![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/796 |
25.4.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/796
tal-24 ta’ April 2025
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1) |
Fis-27 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli (“MAE”, mobile access equipment) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2024 mill-“Koalizzjoni biex jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-Settur tat-Tagħmir għall-Aċċess Mobbli tal-UE” (“CMAE”, Coalition to Restore a Level Playing Field in the EU Mobile Access Equipment Sector) jew (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-MAE fis-sens tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ sussidji u tad-dannu li rriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
(3) |
Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) (3) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif xieraq u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-konsultazzjonijiet saru fil-25 ta’ Marzu 2024. Madankollu, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. |
(4) |
Fit-13 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni anti-dumping separata tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ (“l-investigazzjoni anti-dumping separata”). Fid-9 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping definittivi u dazji provviżorji miġbura b’mod definittiv imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ (“ir-Regolament anti-dumping definittiv”) (4). Id-dazji jvarjaw minn 20,6 % sa 54,9 %. L-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ta’ dan ir-Regolament hija identika mutatis mutandis għas-sejbiet fl-investigazzjoni anti-dumping separata, peress li d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-perjodu kkunsidrat, u l-perjodu ta’ investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. |
1.2. Reġistrazzjoni
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2725 tal-24 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni bl-għan li tiżgura li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji, dawk id-dazji jistgħu, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa, jiġu imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (5). |
1.3. Partijiet interessati
(6) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi l-oħrajn magħrufin tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufin dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
(7) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
(8) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-bidu jew talba għal seduta ta’ smigħ. |
1.4. Kampjunar
(9) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li għandha mnejn tikkampjuna l-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(10) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u ta’ produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
(11) |
Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw 55 % tal-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni u 52 % tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni. Billi għażlet l-akbar tliet produtturi u bejjiegħa tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, il-Kummissjoni kopriet l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-Kummissjoni kkonkludiet li, għalhekk, il-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Kampjunar tal-importaturi
(12) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness 1 tan-Notifika tal-Bidu fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika. L-ebda importatur ma pprovda l-informazzjoni u kkoopera mal-investigazzjoni. |
1.4.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
(13) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
(14) |
Kien hemm sittax-il produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat li pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ (gruppi ta’) kumpaniji li setgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-għażla tal-kampjun kienet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni qieset ukoll l-eliġibbiltà potenzjali tal-gruppi ta’ produtturi esportaturi għall-iskemi ta’ sussidju inklużi fil-memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza (6), u b’hekk ħarset ukoll lejn il-produzzjoni u l-bejgħ domestiku flimkien mal-bejgħ għall-esportazzjoni, abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-kampjunar. |
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti f’dan ir-rigward mingħand l-ilmentatur. |
(16) |
