European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/798

25.4.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/798

tal-14 ta’ April 2025

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta’ Singapore għal ftehim dwar id-dixxiplini ta’ kummerċ diġitali. Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (il-“Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim huwa ftehim modern u awtonomu li ser jikkomplementa l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Singapore (1), b’impenji ambizzjużi u vinkolanti dwar il-kummerċ diġitali.. Il-Ftehim ser itejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur online, jipprovdi ċertezza legali għan-negozji, jiżgura flussi ta’ data affidabbli u jindirizza ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ diġitali, f’konformità mal-politika kummerċjali diġitali tal-Unjoni li għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni diġitali tal-Unjoni u s-sigurtà ekonomika tagħha.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat.

(4)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Marzu 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, tal-Ftehim dwar il-KummerċDiġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (3) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ April 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 294, 14.11.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2019/1875/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/798/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)