|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/975 |
23.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/975
tas-16 ta’ Mejju 2025
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Transfluthrin emanators UA BPF” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2015, Henkel AG & Co. KGaA ressqet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bioloġiċi bl-isem ta’ “UA-BPF” tat-tip ta’ prodott 18, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-DT020592-32 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
“Transfluthrin emanators UA BPF” fiha t-transflutrina bħala s-sustanza attiva inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 18. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ressqet rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2024, l-Aġenzija ressqet l-opinjoni tagħha (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Transfluthrin emanators UA BPF”, u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar din il-familja ta’ prodotti bijoċidali lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
L-opinjoni tikkonkludi li “Transfluthrin emanators UA BPF” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġetta għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “Transfluthrin emanators UA BPF”. |
|
(8) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tirrakkomanda li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jwettaq test tal-istabbiltà tal-ħżin fit-tul għall-prodotti f’meta SPC 2 ta’ “Transfluthrin emanators UA BPF” biex jikkonferma ħajja fuq l-ixkaffa ta’ 24 xahar f’temperatura ambjentali. It-test jenħtieġ jitwettaq fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodotti għandhom jitqiegħdu fis-suq u jindirizza l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi rilevanti ta’ dak il-prodott, kemm qabel kif ukoll wara l-ħżin. Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija u tqis li s-sottomissjoni tar-riżultati ta’ dak it-test jenħtieġ li tkun kundizzjoni marbuta mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “Transfluthrin emanators UA BPF” skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-fatt li d-data trid tiġi pprovduta wara li tingħata l-awtorizzazzjoni ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni skont l-Artikolu 19(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament abbażi tad-data eżistenti. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0033413-0000 lil Henkel AG & Co. KGaA għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “Transfluthrin emanators UA BPF”, soġġett għall-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness II.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-12 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2035.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) ECHA opinion of 18 September 2024 on the Union authorisation of Transfluthrin emanators UA BPF (ECHA/BPC/439/2024), https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS I
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET (EU-0033413-0000)
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq test tal-istabbiltà tal-ħżin fit-tul għall-prodotti fil-meta SPC 2 ta’ “Transfluthrin emanators UA BPF” biex jikkonferma ħajja tal-ħżin ta’ 24 xahar f’temperatura ambjentali. It-test għandu jitwettaq fl-imballaġġ kummerċjali li fih il-prodotti għandhom jitqiegħdu fis-suq u għandu jindirizza l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi rilevanti ta’ dak il-prodott, kemm qabel kif ukoll wara l-ħżin.
Sat-12 ta’ Settembru 2025 id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tat-test lill-Aġenzija.
ANNESS II
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali
Transfluthrin emanators UA BPF
Tip(i) ta’ prodott
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0033413-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0033413-0000
PARTI I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
Transfluthrin emanators UA BPF |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Henkel AG & Co. KGaA |
|
Indirizz |
Henkelstrasse 67 40191 Duesseldorf DE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0033413-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0033413-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
