal-akkomodazzjoni soċjali jintrabtu mal-provvista ta’ infrastruttura tat-trasport adegwata, affordabbli u sostenibbli. |
B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
Taqsima I — L-iżvilupp ta’ approċċ strateġiku għall-ġlieda kontra l-faqar tat-trasport u l-prevenzjoni tiegħu
|
1. |
Jintegraw il-faqar tat-trasport fl-istrateġiji eżistenti kontra l-faqar u dawk settorjali (eż. l-enerġija) fil-livell nazzjonali u reġjonali b’objettivi definiti b’mod ċar u li jistgħu jitkejlu, pjanijiet ta’ implimentazzjoni azzjonabbli bi stadji importanti, responsabbiltajiet ċari u riżorsi adegwati fit-tul. L-għan ġenerali għandu jkun il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar tat-trasport filwaqt li jiġu rispettati l-ambjent u l-objettivi maqbula speċifiċi għall-klima kif ukoll il-vijabbiltà ekonomika. Tista’ tittieħed ispirazzjoni minn u jitfittex allinjament mal-proċess stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/955 għall-istabbiliment tal-pjanijiet soċjali nazzjonali għall-klima skont il-Fond Soċjali għall-Klima, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, kif ukoll il-linji gwida għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli (22). Passi importanti f’dan il-proċess huma:
|
|
2. |
L-iżgurar tal-koerenza u s-sinerġiji mal-implimentazzjoni u r-rieżamijiet tal-progress regolari skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-trasport meta jfasslu pjanijiet ta’ inklużjoni għall-benefiċjarji ta’ introjtu minimu (24). |
|
3. |
L-iżgurar tal-koerenza mal-miżuri u l-investimenti ppjanati u l-impenji magħmula taħt diversi programmi u pjanijiet relatati, pereżempju taħt il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima, l-istrateġiji tal-bini fit-tul u l-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, u l-pjanijiet soċjali dwar il-klima. |
|
4. |
L-għoti tas-setgħa lill-atturi lokali u reġjonali u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jidentifikaw, ifasslu u jwettqu l-miżuri u l-investimenti xierqa, billi jipprovdu aċċess għat-taħriġ, l-għodod, u r-riżorsi xierqa. Dawn l-atturi huma kritiċi fit-tfassil ta’ soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet tagħhom u fl-iżgurar ta’ implimentazzjoni effettiva fil-livell lokali. |
|
5. |
Il-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, tagħlimiet meħuda u l-impatti tal-miżuri fuq diversi gruppi vulnerabbli, biex irawmu t-tagħlim reċiproku u jtejbu l-effettività tal-interventi madwar l-UE, inkluż permezz ta’ kontributi għall-Osservatorju Ewropew għal Tranżizzjoni Ekwa li jmiss. |
Taqsima II — L-ippjanar tal-politika
|
6. |
L-istabbiliment ta’ dak li għandu jitqies bħala livell suffiċjenti ta’ aċċessibbiltà għal trasport affordabbli, għal kull reġjun kif ukoll fil-livell lokali, filwaqt li jiżguraw li d-distribuzzjoni spazjali tas-servizzi soċjoekonomiċi essenzjali u l-forniment ta’ għażliet u infrastruttura tat-trasport ikunu allinjati. |
|
7. |
It-teħid ta’ ispirazzjoni mill-qafas ta’ aċċessibbiltà żviluppat mill-Kummissjoni, il-Forum Internazzjonali tat-Trasport fl-OECD, li jiddependi fuq (i) l-aċċessibbiltà, definita bħala l-għadd totali ta’ destinazzjonijiet li jistgħu jintlaħqu fi żmien fiss; (ii) il-prossimità, imsejħa l-għadd totali ta’ destinazzjonijiet li jinsabu f’distanza fissa; u (iii) il-prestazzjoni tat-trasport, meqjusa bħala l-proporzjon bejn l-aċċessibbiltà u l-prossimità, li tqabbel il-popolazzjoni aċċessibbli mal-popolazzjoni fil-qrib (25). L-inklużjoni ta’ vjaġġi multimodali, bħal kombinazzjonijiet ta’ karozza tal-linja-ferrovija biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet għall-investimenti fl-infrastruttura. Filwaqt li jitqiesu wkoll l-aspetti tal-affordabbiltà tat-trasport, jiġi evalwat jekk għandhiex itejbu l-infrastruttura eżistenti, jestendux jew jibnu infrastruttura ġdida, jew itejbu l-konnettività multimodali, bħal passaġġi għaċ-ċikliżmu li jwasslu għal stazzjonijiet ferrovjarji, jew karozzi tal-linja li jikkonnettjaw mal-istazzjonijiet ferrovjarji. |
|
8. |
Appoġġ u tħeġġiġ lill-awtoritajiet lokali f’żoni urbani u periurbani fl-indirizzar tal-faqar tat-trasport meta jħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ mobilità urbana sostenibbli (SUMPs, sustainable urban mobility plans). Il-kunsiderazzjoni li jiġu adottati approċċi simili għall-ippjanar għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà f’reġjuni rurali u remoti li mhumiex koperti mis-SUMPs. |
