European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/934

20.5.2025

DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/934

tal-5 ta’ Marzu 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-lista tal-iskart fir-rigward tal-iskart relatat mal-batteriji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ġiet stabbilita lista tal-iskart bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/3/KE (2), segwita minn lista tal-iskart perikoluż stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE. Dawk id-Deċiżjonijiet ġew sostitwiti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (3).

(2)

Matul l-aħħar snin tfaċċaw kompożizzjonijiet kimiċi ġodda tal-batteriji, b’mod partikolari għall-batteriji bbażati fuq il-litju, il-batteriji bbażati fuq is-sodju u l-batteriji bbażati fuq in-nikil, filwaqt li l-proċessi tal-manifattura u tar-riċiklaġġ tal-batteriji komplew jevolvu. Dik l-evoluzzjoni tqieset fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandha tiġi riflessa fil-lista tal-iskart.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/1542 jintroduċi terminoloġija ġdida u modifikata, applikabbli għall-iskart relatat mal-batteriji (jiġifieri l-iskart mill-manifattura tal-batteriji, l-iskart ta’ batteriji u l-frazzjonijiet tiegħu), li konsegwentement għandha tiġi riflessa wkoll fil-lista tal-iskart.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ tiġi aġġornata l-lista tal-iskart stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/532/KE sabiex jitqiesu kompożizzjonijiet kimiċi ġodda tal-batteriji, l-immaniġġar tal-iskart relatat mal-batteriji u s-suq tal-batteriji li qed jevolvi maż-żmien, u sabiex jittejbu l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-flussi tal-iskart rilevanti kif ukoll biex jiġu appoġġati s-separazzjoni, ir-riċiklaġġ u r-rapportar imtejba tal-iskart relatat mal-batteriji.

(5)

Il-klassifikazzjoni ta’ flussi tal-iskart speċifiċi bħala skart perikoluż, li tiddependi fuq informazzjoni aġġornata u bbażata fuq l-evidenza dwar il-kompożizzjoni u l-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi kostitwenti, hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-ġestjoni tal-iskart titwettaq mingħajr ma titqiegħed f’periklu s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent. L-entrati tal-iskart perikoluż inklużi fil-lista tal-iskart għandhom jiġu kklassifikati filwaqt li jitqiesu l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-iskart, kif ukoll il-valuri limitu ta’ konċentrazzjoni applikabbli għas-sustanzi perikolużi, kif definiti legalment fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, għas-sustanzi kklassifikati bħala perikolużi, skont il-kriterji definiti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Il-klassifikazzjoni tal-batteriji alkalini għandha tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku billi jitqiesu l-konċentrazzjoni tas-sustanzi rilevanti fil-batteriji u l-klassifikazzjoni perikoluża tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7)

Sabiex jikkontribwixxi għall-immaniġġjar sikur u effettiv tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju ta’ oriġini muniċipali, għandu jiġi introdott kodiċi ġdid tal-iskart perikoluż għall-batteriji bbażati fuq il-litju, li jkopri l-frazzjonijiet tal-iskart muniċipali miġbura separatament.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2000/532/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(9)

Sabiex l-operaturi u l-awtoritajiet ikunu jistgħu jimplimentaw il-kodiċijiet tal-iskart ġodda u modifikati b’mod adegwat, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskart ikklassifikat jew ikklassifikat mill-ġdid bħala perikoluż, u biex isiru l-bidliet strutturali u operazzjonali meħtieġa fil-faċilitajiet li jimmaniġġjaw l-iskart relatat mal-batteriji, kif ukoll biex ikunu jistgħu jsiru l-adattament, is-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-permessi tal-iskart, l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi differita,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mid-9 ta’ Novembru 2026.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/oj.

(2)  94/3/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 1993 (ĠU L 5, 7.1.1994, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/3(1)/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/532/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1542/oj).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 09 01 11* hija sostitwita b’dan li ġej:

“09 01 11*

kameras li jintużaw darba bil-batteriji f’16 06 01 to 16 06 04, 16 06 07 sa 16 06 11 jew 16 06 14”

(2)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 10 08 20:

“10 08 21*

gagazzi mir-riċiklaġġ ta’ skart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju li fihom sustanzi perikolużi

10 08 22

gagazzi mir-riċiklaġġ ta’ skart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju għajr dawk imsemmija f’10 08 21

10 08 23*

gagazzi mir-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq in-nikil li fihom sustanzi perikolużi

10 08 24

gagazzi mir-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq in-nikil għajr dawk imsemmija f’10 08 23

10 08 25*

gagazzi mir-riċiklaġġ ta’ skart ieħor ta’ batteriji li fihom sustanzi perikolużi għajr 10 04 01, 10 08 21 u 10 08 23

10 08 26

gagazzi mir-riċiklaġġ ta’ skart ieħor ta’ batteriji għajr dawk imsemmija f’10 08 25”

(3)

