|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/957 |
20.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/957
tal-20 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjonijiet fir-Russja. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill jikkunsidra li jenħtieġ li 28 persuna fiżika jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484, l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fit-tabellataħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“20. |
Olesya Anatoleyevna MENDELEYEVA (Олеся Анатольевна МЕНДЕЛЕЕВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Meshchansky Court ta’ Moska Data tat-twelid: 18.4.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olesya Mendeleyeva hija mħallef tal-Meshchansky Court ta’ Moska. Hija kkundannat lil Alexei Gorinov, attivist lokali u deputat muniċipali, għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar it-tixrid ta’ informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni ta’ Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta’ Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha ‘festa matul il-pesta’. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta’ intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta’ priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Matul il-proċess, l-Imħallef Mendeleyeva regolarment żammet mal-prosekuzzjoni u rrifjutat kważi t-talbiet kollha tad-difiża u tal-akkużat, inkluż talba li jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li kienet qed tiddeterjora. L-Imħallef Mendeleyeva ssodisfat bis-sħiħ it-talbiet tal-prosekuzzjoni u kkundannat lil Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti. Dik il-priġunerija wasslet għal deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu ġewwa kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Olesya Mendeleyeva hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għalattivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
21. |
Olga Vladimirovna BALANDINA (Ольга Владимировна БАЛАНДИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Sovetsky City Court ta’ Kaliningrad Oblast Data tat-twelid: 5.6.1979 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olga Balandina hija mħallef tas-Sovetsky City Court ta’ Kaliningrad Oblast. Hija kkundannat lil Igor Baryshnikov, attivist lokali, għal 7,5 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati, skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa, talli ppubblika posts dwar il-bumbardament mir-Russja ta’ Mariupol u dwar l-atroċitajiet f’Bucha. Matul il-proċess, minkejja li tabib kuranti xehed taħt ġurament li l-priġunerija tista’ tkun fatali għal Baryshnikov minħabba ċistotomija u kateter fl-addome tiegħu, l-imħallef rrifjutat li jitwettaq eżami forensiku tas-saħħa tal-akkużat. Konsegwentement, il-priġunerija wasslet għal trattament inadegwat fil-kolonja penali u għad-deterjorament tal-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Igor Baryshnikov. L-imħallef rrifjutat ukoll li tħalli lil Igor Baryshnikov jattendi l-funeral ta’ ommu meta mietet xahar u nofs wara li ngħatat is-sentenza. Għalhekk, Olga Balandina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
22. |
Svetlana Fyodorovna ZHURAVLOVA (Светлана Фёдоровна ЖУРАВЛЁВА) |
Pożizzjoni: Assistent ta’ Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor’s Office Data tat-twelid: 8.7.1988 Nazzjonalità: Russa Indirizz: 1 Krasnoselsky per. 5/14, 107140 Moscow |
Svetlana Zhuravlova hija Assistent ta’ Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor’s Office. Hija kienet il-prosekutur fil-proċess ta’ Alexei Gorinov. Is-Sur Gorinov huwa attivist lokali u deputat muniċipali, li ġieikkundannat għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar tixrid ta’ informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni tas-Sur Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta’ Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha ‘festa matul il-pesta’. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta’ intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta ‘priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Il-prosekutur Zhuravlova opponiet it-talbiet kollha tad-difiża li setgħu jtejbu s-sitwazzjoni tal-imputat jew jiċċaraw is-sitwazzjoni legali, inkluż talba biex is-Sur Gorinov jinħeles mill-gaġġa tal-ħġieġ fejn li fiha kellu jibqa’ matul il-proċess, talba biex jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li qed kienet qed tiddeterjora u talba biex jiġi determinat jekk l-Artikolu 207.1 huwiex konformi mal-kostituzzjoni Russa. L-imħallef qabel mal-Prosekutur Zhuravlova dwar it-talbiet kollha msemija hawn fuq. Il-Prosekutur Zhuravlova talbet li l-qorti tikkundanna lis-Sur Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti, u din it-talba ġiet issodisfatta bis-sħiħ mill-imħallef. Dik il-priġunerija wasslet għad-deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu fil-kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Svetlana Zhuravlova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għall-attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