|
9. |
Il-kunsiderazzjoni li jiġu indirizzati nuqqasijiet sinifikanti fid-data permezz ta’ ġbir regolari u sistematiku tad-data (26), filwaqt li jagħmlu r-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku fuq pjattaformi tad-data governattivi f’diversi livelli tal-gvern. Il-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ indikaturi u data diżaggregati, inkluż skont il-ġeneru u l-introjtu, flimkien ma’ indikaturi ġeospazjali (ara l-eżempji inklużi fl-Anness I), mill-inqas fil-livell NUTS3 (27), li jkopru d-disponibbiltà tan-networks tat-trasport u d-dimensjoni tal-aċċessibbiltà (il-post tas-servizzi soċjoekonomiċi essenzjali). |
|
10. |
Il-massimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-finanzjament nazzjonali disponibbli u tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE biex jiġu ffinanzjati l-infrastruttura tat-trasport u s-servizzi tat-trasport li jiġġieldu l-faqar tat-trasport filwaqt li jippromwovu l-mobbiltà sostenibbli madwar l-UE. Il-kunsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli, l-iskeda ta’ żmien għall-investimenti, il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet lokali u l-kostijiet u l-benefiċċji tad-diversi modi ta’ trasport f’dan il-kuntest. |
|
11. |
Il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fl-allinjament tal-politiki tagħhom dwar il-ġbir tad-data u fl-għoti ta’ għażliet tat-trasport bejn il-fruntieri nazzjonali, b’mod partikolari għall-utenti tat-trasport vulnerabbli, u t-tħeġġiġ tal-kontribut tal-partijiet ikkonċernati bejn il-fruntieri wkoll. |
Taqsima III — It-tfassil tal-politika
|
12. |
L-għoti ta’ prijorità lill-miżuri li jibbenefikaw lill-individwi u l-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati mill-faqar tat-trasport, abbażi ta’ valutazzjonijiet robusti tal-impatti distributtivi tal-miżuri u l-politiki rilevanti. |
|
13. |
Miżuri ta’ appoġġ immirat jistgħu, pereżempju, ikunu kkonċentrati fuq unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew b’introjtu medju inferjuri f’żoni ġeografiċi li mhumiex moqdijin tajjeb, filwaqt li ma jitħallewx lura gruppi vulnerabbli f’żoni aktar prosperi, pereżempju bliet kbar. Approċċ ieħor huwa li l-appoġġ jiġi ffukat fuq kategoriji speċifiċi ta’ persuni vulnerabbli, b’mod partikolari dawk dipendenti fuq trasport motorizzat ibbażat fuq il-fjuwils fossili u li jew ma jkollhomx aċċess għal għażliet ta’ trasport pubbliku affordabbli u adegwati, jew jiffaċċjaw disponibbiltà inadegwata, jew limitata ta’ tali servizzi fiż-żona tagħhom. Għażla oħra hija li t-titjib fis-sistema tat-trasport pubbliku (disponibbli għal kulħadd) jiġi kkombinat ma’ prezzijiet jew vawċers imraħħsa għat-trasport pubbliku għall-gruppi vulnerabbli (ara l-Anness II, li jelenka xi miżuri u investimenti bħala eżempji, kif ukoll il-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet soċjali għall-klima). B’dan il-mod, l-offerta tat-trasport kumplessiva tista’ tittejjeb għall-benefiċċju ta’ kulħadd, u l-ekonomiji ta’ skala jistgħu jinkisbu b’mod aktar faċli. |
|
14. |
L-iżgurar li l-miżuri ma jkunux limitati għal persuni b’karozzi jew roti iżda jinkludu wkoll id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport lokali u l-infrastruttura tiegħu. Jikkunsidraw il-forom kollha ta’ mobbiltà: it-trasport pubbliku multimodali kif ukoll servizzi ġodda bbażati fuq ride-sharing, car sharing (inkluż possibbilment vetturi awtonomi), u servizzi ta’ mobbiltà kondiviża inklużi l-mikromobbiltà, is-servizzi fuq talba u l-mobbiltà attiva (il-mixi u ċ-ċikliżmu). |
|
15. |
It-teħid ta’ ispirazzjoni mill-prattiki t-tajbin u l-prijoritajiet għall-azzjoni deskritti fil-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-flotot korporattivi (28), li jistgħu jaċċelleraw il-fatturat ta’ vetturi korporattivi b’emissjonijiet żero u b’hekk jappoġġaw il-ħolqien ta’ suq wiesa’ tal-oġġetti użati. |
|
16. |
