European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/797

24.4.2025

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta’ tliet ftehimiet relatati [2025/797]

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b’konsegwenza tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (2), il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda, b’segwitu għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (3) u l-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, b’segwitu għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (4), iffirmati fi Brussell fil-11 ta’ April 2014, daħlu fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2025, skont it-termini tad-dħul fis-seħħ previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim u l-Protokolli Addizzjonali.


(1)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(2)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 38.

(3)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 41.

(4)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 45.


ELI: http://data.europa.eu/eli/info/2025/797/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)