L-ilmentatur iddikjara li: i) il-kampjun ma għandux jinkludi kumpaniji li huma proprjetà tal-Istati Uniti peress li x’aktarx ma kinux eliġibbli għall-biċċa l-kbira tal-iskemi ta’ sussidju u allegatament kien ikollhom aċċess limitat ħafna għas-suq domestiku Ċiniż; ii) il-kampjun irrappreżenta żżejjed kumpaniji Ċiniżi bi sjieda privata u ssottorappreżenta lil kumpaniji Ċiniżi bi sjieda pubblika li huma allegatament aktar integrati, aktar preżenti fis-suq domestiku, u aktar eliġibbli għal finanzjament u għotjiet. |
(17) |
Il-Kummissjoni, wara li analizzat bir-reqqa l-kummenti, qieset li l-kampjun kien jirrappreżenta b’mod adegwat lill-produtturi esportaturi tal-MAEs li joperaw fiċ-Ċina u li kien konsistenti mal-liġijiet tal-UE u tad-WTO. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku jipprevedi grad għoli ta’ diskrezzjoni fl-għażla tal-kampjun skont il-kriterji rilevanti elenkati fih. B’mod partikolari, l-Artikolu 27(2) jiddikjara b’mod ċar li “l-għażla finali tal-partijiet […] għandha tkun tal-Kummissjoni”. |
(18) |
Fir-rigward tal-argumenti speċifiċi mqajma mill-ilmentatur, il-Kummissjoni nnotat li l-għażla tal-kampjun kienet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet, fost l-oħrajn, li jkollha kumpanija waħda tal-Istati Uniti fil-kampjun, bħala l-akbar produttur esportatur u li tinkludi l-akbar produttur Ċiniż f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ domestiku fiċ-Ċina, għalkemm din il-kumpanija ma kinitx fost l-akbar esportaturi lejn l-Unjoni. |
(19) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), l-eliġibbiltà għall-iskemi ta’ sussidju kienet waħda mill-elementi kkunsidrati mill-Kummissjoni biex tagħżel il-kampjun. Madankollu, il-Kummissjoni ma għamlitx dan il-kriterju deċiżiv biex tiżgura li l-għażla tal-kampjun ma kinitx preġudikata. |
(20) |
Għall-istess raġuni bħal hawn fuq, il-Kummissjoni ma użatx bħala kriterju ta’ kampjunar l-istatus korporattiv tal-kumpanija. It-tipi kollha tal-kumpaniji: proprjetà barranija, proprjetà privata Ċiniża u proprjetà pubblika Ċiniża kienu rrappreżentati. Barra minn hekk, abbażi tat-tweġibiet għall-kampjunar, il-Kummissjoni ma sabitx raġunijiet għad-dikjarazzjoni li l-kumpaniji Ċiniżi pubbliċi huma b’mod ġenerali aktar integrati, aktar preżenti fis-suq domestiku, u aktar eliġibbli għall-finanzjament u l-għotjiet minn dawk privati. |
(21) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonferma l-kampjun provviżorju tagħha li kien jirrappreżenta (fl-għadd ta’ unitajiet) 54 % tal-produzzjoni, 47 % tal-bejgħ domestiku, u 59 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni mir-RPĊ fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni qieset il-kampjun rappreżentattiv skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.4.4. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
(22) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-GTĊ, lill-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ilmentatur, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti. Il-kwestjonarji għall-kumpaniji saru disponibbli wkoll online fil-jum tal-bidu. |
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-GTĊ, l-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li talbu eżami individwali, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-ilmentatur. |
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-għoti ta’ sussidji, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-partijiet li ġejjin:
|
1.4.5. Eżami individwali
(25) |
Terex (Changzhou) Machinery Co., Ltd., produttur esportatur fir-RPĊ, ressaq talba għal eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, huwa ssottometta wkoll tweġiba għall-kwestjonarju, flimkien mal-kumpaniji relatati tiegħu fir-RPĊ. |
(26) |
Meta jitqies l-għadd ta’ kumpaniji relatati fil-grupp Terex, li jkollhom jiġu vverifikati wkoll, u l-għadd ta’ kumpaniji diġà koperti mill-kampjun, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun ta’ piż bla bżonn għall-konklużjoni f’waqtha tal-proċediment li tiġi aċċettata t-talba għal eżami individwali. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
(27) |
Il-grupp Terex ikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward matul is-seduta mitluba wara d-divulgazzjoni definittiva. Madankollu, il-grupp Terex ma ppreżenta l-ebda element li jiġġustifika l-eżaminazzjoni tat-talba għal eżami individwali tiegħu mingħajr ma jikkontesta l-konklużjoni f’waqtha tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, wara ma ġiet ippreżentata l-ebda preżentazzjoni jew sottomissjoni bil-miktub wara s-seduta ta’ smigħ. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ kumpaniji tal-grupp Terex potenzjalment involuti fil-proċedura ta’ eżami individwali, u li tagħmel l-analiżi tat-talba ta’ piż żejjed għall-konklużjoni f’waqtha tal-investigazzjoni, ġiet ikkonfermata. |
