|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/917 |
20.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/917
tad-19 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 60(2) u 64(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-qafas għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra fuq il-kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (2) ġie adottat fil-qafas tar-Regolament (UE) 2017/625, u jistabbilixxi, fost l-oħrajn, rekwiżiti minimi komuni u speċifiċi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għal ċerti kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni. |
|
(2) |
B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jipprevedi li l-kmamar u ż-żoni tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jrid ikollhom sistema ta’ drenaġġ adegwata. Peress li hemm xi inċertezza dwar ir-rwol tas-sistema ta’ drenaġġ, jeħtieġ li jiġi ċċarat l-iskop tagħha. Barra minn hekk, peress li l-kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti ttrattati jinvolvu riskji differenti u jeħtieġu operazzjonijiet differenti ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni, hemm bżonn jiġi ċċarat li s-sistema ta’ drenaġġ jenħtieġ li tiġi adattata għal dawn l-operazzjonijiet. |
|
(3) |
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jippermetti li l-kunsinni mhux ippakkjati ġol-kontejners ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem għandhom jinħattu f’żoni mingħajr soqfa. Il-prodotti tas-sajd mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u l-annimali akkwatiċi għall-użi kollha jistgħu jaslu wkoll fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’kunsinni mhux ippakkjati ġol-kontejners. Peress li l-ħatt ta’ kunsinni bħal dawn f’żoni mingħajr soqfa ma joħloq l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jenħtieġ li jkun permess ukoll li jinħattu prodotti tas-sajd mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u annimali akkwatiċi għall-użi kollha f’żoni mingħajr soqfa. |
|
(4) |
Il-ħatt ta’ makkinarju agrikolu u forestali użat soġġett għal spezzjoni fitosanitarja f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera huwa kumpless minħabba d-dimensjonijiet kbar tiegħu. Peress li l-ħatt f’żoni mingħajr soqfa ma joħloq l-ebda riskju għas-saħħa tal-pjanti fil-każ ta’ makkinarju agrikolu u forestali użat, jixraq li jkun permess il-ħatt ta’ tali makkinarju f’żoni mingħajr soqfa. |
|
(5) |
L-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jipprevedi li, għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-likwidi bl-ingrossa ta’ oriġini mill-annimali u ta’ oriġini mhux mill-annimali, il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mhumiex meħtieġa jkollhom żoni jew kmamar għall-ħatt u kmamar ta’ spezzjoni jew żoni ta’ spezzjoni, peress li dawn l-oġġetti jinħattu direttament mill-mezzi tat-trasport f’tankijiet permezz ta’ pajpijiet speċjali. Tali żoni jew kmamar lanqas ma huma meħtieġa għal oġġetti bl-ingrossa ta’ volum għoli ta’ oriġini mhux mill-annimali, peress li jistgħu jinħattu direttament mill-mezzi tat-trasport għal sajlos jew għal imħażen permezz ta’ tagħmir speċjali, bħal trasportaturi. Għalhekk, iż-żoni jew il-kmamar għall-ħatt ta’ oġġetti u l-kmamar ta’ spezzjoni jew iż-żoni ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa għal oġġetti bl-ingrossa ta’ volum għoli ta’ oriġini mhux mill-annimali li jinħattu direttament f’sajlos jew fi mħażen permezz ta’ tagħmir speċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
L-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jipprevedi l-eżenzjoni tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jintgħażlu għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 mir-rekwiżiti li jkollhom provvista ta’ ilma ġieri sħun u kiesaħ, faċilitajiet fejn wieħed jaħsel u jnixxef idejh, u kmamar b’soqfa faċli biex jiġu diżinfettati. Il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-pjanti, għall-prodotti tal-pjanti u għal oġġetti oħra li huma koperti mill-miżuri u mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47(1), il-punti (d) sa (f), tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll minn dawk ir-rekwiżiti, peress li tali eżenzjoni ma toħloq l-ebda riskju għas-saħħa tal-pjanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
L-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jipprevedi li l-faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali jistgħu jintużaw għat-twettiq tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi fuq il-prodotti ta’ oriġini mhux mill-annimali jekk dawn il-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ikunu fil-viċinanza immedjata tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u jkunu taħt il-kompetenza tal-istess awtorità doganali bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew iwettqu l-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi fuq il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra f’faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali, taħt l-istess kundizzjonijiet peress li t-twettiq ta’ tali kontrolli f’faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali ma joħloq l-ebda riskju għas-saħħa tal-pjanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jiġi emendat biex jiġu estiżi l-kategoriji ta’ oġġetti li għalihom jistgħu jitwettqu l-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi f’faċilitajiet ta’ ħżin kummerċjali. |
