|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/935 |
22.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/935
tal-21 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/918 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett Katini ta’ Valur Globali skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex darba kull tliet snin, f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/2152, tipproduċi data dwar is-suġġett Katini ta’ Valur Globali elenkat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, li tkun ibbażata fuq data kumparabbli u armonizzata, u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett Katini ta’ Valur Globali mill-Istati Membri, il-Kummissjoni trid tispeċifika l-varjabbli, l-unità ta’ kejl, il-popolazzjoni statistika, il-klassifikazzjonijiet u d-diżaggregazzjonijiet, l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data, u l-ewwel perjodu ta’ referenza. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/918 (2) jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/918 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2152/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/918 tat-13 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett Katini ta’ Valur Globali skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 159, 14.6.2022, p. 43 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/918/oj).
ANNESS
“ANNESS
Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “Katini ta’ Valur Mondjali” (GVC)
|
Ambitu (Dettalji tas-suġġett GVC) |
Varjabbli |
Natura |
||||
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Volontarju |
Il-varjabbli (2), (3), (4), (5) u (6) jirreferu biss għall-intrapriżi li jirrapportaw valur ogħla minn EUR 100 000 għall-inqas għal tip wieħed ta’ oġġett jew servizz mixtri minn barra l-pajjiż (il-varjabbli (2) u (4)) jew oġġetti jew servizzi pprovduti barra l-pajjiż (il-varjabbli (3) u (5)), fis-sena finali tal-perjodu ta’ referenza. Jenħtieġ li d-data ma tinġabarx għal dawk l-intrapriżi li l-valur imsemmi hawn fuq ikun inqas minn EUR 100 000 għall-varjabbli korrispondenti.
|
Unità ta’ kejl |
Valur assolut |
||||||
|
Popolazzjoni statistika |
Għall-varjabbli kollha: Il-produtturi tas-suq tat-Taqsimiet B sa O tan-NACE b’numru ta’ intrapriżi b’50 impjegat jew persuna li taħdem għal rasha jew aktar, fl-aħħar sena tal-perjodu ta’ referenza. |
||||||
|
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data |
T + 21 xahar |
||||||
|
L-ewwel perjodu ta’ referenza |
2024-2026 |
||||||
|
Simplifikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet addizzjonali |
Regola ta’ 1 % Tista’ tiġi applikata r-regola ta’ 1 %. Mhux meħtieġ li jiġu kkompilati varjabbli skont dan l-att ta’ implimentazzjoni jekk il-kontribuzzjoni tal-Istat Membru għan-numru ta’ intrapriżi b’50 impjegat jew persuna li taħdem għal rasha jew aktar, fil-livell tan-NACE aggregat B-O, għall-aħħar sena ta’ referenza li għaliha d-data tkun disponibbli sa T-18 xhur, tkun inqas minn 1 % tat-total tal-UE. Ġbir tad-data Id-data tal-intrapriżi li ġejja għandha tinġabar jew tinkiseb mingħand reġistri jew sorsi oħra ta’ data statistika jew amministrattiva:
Data oħra (bħall-funzjoni tan-negozju ewlenija tal-intrapriża) tista’ tinġabar jew tinkiseb mingħand reġistri jew sorsi ta’ data statistika jew amministrattiva oħra, minflok permezz ta’ stħarriġ. Aktar definizzjonijiet ta’ varjabbli, diżaggregazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi jinsabu fil-manwal tal-kompilaturi tal-Ktini ta’ Valur Globali. |
DIŻAGGREGAZZJONIJIET
1. Varjabbli (1) — Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
Aggregati tat-taqsimiet tan-NACE:
|
|
— |
Taqsimiet tan-NACE B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M, N, u O |
(2) Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
Trid tingħata għat-taqsimiet tan-NACE u l-aggregati tat-taqsimiet tan-NACE kollha (B-O, B-F, u G-O):
|
— |
Total - Kwalunkwe funzjoni tan-negozju |
|
— |
Funzjonijiet tan-negozju ewlenin |
|
— |
Funzjonijiet ta’ sostenn tan-negozju |
Trid tingħata għall-aggregati tat-taqsimiet tan-NACE biss (B-O, B-F, u G-O):
|
— |
Produzzjoni ta’ oġġetti |
|
— |
Maniġment u amministrazzjoni |
|
— |
Inġinerija u servizzi tekniċi relatati |
|
— |
Riċerka u żvilupp |
|
— |
Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni |
|
— |
Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ |
|
— |
Trasport, loġistika u ħżin |
|
— |
Servizzi oħra |
(3) Diżaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom
Trid tingħata għall-aggregati tat-taqsimiet tan-NACE biss (B-O, B-F, u G-O):
|
— |
Total - 50 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar |
|
— |
Intrapriżi ta’ daqs medju - bejn 50 u 249 impjegat u persuna li taħdem għal rasha |
|
— |
Intrapriżi kbar - 250 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar |
