European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/990

12.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 65/2025

tal-14 ta’ Marzu 2025

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/990]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/383 tas-16 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2870/2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2009/92 li jistabbilixxi metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-ethyl alkoħol ta’ oriġini agrikola użat fil-preparazzjoni ta’ spirti, inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid u cocktails aromatizzati prodotti mill-inbid (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/383 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000):

“—

32023 R 0383: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/383 tas-16 ta’ Frar 2023 (ĠU L 53, 21.2.2023, p. 3).”

2.

It-test tal-punt 6 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/383 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, fl-14 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 53, 21.2.2023, p. 3.

(2)   ĠU No L 203, 21.7.1992, p. 10.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/990/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)