1.5. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
(28) |
L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.6. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji
(29) |
Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, l-iskadenza għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kienet is-26 ta’ Diċembru 2024. Fit-2 ta’ Diċembru 2024, f’konformità mal-Artikolu 29(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji. |
1.7. Proċedura sussegwenti
(30) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. |
(31) |
Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentat mill-partijiet interessati. |
(32) |
Fl-4 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġina mir-RPĊ (“divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
(33) |
Wara l-kummenti li waslu mingħand Zoomlion Group dwar id-divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni aġġustat il-kalkolu tar-rata ta’ sussidju għal dan il-grupp. Il-kalkoli aġġornati ġew divulgati lil Zoomlion Group (“divulgazzjoni addizzjonali”), li ngħata żmien biex jikkummenta. |
1.7.1. Kummenti relatati ma’ kwistjonijiet proċedurali
(34) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, waslu kummenti mingħand GOC, mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”), Zoomlion Group u CMAE. Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ mas-CCCME, is-CMAE u Terex (Changzou) Machinery Co., Ltd. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. |
(35) |
Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME qajmet ċerti kwistjonijiet proċedurali dwar in-nuqqas ta’ divulgazzjoni mill-Kummissjoni tal-kalkoli ta’ parametri referenzjarji esterni lill-partijiet interessati. Is-CCCME argumentat ukoll li l-kummenti preliminari tagħha ppreżentati fit-2 ta’ Diċembru 2024 ma ġewx indirizzati fid-divulgazzjoni definittiva. |
(36) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn id-dikjarazzjonijiet. Parametri referenzjarji esterni u kalkoli dettaljati tal-ammonti ta’ sussidju ġew divulgati lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, li huma wkoll membri tas-CCCME. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, fis-17 ta’ Marzu 2025 dawn il-parametri referenzjarji ġew miżjuda wkoll mal-fajl miftuħ. |
(37) |
Il-kummenti ppreżentati mis-CCCME fit-2 ta’ Diċembru ġew ippreżentati wara l-iskadenza pprovduta fin-Notifika ta’ bidu. Is-CCCME ġiet infurmata li xorta setgħet terġa’ tippreżenta l-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni definittiva, kif għamlet. Dawn il-kummenti huma indirizzati f’dan ir-Regolament. |
1.7.2. Kummenti relatati mal-ambitu tal-prodott u mal-analiżi tad-dannu
(38) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME għamlet kummenti simili għal dawk li diġà saru fir-rigward tas-sejbiet finali stabbiliti mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni anti-dumping separata, dwar l-ambitu tal-prodott, il-valutazzjoni tad-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. |
(39) |
Kif indikat fit-Taqsima 1.1. ta’ hawn fuq, l-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ta’ dan ir-Regolament hija identika mutatis mutandis għas-sejbiet fl-investigazzjoni anti-dumping separata, peress li d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-perjodu kkunsidrat, u l-perjodu ta’ investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Barra minn hekk, l-analiżi tal-ambitu tal-prodott, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni baqgħet l-istess. Għalhekk, il-Kummissjoni rreferiet għal dawn il-kummenti tas-CCCME għat-taqsimiet 2.4, 5.2.3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2024/1915 tal-11 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (7), u għat-taqsimiet 2.4, 4.1, 4.5 u 5 tar-Regolament anti-dumping definittiv, fejn dawn il-kummenti ġew indirizzati fid-dettall. |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