2. Varjabbli (2) — Numru ta’ intrapriżi li jixtru oġġetti minn barra l-pajjiż
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività, it-tip ta’ oġġetti u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
Aggregati tat-taqsimiet tan-NACE: |
|
— |
Total: B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N+O (Industrija, kostruzzjoni u servizzi tan-negozju) |
|
— |
B+C+D+E+F (Industrija u kostruzzjoni) |
|
— |
G+H+I+J+K+L+M+N+O (Servizzi tan-negozju) |
(2) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti mixtrija
|
— |
Materja prima li tintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-intrapriża rispondenti |
|
— |
Komponenti li jiffurmaw parti mill-prodott tal-intrapriża rispondenti |
|
— |
Makkinarju u tagħmir tekniku ieħor użat mill-intrapriża rispondenti |
|
— |
Oġġetti finali (lesti) mfassla għall-bejgħ mill-intrapriża rispondenti |
|
— |
Oġġetti finali (lesti) mfassla għall-bejgħ mill-ġdid minn intrapriża oħra |
|
— |
Oġġetti oħra |
|
— |
Total |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
Stati Membri tal-UE |
|
— |
Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE |
|
— |
Pajjiżi mhux Ewropej |
|
— |
Pajjiżi extra-UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE) |
|
— |
Total |
B. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti, l-istatus tal-grupp u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti mixtrija
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
Intrapriżi nazzjonali indipendenti |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi nazzjonali (ilkoll gruppi ta’ intrapriżi residenti) |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali (ilkoll kontrollati domestikament jew minn barra l-pajjiż) |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali kontrollati domestikament |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali kontrollati minn barra l-pajjiż |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali kontrollati minn barra l-pajjiż, u kontrollati minn unità omm (kap tal-grupp) fl-UE |
|
— |
Intrapriżi li jappartjenu għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali kontrollati minn barra l-pajjiż, u kontrollati minn unità omm (kap tal-grupp) minn barra l-UE |
|
— |
Total |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
3. Varjabbli (3) — Numru ta’ intrapriżi li jipprovdu oġġetti barra l-pajjiż
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività, it-tip ta’ oġġetti u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti fornuti
|
— |
Materja prima li tintuża minn klijenti barra l-pajjiż fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom stess |
|
— |
Komponenti li jintużaw minn klijenti barra l-pajjiż bħala parti mill-prodott tagħhom stess |
|
— |
Makkinarju u apparat tekniku ieħor użat minn klijenti barra l-pajjiż |
|
— |
Oġġetti finali (lesti) mfassla għall-bejgħ mill-intrapriża rispondenti |
|
— |
Oġġetti finali (lesti) mfassla għall-bejgħ mill-ġdid minn intrapriża oħra |
|
— |
Oġġetti oħra |
|
— |
Total |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
B. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti, l-istatus tal-grupp u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ oġġetti fornuti
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (3), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni B. |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
4. Varjabbli (4) — Numru ta’ intrapriżi li jixtru servizzi minn barra l-pajjiż
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività, it-tip ta’ servizzi u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi
|
— |
Meniġment u amministrazzjoni |
|
— |
Inġinerija u servizzi tekniċi relatati |
|
— |
Riċerka u żvilupp |
|
— |
Servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni |
|
— |
Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ |
|
— |
Trasport, loġistika u ħżin |
|
— |
Servizzi oħra |
|
— |
Total |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
B. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi, l-istatus tal-grupp u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (4), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni B. |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
5. Varjabbli (5) — Numru ta’ intrapriżi li jipprovdu servizzi barra l-pajjiż:
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività, it-tip ta’ servizzi u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (4), diżaggregazzjoni A. |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
B. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi, l-istatus tal-grupp u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (4), diżaggregazzjoni A. |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni B. |
(3) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
6. Varjabbli (6) — Numru ta’ intrapriżi bi sħab kummerċjali barranin fl-istess grupp ta’ intrapriżi u barra minnu