|
(8) |
L-Artikolu 5(1), il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jirrikjedi li l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-annimali msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625 ikollhom żoni ta’ bini jew kmamar ta’ bini biex jinżammu separati l-ungulati għajr l-ekwidi rreġistrati, l-ekwidi rreġistrati, u annimali oħra għajr l-ungulati (iżda inklużi l-ungulati taż-żoo). Meta l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ntgħażlu għall-annimali, iż-żoni ta’ bini jew il-kmamar ta’ bini jridu jiġu adattati għall-kategoriji ta’ annimali li għalihom ikunu ntgħażlu l-postijiet. Madankollu, iż-żoni ta’ bini jew il-kmamar ta’ bini jistgħu jintużaw bejn ċerti kategoriji ta’ annimali mingħajr ma jiġu kompromessi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u dawk dwar il-benesseri tal-annimali. Għalhekk, jixraq li jiġi emendat l-Artikolu 5(1), il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 biex ikun hemm flessibbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ separazzjoni bejn ċerti kategoriji ta’ annimali. |
|
(9) |
Peress li l-ispezzjoni tal-kunsinni ta’ bajd għat-tifqis fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-annimali ma toħloq l-ebda riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali fir-rigward tal-annimali u tal-oġġetti ttrattati f’dawn il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jispezzjonaw il-kunsinni ta’ bajd għat-tifqis fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
L-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jippermetti li l-kunsinni ta’ żrinġijiet ħajjin, ta’ ħut ħaj u ta’ invertebrati ħajjin, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u l-kunsinni ta’ bajd għat-tifqis u ta’ lixkiet tas-sajd, għandhom jiġu spezzjonati fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-kategoriji ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/625. Id-daqs żgħir ta’ dawn l-ispeċijiet ta’ annimali, u l-fatt li jiġu ttrasportati f’kontenituri jew f’kaxxi, jimminimizza r-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata ma’ kategoriji oħra ta’ oġġetti. L-invertebrati ħajjin mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma ta’ daqs simili u jiġu ttrasportati bl-istess mod bħal dawk maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Peress li r-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata huwa l-istess għaż-żewġ tipi ta’ invertebrati ħajjin, jixraq li jiġi emendat l-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 biex jippermetti wkoll l-ispezzjoni ta’ invertebrati ħajjin mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-kategoriji ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(11) |
Id-definizzjoni ta’ “prodotti ġerminali” stabbilita fl-Artikolu 4, il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tinkludi l-bajd għat-tifqis. Peress li l-kunsinni tal-prodotti ġerminali jiġu spezzjonati fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-kategoriji tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/625, ma hemmx bżonn li ssir referenza għall-bajd għat-tifqis fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014, u għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, għalhekk, jixraq li titħassar dik ir-referenza minn dik id-dispożizzjoni. |
|
(12) |
L-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-għażla tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tagħhom. L-Istati Membri huma meħtieġa jużaw l-abbrevjazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 biex jippubblikaw il-kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li għalihom huma magħżula l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Għal raġunijiet ta’ koerenza, il-frażijiet introduttorji tal-punti (a), (c) u (d) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 jenħtieġ li jiġu estiżi għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punti (d), (e) jew (f), tar-Regolament (UE) 2017/625 kif applikabbli. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Ħut ħaj maħsub għall-konsum mill-bniedem, żrinġijiet ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, invertebrati ħajjin, u lixkiet tas-sajd jistgħu jiġu spezzjonati fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu ntgħażlu għall-kategoriji ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/625.” |
|
(4) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1014/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/917/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)