|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/827 |
28.4.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/827
tal-25 ta’ April 2025
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u fis-Slovakkja
(notifikata bid-dokument C(2025) 2629)
(It-testi bil-Ġermaniż, bl-Ungeriż u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-mammiferi tal-ordni Artiodactyla u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali tal-ispeċijiet elenkati, hemm riskju serju li dik il-marda tinfirex lejn stabbilimenti oħra li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew li jmissu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/672 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija, qrib il-fruntiera mal-Awstrija, u fir-reġjun ta’ Trnava fis-Slovakkja, qrib il-fruntiera mal-Ungerija. Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672 tipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Ungerija u fis-Slovakkja, u żona ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Awstrija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara dawk it-tifqigħat, u li dawk iż-żoni jridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Minħabba s-severità tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, tipprevedi wkoll ċerti restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli. |
|
(5) |
Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672, permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/795 (5), l-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tifqigħa ġdida tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbiliment li jżomm l-annimali bovini. Din it-tifqigħa l-ġdida tinsab fil-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, l-Ungerija stabbiliet żoni ristretti ġodda, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u żona ristretta ulterjuri fejn jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat, sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda f’partijiet oħra tal-Ungerija, jew fi Stati Membri oħra. |
|
(6) |
Għalhekk, iż-żoni inklużi f’dawk iż-żoni ristretti jenħtieġ li jiġu ddefiniti, kemm fiżikament kif ukoll fir-rigward tad-durata, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672, sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li jiġi impost kwalunkwe ostaklu għall-kummerċ minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, u jenħtieġ li ż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Ungerija, jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tiġi stabbilita d-durata ta’ dawk il-miżuri, b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Awstrija u lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/672 tal-31 ta’ Marzu 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u fis-Slovakkja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613 (ĠU L, 2025/672, 2.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/672/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/795 tal-14 ta’ April 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/672 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u fis-Slovakkja (ĠU L, 2025/795, 15.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/795/oj).
ANNESS
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati:
|
Pajjiż |
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666. |
2.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666, excluding the areas contained in the protection zone. |
2.5.2025 |
||
|
L-Ungerija |
SK-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666. |
2.5.2025 |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00002 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214. |
4.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214, excluding the areas contained in the protection zone. |
4.5.2025 |
||
|
L-Ungerija |
SK-FMD-2025-00002 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214. |
4.5.2025 |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00003 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387. |
30.4.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387, excluding the areas contained in the protection zone. |
30.4.2025 |
||
|
L-Ungerija |
SK-FMD-2025-00003 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387. |
30.4.2025 |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00004 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9704, Long. 17.4947. |
1.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9704, Long. 17.4947, excluding the areas contained in the protection zone. |
1.5.2025 |
||
|
L-Ungerija |
SK-FMD-2025-00004 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9704, Long. 17.4947. |
1.5.2025 |
|
L-Ungerija |
HU-FMD-2025-00002 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.90917, Long. 17.19819. |
16.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.90917, Long. 17.19819, excluding the areas contained in the protection zone. |
16.5.2025 |
||
|
L-Awstrija |
HU-FMD-2025-00002 |
Żona ta’ sorveljanza: In the Federal State Burgenland within the district Neusiedl am See the cadastrial communities of Nickelsdorf, Mönchhof, Halbturn and Deutsch Jahrndorf. |
16.5.2025 |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00005 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 48.3861, Long. 16.9924. |
11.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 48.3861, Long. 16.9924, excluding the areas contained in the protection zone. |
11.5.2025 |
||
|
L-Awstrija |
SK-FMD-2025-00005 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Austria, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 48.3861, Long. 16.9924. |
11.5.2025 |
|
L-Ungerija |
HU-FMD-2025-00003 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8522, Long. 17.41222. |
18.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8522, Long. 17.41222, excluding the areas contained in the protection zone. |
18.5.2025 |
||
|
Is-Slovakkja |
HU-FMD-2025-00003 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8522, Long. 17.41222. |
18.5.2025 |
|
L-Ungerija |
HU-FMD-2025-00004 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.96161, Long. 17.29801. |
20.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.96161, Long. 17.29801, excluding the areas contained in the protection zone. |
20.5.2025 |
||
|
Is-Slovakkja |
HU-FMD-2025-00004 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.96161, Long. 17.29801. |
20.5.2025 |
|
Is-Slovakkja |
SK-FMD-2025-00006 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9395, Long. 17.5353. |
14.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9395, Long. 17.5353, excluding the areas contained in the protection zone. |
14.5.2025 |
||
|
L-Ungerija |
SK-FMD-2025-00006 |
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9395, Long. 17.5353. |
14.5.2025 |
|
L-Ungerija |
HU-FMD-2025-00005 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.565074, Long. 17.331777. |
30.5.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.565074, Long. 17.331777, excluding the areas contained in the protection zone. |
30.5.2025 |
Żoni ristretti ulterjuri:
|
Pajjiż |
Żoni stabbiliti bħala żona ristretti ulterjuri, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||
|
L-Ungerija |
The following areas excluding the areas contained in any protection or surveillance zone:
|
30.5.2025 |
||||||||
|
Is-Slovakkja |
Regions of Bratislava, Trnava and Nitra, excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
20.5.2025 |
||||||||
|
L-Awstrija |
In the Federal State Niederösterreich the district Gänserdorf and within the district Bruck an der Leitha the municipalities Au am Leithaberge, Bad Deutsch-Altenburg, Berg, Bruck an der Leitha, Enzersdorf an der Fischa, Göttlesbrunn-Arbesthal, Götzendorf an der Leitha, Hainburg a.d. Donau, Haslau-Maria Ellend, Höflein, Hof am Leithaberge, Hundsheim, Mannersdorf am Leithagebirge, Petronell-Carnuntum, Prellenkirchen, Rohrau, Scharndorf, Sommerein, Trautmannsdorf an der Leitha, Wolfsthal, Ebergassing, Fischamend, Klein-Neusiedl, Schwadorf; in the district Mistelbach the municipalities Altlichtenwarth, Bernhardsthal, Bockfließ, Großengersdorf, Großkrut, Hausbrunn, Herrnbaumgarten, Pillichsdorf, Rabensburg, Schrattenberg, Wilfersdorf; in the district Mistelbach within the municipality Drasenhofen the cadastrial communities Drasenhofen, Steinebrunn; in the district Mistelbach within the municipality Geweinstal the cadastrial communities Gaweinstal, Schrick, Martinsdorf; in the district Mistelbach within the minicipality Großebersdorf the cadastrial Community Eibesbrunn; in the district Mistelbach within the community Mistelbach the cadastrial communitry Kettlasbrunn; in the district Mistelbach within the municipality Poysdorf the cadastrial communities Höbertsgrub, Ketzelsdorf, Passauerhof, Poysbrunn, Walterkrichen; in the district Mistelbach within the municipality Wolkersdorf im Weinviertel the cadastrial communities Obersdorf and Wolkersdorf; in the district Wiener Neustadt (Land) the municipalities Lichtenwörth, Zillingdorf. In the Federal State Burgenland the districts Eisenstadt-Stadt, Rust-Stadt, Eisenstadt-Umgebung, Mattersburg, Neusiedl am See (with the exception of the municipalities Nickelsdorf, Mönchhof, Halbturn and Deutsch Jahrndorf) und Oberpullendorf. |
20.5.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/827/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)