|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/997 |
27.5.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/997
tat-23 ta’ Mejju 2025
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fil-perjodu 2023 2027 għas-sena finanzjarja 2024
(notifikata bid-dokument C(2025) 3159)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja inkwistjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2024, bl-iskop li l-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-FAEŻR jiġi allinjat ma’ dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2024, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (2). |
|
(3) |
L-Artikolu 35(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew li jkunu pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti billi l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità ma’ dak l-Artikolu 35(1). L-Artikolu 35(2), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jmiss jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-iċċekkjar tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi. |
|
(5) |
Għall-aġenziji tal-pagamenti kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi. |
|
(6) |
Ir-regoli dwar l-iskadenzi tal-pagamenti għall-miżuri taħt l-iżvilupp rurali fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 japplikaw mis-sena tat-talba 2023. It-tnaqqisiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (3), iżommu mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u għandhom jitqiesu f’din id-Deċiżjoni għas-sena finanzjarja 2024. Meta jkun xieraq, dawk it-tnaqqisiet jistgħu jiġu eżaminati bil-proċeduri għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement skont l-Artikoli 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2024 u b’rabta mal-perjodu 2023-2027.
L-ammonti tal-FAEŻR rekuperabbli minn kull Stat Membru jew pagabbli lilhom fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-perjodu 2023-2027 skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-tnaqqisiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi tal-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 taħt kull Pjan Strateġiku tal-PAK huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni af tieħu skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u għal deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).
ANNESS I
Nefqa approvata tal-FAEŻR skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK għas-sena finanzjarja (SF) 2024
Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK
Pjan Strateġiku tal-PAK approvat bin-nefqa dikjarata għall-FAEŻR 2023–2027
|
F’euro |
||||||||
|
Stat Membru |
CCI |
Nefqa għas-SF2024 |
Korrezzjonijiet |
Total |
Ammonti mhux riutilizzabbli |
Ammont aċċettat approvat għas-SF2024 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat (–) mill-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu (+) (*1) |
|
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
|
AT |
2023AT06AFSP001 |
236 554 703,85 |
0,00 |
236 554 703,85 |
0,00 |
236 554 703,85 |
236 554 703,85 |
0,00 |
|
BE |
2023BE06AFSP001 |
7 315 331,20 |
0,00 |
7 315 331,20 |
0,00 |
7 315 331,20 |
7 354 033,34 |
-38 702,14 |
|
BE |
2023BE06AFSP002 |
15 354 099,78 |
0,00 |
15 354 099,78 |
0,00 |
15 354 099,78 |
15 354 099,78 |
0,00 |
|
BG |
2023BG06AFSP001 |
41 549 938,21 |
0,00 |
41 549 938,21 |
0,00 |
41 549 938,21 |
41 549 910,31 |
27,90 |
|
CY |
2023CY06AFSP001 |
15 166 625,59 |
0,00 |
15 166 625,59 |
0,00 |
15 166 625,59 |
15 166 625,59 |
0,00 |
|
CZ |
2023CZ06AFSP001 |
138 680 708,39 |
0,00 |
138 680 708,39 |
0,00 |
138 680 708,39 |
138 680 783,15 |
-74,76 |
|
DE |
2023DE06AFSP001 |
513 063 943,46 |
0,00 |
513 063 943,46 |
0,00 |
513 063 943,46 |
513 125 771,19 |
-61 827,73 |
|
DK |
2023DK06AFSP001 |
44 961 708,98 |
0,00 |
44 961 708,98 |
0,00 |
44 961 708,98 |
44 961 708,98 |
0,00 |
|
EE |
2023EE06AFSP001 |