Il-kunsiderazzjoni li jipprovdu lill-utenti tat-trasport vulnerabbli u lill-mikrointrapriżi vulnerabbli b’aċċess għal vetturi ġodda u użati b’emissjonijiet żero, permezz ta’ miżuri bħal skemi ta’ twellija soċjali, flimkien mal-varar ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar. Meta jitfasslu skemi għall-kiri jew il-lokazzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero għal gruppi vulnerabbli, jistgħu jitqiesu fatturi bħal-livell tal-introjtu, l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tat-trasport pubbliku eżistenti u s-servizzi ta’ mobbiltà kondiviża, u l-ħinijiet u d-distanzi medji tal-ivvjaġġar. |
|
17. |
L-inċentivar tal-użu tal-aktar mod sostenibbli disponibbli, filwaqt li jiġi żgurat li dan jallinja mal-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-gruppi fil-mira. L-għoti ta’ prijorità lit-trasport pubbliku fuq il-mobbiltà individwali mhux attiva, filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq il-karozzi privati. L-appoġġ għat-titjib tal-konnessjonijiet tat-trasport pubbliku f’żoni urbani kif ukoll il-konnessjoni ma’ żoni rurali, periferiċi u remoti. Filwaqt li punt fokali jkun l-appoġġ immedjat fuq gruppi affettwati mill-faqar tat-trasport, titfassal politika li tqis il-ħtiġijiet usa’ tat-trasport. Dan mhux biss se jindirizza l-faqar tat-trasport iżda b’mod ġenerali jtejjeb ukoll il-konnettività, inaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, il-konġestjoni, l-inċidenti u l-istorbju, u jipprovdi alternattiva vijabbli għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni. |
|
18. |
Żieda taż-żoni ta’ lħuq tat-trasport kollettiv tal-massa billi jiġi kkombinat mal-karozzi tal-linja, kif ukoll shuttles fuq talba, soluzzjonijiet ta’ mobbiltà kondiviża (bħal vetturi kondiviżi, roti elettriċi, e-scooters, iżda wkoll vetturi awtonomi kondiviżi, u rikbiet kondiviżi permezz ta’ car-pooling), il-mobilità bħala servizz u mobbiltà attiva. |
|
19. |
Fil-każ ta’ servizzi tat-trasport pubbliku lokali u reġjonali li mhumiex kummerċjalment vijabbli, jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku, inklużi kumpens xieraq lill-operaturi tat-trasport, biex jiġi żgurat forniment adegwat ta’ servizzi li jissodisfaw ħtieġa ta’ servizz pubbliku (29). F’żoni li mhumiex moqdija biżżejjed, jikkunsidraw l-għoti ta’ appoġġ għal servizzi fuq talba, bħat-trasport kollettiv bit-triq jew taxis kondiviżi, b’mod partikolari f’żoni skarsament popolati. It-tħeġġiġ għad-dħul fis-suq ta’ operaturi tat-trasport billi jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi jew ostakli legali oħra għall-forniment tas-servizzi, bil-ħsieb li jiżdiedu l-għażla u l-aċċessibbiltà u biex jitnaqqsu l-prezzijiet għall-utenti, b’mod partikolari għal dawk vulnerabbli. |
|
20. |
Il-kunsiderazzjoni ta’ esperimentazzjoni tal-iskjerament ta’ vetturi awtonomi kondiviżi, shuttles awtonomi u vetturi mħaddma mill-bogħod biex jiġi pprovdut trasport affordabbli u effiċjenti f’komunitajiet li mhumiex moqdijin tajjeb u biex jiġu solvuti l-isfidi tal-ewwel u tal-aħħar mil, anke billi jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet legali xierqa li jippermettu l-forniment ta’ tali servizzi. |
|
21. |
L-iffaċilitar ta’ użu akbar tar-roti, tar-roti elettriċi, u soluzzjonijiet simili ta’ mikromobbiltà, kif ukoll il-mixi (permezz ta’ infrastruttura għall-mixi). L-iżvilupp ta’ network ta’ infrastruttura tar-roti assigurat, bla perikli u konvenjenti, inkluż il-parkeġġ tar-roti u servizzi relatati (bħal sistemi ta’ kondiviżjoni tar-roti), li jgħaqqad żoni b’introjtu baxx mad-destinazzjonijiet rilevanti. Il-kunsiderazzjoni tas-ssussidju tax-xiri jew il-lokazzjoni ta’ roti, roti elettriċ u roti tal-merkanzija biex jiġu appoġġati l-utenti tat-trasport b’introjtu baxx. |
|
22. |
L-iżgurar li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (30), l-inklużività, u l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tat-trasport pubbliku u tas-servizzi ta’ mobbiltà kondiviża, inkluż għall-passiġġieri b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa, ikunu inkorporati fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika. Qies tax-xejriet ta’ mobbiltà aktar komplessi (bħall-użu ta modi multipli ta’ trasport) u l-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjali differenti, b’mod partikolari persuni li ma jistgħux jaffordjaw karozza privata u persuni b’responsabbiltajiet ta’ indukrar. Il-kunsiderazzjoni li dejjem jiġi pprovdut trasport pubbliku jew soluzzjonijiet ta’ mobbiltà attiva biex jintlaħqu postijiet ewlenin ta’ impjieg, speċjalment għal postijiet li jipprovdu impjieg lil għadd sinifikanti ta’ persuni bi dħul baxx. |