It-12 ta’ Ġunju 2025 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
It-31 ta’ Mejju 2035 |
1.4. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Godrej Household Products Ltd. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Pirojshanagar, Eastern Express Highway 400079 Mumbai L-Indja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Zobele Holding S.P.A. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Fersina 4 38100 Trento L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Consultoria Técnica e Representações, Lda. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Loteamento Industrial da Murteira Lotes 23/24 2135-301 Samora Correia Il-Portugall |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Schmid Druck + Medien GmbH & Co.KG |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Gewerbepark 5 86687 Kaisheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
AJU CO, LTD. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
8-4 GWANGWOL-GIL, OKGU-EUP 539-9 Gunsan City, Jeonbuk Il-Korea (Ir-Repubblika tal-) |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Laboratorio Chimico Farmaceutico Sanmarinese |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Strada del Marano 95 47896 Faetano San Marino |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
IGO |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Palazzo 46 24061 Albano S. Alessandro (Bergamo) L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Henkel Homecare Korea |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
3 Gatbachi-ro, Danwon-gu 425-100 Ansan city, Gyeonggi-do Il-Korea (Ir-Repubblika tal-) |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Transfluthrin |
||
|
Isem tal-manifattur |
Bayer SAS |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
16 rue Jean-Marie Leclair CS 90106 69266 Lyon Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Transflutrin |
|
sustanza attiva |
118712-89-3 |
405-060-5 |
0,95 - 0,95 % (w/w) |
|
Tetrahydromyrcenol |
2,6-dimethyloctan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
18479-57-7 |
242-361-9 |
0 - 10,3 % (w/w) |
|
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
Sustanza mhux attiva |
58430-94-7 |
261-245-9 |
0 - 1,45 % (w/w) |
|
Linalyl acetate |
3,7-Dimethyl-1,6-octadien-3-yl acetate |
Sustanza mhux attiva |
115-95-7 |
204-116-4 |
0 - 4,32 % (w/w) |
|
linalool |
3,7-dimethylocta-1,6-dien-3-ol |
Sustanza mhux attiva |
78-70-6 |
201-134-4 |
0 - 1,09 % (w/w) |
|
Allyl amyl glycolate |
prop-2-enyl 2-(3-methylbutoxy)acetate |
Sustanza mhux attiva |
67634-00-8 |
266-803-5 |
0 - 1,05 % (w/w) |
|
beta-Caryophyllene |
(1R,4E,9S)-4,11,11-trimethyl-8-methylidenebicyclo[7.2.0]undec-4-ene |
Sustanza mhux attiva |
87-44-5 |
201-746-1 |
0 - 1,02 % (w/w) |
|
dihydromyrcenol |
|
Sustanza mhux attiva |
18479-58-8 |
242-362-4 |
0 - 2,97 % (w/w) |
|
Isopropyl myristate |
1-Methylethyl Tetradecanoate |
Sustanza mhux attiva |
110-27-0 |
203-751-4 |
25 - 85 % (w/w) |
|
terpenyl acetate |
(4-methyl-1-propan-2-yl-1-cyclohex-2-enyl) acetate |
Sustanza mhux attiva |
8007-35-0 |
232-357-5 |
0 - 5 % (w/w) |
|
Pentyl salicylate |
pentyl 2-hydroxybenzoate |
Sustanza mhux attiva |
2050-08-0 |
218-080-2 |
0 - 2,51 % (w/w) |
|
Cedryl methylether |
[3R-(3α,3aβ,6α,7β,8aα)]-octahydro-6-methoxy-3,6,8,8-tetramethyl-1H-3a,7-methanoazulene |
Sustanza mhux attiva |
67874-81-1 |
267-510-5 |
0 - 0,65 % (w/w) |
|
Camphene |
2,2-dimethyl-3-methylidenebicyclo[2.2.1]heptane |
Sustanza mhux attiva |
79-92-5 |
201-234-8 |
0 - 0,34 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
LV Vaporizzatur likwidu VP Prodott li jirrilaxxa l-fwar |
PARTI II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)
1. META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 1 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: Evaporazzjoni passiva |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Transfluthrin |
|
sustanza attiva |
118712-89-3 |
405-060-5 |
0,95 - 0,95 % (w/w) |
|
Tetrahydromyrcenol |
2,6-dimethyloctan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
18479-57-7 |
242-361-9 |