23. |
(Alexey Sergeyevich KHARLAMOV (Алексей Сергеевич ХАРЛАМОВ) |
Pożizzjoni: President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 25.1.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexey Kharlamov huwa l-President tal-Moscow Regional Court, li qabel kien imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa u membru tal-Presidju tas-Supreme Court. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f’April 2018, huwa kkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f’Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta’ proċess ġust tal-aħwa Navalny u ta’ piena bbażata unikament fuq il-liġi. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b’riżultat ta’ dan,snin wara ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jieħu sehemf’attivitajiet politiċi. Għalhekk, Alexey Kharlamov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
24. |
Tatiana Alexandrovna MOLITVINA (Татьяна Александровна МОЛИТВИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 28.3.1987 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Molitvina hija mħallef tal-Moscow City Court. Qabel il-ħatra tagħhafil-pożizzjoni preżenti tagħha, kienet imħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta’ Moska. Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta’ Moska, hija rrifjutat li taċċetta talba kontra l-Prosekutur Ġenerali, Yuri Chaika, u l-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, imressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation. It-talba tas-Sur Navalny kienet waħda minn diversi tentattivi biex Yuri Chaika jiġi mħarrek għal malafama wara l-ħruġ ta’ film investigattiv mill-Anti-Corruption Foundation tas-Sur Navalny li akkuża lill-membri tal-familja ta’ Chaika b’involviment f’attivitajiet illegali. Għalhekk, Tatiana Molitvina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż li kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
25. |
Tatiana Anatolevna PETROVA (Татьяна Анатольевна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 27.7.1961 Post tat-twelid: Sychevka, Smolensk region Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Petrova hija l-Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tagħha bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f’April 2018, hija kkonfermat il-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f’Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta’ proċess u piena ġusti tal-aħwa Navalny. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b’riżultat ta’ dan, snin wara ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jieħu sehem f’attivitjiet politiċi. Għalhekk, Tatiana Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
26. |
Sergei Vladimirovich BOGDANOV (Сергей Владимирович БОГДАНОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat ta’ Kirov oblast Data tat-twelid: Probabbli 1973 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergei Bogdanov huwa Prosekutur tal-Istat ta’ Kirov oblast, ir-Russja. Huwa rrappreżenta l-uffiċċju tal-prosekutur tal-istat f’diversi seduti tal-qorti kontra Alexei Navalny u Pyotr Ofitserov fil-kawża Kirovles. F’Lulju 2013, huwa talab 6 snin priġunerija f’kolonja penali tar-reġim ġenerali għas-Sur Navalny u 5 snin priġunerija għas-Sur Ofitserov. Barra minn hekk, il-prosekuzzjoni tal-istat imponiet piena addizzjonali fuq l-akkużati ta’ multa ta ‘miljun rublu kull wieħed. F’Diċembru 2016, il-prosekutur tal-istat, is-Sur Bogdanov ippreżenta ‘akkuża simili’ għal dik ippreżentata fl-2013. Dan ġara minkejja l-fatt li wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), is-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa annullat is-sentenzi kontra s-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov u bagħtet il-każ lura għal proċess ġdid. Fi Frar 2017, fil-proċess ġdid tal-kawża Kirovles, il-Prosekutur Bogdanov għamel diskors simili għal dak li għamel fl-2013 u żied biss kumment dwar id-deċiżjonijiet tal-QEDB u tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa li jannullaw is-sentenzi tas-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov. Fl-opinjoni tiegħu, ir-referenza għal dawn id-deċiżjonijiet ma kellha l-ebda bażi legali, peress li kien qed isir proċess indipendenti, u l-verdett tal-QEDB ma kellu l-ebda forza predeterminata. B’riżultat ta’ dan, il-qorti sabet lis-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov ħatja u kkundannathom għal perjodu ta’ probation ta’ ħames snin u erba’ snin rispettivament u multa ta’ 500 000 rublu kull wieħed. Għalhekk, Sergey Bogdanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
