|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1003 |
22.5.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1003
tal-24 ta’ Jannar 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni ta’ derivattivi OTC li trid tintuża għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2) u fl-Artikoli 10 u 21
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw swaps tar-rati tal-imgħax OTC u swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu OTC għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u fl-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(2) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu d-derivattivi OTC f’termini ta’ klassi tal-assi, billi tindika jekk derivattiv OTC huwiex qiegħed jagħmel referenza għal rata, kreditu, rati tal-kambju, ekwitajiet, komoditajiet, jew klassijiet tal-assi mhux standard oħrajn. |
|
(3) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu d-derivattivi OTC f’termini ta’ tip ta’ strument billi tindika jekk derivattiv OTC huwiex swap, opzjoni, jew forward. |
|
(4) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC f’termini ta’ tip ta’ assi sottostanti, billi tindika, abbażi tal-ISO 10962 (CFI) 2021, jekk derivattiv tar-rata tal-imgħax OTC huwiex swap fiss għal varjabbli, fiss għal fiss jew varjabbli għal varjabbli (bażi). |
|
(5) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC f’termini ta’ munita nozzjonali, billi tindika jekk swap tar-rati tal-imgħax OTC huwiex iddenominat fi kwalunkwe waħda mill-erba’ muniti msemmija fl-Artikolu 8a(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u, jekk iva, billi tidentifika l-munita rilevanti b’referenza għall-kodiċi tal-munita bi tliet karattri ISO 4217. |
|
(6) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC f’termini tat-tip ta’ konsenja, billi jintuża l-ISO 10962 (CFI) 2021 biex jiġi ddeterminat jekk swap tar-rati tal-imgħax OTC huwiex konsenjabbli (fiżiku) jew mhux konsenjabbli (flus kontanti). |
|
(7) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw l-iskeda nozzjonali għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC, billi jintuża l-ISO 10962 (CFI) 2021 biex jiġi indikat jekk l-iswap għandux skeda nozzjonali kostanti, akkreditanti, amortizzanti jew personalizzata. |
|
(8) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC f’termini tar-rati ta’ referenza sottostanti tagħhom. |
|
(9) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati b’ċerti termini standard tan-negozju assoċjati mar-rata ta’ referenza sottostanti. Il-konvenzjonijiet standard tan-negozju rilevanti jenħtieġ li jirriflettu l-elementi kritiċi tad-data (CDE) definiti fil-gwida teknika riveduta tas-CDE tal-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja (ROC) minħabba li dawk l-attributi huma standardizzati, appoġġjati fil-livell internazzjonali u miżmuma mill-ROC. L-erba’ CDE huma: (i) il-konvenzjoni applikabbli dwar l-għadd ta’ jiem fissi, (ii) il-frekwenza ta’ pagament fiss, (iii) il-konvenzjoni dwar l-għadd ta’ jiem varjabbli, (iv) il-frekwenza ta’ pagament varjabbli. |
|
(10) |
Sabiex jiġu identifikati swaps tar-rati tal-imgħax OTC li ma jikkonformawx mat-termini standard tan-negozju assoċjati mar-rati ta’ referenza sottostanti tagħhom, jenħtieġ li d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni tippermetti wkoll determinazzjoni tal-konvenzjoni ta’ aġġustament tal-jiem ta’ negozju, id-dewmien tal-iffissar, il-kalendarju tal-pagament u li l-kuntratt ma jinkludi l-ebda pagament addizzjonali. |
|
(11) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC fir-rigward tat-terminu tar-rati ta’ referenza sottostanti, billi tidentifika t-terminu tar-rata ta’ referenza sottostanti f’jiem, ġimgħat, xhur, jew snin, kif applikabbli. |
|
(12) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddistingwu l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC bit-termini standard tar-rati ta’ referenza sottostanti, billi tindika t-termini standard applikabbli għal kull waħda mir-rati ta’ referenza sottostanti. |
|
(13) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk swap tar-rati tal-imgħax OTC huwiex konkluż għal wieħed mit-termini sħaħ tas-sena kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8a(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. F’każ li jiġi konkluż swap tar-rati tal-imgħax OTC għal terminu sħiħ tas-sena kollha, jenħtieġ li d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni tidentifika t-terminu tal-kuntratt espress bħala numru sħiħ u tindika l-unità tal-perjodu ta’ żmien applikabbli. |
