![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/874 |
12.5.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/874 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ April 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw (BĊE/2022/34) (BĊE/2025/14)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127 u l-Artikolu 132(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikoli 3.1, u 12.3, u l-Artikolu 34 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/34) (1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għall-fini ta’ kooperazzjoni mas-SEBĊ u ma’ xulxin sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2). |
(2) |
Is-servizzi tas-SEBĊ huma pprovduti lill-banek ċentrali tas-SEBĊ biex jappoġġaw it-twettiq tal-kompiti tagħhom. Is-servizzi tal-istatistika tas-SEBĊ huma żviluppati, immexxija u miżmuma minn bank ċentrali wieħed jew aktar tas-SEBĊ u mmexxija mill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ. |
(3) |
Il-Proġett dwar Kompiti Operativi tad-Dizzjunarju tar-Rappurtar Integrat tal-Bank (BIRD OT) huwa servizz ta’ statistika tas-SEBĊ li jinkludi mudell ta’ data integrat u armonizzat u dizzjunarju tar-rappurtar u, għalhekk, huwa intiż sabiex itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità, il-konsistenza u l-preċiżjoni tad-data rrappurtata lill-banek ċentrali permezz tar-rappurtar tal-istatistika. L-użu tal-BIRD OT iħaddan kooperazjoni fil-qasam tar-rappurtar regolatorju, peress illi l-aġenti tar-rappurtar u l-aġenti taħt superviżjoni kollha li jużaw BIRD OT se japplikaw mudell ta’ data uniformi u dizzjunarju tar-rappurtar. Għaldaqstant il-BIRD OT ikun ukoll ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet kompetenti kollha li lilhom meħtieġ li jiġu sottomessi rapporti ta’ data superviżorji. Għalhekk, il-lista ta’ servizzi tas-SEBĊ li għandha tkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet li jikkooperaw għandha tiġi estiża biex tinkludi l-BIRD OT. |
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 (BĊE/2022/34) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Anness I għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 (BĊE/2022/34) huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ April 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2022/1982 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2022 dwar l-użu tas-servizzi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet li jikkooperaw, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (BĊE/2022/34) (ĠU L 272, 20.10.2022, p. 29).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni (UE) 2022/1982 (BĊE/2022/34) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“ ANNESS I
Servizzi tas-SEBĊ li għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet li jikkooperaw
— |
AnaCredit (AnaCredit) |
— |
Proġett dwar Kompiti Operativi tad-Dizzjunarju tar-Rappurtar Integrat tal-Bank (BIRD OT) |
— |
Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli (CSDB) |
— |
CoreNet |
— |
Enterprise Service Bus (ESB) |
— |
Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika tas-SEBĊ (SEBĊ PKI) |
— |
Sistema ta’ Telekonferenza tas-SEBĊ |
— |
Inizjattiva ta’ Stħarriġ dwar it-Twettiq ta’ Soluzzjoni bbażata fuq l-Istħarriġ Lime-Survey tas-SEBĊ (EPSILON) |
— |
Għodda u repożitorju tal-immudellar tal-ENTM (ENTM) |
— |
Identity and Access Management Service (IAM) |
— |
Bażi ta’ Data tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) |
— |
Posta elettronika Sigura tas-SEBĊ (SEE) |
— |
Bażi ta’ Data tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli (SHSDB) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/874/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)