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb kummerċjali barrani
|
— |
Forniment ta’ oġġetti barra l-pajjiż, b’mod predominanti (1) fil-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Forniment ta’ servizzi barra l-pajjiż, b’mod predominanti fil-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Xiri ta’ oġġetti minn barra l-pajjiż, b’mod predominanti mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Xiri ta’ servizzi minn barra l-pajjiż, b’mod predominanti mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Forniment ta’ oġġetti barra l-pajjiż, b’mod predominanti barra mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Forniment ta’ servizzi barra l-pajjiż, b’mod predominanti barra mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Xiri ta’ oġġetti minn barra l-pajjiż, b’mod predominanti barra mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Xiri ta’ servizzi minn barra l-pajjiż, b’mod predominanti barra mill-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ oġġetti fil-grupp |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ oġġetti barra mill-grupp |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ servizzi fil-grupp |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ servizzi barra mill-grupp |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ oġġetti |
|
— |
Total tal-kummerċ ta’ ervizzi |
|
— |
Kummerċ totali |
7. Varjabbli (7) — Numru ta’ intrapriżi li jwettqu tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività u l-klassi tad-daqs
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
(2) Diżaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom
Trid tingħata għall-aggregati tat-taqsimiet tan-NACE biss (B-O, B-F, u G-O):
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u t-tip ta’ sieħeb tan-negozju:
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
(2) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb tan-negozju
|
— |
Total - Kwalunkwe sieħeb tan-negozju |
|
— |
Internalizzazzjoni - Sieħeb tan-negozju fil-grupp stess tal-intrapriża |
|
— |
Esternalizzazzjoni - Sieħeb tan-negozju barra mill-grupp stess tal-intrapriża |
C. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u ż-żona ġeografika
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
(2) Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika
|
— |
Stati Membri tal-UE |
|
— |
Pajjiżi minn barra l-UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE) |
|
— |
Total |
|
— |
Ir-Renju Unit |
|
— |
Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE |
|
— |
Iċ-Ċina |
|
— |
L-Indja |
|
— |
Pajjiżi Asjatiċi oħra u l-Oċeanja |
|
— |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
— |
Il-Kanada |
|
— |
L-Amerka Ċentrali u l-Amerka t’Isfel |
|
— |
L-Afrika |
D. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tal-grupp u l-istatus tal-grupp
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni B. |
E. Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb tan-negozju u l-istatus tal-grupp
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (7), diżaggregazzjoni B. |
(2) Diżaggregazzjoni skont l-istatus tal-grupp
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni B. |
8. Varjabbli (8) — Numru ta’ impjiegi maħluqa fl-intrapriża bħala riżultat tat-tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
C. Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg b’livell għoli ta’ ħiliet
|
— |
Total |
|
— |
Impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet |
|
— |
Impjiegi mingħajr livell għoli ta’ ħiliet |
9. Varjabbli (9) — Numru ta’ impjiegi mitlufa (jew rilokati barra l-pajjiż) bħala riżultat tat-tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
A. Diżaggregazzjoni skont l-attività
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2), diżaggregazzjoni A. |
B. Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1). |
C. Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg b’livell għoli ta’ ħiliet
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (8), diżaggregazzjoni C. |
10. Varjabbli (10) — Numru ta’ intrapriżi li jwettqu jew li jikkunsidraw li jwettqu tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
A. Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista u l-fatturi ta’ importanza
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
|
— |
Tnaqqis fil-kostijiet lavorattivi |
|
— |
Tnaqqis fil-kostijiet li mhumiex kostijiet lavorattivi |
|
— |
Aċċess għal swieq ġodda |
|
— |
Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati fil-pajjiż residenti |
|
— |
Aċċess għal għarfien/teknoloġiji speċjalizzati |
|
— |
Titjib fil-kwalità jew introduzzjoni ta’ prodotti ġodda |
|
— |
Konċentrazzjoni fuq in-negozju ewlieni |
|
— |
Tnaqqis fil-ħinijiet tat-twassil |
|
— |
Deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-kap tal-grupp |
|
— |
Regolamenti favorevoli barra l-pajjiż li jaffettwaw lill-intrapriża, eż. inqas regolamenti ambjentali, sistema tat-taxxa favorevoli |