27. |
Ekaterina Sergeevna FROLOVA (Екатерина Сергеевна ФРОЛОВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Data tat-twelid: Madwar l-1988 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Entitajiet assoċjati: Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor’s Office |
Ekaterina Frolova hija prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Fl-2020, ġiet promossa mid-Distrett Amministrattiv Ċentrali għal prosekutur tal-Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor’s Office. F’dik il-pożizzjoni, hija aġixxiet bħala l-prosekutur f’diversi proċeduri kontra Alexei Navalny. Fi Frar 2021, hija appoġġat fil-qorti s-sostituzzjoni tas-sentenza sospiża ta’ Alexei Navalny b’terminu ta’ priġunerija reali fil-kawża Yves Rocher, minkejja li kien qed jirċievi l-kura fil-klinika Charité, l-iskadenza tal-perjodu ta’ probation tiegħu u s-sentenzatal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem . Fl-istess xahar, hija talbet lill-qorti biex issib lis-Sur Navalny ħati ta’ malafama kontra l-veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija Ignat Artemenko. Wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess ta’ Navalny, Ekaterina Frolova ġiet promossa għal prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Għalhekk, Ekaterina Frolova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
28. |
Mikhail Yurevich KAZAKOV (Михаил Юрьевич КАЗАКОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 9.2.1976 Nazzjonalità: Russa Sess: Raġel Entitajiet assoċjati: Moscow City Court |
Mikhail Kazakov huwa mħallef Russu fil-Moscow City Court. Fil-proċedimenti biex l-Anti-Corruption Foundation, l-entità legali tagħha, il- Foundation for the Protection of Citizens’ Rights (Fondazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini), u l-kwartieri ġenerali ta’ Navalny jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet estremisti, huwa kklassifika l-materjali fil-kawża, u pprevjena l-aċċess għalihom minn Alexei Navalny u l-avukati tiegħu. F’Diċembru 2021, is-Sur Kazakov ddeċieda li jillikwida l-Memorial Human Rights Center u l-unitajiet strutturali tiegħu. Għalhekk, Mikhail Kazakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
29. |
Alexander Alexandrovich KEMEROV (Александр Александрович КЕМЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region Data tat-twelid: 27.9.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Kemerov huwa Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region - Kuzbass. F’dik il-pożizzjoni, kien involut fil-fabbrikazzjoni tal-‘kawża ta’ estremiżmu’ kontra s-sostenituri ta’ Alexei Navalny, inkluż Vadim Ostanin, l-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Barnaul, kif ukoll il-kawża ffabbrikata ta’ frodi kontra Alexei Navalny nnifsu. Is-Sur Kemerov għamel pressjoni fuq l-eks impjegat tal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta’ Navalny, Fyodor Gorozhanko, biex jixhed kontra Alexei Navalny sabiex jinkriminah. Għalhekk, Alexander Kemerov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. Huwa responsabbli wkoll għal ksur jew abbużi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
30. |
Valentin Valentinovich ERSHOV (Валентин Валентинович ЕРШОВ) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 8.4.1985 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Valentin Ershov huwa Viċi President tal-Moscow Regional Court. Fil-passat, kellu l-pożizzjoni ta’ mħallef tal-Presnensky District Court ta’ Moska, segwita mill-pożizzjoni ta’ mħallef tal-Moscow Regional Court. Fil-pożizzjoni tiegħu, fi proċediment politikament motivat, huwa rrifjuta li jipproċessa kawża mressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation (Fundazzjoni kontra l-Korruzzjoni) kontra l-Prosekutur Ġenerali Yuri Chaika u l-bord editorjali tar-rivista elettronika ‘Ekho Moskvy’ għall-protezzjoni tal-unur, id-dinjità u r-reputazzjoni tan-negozju. Għalhekk, Valentin Ershov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż il-ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
31. |
Ruslan Shavkyatovich NEVEROV (Руслан Шавкатович НЕВЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta’ kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistiċi tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee, kurunell tal-ġustizzja Data tat-twelid: 22.6.1979 Nazzjonalità: Russa Numru tat-telefown: 20.5.20257-905-503-1997 |