10,3 - 10,3 % (w/w) |
|
Linalyl acetate |
3,7-Dimethyl-1,6-octadien-3-yl acetate |
Sustanza mhux attiva |
115-95-7 |
204-116-4 |
4,32 - 4,32 % (w/w) |
|
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
Sustanza mhux attiva |
58430-94-7 |
261-245-9 |
1,45 - 1,45 % (w/w) |
|
linalool |
3,7-dimethylocta-1,6-dien-3-ol |
Sustanza mhux attiva |
78-70-6 |
201-134-4 |
1,09 - 1,09 % (w/w) |
|
Allyl amyl glycolate |
prop-2-enyl 2-(3-methylbutoxy)acetate |
Sustanza mhux attiva |
67634-00-8 |
266-803-5 |
1,05 - 1,05 % (w/w) |
|
beta-Caryophyllene |
(1R,4E,9S)-4,11,11-trimethyl-8-methylidenebicyclo[7.2.0]undec-4-ene |
Sustanza mhux attiva |
87-44-5 |
201-746-1 |
1,02 - 1,02 % (w/w) |
|
dihydromyrcenol |
|
Sustanza mhux attiva |
18479-58-8 |
242-362-4 |
2,97 - 2,97 % (w/w) |
|
Isopropyl myristate |
1-Methylethyl Tetradecanoate |
Sustanza mhux attiva |
110-27-0 |
203-751-4 |
25 - 25 % (w/w) |
|
terpenyl acetate |
(4-methyl-1-propan-2-yl-1-cyclohex-2-enyl) acetate |
Sustanza mhux attiva |
8007-35-0 |
232-357-5 |
5 - 5 % (w/w) |
|
Pentyl salicylate |
pentyl 2-hydroxybenzoate |
Sustanza mhux attiva |
2050-08-0 |
218-080-2 |
2,51 - 2,51 % (w/w) |
|
Cedryl methylether |
[3R-(3α,3aβ,6α,7β,8aα)]-octahydro-6-methoxy-3,6,8,8-tetramethyl-1H-3a,7-methanoazulene |
Sustanza mhux attiva |
67874-81-1 |
267-510-5 |
0,65 - 0,65 % (w/w) |
|
Camphene |
2,2-dimethyl-3-methylidenebicyclo[2.2.1]heptane |
Sustanza mhux attiva |
79-92-5 |
201-234-8 |
0,34 - 0,34 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
VP Prodott li jirrilaxxa l-fwar |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. H315: Jikkawża irritazzjoni tal-ġilda. H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. P102: Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P302+P352: JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel b’ħafna ilma. P501: Armi l-kontenut fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P501: Armi l-kontenitur fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P264: Aħsel idejk sew wara li tużah. P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Kontra l-kamla fil-gwardarobba (evaporazzjoni passiva)
|
Tip ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Tineola bisselliella Isem komuni: kamla tad-drapp Istadju iżvilupp: larva Isem xjentifiku: Tineola bisselliella Isem komuni: kamla tad-drapp Istadju iżvilupp: adulti |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Insettiċida lest biex jintuża- jipproteġi l-ħwejjeġ maħżuna fi gwardarobba jew f’kexxun mill-kamla tal-ħwejjeġ |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Evaporazzjoni passiva mill-kuxxinett (ġarrier taċ-ċelluloża fi spalliera) Deskrizzjoni dettaljata: Neħħi l-prodott mill-pakkett tal-fluss u dendlu fil-gwardarobba fejn jinħażnu l-ħwejjeġ. Għall-aħjar effikaċja, trid tkun possibbli xi ċirkolazzjoni tal-arja madwar il-prodott. Il-prodott iservi għal 3 xhur wara li jiġi attivat. Rilaxx għal 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena. Perjodu ta’ stennija: mhux meħtieġ. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Unità waħda hija biżżejjed biex tipproteġi gwardarobba żgħira (1 m3) Prodott lest biex jintuża Numru u ħin tal-applikazzjoni: Dewmien tal-effikaċja: Effikaċi kontra adulti (3 xhur) u larvi (xahrejn) |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
2.696 g ta’ likwidu fuq kuxxinett taċ-ċelluloża ta’ 44 mm x 64 mm x 3 mm fil-gaġġa (1 unità) (2, 3, 4, 6, 8 gaġeġ f’ pakketti tal-fluss, b’għażla ta’ kaxxa tal-kartun esterna) Ġarrier: kuxxinett taċ-ċelluloża, dimensjoni: 44 mm x 64 mm x 3 mm Imballaġġ primarju: cassette/gaġġa tal-ispalliera magħmula minn Polipropilen (PP), tingħalaq bi klipp, dimensjoni: wisa’ = 50-60 mm, tul = 90-120 mm, ħxuna = 10-15 mm Imballaġġ sekondarju: pakkett tal-fluss magħmul minn Polipropilen Orjentat Biassjalment (BOPP) u Polietilen (PE) u Etilen u alkoħol tal-vinil (EVOH) u PE, magħluq permezz ta wweldjar sħun, eżempji ta’ firxa ta’ dimensjonijiet (mhux limitati għal dawn): Pakkett ta’ 2 unitajiet: 120 x 150 x 15 mm; Pakkett ta’ 6 unitajiet: 201 x 110 x 20 mm Kaxxa: karta, kartun, skont in-numru ta’ unitajiet |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu.