|
— |
Fatturi li jqisu avvenimenti reċenti u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet entrati) |
(2) Diżaggregazzjoni skont il-fatturi ta’ importanza
|
— |
Importanti ħafna |
|
— |
Moderatament importanti |
|
— |
Mhux importanti |
|
— |
Mhux applikabbli / Ma nafx |
B. Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista u l-fatturi ta’ importanza:
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista
|
— |
Ostakli legali jew amministrattivi |
|
— |
Kwistjonijiet ta’ tassazzjoni |
|
— |
Tariffi u ostakli għall-kummerċ |
|
— |
Aċċess għal finanzjament jew restrizzjonijiet finanzjarji oħra |
|
— |
Ostakli lingwistiċi jew kulturali |
|
— |
Ħtieġa ta’ prossimità mal-klijenti eżistenti fil-[pajjiż residenti] |
|
— |
Diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta’ fornituri potenzjali/xierqa barra mill-pajjiż |
|
— |
Inċertezza rigward il-kwalità tal-prodotti/is-servizzi barra l-pajjiż |
|
— |
Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati barra mill-pajjiż |
|
— |
Tħassib tal-impjegati (inkluż it-trade unions) |
|
— |
It-tħassib kumplessiv tat-tiftix ta’ sorsi ta’ provvista hu ikbar mill-benefiċċji mistennija |
|
— |
Ostakli u fatturi li jqisu avvenimenti reċenti u ostakli u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet entrati). |
(2) Diżaggregazzjoni skont il-fatturi ta’ importanza
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (10), diżaggregazzjoni A. |
11. Varjabbli (11) — Numru ta’ intrapriżi li jirrapportaw l-impatt fuq l-arranġamenti tal-katini ta’ valur globali
Din id-diżaggregazzjoni tiffoka fuq avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li potenzjalment jimpattaw l-arranġamenti għall-Katini ta’ Valur Globali, u ma jistax ikun fiha aktar minn 15-il entrata.
Id-data trid tingħata bħala kombinament tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.
(1) Diżaggregazzjoni skont avvenimenti jew kwistjonijiet b’impatt fuq l-arranġamenti għall-Katini ta’ Valur Globali għall-intrapriża
|
— |
Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw l-akkwist ta’ oġġetti jew l-aċċess għal servizzi |
|
— |
Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw it-trasferiment ta’ oġġetti u ta’ persunal barra l-pajjiż |
|
— |
Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw it-tiftix internazzjonali ta’ sorsi ta’ provvista u l-attivitajiet riinternalizzati |
|
— |
Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi oħra li jaffettwaw l-arranġamenti għall-Katini ta’ Valur Globali |
(2) Diżaggregazzjoni skont il-fatturi ta’ importanza
|
— |
L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (10), diżaggregazzjoni A. |
12. Varjabbli (12) — Numru ta’ intrapriżi li jittrasferixxu l-funzjonijiet tan-negozju
Il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data għal dan il-varjabbli huma kompletament volontarji, u b’hekk kwalunkwe awtorità nazzjonali tal-istatistika tista’ tagħżel li ma timplimentax dan il-varjabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-att ta’ implimentazzjoni u l-anness tiegħu.
L-entrati u d-diżaggregazzjonijiet elenkati f’dan il-varjabbli xorta jkunu jistgħu jiġu modifikati wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni u l-anness tiegħu.
(1) Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ trasferiment tal-funzjoni tan-negozju
|
— |
Trasferiment mill-intrapriża lejn intrapriżi oħra fl-istess grupp ta’ intrapriżi fil-pajjiż rapportatur |
|
— |
Trasferiment mill-intrapriża lejn intrapriżi oħra barra mill-istess grupp ta’ intrapriżi fil-pajjiż rapportatur |
|
— |
Total tat-tiftix domestiku ta’ sorsi ta’ provvista |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża f’pajjiż ieħor tal-UE lejn sieħeb fil-pajjiż rapportatur |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża barra l-UE lejn sieħeb fil-pajjiż rapportatur |
|
— |
Total tar-riinternalizzazzjoni |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża f’pajjiż wieħed tal-UE lejn sieħeb f’pajjiż differenti tal-UE (eskluż il-pajjiż rapportatur) |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża barra l-UE lejn sieħeb f’pajjiż tal-UE (eskluż il-pajjiż rapportatur) |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża f’pajjiż wieħed tal-UE lejn sieħeb f’pajjiż barra l-UE |
|
— |
Trasferiment mis-sħab tal-intrapriża barra l-UE lejn sieħeb f’pajjiż ieħor barra l-UE |
|
— |
Total tat-tiftix indirett ta’ sorsi ta’ provvista |
|
— |
Kwalunkwe trasferiment tal-funzjonijiet tan-negozju (Total). |
(1) It-terminu “b’mod predominanti” jirreferi għal aktar minn nofs il-kummerċ barrani tal-intrapriża għal kull tip ta’ kummerċ (il-forniment ta’ oġġetti, il-forniment ta’ servizzi, ix-xiri ta’ oġġetti, u x-xiri ta’ servizzi).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/935/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)