Il-Kapitolu 16 06 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“16 06

skart mill-manifattura, mill-provvista u mill-użu tal-batteriji

16 06 01*

skart ta’ batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu

16 06 02*

skart ta’ batteriji tan-nikil u tal-kadmju

16 06 03*

skart ta’ batteriji li fihom il-merkurju

16 06 04*

skart ta’ batteriji bbażati fuq l-alkalini (għajr għal dawk imsemmija f’16 06 03)

16 06 06*

elettrolit miġbur separatament mill-iskart ta’ batteriji

16 06 07*

skart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju

16 06 08*

skart ta’ batteriji bbażati fuq in-nikil għajr dawk imsemmija f’16 06 02 (pereżempju NiMH, Na-NiCl2)

16 06 09*

skart ta’ batteriji bbażati fuq iż-żingu, inkluż batteriji tal-ossidu tal-fidda

16 06 10*

skart ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju li fihom sustanzi perikolużi (ħlief 16 06 11)

16 06 11*

skart ta’ batteriji tal-kubrit tas-sodju

16 06 12

skart ieħor ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju (għajr 16 06 10 u 16 06 11)

16 06 13*

skart ta’ batteriji mħallat

16 06 14*

skart ieħor ta’ batteriji li fih sustanzi perikolużi

16 06 15

skart ta’ batteriji mhux speċifikat mod ieħor għajr dak imsemmi f’16 06 12 u 16 06 14

16 06 22*

skart mill-manifattura tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu li fih sustanzi perikolużi (pereżempju pejst taċ-ċomb)

16 06 23

skart mill-manifattura tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu għajr dak imsemmi f’16 06 22

16 06 24*

skart mill-manifattura tal-batteriji bbażati fuq il-litju li fih sustanzi perikolużi (pereżempju biċċiet ta’ katodi maqtugħin, sospensjonijiet katodiċi, ċelloli tal-batteriji mhux skont l-ispeċifikazzjoni, moduli u/jew pakketti)

16 06 25

skart tal-manifattura tal-batteriji bbażati fuq il-litju għajr dak imsemmi f’16 06 24 (pereżempju qtugħ tal-anodi)

16 06 26*

skart mill-manifattura tal-batteriji bbażati fuq in-nikil li fih sustanzi perikolużi (pereżempju materjal tal-katodi likwidu u solidu)

16 06 27

skart mill-manifattura tal-batteriji bbażati fuq in-nikil għajr dak imsemmi f’16 06 26

16 06 28*

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq l-alkalini li fih sustanzi perikolużi

16 06 29

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq l-alkalini għajr dak imsemmi f’16 06 28

16 06 30*

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq iż-żingu li fih sustanzi perikolużi

16 06 31

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq iż-żingu għajr dak imsemmi f’16 06 30

16 06 32*

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju li fih sustanzi perikolużi

16 06 33

skart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju għajr dak imsemmi f’16 06 32

16 06 34*

skart mill-manifattura ta’ batteriji li fih sustanzi perikolużi għajr dak imsemmi f’16 06 22, 16 06 24, 16 06 26, 16 06 28, 16 06 30 u 16 06 32

16 06 35

skart mill-manifattura ta’ batteriji għajr dak imsemmi f’16 06 23, 16 06 25, 16 06 27, 16 06 29, 16 06 31 u 16 06 33”

(4)

L-entrata 19 02 11* titħassar:

 

 

(5)

Jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“19 02 12*

imlieħi solidi u soluzzjonijiet li fihom metalli tqal mir-riċiklaġġ tal-batteriji

19 02 13*

skart ieħor li fih sustanzi perikolużi”

(6)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 19 13 08:

“19 14

frazzjonijiet intermedjarji mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji u tal-iskart mill-manifattura tal-batteriji

19 14 01*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu u tal-iskart mill-manifattura tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 02*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju u tal-iskart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq il-litju li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 03*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq in-nikil u tal-iskart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq in-nikil li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 04*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq l-alkalini u tal-iskart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq l-alkalini li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 05*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq iż-żingu u tal-iskart tal-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq iż-żingu li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 06*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju u tal-iskart mill-manifattura ta’ batteriji bbażati fuq is-sodju li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi

19 14 07*

frazzjoni intermedjarja mit-trattament termali u/jew mekkaniku tal-iskart ta’ batteriji u tal-iskart mill-manifattura ta’ batteriji li jkun fih taħlita ta’ materjali tal-elettrodi, mhux speċifikat mod ieħor f’19 14 01 sa 19 14 06

19 14 08

ligi mir-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji (f’forma massiva)”

(7)

l-entrati 20 01 33* u 20 01 34 jitħassru;

(8)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 20 01 41:

“20 01 42*

skart ta’ batteriji inkluż f’16 06 01 sa 16 06 04, 16 06 08 sa 16 06 11 jew 16 06 14 u skart ta’ batteriji mħallat li fih dak l-iskart ta’ batteriji inkluż ukoll 16 06 07

20 01 43*

skart ta’ batteriji bbażati fuq il-litju inkluż f’16 06 07.

20 01 44

skart ta’ batteriji għajr dak imsemmi f’20 01 42 u 20 01 43”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_del/2025/934/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)