Struzzjonijiet dwar l-użu:
Oħroġ il-prodott mill-imballaġġ u poġġih fl-armarji bil-ħwejjeġ jew tessuti oħra li jridu jiġu protetti. Tgħattix il-prodott. Il-prodotti jistgħu jintużaw kontinwament is-sena kollha. Wara l-ħajja tas-servizz tal-prodott (3 xhur), armih u ibdlu b’wieħed ġdid biex tkompli l-protezzjoni.
Perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-effett bijoċidali:
48 siegħa kontra l-adulti u biex jinkiseb tnaqqis fit-tqegħid tal-bajd
ġimgħa kontra l-larvi
Uża unità waħda għal kull gwardarobba ta’ 1m3
Dan il-prodott bijoċidali fih it-transfluthrin, li huwa perikoluż għan-naħal.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.
Biex jintuża biss minn adulti.
Uża biss f’pożizzjonijiet mhux aċċessibbli għat-tfal u l-annimali, partikolarment il-qtates
Tużax fuq qtates, qfief tal-annimali domestiċi għall-qtates u fuq oġġetti maħsuba biex jintużaw mill-qtates.
Żomm il-qtates ’il bogħod minn uċuħ ittrattati. Dan il-prodott bijoċidali fih it-transfluthrin li jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi severi fil-qtates.
It-transfluthrin jista’ jkun perikoluż għall-qtates. Jekk iseħħ esponiment, fittex parir minn veterinarju immedjatament u urih il-pakkett.
Aħsel idejk wara li tpoġġi l-prodott fil-post tal-użu.
Tużax direttament fuq jew ħdejn ikel, għalf, ilma tax-xorb jew xarbiet, jew fuq uċuħ jew għodod li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett ma’ ikel, għalf, ilma tax-xorb jew xarbiet, jew bhejjem/annimali domestiċi.
Tużax fi kċejjen jew fi kmamar fejn jinħażen l-ikel.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.
Pyrethroids jistgħu jikkawżaw paresteżija (ħruq u tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintome jippersistu: Ikkonsulta tabib.
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
Miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent: il-prodott m’għandux jitħalla jidħol fis-sistema tad-drenaġġ jew jiġi f’kuntatt ma’ ilma tal-wiċċ jew ilma ta’ taħt l-art.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi f’mod sikur skont ma jitolbu r-regolamenti lokali/nazzjonali. Armi l-kontenut u l-kontenitur f’punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali. Evita r-rilaxx fl-ambjent.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ipproteġi mill-ġlata. Aħżen f’post frisk u xott, ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Żomm fejn ma jintlaħaqx mit-tfal u minn annimali/annimali domestiċi mhux fil-mira.
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 3 snin
6. INFORMAZZJONI OĦRA
Ġarrier: kuxxinett taċ-ċelluloża, dimensjoni: 44 mm x 64 mm x 3 mm
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
Závesný háčik proti moliam s vôňou levandule |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
Gancho anti-traças de lavanda |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Lawendowa zawieszka przeciw molom |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-mottenhanger lavendel |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Antitarme alla lavanda da appendere |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Cintre anti-mite à la lavande |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Gancho antipolillas de lavanda |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Κρεμάστρα με λεβάντα κατά των σκόρων |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-Motten-Lavendel-Hänger |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Levandulový závěs proti molům |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Mat TFT 0.95 Lvn |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti moth lavender hanger |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Mottenschutz Lavendel |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Vapona Anti-Mot Lavendelgeur |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-Mot Lavendelgeur |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Mottenschutz Lavendel |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Globol Mottenschutz Lavendel |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
ANTITARME RICARICABILE LAVANDA |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Vapona Mottencassette Lavendel |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