|
(14) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk swap tar-rati tal-imgħax OTC huwiex b’bidu spot, jiġifieri, isir effettiv wara normalment jumejn ta’ negozju wara l-konklużjoni tal-kuntratt, jew huwiex b’bidu forward, li jfisser li l-kuntratt ta’ swap tar-rati tal-imgħax OTC isir effettiv fi kwalunkwe data tal-bidu li jintlaħaq qbil dwarha fil-livell kuntrattwali. |
|
(15) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-parteċipanti fis-suq u lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk swap tal-imgħax OTC jużax il-kalendarju, is-Suq Monetarju Internazzjonali jew kwalunkwe konvenzjoni oħra (mhux standard) tar-riskedar. |
|
(16) |
Id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC jenħtieġ li ma tinkludix id-data ta’ skadenza ta’ kuljum jew id-data effettiva ta’ swap tar-rati tal-imgħax peress li tali attributi jipprevjenu tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC. |
|
(17) |
L-Identifikatur Uniku tal-Prodott (UPI) ISO 4914 huwa identifikatur uniku tal-prodott li ntlaħaq qbil fuqu fil-livell globali żviluppat bħala għodda ta’ identifikazzjoni għar-rata tal-imgħax OTC u għall-iswaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu, bl-intenzjoni li tiġi ffaċilitata l-aggregazzjoni tar-riskju tad-data minn repożitorji kummerċjali fi swieq globali tad-derviattivi OTC. Madankollu, l-ISO 4914 (UPI) għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC ma fihx id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni l-oħra li hija meħtieġa biex jiġu identifikati kif xieraq l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u fl-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għalhekk, l-ISO 4914 (UPI) jenħtieġ li jiġi kkomplementat minn dik id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni l-oħra. Għal dak il-fini, l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jagħti s-setgħa lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, fost l-oħrajn, l-istandards u l-formati tad-data għad-data ta’ referenza tal-istrumenti finanzjarji, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-data u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u t-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti, u l-forma u l-kontenut ta’ tali data. Il-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni jinkludu l-għażla li jkun meħtieġ li d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni kollha stabbilita f’dan ir-Regolament tiġi rrapportata bħala parti minn identifikatur uniku. |
|
(18) |
Sabiex ikun hemm allinjament bejn dan ir-Regolament u r-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u sabiex il-parteċipanti fis-suq u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed żmien biex jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti dwar id-data ta’ referenza, jenħtieġ li mill-1 ta’ Settembru 2026, l-iswaps tar-rati tal-imgħax OTC u l-iswaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu OTC jiġu identifikati bid-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament. |
|
(19) |
Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 27da(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jirrikjedi li l-ESMA tibda l-proċedura tal-għażla għall-ħatra ta’ fornitur uniku ta’ tape konsolidat għad-derivattivi OTC jew għas-subklassijiet rilevanti ta’ derivattivi OTC fi żmien 3 xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux qabel 6 xhur mill-bidu tal-proċedura tal-għażla għall-ħatra ta’ fornitur uniku ta’ tape konsolidat għall-ishma u għall-fondi negozjati fil-borża. Sabiex tiġi żgurata t-tnedija f’waqtha tal-proċedura tal-għażla għall-ħatra ta’ fornitur uniku ta’ tape konsolidat għad-derivattivi OTC jew għas-subklassijiet rilevanti ta’ derivattivi OTC, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC u swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu OTC
1. Mill-1 ta’ Settembru 2026, għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u fl-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandha tintuża d-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Mill-1 ta’ Settembru 2026, għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u fl-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għal swaps tar-rati tal-imgħax OTC u swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu OTC għandha tinkludi wkoll l-Identifikatur Uniku tal-Prodott (UPI) ISO 4914.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj.