Ruslan Neverov huwa l-investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta’ kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistika tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee. Fil-pożizzjoni tiegħu, f’Marzu 2021 fil-proċediment fil-235th Garrison Military Court, huwa talab li jiġi miċħud ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee rigward l-avvelenament ta’ Alexei Navalny fl-2020 permezz tal-aġent nervin Novichok. Il-Qorti qablet li tirrifjuta t-talba lis-SurNavalny. Għalhekk, Ruslan Neverov huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja inkluż il ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
32. |
Elena Alekseevna KOROBKOVA (Елена Алексеевна КОРОБКОВА) |
Pożizzjoni: Kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society Data tat-twelid: 4.10.1970 Sess: mara Numru tat-telefown: 20.5.20257-916-456-3230 |
Elena Korobkova hija l-kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society. Fl-2020, il-mexxej tal-oppożizzjoni Russu u attivist kontra l-korruzzjoni Alexei Navalny kien avvelenat bl-aġent nervin Novichok u b’riżultat ta’ dan ġie rikoverat l-isptar f’kundizzjoni serjaBerlin, il-Ġermanja. Minħabba l-kundizzjoni tiegħu, ma setax jattendi għall-ispezzjoni ordnata mis-Servizz Penitenzjarju Federali (FSIN) tal-Federazzjoni Russa. Wara dak l-avveniment, fid-29 ta’ Diċembru 2020, l-Ispettorat Penitenzjarju tas-Servizz Penitenzjarju tar-Russju f’Moska ressaq sottomissjoni lill-qorti biex is-sentenza sospiża tas-Sur Navalny tiġi kkanċellata u li tiġi eżegwita l-piena imposta mill-qorti. Elena Korobkova, bħala rappreżentant ta’ FSIN, talbet li s-sentenza sospiża tal-attivist tal-oppożitur tiġi mibdula f’waħda ta’ kustoja. Għalhekk, Elena Korobkova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
33. |
Margarita Nikolaevna KOTOVA (Маргарита Николаевна КОТОВА) |
Pożizzjoni: Mħallef tal-Moscow City Court; eks Imħallef tal-Lefortovsky District Court ta’ Moska Data tat-twelid: 25.6.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: Severodvinskaya Street, 11 Bldg. 1, Moscow, Russia, 127224 ITN: 771508948129 Numru tat-telefown: 20.5.20257-926-288-0049 |
Margarita Kotova hija mħallef tal-Moscow City Court. Kienet imħallef tal-Lefortovsky District Court ta’ Moska sal-2022. Fil-kapaċità preċedenti tagħha, l-Imħallef Margarita Kotova sabet lil Alexei Navalny ħati f’qorti ġewwa l-ħabs ta’ sigurtà massima f’Pokrov, 100 km fil-lvant ta’ Moska fejn diġà kien qed iservi sentenza ta’ sentejn u nofs talli kiser ir-rilaxx kundizzjonali waqt li kien qed jirkupra mill-avvelenament. Hija kkundannat lil Alexei Navalny għal disa’ snin priġunerija f’kolonja ta’ sigurtà massima b’multa ta’ 1,2 miljun RUB f’kawża fażulla ta’ frodi u disprezz lejn il-qorti. Alexei Navalny kien akkużat ukoll bi frodi b’rabta ma’ donazzjonijiet u li insulta mħallef. Hija estendiet ukoll l-arrest preventiv għal raġel b’motivi foloz minħabba l-fehmiet tiegħu favur l-Ukrajna bi ksur tad-drittijiet ta’ difiża tiegħu. Għalhekk, Margarita Kotova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt tad-difiża u tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni,għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
34. |
Nadezhda Viktorovna TIKHONOVA (Надежда Викторовна ТИХОНОВА) |
Pożizzjoni: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 23.9.1974 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Nadezhda Tikhonova hija prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa. Nadezhda Tikhonova talbet lill-qorti biex issib lil Alexei Navalny ħati u biex jiġi kkundannat għal 13-il sena priġunerijau sentejn ta’ restrizzjoni tal-libertà, b’multa ta’ 1,2 miljun RUB f’kawża fażulla ta’ frodi talli ġabar donazzjonijiet għall-ħidma tal-Anti-Corruption Foundation, u talli wera disprezz lejn il-qorti. Għalhekk, Nadezhda Tikhonova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
35. |
Viktor Vladimirovich ROGOV (Виктор Владимирович РОГОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali Data tat-twelid: 26.5.1965 Numru tat-telefown: 20.5.20257-919-075-0024 |
Viktor Rogov huwa mħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali. Huwa kkonferma s-sentenzi kontra l-politiku Alexei Navalny u Daniel Kholodny, direttur tekniku tal-kanal YouTube ‘Navalny LIVE’ . Il-Moscow City Court sabet lis-Sur Navalny ħati talli ħoloq NGO li tinterferixxi fid-drittijiet taċ-ċittadini, talli ffinanzja l-estremiżju, talli ħalaq komunità estremisti li tinvolvi minuri fit-twettiq ta’ atti perikolużi, u talli irriabilita n-Naziżmu. Is-Sur Navalny kien kkundannatu għal 19-il sena priġunerija f’kolonja b’reġim speċjali u ingħata multa ta’ 500 000 rRUB. Is-Sur Kholodny nstab ħati ta’ finanzjament ta’ attivitajiet estremisti u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ organizzazzjoni estremista u ġie kkundannat għal 8 snin priġunerija f’kolonja b’reġim ġenerali. Wara li semgħu s-sentenza, is-Sur Navalny u s-Sur Kholodny appellaw mid-deċiżjoni tal-qorti fl-Ewwel Qorti tal-Appell f’Moska fejn l-imħallef Rogov irrifjuta l-appell tagħhom u kkonferma d-deċiżjoni oriġinali. Is-Sur Rogov ikkonferma wkoll id-deċiżjoni li kkundannat lill-mexxej tal-oppożizzjoni Vladimir Kara-Murza għal 25 sena priġunerija f’kolonja penali ta’ sigurtà massima għal akkużi ta’ tradiment għoli, involviment fl-attivitajiet ta’ grupp avvers, u għall-iskreditar tal-forzi armati tar-Russja. Għalhekk, Viktor ROGOV huwa responsabbli għal ksur tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