28 484 839,61 |
0,00 |
28 484 839,61 |
0,00 |
28 484 839,61 |
28 585 105,10 |
- 100 265,49 |
|
ES |
2023ES06AFSP001 |
356 147 959,34 |
0,00 |
356 147 959,34 |
0,00 |
356 147 959,34 |
357 025 719,99 |
- 877 760,65 |
|
FI |
2023FI06AFSP001 |
246 782 103,83 |
0,00 |
246 782 103,83 |
0,00 |
246 782 103,83 |
246 782 193,26 |
-89,43 |
|
FR |
2023FR06AFSP001 |
1 033 425 693,62 |
0,00 |
1 033 425 693,62 |
0,00 |
1 033 425 693,62 |
1 033 629 669,05 |
- 203 975,43 |
|
EL |
2023EL06AFSP001 |
157 529 586,36 |
0,00 |
157 529 586,36 |
0,00 |
157 529 586,36 |
157 529 601,21 |
-14,85 |
|
HR |
2023HR06AFSP001 |
115 754 708,93 |
0,00 |
115 754 708,93 |
0,00 |
115 754 708,93 |
115 755 552,33 |
- 843,40 |
|
HU |
2023HU06AFSP001 |
220 631 811,58 |
0,00 |
220 631 811,58 |
0,00 |
220 631 811,58 |
220 631 830,20 |
-18,62 |
|
IE |
2023IE06AFSP001 |
309 018 458,47 |
0,00 |
309 018 458,47 |
0,00 |
309 018 458,47 |
309 018 458,47 |
0,00 |
|
IT |
2023IT06AFSP001 |
467 957 355,50 |
0,00 |
467 957 355,50 |
0,00 |
467 957 355,50 |
468 122 339,43 |
- 164 983,93 |
|
LT |
2023LT06AFSP001 |
56 036 737,08 |
0,00 |
56 036 737,08 |
0,00 |
56 036 737,08 |
56 036 738,95 |
-1,87 |
|
LU |
2023LU06AFSP001 |
9 103 485,58 |
0,00 |
9 103 485,58 |
0,00 |
9 103 485,58 |
8 879 485,57 |
224 000,01 |
|
LV |
2023LV06AFSP001 |
46 011 507,60 |
0,00 |
46 011 507,60 |
0,00 |
46 011 507,60 |
46 011 507,60 |
0,00 |
|
MT |
2023MT06AFSP001 |
2 323 343,04 |
0,00 |
2 323 343,04 |
0,00 |
2 323 343,04 |
2 323 615,75 |
- 272,71 |
|
NL |
2023NL06AFSP001 |
126 476 696,16 |
0,00 |
126 476 696,16 |
0,00 |
126 476 696,16 |
126 451 587,77 |
25 108,39 |
|
PL |
2023PL06AFSP001 |
105 933 014,77 |
0,00 |
105 933 014,77 |
0,00 |
105 933 014,77 |
108 779 598,74 |
-2 846 583,97 |
|
PT |
2023PT06AFSP001 |
122 907 001,35 |
0,00 |
122 907 001,35 |
0,00 |
122 907 001,35 |
130 524 049,96 |
-7 617 048,61 |
|
RO |
2023RO06AFSP001 |
223 040 990,59 |
0,00 |
223 040 990,59 |
0,00 |
223 040 990,59 |
222 917 219,46 |
123 771,13 |
|
SE |
2023SE06AFSP001 |
122 379 428,00 |
0,00 |
122 379 428,00 |
0,00 |
122 379 428,00 |
122 399 835,95 |
-20 407,95 |
|
SI |
2023SI06AFSP001 |
61 140 675,42 |
0,00 |
61 140 675,42 |
0,00 |
61 140 675,42 |
61 140 679,38 |
-3,96 |
|
SK |
2023SK06AFSP001 |
119 955 638,51 |
0,00 |
119 955 638,51 |
0,00 |
119 955 638,51 |
119 957 497,84 |
-1 859,33 |
(*1) L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati (–) mill-Istat Membru jew imħallsa lilu (+) jinkludu l-fondi riutilizzabbli permezz ta’ riallokazzjoni mill-Istat Membru konċernat skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116
ANNESS II
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti
Sena finanzjarja SF2024 — FAEŻR
Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116
|
F’euro |
||
|
Stat Membru |
CCI |
Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti għas-SF2024 |
|
AT |
2023AT06AFSP001 |
0,00 |
|
BE |
2023BE06AFSP001 |
0,00 |
|
BE |
2023BE06AFSP002 |
0,00 |
|
BG |
2023BG06AFSP001 |
0,00 |
|
CY |
2023CY06AFSP001 |
0,00 |
|
CZ |
2023CZ06AFSP001 |
0,00 |
|
DE |
2023DE06AFSP001 |
0,00 |
|
DK |
2023DK06AFSP001 |
0,00 |
|
EE |
2023EE06AFSP001 |
0,00 |
|
ES |
2023ES06AFSP001 |
0,00 |
|
FI |
2023FI06AFSP001 |
0,00 |
|
FR |
2023FR06AFSP001 |
0,00 |
|
EL |
2023EL06AFSP001 |
0,00 |
|
HR |
2023HR06AFSP001 |
0,00 |
|
HU |
2023HU06AFSP001 |
0,00 |
|
IE |
2023IE06AFSP001 |
0,00 |
|
IT |
2023IT06AFSP001 |
0,00 |
|
LT |
2023LT06AFSP001 |
0,00 |
|
LU |
2023LU06AFSP001 |
0,00 |
|
LV |
2023LV06AFSP001 |
0,00 |
|
MT |
2023MT06AFSP001 |
0,00 |
|
NL |
2023NL06AFSP001 |
0,00 |
|
PL |
2023PL06AFSP001 |
0,00 |
|
PT |
2023PT06AFSP001 |
0,00 |
|
RO |
2023RO06AFSP001 |
0,00 |
|
SE |
2023SE06AFSP001 |
0,00 |
|
SI |
2023SI06AFSP001 |
0,00 |
|
SK |
2023SK06AFSP001 |
0,00 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/997/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)