BLOOM GANCHO ANTIPOLILLAS PERFUMADOR LAVANDA |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Vapona Mini Lavender hanger |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0033413-0001 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
Transfluthrin |
|
sustanza attiva |
118712-89-3 |
405-060-5 |
0,95 % (w/w) |
||
|
Tetrahydromyrcenol |
2,6-dimethyloctan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
18479-57-7 |
242-361-9 |
10,3 % (w/w) |
||
|
Linalyl acetate |
3,7-Dimethyl-1,6-octadien-3-yl acetate |
Sustanza mhux attiva |
115-95-7 |
204-116-4 |
4,32 % (w/w) |
||
|
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
3,5,5-Trimethylhexyl acetate |
Sustanza mhux attiva |
58430-94-7 |
261-245-9 |
1,45 % (w/w) |
||
|
linalool |
3,7-dimethylocta-1,6-dien-3-ol |
Sustanza mhux attiva |
78-70-6 |
201-134-4 |
1,09 % (w/w) |
||
|
Allyl amyl glycolate |
prop-2-enyl 2-(3-methylbutoxy)acetate |
Sustanza mhux attiva |
67634-00-8 |
266-803-5 |
1,05 % (w/w) |
||
|
beta-Caryophyllene |
(1R,4E,9S)-4,11,11-trimethyl-8-methylidenebicyclo[7.2.0]undec-4-ene |
Sustanza mhux attiva |
87-44-5 |
201-746-1 |
1,02 % (w/w) |
||
|
dihydromyrcenol |
|
Sustanza mhux attiva |
18479-58-8 |
242-362-4 |
2,97 % (w/w) |
||
|
Isopropyl myristate |
1-Methylethyl Tetradecanoate |
Sustanza mhux attiva |
110-27-0 |
203-751-4 |
25 % (w/w) |
||
|
terpenyl acetate |
(4-methyl-1-propan-2-yl-1-cyclohex-2-enyl) acetate |
Sustanza mhux attiva |
8007-35-0 |
232-357-5 |
5 % (w/w) |
||
|
Pentyl salicylate |
pentyl 2-hydroxybenzoate |
Sustanza mhux attiva |
2050-08-0 |
218-080-2 |
2,51 % (w/w) |
||
|
Cedryl methylether |
[3R-(3α,3aβ,6α,7β,8aα)]-octahydro-6-methoxy-3,6,8,8-tetramethyl-1H-3a,7-methanoazulene |
Sustanza mhux attiva |
67874-81-1 |
267-510-5 |
0,65 % (w/w) |
||
|
Camphene |
2,2-dimethyl-3-methylidenebicyclo[2.2.1]heptane |
Sustanza mhux attiva |
79-92-5 |
201-234-8 |
0,34 % (w/w) |
||
1. META SPC 2 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 2 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: Apparati elettriċi |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-2 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Transfluthrin |
|
sustanza attiva |
118712-89-3 |
405-060-5 |
0,95 - 0,95 % (w/w) |
|
Isopropyl myristate |
1-Methylethyl Tetradecanoate |
Sustanza mhux attiva |
110-27-0 |
203-751-4 |
85 - 85 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
LV Vaporizzatur likwidu |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P103: Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet kollha. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P391: Iġbor it-tixrid. P501: Armi l-kontenut fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P501: Armi l-kontenitur fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Kontra n-nemus (evaporazzjoni elettrika)
|
Tip ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Culicidae Isem komuni: Nemus Istadju iżvilupp: adulti |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Insettiċida lest biex jintuża - użu fuq ġewwa kontra n-nemus. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Evaporazzjoni elettrika mil-likwidu fid-diffużur Deskrizzjoni dettaljata: - |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: 0,63 mg transfluthrin/siegħa 24 siegħa/jum Prodott lest biex jintuża Unità waħda hija biżżejjed biex tittratta kamra b’volum ta’ 30 m3 għal 300 siegħa (flixkun ta’ 20 g), 360 siegħa (flixkun ta’ 24 g) jew 480 siegħa (flixkun ta’ 32 g). Numru u ħin tal-applikazzjoni: 24 siegħa kuljum |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Imballaġġ primarju: flixkun tal-plastik tat-tereftalat tal-polietilen (PET) ta’ 20 g (23.43 ml) jew 24 g (28.10 ml) jew 32 g (35 ml) b’tapp bil-kamin tal-polipropilen (PP) Imballaġġ sekondarju: kaxxa tal-kartun li fiha 1, 2, 3 fliexken individwali |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Struzzjonijiet dwar l-użu
Oħroġ il-prodott mill-kaxxa tal-kartun, neħħi l-għatu u poġġih fl-apparat li tipplaggla fl-elettriku. Poġġi d-diffużur elettriku f’sokit ġewwa l-kamra fejn tkun meħtieġa protezzjoni. Tgħattix il-prodott. Għal kontra n-nemus, il-modalità normali hija biżżejjed. Ibdel il-prodott ladarba l-likwidu kollu jintuża. Dan ifisser li ntlaħqet il-ħajja tas-servizz massima. Ladarba l-flixkun ikun vojt (intlaħaq it-tmiem tal-ħajja tas-servizz), armih u ibdlu b’wieħed ġdid biex tkompli l-protezzjoni.
Perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-effett bijoċidali
Nemus:
1 Siegħa
Uża unità waħda għal kull kamra ta’ 30 m3
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Kontra n-nemus u d-dubbien (evaporazzjoni elettrika)
|
Tip ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Culicidae Isem komuni: Nemus Istadju iżvilupp: adulti Isem xjentifiku: Muscidae Isem komuni: Dubbien tad-dar Istadju iżvilupp: adulti |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Insettiċida lest biex jintuża - użu fuq ġewwa kontra d-dubbien u n-nemus. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Evaporazzjoni elettrika mil-likwidu fid-diffużur Deskrizzjoni dettaljata: - |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: 1,25 mg transfluthrin fis-siegħa fil-modalità massima, 15-24 siegħa kuljum Prodott lest biex jintuża Unità waħda hija biżżejjed biex tittratta kamra b’volum ta’ 30 m3 għal 150 siegħa (flixkun ta’ 20 g), 180 siegħa (flixkun ta’ 24 g) jew 240 siegħa (flixkun ta’ 32 g). Numru u ħin tal-applikazzjoni: 15-il siegħa kuljum fil-modalità massima jew 12-il siegħa kuljum fil-modalità massima + 12-il siegħa kuljum fil-modalità normali |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Imballaġġ primarju: flixkun tal-plastik tal-PET ta’ 20 g (23.43 ml) jew 24 g (28.10 ml) jew 32 g (35 ml) b’tapp bil-kamin tal-PP Imballaġġ sekondarju: kaxxa tal-kartun li fiha 1, 2, 3 fliexken individwali |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Struzzjonijiet dwar l-użu:
Oħroġ il-prodott mill-kaxxa tal-kartun, neħħi l-għatu u poġġih fl-apparat li tipplaggla fl-elettriku. Poġġi d-diffużur elettriku f’sokit ġewwa l-kamra fejn tkun meħtieġa protezzjoni. L-unità tal-mili mill-ġdid għandha tintuża f’apparat elettriku Henkel b’żewġ modalitajiet ta’ ħidma (normali u massimu/booster) u b’tajmer. Issettja l-iswiċċ għall-modalità massima (booster) biex tiżgura protezzjoni kemm kontra n-nemus kif ukoll kontra d-dubbien (ara struzzjonijiet ulterjuri fuq l-apparat). Skont il-mudell tal-apparat, dan se jaħdem fil-modalità massima għal 15-il siegħa u mbagħad jieqaf għal 9 sigħat, jew se jaħdem għal 12-il siegħa fil-modalità massima (flimkien ma’ 12-il siegħa addizzjonali awtomatiċi ta’ protezzjoni min-nemus fil-modalità normali). Fiż-żewġ każijiet, dawn iċ-ċikli ta’ kuljum huma ripetuti awtomatikament sakemm il-konsumatur jibdel l-iswiċċ jew jaqilgħu mill-plakka. Tgħattix il-prodott. Ibdel il-prodott ladarba l-likwidu kollu jintuża. Dan ifisser li ntlaħqet il-ħajja tas-servizz massima. Ladarba l-flixkun ikun vojt (intlaħaq it-tmiem tal-ħajja tas-servizz), armih u ibdlu b’wieħed ġdid biex tkompli l-protezzjoni.
Perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-effett bijoċidali
Nemus u dubbien 4 sigħat
Uża unità waħda għal kull kamra ta’ 30 m3
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu.
Neħħi l-għatu u daħħal il-flixkun fl-apparat u pplaggjah fil-post fejn tkun meħtieġa protezzjoni.