|
23. |
L-appoġġ ta’ miżuri u investimenti tat-trasport b’infrastruttura diġitali adegwata disponibbli b’mod wiesa’, b’mod partikolari f’żoni remoti u rurali. L-introduzzjoni ta’ servizzi innovattivi (fejn rilevanti), bħall-baġits tal-mobbiltà pprovduti permezz ta’ apps tal-mobbiltà bħala servizz jew kartieri diġitali, biex jipprovdu appoġġ immirat lill-utenti vulnerabbli. L-ikkumplimentar tas-soluzzjonijiet diġitali b’alternattivi mhux diġitali biex jagħmlu l-informazzjoni u s-servizzi aċċessibbli wkoll għall-utenti b’litteriżmu diġitali fqir jew b’aċċess limitat għall-Internet. L-iffaċilitar tal-iżvilupp u s-sensibilizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport li jużaw it-teknoloġija diġitali biex jipprovdu għażla usa’ ta’ għażliet tal-ivvjaġġar u jnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija, il-ħin tal-ivvjaġġar, jew il-kost tat-trasport. |
|
24. |
It-tqajjim tal-kuxjenza dwar il-miżuri kollha mmirati lejn il-ġlieda kontra l-faqar tat-trasport permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa, biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji intenzjonati jkunu infurmati u mħeġġa jibbenefikaw mill-miżuri mfassla biex itaffu l-faqar tat-trasport. L-irrikorrar għand organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw gruppi f’riskju ta’ faqar tat-trasport, sabiex jinvolvuhom f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. It-tfittxija li jitbiddlu l-attitudnijiet pubbliċi lejn trasport sostenibbli, u b’hekk l-għażliet ta’ dan it-tip isiru aktar aċċettabbli u aċċessibbli fil-pajjiż kollu. |
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) https://employment-social-affairs.ec.europa.eu/european-pillar-social-rights-20-principles_en.
(2) https://commission.europa.eu/topics/eu-competitiveness_mt.
(3) Economic Perspectives on Transport and Equality (OECD, 2011); Study on the social dimension of the future EU transport system regarding users and passengers (EU 2022).
(4) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/955/oj).
(6) Kif inkluż fi: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Cludius, J. Noka, V., Unger, N., Delfosse, L. et al., Final Report, “Transport poverty: definitions, indicators, determinants, and mitigation strategies”, Ottubru 2024.
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport Tekniku tal-JRC, “Energy Poverty, Transport Poverty and Living Conditions”, analiżi tad-data tal-UE u l-indikaturi soċjoekonomiċi, 2022.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, COM(2022) 198 final, 3.5.2022.
(9) Fil-kontinent Ewropew, titjiriet fuq distanzi qosra jistgħu jiġu sostitwiti b’mod aktar faċli bil-ferrovija jew bil-karozzi milli fir-reġjuni ultraperiferiċi, ara l-istudju tal-Parlament Ewropew mitlub mill-Kumitat TRAN, “Transport and tourism in outermost regions: assessing mobility poverty and the effects of new climate policies’, PE 759.311, Marzu 2025, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2025/759311/CASP_STU(2025)759311_EN.pdf.
(10) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_mddu05/default/table?lang=en&category=livcon.ilc.ilc_md.ilc_mddu.
(11) COM(2021) 345 final, https://ec.europa.eu/regional_policy/en/newsroom/news/2021/06/30-06-2021-long-term-vision-for-rural-areas-for-stronger-connected-resilient-prosperous-eu-rural-areas.
(12) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni Industrijali għas-settur awtomobilistiku Ewropew, COM/2025/95 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52025DC0095.
(13) Ara, pereżempju, l-iskema Franċiża ta’ twellija soċjali fit-taqsima 3.6.3 ta’: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika, Ludden, V., Laine, A., Vondung, F., Koska, T. et al., Support for the implementation of the Social Climate Fund – Note on good practices for cost-effective measures and investments – Executive summary, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2834/668436.
(14) Ara r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent “Transport and Environment Report 2022”, https://www.eea.europa.eu/publications/transport-and-environment-report-2022.