36. |
Denis Gennadievich POPOV (Денис Геннадьевич ПОПОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-belt ta’ Moska Data tat-twelid: 12.1.1972 Post tat-twelid: Sverdlovsk Nazzjonalità: Russa Sess: raġel TIN: 770970517335 |
Denis Popov huwa l-prosekutur tal-belt ta’ Moska. Inħatar mill-President Putin fl-2019. Is-Sur Popov responsabbli għall-organizzazzjoni tal-prosekuzzjoni tal-istat ta’ Alexei Navalny u mexxejja oħra tal-oppożizzjoni u attivisti politiċi f’Moska. Issorvelja direttament ir-rikonoxximent bħala strutturi estremisti tal-organizzazzjonijiet maħluqa minn Alexei Navalny biex jiffinanzja l-attivitajiet politiċi tiegħu. Għalhekk, Denis Popov huwa responsabbli għal ksur jew abbużu serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
37. |
Alina Vladimirovna IBRAGIMOVA (Елена Владимировна ИБРАГИМОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg, Alina Ibragimova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal xahar priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Alina Ibragimova hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
38. |
Olesya Igorevna KABOCHKINA (Олеся Игоревна КАБОЧКИНА) |
Pożizzjoni: Assistent Prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala assistent prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Olesya Kabochkina talbet għal sentenza ta’ 7 snin priġunerijagħal Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Olesya Kabochkina taħdem ukoll bħala prosekutur fil-kawża ta’ Evgenu Bestuzhev, li ġie arrestat għat-tixrid ta’ hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Għalhekk, Olesya Kabochkina hija responsabbli għal ksur serju, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
39. |
Ulyana Andreyevna KALUGINA (Ульяна Андреевна КАЛУГИНА) |
Pożizzjoni: Viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Ulyana Kalugina talbet għal miżuri mediċi obbligatorji għal Viktoria Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Ulyana Kalugina aġixxiet ukoll bħala prosekutur fil-bidu tal-kawża ta’ Ioann Kurmoyarov, billi talbet għal sentenza ta’ priġunerija għat-tixrid ta’ hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Għalhekk, Ulyana Kalugina hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għarr-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
40. |
Dmitry Alekseyevich MIHAILOV (Дмитрий Алексеевич МИХАЙЛОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Karelja Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala mħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Karelja f’Pterozavodsk, Dmitry Mihailov ikkundanna lil Sergey Drugov, blogger u attivist għal sentejn xogħol furzat fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa ‘riabilitazzjoni tan-Naziżmu’. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Dmitry Mihailov huwa responsabbli għal ksur serju, tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
41. |
Natalya Vladimirovna PETROVA (Наталья Владимировна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg, Natalya Petrova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal 6 snin priġunerijafuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Natalya Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
42. |
Gennadi Yuvinaliyevich PILEHIN (Геннадий Ювиналиевич ПИЛЕХИН) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg Data tat-twelid: 11.8.1972 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: st. Vosstaniya, 17, St. Petersburg, Russia, 191036 Apartment 2 |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg, Gennadi Pilehin kkundana lil Alexandra Skochilenko, maniġer, għal miżuri mediċi obbligatorji fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Għalhekk, Gennadi Pilehin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
43. |
Ekaterina Feliksovna TIAMINA (Екатерина Феликсовна ТЯМИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg, Ekaterina Tiamina kkundanat lil Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, għal tliet snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerred hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Ekaterina Tiamina estendiet ukoll il-priġunerija ta’ Vikrotia Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha personali. Għalhekk, Ekaterina Tiamina hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