Dan il-prodott bijoċidali fih it-transfluthrin, li huwa perikoluż għan-naħal.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Poġġi l-unità tal-vaporizzatur fejn tintlaħaqx mit-tfal.
Biex jintuża biss minn adulti.
Żomm il-qtates ’il bogħod minn uċuħ ittrattati. Dan il-prodott bijoċidali fih it-transfluthrin li jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi severi fil-qtates. Jekk iseħħu sinjali ta’ avvelenament, fittex parir minn veterinarju immedjatament u urih il-pakkett.
Tużax fuq qtates u annimali oħra jew fuq qfief tal-annimali domestiċi għall-qtates.
Tapplikax fi kmamar fejn hemm tankijiet tal-ħut u/jew terrarji.
Tgħattix id-diffużur b’xi drapp jew materjal ieħor li jaqbad.
Tmissx id-diffużur b’idejn niedja jew oġġetti tal-metall.
Aħsel idejk wara li tpoġġi l-prodott fil-post tal-użu.
Tużax direttament fuq jew ħdejn ikel, għalf, ilma tax-xorb jew xarbiet, jew fuq uċuħ jew għodod li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett ma’ ikel, għalf, ilma tax-xorb jew xarbiet, jew bhejjem/annimali domestiċi.
Tużax fi kċejjen jew fi kmamar fejn jinħażen l-ikel.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.
Pyrethroids jistgħu jikkawżaw paresteżija (ħruq u tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintome jippersistu: Ikkonsulta tabib.
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
JEKK JINBELA’: Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu xi sintomi sejjaħ ĊENTRU TA’ AVVELIMENT jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Jekk iseħħu xi sintomi laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
Miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent: il-prodott m’għandux jitħalla jidħol fis-sistema tad-drenaġġ jew jiġi f’kuntatt ma’ ilma tal-wiċċ jew ilma ta’ taħt l-art.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi f’mod sikur skont ma jitolbu r-regolamenti lokali/nazzjonali. Armi l-kontenut u l-kontenitur f’punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali. Evita r-rilaxx fl-ambjent.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ipproteġi mill-ġlata. Aħżen f’post frisk u xott, ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Żomm fejn ma jintlaħaqx mit-tfal u minn annimali u annimali domestiċi mhux fil-mira.
kemm idum tajjeb il-prodott: 2 snin
6. INFORMAZZJONI OĦRA
-
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
Elektrický odparovač proti komárom |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
Mata-mosquitos líquido elétrico |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elektrofumigator z płynem przeciw komarom |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-muggenvloeistof elektrisch |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elettroemanatore liquido anti zanzare |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Recharge liquide pour diffuseur électrique anti-moustique |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Antimosquitos eléctrico en líquido |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Ηλεκτρική συσκευή με υγρό κατά των κουνουπιών |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-Moskito-Flüssigkeit elektrisch |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elektrický odpařovač kapaliny proti komárům |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elektrický odparovač proti muchám a komárom |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Mata-moscas e mosquitos líquido elétrico |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elektrofumigator z płynem przeciw muchom i komarom |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-vliegen- en anti-muggenvloeistof elektrisch |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elettroemanatore liquido anti mosche e zanzare |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Recharge liquide pour diffuseur électrique anti-mouche et anti-moustique |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Repelente de moscas y mosquitos eléctrico en líquido |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Ηλεκτρική συσκευή με υγρό κατά των μυγών και των κουνουπιών |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti-Fliegen- und -Moskito-Flüssigkeit elektrisch |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Elektrický odpařovač kapaliny proti mouchám a komárům |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
LED TFT 095 |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti fly and mosquito liquid electric |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Anti mosquito liquid electric |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
VAPONA LIQUID ELECTRIC |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
MÜCKENSTECKER FLÜSSIG ELEKTRISCHE |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Vapona Elektrisch Vloeibaar tegen muggen |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Dum Dum Eléctrico Voadores líquido |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Bloom eléctrico voladores líquido |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0033413-0002 1-2 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
Transfluthrin |
|
sustanza attiva |
118712-89-3 |
405-060-5 |
0,95 % (w/w) |
||
|
Isopropyl myristate |
1-Methylethyl Tetradecanoate |
Sustanza mhux attiva |
110-27-0 |
203-751-4 |
85 % (w/w) |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/975/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)