(15) Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika, Ludden, V., Laine, A., Vondung, F., Koska, T. et al., Support for the implementation of the Social Climate Fund – Note on good practices for cost-effective measures and investments – Executive summary,Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2834/668436.
(16) Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika u Gelibolyan, K., Support for the implementation of the Social Climate Fund – Note on good practices of public consultation for the Social Climate Plans, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,2024, https://data.europa.eu/doi/10.2834/49708.
(17) Il-Kummissjoni Ewropea, Avviż tal-Kummissjoni, Gwida dwar il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima, C(2025) 881 final, 5.3.2025, https://climate.ec.europa.eu/document/download/9fbce2e3-5052-4d61-874a-54af0c7dbf55_en?filename=c_2025_881_part_1_mt.pdf.
(18) Sottogrupp EGUM dwar it-Trasport Pubbliku u l-Mobilità Kondiviża, 10.6.2024, https://transport.ec.europa.eu/document/download/f7e54ea5-23aa-4f8d-a24c-9d902fc9652c_en?filename=EGUM_Recommendations_Social-Climate-Fund.pdf.
(19) Ara https://ec.europa.eu/eurostat/cache/dashboard/social-scoreboard/
(20) Ara https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15439-2023-INIT/en/pdf.
(21) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika 2022/C 243/04, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=oj%3AJOC_2022_243_R_0004.
(22) https://urban-mobility-observatory.transport.ec.europa.eu/sustainable-urban-mobility-plans/sump-guidelines-and-decision-makers-summary_mt.
(23) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri, COM(2022) 494 final, 28.9.2022, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1664539714709&uri=COM%3A2022%3A494%3AFIN.
(24) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (2023/C 41/01).
(25) Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, Brons, M., Poelman, H., Ackermans, L., Ibáñez, J. et al., Passenger rail performance in Europe - Regional and territorial accessibility indicators for passenger rail, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021 Inforegio - Passenger rail performance in Europe: Regional and territorial accessibility indicators for passenger rail. Għat-trasport bit-triq, ara l-Kummissjoni Ewropea, Road Transport Performance in Europe, 2018, Inforegio - Road transport performance in Europe.
(26) Elementi importanti f’dan ir-rigward huma, pereżempju: il-post tal-waqfiet tat-trasport pubbliku u l-iskedi tat-trasport pubbliku (il-frekwenza tal-konnessjonijiet), il-ħinijiet tal-ivvjaġġar abbażi ta’ data f’ħin reali (b’mod partikolari l-flussi tat-traffiku fis-sigħat l-aktar intensivi), l-aktar vjaġġi komuni fuq livell lokali, id-data dwar in-network tat-toroq, id-data dwar is-sjieda tal-karozzi, l-infrastruttura taċ-ċikliżmu u tal-mixi, u d-data dwar il-post tas-servizzi soċjoekonomiċi essenzjali. Idealment, id-data għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-istatus tax-xejriet fil-modi kollha tat-trasport kif ukoll ir-raġunijiet għall-għażla ta’ mod ta’ trasport partikolari f’żona ġeografika, u l-livell ta’ integrazzjoni tal-modi (multimodalità).
(27) Reġjun NUTS 3 huwa unità territorjali kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS).
(28) COM(2025) 96 final.
(29) Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ sejħiet għall-offerti obbligatorji għal kuntratti ta’ servizz pubbliku fit-trasport fuq l-art.
(30) Għodod prattiċi, bħall-manwal għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza għat-trasport, jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-partijiet ikkonċernati tat-trasport iqiegħdu dan fil-prattika. Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport, Handbook for equality mainstreaming at DG MOVE – Training materials for equality mainstreaming in mobility and transport, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2832/824729.