44. |
Vyacheslav Vasilyevich VITUKHIN (Вячеслав Васильевич ВИТУХИН) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f’Petrozavodsk, Republic of Karelia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f’Petrozavodsk, Republic of Karelia, Vyacheslav Vitujkhin talab għal sentenza ta’ sentejn ta’ priġunerija għal Sergey Drugov, blogger u attivist, fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa ‘riabilitazzjoni tan-Naziżmu’. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Vyacheslav Vitukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
45. |
Yulia Viacheslavovna SHILOVA (Юлия Вячеславовна ШИЛОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef federali fil-Court district ta’ Petushinsky fir-Russja Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.9.1990 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Tulaga, Gorkovskaya Oblast, USSR (Bħalissa: Nizhegorodskaya Oblast, Russian Federation) Sess: mara |
Yulia Shilova hija mħallef federali fil-Court district ta’ Petushinsky fir-Russja. Inħatret fl-2022 b’digriet ta’ Vladimir Putin. Yulia Shilova nħatret imħallef f’każ politikament motivat, jiġifieri l-proċess dwar it-tliet avukati tad-deċedut Alexei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. Dawk l-avukati ġew arrestati f’Ottubru 2023 waqt li l-proċessi kontra Alexei Navalny kienu għadhom għaddejjin. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Yulia Shilova, inkluż smigħ bil-bibien magħluqa, u t-teħid ta’ deċiżjoni min-naħa tagħha li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny fuq raġunijiet arbitrarji. L-imħallef Yulia Shilova kkundannat arbitrarjament lit-tliet avukati ta’ Alexei Navalnyu abbażi tal-allegati ‘attivitajiet estremisti’ tagħhom. Għaldaqstant Yulia Shilova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
46. |
Andrei Valerievich KATKOV (Андрей Валерьевич КАТКОВ) |
Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf Sess: raġel |
Andrei Katkov huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Uffiċċju tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region fir-Russja. Andrei Katkov kien il-prosekutur fil-kawża politikament motivata kontra t-tliet avukati tad-deċedut Aleksei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. L-avukati ġew arrestati f’Ottubru 2023, waqt li l-proċess kontra Navalny kien għadu għaddej. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Bħala Prosekutur tal-Istat, Andrei Katkov talab għall-itwal sentenzi għall-avukati abbażi ta’ raġunijiet arbitrarji, filwaqt li bbaża l-affermazzjonijiet tiegħu fuq informazzjoni li tikser is-sigriet professjonali. Dawn l-akkużi kienu politikament motivati u ffukaw fuq il-‘komunita estremista’ li kienu jappartjenu għaliha l-avukati ta’ Alexei Navalny, skont ir-raġunament ta’ Andrei Katkov. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti u d-deċiżjoni li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny ittieħdet mill-imħallef maħtur fuq raġunijiet arbitrarji. Għaldaqstant Andrei Katkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
47. |
Natalia Vladimirovna BORISENKOVA (Наталья Владимировна ВЛАДИМИРОВНА) |
Pożizzjoni: Imħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f’Moska Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 12.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf, Federazzjoni Russa Sess: mara |
Natalia Borisenkova hija mħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f’Moska, ir-Russja. Inħatret fl-2012 b’digriet tal-President Vladimir Putin. Natali Borisenkova kient l-imħallef maħtur f’kawża politikament motivata, jiġifieri l-proċess kontra erba’ ġurnalisti, K. Gabov, S. Karelin, A. Kriger u A. Favorskaya, li kitbu dwar id-deċedut Alexei Navalny. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-ġurnalisti saru bil-bibien magħluqa minn Awwissu 2024 sal-15 ta’ April 2025. L-imħallef Natalia Borisenkova kkundannat l-erba’ ġurnalisti għal għal sentenzi ta’ priġunerija ta’ 5.5snin għall-allegat involviment tagħhom fi grupp ‘estremist’, jiġifieri l-Anti-Corruption Foundation (FBK) tad-deċedut Alexei Navalny. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Natalia Borisenkova, bi smigħ isir bil-bibien magħluqa. Id-deċiżjoni li tikkundanna l-ġurnalisti saret minn Natalia Borisenkova abbażi ta’ raġunijiet arbitrarji, billi invokat allegati ‘attivitajiet estremisti’ li hija allegazzjoni użata b’mod estensiv fir-Russja kontra gruppi tal-oppożizzjoni. Għaldaqstant, Natalia Borisenkova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/957/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)