|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/963 |
20.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/963
tal-20 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-kampanja ibrida tar-Russja, inkluż is-sabotaġġ, it-tfixkil tal-infrastruttura kritika, l-attakki ċibernetiċi, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza, u t-tentattivi biex tiġi mminata d-demokrazija, inkluż fil-proċess elettorali, kontra l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-Kunsill iddikjara li kien ser ikompli jsaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom u juża bis-sħiħ il-mezzi kollha disponibbli biex jipprevjeni u jiskoraġġixxi l-attivitajiet ibridi tar-Russja u jirreaġixxi għalihom. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Jannar 2025, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnotat li l-azzjonijiet ibridi tar-Russja qed jiżdiedu fil-frekwenza u fl-intensità. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Marzu 2025, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea, issottolinja li l-protezzjoni tal-fruntieri tal-art, tal-ajru u tal-baħar tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-Unjoni kollha kemm hi, u appella għal miżuri immedjati biex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-fruntiera tal-Grigal tal-Unjoni mar-Russja u l-Belarussja billi tiġi stabbilita linja ta' difiża komprensiva u reżiljenti fl-oqsma tal-art, tal-ajru u marittimi biex jiġi miġġieled it-theddid militari u ibridu inkluż l-użu tal-enerġija bħala arma, is-sabotaġġ tal-infrastruttura u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi introdotta projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet relatati ma' assi tanġibbli marbuta mal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja, inkluż bastimenti, inġenji tal-ajru, proprjetà immobbli, u elementi fiżiċi tan-networks diġitali u tal-komunikazzjoni. Tali assi tanġibbli jinkludu kemm dawk ta’ natura mobbli, kif ukoll dawk ta’ natura immobbli. L-assi tanġibbli jenħtieġ li jkunu identifikabbli b’mod adegwat, sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni. |
|
(6) |
Huwa xieraq ukoll li tiġi introdotta projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi li, direttament jew indirettament, jiffaċilitaw attivitajiet għal, jew inkella jibbenefikaw minn, persuni, entitajiet jew korpi involuti fl-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. |
|
(7) |
Ir-Russja involviet ruħha f'kampanja sistematika u internazzjonali ta' manipulazzjoni tal-media u distorsjoni tal-fatti sabiex issaħħaħ l-istrateġija tagħha ta' destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi fil-viċinat tagħha u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. B'mod partikolari, il-propaganda u d-diżinformazzjoni ġew immirati ripetutament u konsistentement lejn partiti politiċi Ewropej, speċjalment matul perjodi elettorali, kif ukoll lejn is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-minoranzi, ir-refuġjati, u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha. |
|
(8) |
L-azzjonijiet ibridi mir-Russja għaddew minn għadd ta' aġenziji tax-xandir taħt il-kontroll permanenti dirett jew indirett tat-tmexxija Russa. Tali azzjonijiet jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u s-sigurtà tal-Unjoni. Dawk l-aġenziji tax-xandir huma essenzjali u strumentali, inter alia, biex jitwettqu l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mir-Russja kontra l-Unjoni, jew l-Istati Membri tagħha, organizzazzjonijiet internazzjonali, jew pajjiżi terzi. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b'reazzjoni għall-azzjonijiet destabbilizzanti tar-Russja, jeħtieġ li jiġu introdotti miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-liċenzji tax-xandir fl-Unjoni tal-aġenziji tax-xandir Russi taħt il-kontroll permanenti tat-tmexxija Russa, u jiġu pprojbiti milli jxandru l-kontenut tagħhom fl-Unjoni, jew dirett lejn l-Unjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinżammu sakemm ir-Russja u dawk l-aġenziji tax-xandir jieqfu jwettqu azzjonijiet ta' propaganda kontra l-Unjoni, Stat Membru wieħed jew aktar tagħha, organizzazzjoni internazzjonali jew pajjiż terz. |
|
(10) |
Dawn il-miżuri huma konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta' intrapriża u d-dritt għall-proprjetà, kif rikonoxxuti fl-Artikoli 11, 16 u 17 tagħha. L-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi ma żżommx lil dawk l-aġenziji tax-xandir jew l-persunal tagħhom milli jwettqu attivitajiet fl-Unjoni għajr ix-xandir, bħal riċerka u intervisti. B'mod partikolari, dawn il-miżuri restrittivi ma jimmodifikawx l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż dawk fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta' persuni fiżiċi, kif elenkati fl-Anness I, li huma:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma:
|
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 2a 1. Għandu jkun ipprojbit l-involviment, dirett jew indirett, fi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma' jew li tinvolvi kwalunkwe assi tanġibbli, bħal bastimenti, inġenji tal-ajru, proprjetà immobbli, portijiet, ajruporti u elementi fiżiċi tan-networks diġitali u tal-komunikazzjoni, kif elenkata fl-Anness II. 2. Il-lista fl-Anness II għandha tinkludi assi tanġibbli li:
3. Il-projbizzjoni fill-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet neċessarji għal raġunijiet ta' sikurezza marittima jew tal-avjazzjoni, jew għal finijiet umanitarji, jew għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew tal-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali. 4. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet li jirriżultaw mir-rikonoxximent jew l-infurzar ta' sentenza jew deċiżjoni arbitrali mogħtija fi Stat Membru, jew għal tranżazzjonijiet imwettqa għall-finijiet ta' investigazzjoni fir-rigward ta' ksur ta' din id-Deċiżjoni jew ta’ investigazzjoni fir-rigward ta' attività illeċita oħra. 5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet relatati ma' jew li jinvolvu assi tanġibbli elenkata fl-Anness II, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw, skont il-każ, li t-tranżazzjoni hija meħtieġa għal kwalunkwe skop konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din mogħtija fi żmien ġimagħtejn minnha. Artikolu 2b 1. Għandu jkun ipprojbit l-involviment, dirett jew indirett, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet li huma:
Artikolu 2c 1. Għandu jkun ipprojbit għall-operaturi li jxandru jew li jippermettu, jiffaċilitaw jew b'xi mod ieħor jikkontribwixxu għax-xandir ta' kwalunkwe kontenut mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV, inkluż permezz ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni bi kwalunkwe mezz, bħal kejbil, satellita, IP-TV, fornituri ta' servizzi tal-internet, pjattaformi jew applikazzjonijiet tal-internet ta' video-sharing, kemm jekk ġodda kif ukoll jekk installati minn qabel. 2. Kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni tax-xandir, arranġament ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni mal-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu sospiżi. 3. Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreklamati prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV, inkluż permezz ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. (*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj).”;" |
|
(4) |
l-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta' Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj)
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2024/2643 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness jingħata t-titolu l-ġdid ta' “Anness I”. |
|
(2) |
Jiżdiedu l-Annessi li ġejjin: “ANNESS II Lista ta' assi tanġibbli msemmija fl-Artikolu 2a […] ANNESS III Lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2b […] ANNESS IV Lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2c […]”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/963/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)