ANNESS I
EŻEMPJI TA’ INDIKATURI TAL-FAQAR TAT-TRASPORT
1. IL-KUMMISSJONI EWROPEA: ID-DIRETTORAT ĠENERALI TAL-IMPJIEGI, L-AFFARIJIET SOĊJALI U L-INKLUŻJONI, CLUDIUS, J., NOKA, V., UNGER, N., DELFOSSE, L. ET AL., FINAL REPORT, “TRANSPORT POVERTY: DEFINITIONS, INDICATORS, DETERMINANTS, AND MITIGATION STRATEGIES”, OTTUBRU 2024 (1)
|
(1) |
Indikaturi li jiffukaw fuq l-affordabbiltà tat-trasport
|
|
(2) |
Indikaturi li jiffukaw fuq id-disponibbiltà tat-trasport
|
|
(3) |
Indikaturi li jiffukaw fuq l-aċċessibbiltà tat-trasport
|
|
(4) |
Indikaturi li jiffukaw fuq l-adegwatezza tat-trasport
|
2. LISTA MHUX EŻAWRJENTI TA’ EŻEMPJI TA’ INDIKATURI UTLI ADDIZZJONALI LI JISTGĦU JIĠU ŻVILUPPATI JEW DIĠÀ JEŻISTU
Id-dimensjoni tal-affordabbiltà:
|
(a) |
LIHC (indikatur tal-introjtu baxx u kostijiet għolja) Indikatur li jkejjel is-sehem tal-unitajiet domestiċi bi spejjeż tat-trasport ogħla mill-medjan nazzjonali u f’riskju ta’ faqar (3) |
|
(b) |
Indikatur ta’ 10 % (il-perċentwal tal-unitajiet domestiċi fejn l-ispejjeż tat-trasport jammontaw għal aktar minn 10 % tal-introjtu nett) |
|
(c) |
Persuni li ma jistgħux jaffordjaw l-użu regolari tat-trasport pubbliku skont l-età, il-ġeneru, l-istatus tal-impjieg u l-grupp tal-introjtu (4) |
|
(d) |
L-istruttura tan-nefqa tal-konsum skont il-grad ta’ urbanizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (id-data għall-2020 hija disponibbli wkoll) (5) |
Id-dimensjoni tad-disponibbiltà tat-trasport u l-aċċessibbiltà għas-servizzi essenzjali:
|
(a) |
L-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati bit-trasport pubbliku fil-belt u fiż-żona urbana funzjonali fis-sena |
|
(b) |
Passiġġier-kilometri fuq it-trasport pubbliku fil-belt u ż-żona urbana funzjonali fis-sena |
|
(c) |
L-għadd ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti maġenb waqfiet u stazzjonijiet tat-trasport pubbliku fil-belt u fiż-żona urbana funzjonali |
|
(d) |
Ħin medju għall-ivvjaġġar ta’ 3 km bit-trasport pubbliku mill-belt u ż-żona urbana funzjonali matul il-ħinijiet l-aktar intensivi u kwieti |
|
(e) |
Il-popolazzjoni b’waqfa fit-trasport pubbliku f’distanza ta’ mixi (xarabank u tram f’distanza ta’ 500 m u/jew waqfa tal-ferrovija jew tal-metro f’distanza ta’ 1 km) – diġà teżisti għaż-żoni urbani (6) |
|
(f) |
Persuni f’impjieg skont il-ħin tal-ivvjaġġar, il-livell edukattiv milħuq u l-grad ta’ urbanizzazzjoni (7) |
|
(g) |
Popolazzjoni aċċessibbli bil-ferrovija fi żmien 1.5 siegħa/popolazzjoni f’raġġ ta’ 120 km x 100 (8) |
Għall-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku, il-fluss liberu tas-sewqan, is-sewqan f’kundizzjonijiet realistiċi/konġestjonati:
|
(h) |
L-għadd ta’ individwi/faċilitajiet ta’ servizz milħuqa f’limitu speċifiku tal-ħin tal-ivvjaġġar (fil-livell tal-grilja, jew aggregat f’LAU/NUTS3) |
|
(i) |
Sehem tal-popolazzjoni b’aċċess għal mill-inqas N faċilitajiet ta’ servizz f’limitu ta’ ħin tal-ivvjaġġar (minn LAU/NUTS3) (“N” huwa l-għadd ta’ faċilitajiet ta’ servizz rilevanti li għandhom jitqiesu skont is-servizz) |
|
(j) |
Ħin tal-ivvjaġġar biex jintlaħqu l-eqreb N faċilitajiet ta’ servizz/individwi (fil-livell tal-grilja, jew aggregat f’LAU/NUTS3) |
|
(k) |
L-indikatur tal-aċċessibbiltà Foster-Greer-Thorbecke (FGT2) li jgħodd individwi taħt limitu ta’ suffiċjenza predefinit (9)ponderat skont il-firxa tad-defiċit ta’ aċċessibbiltà tagħhom f’ħin tal-ivvjaġġar partikolari (40-50 min) (fil-livell tal-grilja jew aggregat f’LAU/NUTS3) |
Għad-dimensjonijiet tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà, dawn li ġejjin jistgħu jkunu ta’ għajnuna:
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea, Passenger Rail Performance in Europe: Regional and territorial Accessibility Indicators for Passenger Rail, 2021 (10) |
|
— |
Għat-trasport bit-triq, ara l-Kummissjoni Ewropea, Road Transport Performance in Europe, 2018 (11) |
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea, Cohesion in Europe towards 2050, eighth report on economic, social and territorial cohesion, 2021, ara l-Mappa 4.7 (12) |
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea, Ninth report on economic, social and territorial cohesion, 2024 (13) |
|
— |
Studji Rurali tal-OECD, “Getting to Services in Towns and Villages”, Preparing Regions for Demographic Change, 2024, p. 13 (14) |
Biex jiġu vvalutati l-kwalità u s-suffiċjenza tan-network tat-trasport pubbliku, id-diversi modi ta’ trasport pubbliku jistgħu jinqasmu f’ “kategoriji ta’ kwalità” abbażi tal-livell ta’ frekwenza tal-mod ta’ trasport (eż. inqas minn 5 minuti, 5-10 minuti, 10-20 minuta, eċċ.) u d-distanza sal-waqfa li jmiss ta’ kull mezz ta’ trasport (15).