ANNESS
Tabella 1
Data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għal swaps ta’ rata tal-imgħax OTC soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u l-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
|
|
Data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni |
Struzzjonijiet |
|
1 |
Klassi tal-assi |
Biex jiġi ddeterminat jekk derivattiv OTC hux qed jirreferenzja rata, kreditu, rati tal-kambju, ekwitajiet, komoditajiet, jew klassijiet oħra ta’ assi mhux standard. |
|
2 |
Tip ta’ strument |
Biex jiġi ddeterminat jekk derivattiv OTC hux swap, opzjoni, jew forward. |
|
3 |
Tip ta’ assi sottostanti |
Biex jiġi ddeterminat jekk swap ta’ rata tal-imgħax OTC hux swap fiss għal varjabbli, swap fiss għal fiss, jew swap varjabbli għal varjabbli (bażi). |
|
4 |
Munita nozzjonali |
Biex jiġi ddeterminat jekk swap tar-rati tal-imgħax OTC hux iddenominat fi kwalunkwe waħda mill-erba’ muniti msemmija fl-Artikolu 8a(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u biex tiġi identifikata l-munita rilevanti. |
|
5 |
Tip ta’ konsenja |
Biex jiġi ddeterminat jekk swap ta’ rata tal-imgħax OTC hux konsenjabbli (fiżiku) jew mhux konsenjabbli (flus kontanti). |
|
6 |
Skeda nozzjonali |
Biex jiġi ddeterminat jekk l-iswap għandux skeda nozzjonali kostanti, akkreditata, amortizzata jew personalizzata. |
|
7 |
Rata ta’ referenza sottostanti |
Biex jiġu identifikati r-rata u t-terminu tar-rata li tirreferi għaliha l-iswap ta’ rata tal-imgħax OTC. |
|
8 |
Termini standard tan-negozju assoċjati mar-rata ta’ referenza sottostanti |
Biex jiġu identifikati t-termini standard tan-negozju assoċjati ma’ kull waħda mir-rati ta’ referenza sottostanti. It-tabella 2 tispeċifika t-termini standard tan-negozju għar-rati ta’ referenza għal swaps ta’ rata tal-imgħax OTC soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u l-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
9 |
Terminu kuntrattwali |
Biex jiġi ddeterminat jekk it-terminu kuntrattwali ta’ swap ta’ rata tal-imgħax OTC huwiex wieħed mit-termini sħaħ tas-sena kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8a(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. F’każ li tiġi konkluża swap ta’ rata tal-imgħax OTC għal terminu sħiħ ta’ sena kollha, biex jiġi ddeterminat it-terminu tal-kuntratt espress bħala numru sħiħ u l-unità tal-perjodu ta’ żmien applikabbli. |
|
10 |
Kumpens Effettiv tad-Data |
Biex jiġi ddeterminat jekk swap ta’ rata tal-imgħax OTC huwiex spot (normalment jumejn ta’ negozju wara l-konklużjoni) jew forward (kwalunkwe data tal-bidu oħra maqbula). |
|
11 |
Konvenzjoni tar-Riskedar |
Biex jiġi ddeterminat jekk swap tal-imgħax OTC jużax il-kalendarju, l-IMM jew kwalunkwe konvenzjoni oħra (mhux standard) dwar konvenzjoni tar-riskedar. |
Tabella 2
Termini standard tan-negozju għar-rati ta’ referenza għal swaps ta’ rata tal-imgħax OTC soġġetti għar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 8a(2), u l-Artikoli 10 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014
|
Familja tar-Rata ta’ Referenza |
EUR-EURIBOR |
EUR-EuroSTR |
USD-SOFR |
GBP-SONIA |
JPY-TONA |
|||||
|
Konvenzjoni ta’ aġġustament tal-jiem ta’ negozju |
Sussegwentement modifikati |
Sussegwentement modifikati |
Sussegwentement modifikati |
Sussegwentement modifikati |
Sussegwentement modifikati |
|||||
|
Konvenzjoni dwar l-Għadd ta’ Jiem Fissi |
30360 (ISDA) |
Act360 |
Act360 |
Act365.FIXED |
Act365.FIXED |
|||||
|
Frekwenza ta’ Pagament Fiss |
Annwali |
Annwali |
Annwali |
Annwali |
Annwali |
|||||
|
Konvenzjoni dwar l-Għadd ta’ Jiem Varjabbli |
Act360 |
Act360 |
Act360 |
Act365.FIXED |
Act365.FIXED |
|||||
|
Frekwenza ta’ Pagament Varjabbli |
Semi (6M RR)/Quart (3M RR) |
Annwali |
Annwali |
Annwali |
Annwali |
|||||
|
Dewmien tal-Iffissar |
2BD |
0BD |
0BD |
0BD |
0BD |
|||||
|
Kalendarju tal-Iffissar |
EUTA |
EUTA |
USGS |
GBLO |
JPTO |
|||||
|
Kalendarju tal-Pagamenti |
EUTA |
EUTA |
USNY |
GBLO |
JPTO |
|||||
|
Pagamenti Addizzjonali |
L-EBDA |
L-EBDA |
L-EBDA |
L-EBDA |
L-EBDA |
|||||
|
Konvenzjoni tar-Riskedar |
STD |
IMM |
STD |
IMM |
STD |
IMM |
STD |
IMM |
STD |
IMM |
|
Kumpens Effettiv tad-Data |
2BD |
Li jmiss |
2BD |
Li jmiss |
2BD |
Li jmiss |
0BD |
Li jmiss |
2BD |
Li jmiss |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1003/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)