Id-dimensjoni tal-adegwatezza tat-trasport:
|
(a) |
Sehem ta’ waqfiet tal-metro b’faċilitajiet għall-persuni b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa |
|
(b) |
L-għadd ta’ vendi u stazzjonijiet tat-trasport pubbliku fil-belt u fiż-żona urbana funzjonali aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa |
|
(c) |
L-għadd ta’ vetturi tat-trasport pubbliku fil-belt u fiż-żona urbana funzjonali aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, imqassam skont it-tip ta’ vettura |
(1) Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Cludius, J., Noka, V., Unger, N., Delfosse, L. et al., Final Report, “Transport poverty: definitions, indicators, determinants, and mitigation strategies”, Ottubru 2024, https://employment-social-affairs.ec.europa.eu/transport-poverty-definitions-indicators-determinants-and-mitigation-strategies-final-report_en. Sorsi: (1) a): Eurostat [ilc_mddu05], (1) b): Sors: Eurostat [ilc_mdes13a], (1) d): Eurostat [icw_aff_05], (2) c): Il-mikrodata tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja tal-Eurofound 2016; (3): Eurostat [lfso_19plwk28].
(2) Limitu ta’ 6 %: is-sehem tal-popolazzjoni li tonfoq aktar minn 6 % jew aktar mid-doppju tal-medjan nazzjonali fuq it-trasport u li għandha nefqa totali taħt il-medjan nazzjonali. 2M tirreferi għall-indiċi tal-infiq sproporzjonat (2M tfisser id-doppju tal-medjan nazzjonali). Unità domestika titqies bħala vulnerabbli għat-trasport jekk il-proporzjon tan-nefqa totali ddedikata għat-trasport ikun aktar mid-doppju tal-medjan nazzjonali. Fi kliem ieħor, dawn huma unitajiet domestiċi li s-sitwazzjoni soċjoekonomika tagħhom twassalhom biex jonfqu b’mod sproporzjonat biex iżommu livell ta’ mobbiltà xieraq għall-ħtiġijiet tagħhom.
(3) taħlita tal-indikatur preċedenti u l-persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali skont il-grupp tal-pajjiż tat-twelid (popolazzjoni ta’ 18-il sena u aktar) (ilc_peps06n).
(4) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_mdes13a/default/table?lang=en&category=livcon.ilc.ilc_md.ilc_mdes.
(5) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/hbs_str_t226/default/table?lang=en&category=degurb.degurb_livcon.
(6) Ara t-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni l-Kummissjoni Ewropea, Cohesion in Europe towards 2050, eighth report on economic, social and territorial cohesion, 2021, mappa 4.7, https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/reports/cohesion8/8cr.pdf.
(7) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/lfso_19plwk28/default/table?lang=en&category=degurb.degurb_labour.du_lfso.du_lfso_19.
(8) Ara l-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, Brons, M., Poelman, H., Ackermans, L., Ibáñez, J. N. et al., Passenger rail performance in Europe – Regional and territorial accessibility indicators for passenger rail, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.
(9) Ara Science direct, ‘Defining and implementing a sufficient level of accessibility: What’s stopping us?’, Jean Ryan and Karel Martens, Settembru 2023, https://doi.org/10.1016/j.tra.2023.103792.
(10) Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, Brons, M., Poelman, H., Ackermans, L., Ibáñez, J. N. et al., Passenger rail performance in Europe – Regional and territorial accessibility indicators for passenger rail, Publications Office of the European Union, 2021, https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/working-papers/2022/passenger-rail-performance-in-europe-regional-and-territorial-accessibility-indicators-for-passenger-rail.
(11) https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/working-papers/2019/road-transport-performance-in-europe.
(12) https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/reports/cohesion8/8cr.pdf.
(13) https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/reports/cohesion9/9CR_Report_FINAL.pdf.
(14) https://www.oecd.org/en/publications/getting-to-services-in-towns-and-villages_df1e9b88-en.html.
(15) Ara l-eżempju tal-Awstrija, https://www.oerok-atlas.at/oerok/files/summaries/87.pdf; https://www.oerok-atlas.at/#indicator/87.
ANNESS II (1)
APPOĠĠ GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI: EŻEMPJI TA’ MIŻURI U INVESTIMENTI KOSTEFFETTIVI MMIRATI (2)
(1)
Fokus fuq l-għoti ta’ appoġġ lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew b’introjtu medju inferjuri f’żoni ġeografiċi mhux moqdijin tajjeb|
— |
It-titjib tas-servizzi tat-trasport pubbliku u t-tnedija ta’ linji tal-karozzi tal-linja/kowċis/ferrovjarji f’żoni suburbani, periurbani u rurali fil-biċċa l-kbira b’introjtu baxx |
|
— |
Il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tat-trasport pubbliku f’żoni fil-biċċa l-kbira b’introjtu baxx; ċentri ta’ mobbiltà għall-iffaċilitar tal-iskambju u l-konnessjonijiet bejn it-trasport pubbliku, il-mobbiltà kondiviża, iċ-ċikliżmu u l-mixi f’żoni fil-biċċa l-kbira suburbani, periurbani u rurali, li jgħaqqduhom maċ-ċentri tal-bliet |
(2)
Fokus fuq l-appoġġ għal gruppi vulnerabbli|
— |
Trasport speċifiku ssussidjat minn bieb sa bieb fuq talba jew servizzi tat-trasport pubbliku b’emissjonijiet żero li jirrispondu għad-domanda għal gruppi vulnerabbli |
|
— |
Programmi ta’ vouchers għat-trasport pubbliku lokali u abbonamenti ta’ mobbiltà kondiviża (inklużi roti, roti elettriċi u skuters) għal gruppi vulnerabbli |
|
— |
Aċċessibbiltà mtejba tat-trasport pubbliku għall-persuni b’diżabilità bl-installazzjoni ta’ rampi, liftijiet, u avviżi awdjo |
|
— |
Il-bini ta’ korsiji siguri għar-roti, spazji siguri għall-parkeġġ tar-roti u stazzjonijiet għall-kondiviżjoni tar-roti u faċilitajiet siguri għall-qfil qrib l-iskejjel, iċ-ċentri taż-żgħażagħ u l-universitajiet |
|
— |
Skemi ta’ lokazzjoni soċjali għal vetturi b’emissjonijiet żero, għall-unitajiet domestiċi, għall-mikrointrapriżi, u għal utenti tat-trasport vulnerabbli oħra, flimkien mal-infrastruttura tal-iċċarġjar korrispondenti |
(3)
Il-kombinament tat-titjib tat-trasport pubbliku (disponibbli għal kulħadd) ma’ skemi ta’ appoġġ finanzjarju għall-gruppi vulnerabbli|
— |
Xiri ta’ karozzi tal-linja jew vetturi ferrovjarji b’emissjonijiet żero (3) fi nħawi urbani, suburbani u periurbani li mhumiex moqdija biżżejjed flimkien ma’ vawċers/kartieri tal-mobbiltà diġitali għall-utenti tat-trasport vulnerabbli |
|
— |
L-istabbiliment ta’ servizzi tat-trasport fuq talba b’emissjonijiet żero f’oqsma li ma għandhomx servizzi tat-trasport pubbliku adegwati jew għall-konnessjoni tal-“aħħar mil”, possibbilment ikkombinati ma’ vouchers/kartieri tal-mobbiltà diġitali għall-utenti tat-trasport vulnerabbli |
|
— |
Investimenti fl-infrastruttura tal-mixi u taċ-ċikliżmu, flimkien ma’ sistemi ta’ kondiviżjoni tar-roti u/jew sussidji għax-xiri, il-kiri fit-tul u/jew il-lokazzjoni ta’ roti, roti elettriċi u roti tal-merkanzija għal gruppi vulnerabbli |
|
— |
Skemi sussidjati ta’ kondiviżjoni tal-vetturi b’emissjonijiet żero jew programmi ta’ kiri għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx flimkien ma’ investiment f’infrastruttura pubblika tal-irriċarġjar. |
(1) L-ikkomplementar tal-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ prattiki tajba ta’ miżuri u investimenti kosteffettivi mmirati (Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika, Ramboll Management Consulting, Wuppertal Institute for Climate Environment and Energy, Ludden, V., Laine, A.-M. et al., Support for the implementation of the Social Climate Fund — Note on good practices for cost-effective measures and investments, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2834/602067), kif ukoll il-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima, il-Kummissjoni Ewropea, Avviż tal-Kummissjoni, Gwida dwar il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima, C(2025) 881 final, 5.3.2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:C_202501597
Il-miżuri u l-investimenti huma kollha eliġibbli taħt il-Fond Soċjali għall-Klima.
(2) Skont is-sitwazzjoni f’kull Stat Membru.
(3) Vetturi ferrovjarji ħfief b’emissjonijiet żero li jippermettu l-użu ta’ infrastruttura eżistenti mingħajr titjib jew b’titjib minimu u biex tiżdied il-frekwenza tas-servizzi pprovduti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/1021/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)