(40) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa tagħmir għall-aċċess mobbli (“MAE”) iddisinjat għall-irfigħ ta’ persuni, awtopropulsiv, b’għoli massimu ta’ operat ta’ 6 metri jew aktar, u l-biċċiet tiegħu magħqudin minn qabel jew lesti biex jingħaqdu, esklużi l-komponenti individwali meta jiġu ppreżentati separatament, u eskluż it-tagħmir għall-irfigħ tal-persuni mmuntat fuq vetturi tal-Kapitolu 86 u 87 tas-Sistema Armonizzata (“il-prodott taħt investigazzjoni”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 10 10 , ex 8427 20 19 , ex 8428 90 90 , ex 8431 20 00 u ex 8431 39 00 (kodiċijiet TARIC: 8427 10 10 10, 8427 20 19 10, 8428 90 90 20, 8431 20 00 60 u 8431 39 00 10). |
(41) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott jinkludi makkinarju użat għall-irfigħ ta’ persuni f’firxa wiegħsa ta’ applikazzjonijiet differenti u jinkludi lifts bid-driegħ twil artikolat, lifts bid-driegħ twil teleskopiku, liftijiet imqass u arbli vertikali. |
(42) |
Il-biċċiet, assemblati minn qabel jew lesti għall-assemblaġġ, jikkonsistu f’erba’ kategoriji b’mod partikolari: 1) xażi, 2) turretta jew nagħla, 3) pjattaforma jew basktijiet, 4) mekkaniżmu ta’ rfigħ għall-MAE. Il-mekkaniżmu ta’ rfigħ jinkludi dirgħajn twal (teleskopiċi u jew artikolati, b’dirgħajn tal-krejn jew mingħajrhom) għal lift bid-driegħ twil teleskopiku, lift bid-driegħ twil artikolat jew arblu vertikali u dirgħajn ta’ mqass għal lift imqass. Dawn ma jinkludux komponenti individwali meta jiġu preżentati separatament. |
2.2. Prodott ikkonċernat
(43) |
Il-prodott ikkonċernat huwa tagħmir għall-aċċess mobbli, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
(44) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. SUSSIDJU
3.1. Introduzzjoni: Il-preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta’ dokumenti oħrajn tal-Gvern
(45) |
Qabel ma analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji jew programmi ta’ sussidju, il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għall-analiżi tal-programmi ta’ sussidju investigati. |
(46) |
Bħala kumment preliminari, il-Kummissjoni indikat li l-istruttura ekonomika ġenerali taċ-Ċina hija karatterizzata minn rwol partikolarment b’saħħtu tal-Istat, fejn l-awtoritajiet tal-Istat min-naħa tagħhom huma kkontrollati mill-Partit Komunist Ċiniż (is-“CCP”), l-entità politika governanti tal-pajjiż. B’riżultat ta’ dan, in-negozji fiċ-Ċina joperaw f’ambjent speċifiku li - b’differenza mill-ekonomiji tal-Punent fejn il-forzi tas-suq jirrappreżentaw il-prinċipju organizzattiv dominanti – huwa kkaratterizzat minn diversi mekkaniżmi li jipprovdu lill-GTĊ bi grad sostanzjali ta’ kontroll fuq kwalunkwe attività ekonomika fil-pajjiż. Dan il-kontroll strett jipprevjeni lill-operaturi ekonomiċi milli jaġixxu bħala operaturi razzjonali tas-suq li jfittxu li jimmassimizzaw il-profitti, u fil-fatt iġiegħelhom jaġixxu bħala fergħa tal-gvern fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-pjanijiet tiegħu. |
(47) |
Il-karatteristiċi li ġejjin huma l-aktar sinifikanti fit-trażmissjoni tad-deċiżjonijiet tal-politika tal-GTĊ fit-tmexxija ta’ kuljum tan-negozju tal-operaturi ekonomiċi: (i) duttrina ta’ ekonomija soċjali tas-suq, (ii) it-tmexxija tas-CCP, (iii) sistema ta’ ppjanar industrijali, (iv) is-sistema finanzjarja. |
(48) |
Id-duttrina tal-ekonomija tas-suq soċjalista, inkorporata fil-Kostituzzjoni Ċiniża (8), tagħti lill-Istat kontroll inerenti u li jkopri kollox fuq l-ekonomija, li jmur lil hinn mill-istandards tradizzjonali tat-twaqqif ta’ qafas regolatorju li fih l-atturi tas-suq huma liberi li joperaw. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni: “Il-bażi tas-sistema ekonomika soċjalista tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija s-sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni […]. Fl-istadju primarju tas-soċjaliżmu, l-Istat isostni s-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika hija dominanti u diversi forom ta’ sjieda jiżviluppaw b’mod parallel u jżomm is-sistema ta’ distribuzzjoni li fiha d-distribuzzjoni skont ix-xogħol hija dominanti u jeżistu flimkien diversi modi ta’ distribuzzjoni.” Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15 tal-Kostituzzjoni: “L-Istat jipprattika ekonomija tas-suq soċjalista. L-Istat isaħħaħ il-leġiżlazzjoni ekonomika, itejjeb il-makroregolamentazzjoni u l-kontroll. L-Istat jipprojbixxi f’konformità mal-liġi kull organizzazzjoni jew individwu milli jfixkel l-ordni soċjoekonomiku.” Barra minn hekk, l-Artikolu 11 tal-Kostituzzjoni jassenja lill-Istat rwol interventist li jmur lil hinn mill-ħarsien tad-drittijiet u tal-interessi tas-setturi mhux pubbliċi, fis-sens li l-Istat għandu “jħeġġeġ, jappoġġja u jiggwida l-iżvilupp tas-setturi mhux pubbliċi tal- ekonomija u, f’konformità mal-liġi, jeżerċita superviżjoni u kontroll fuq is-setturi mhux pubbliċi tal-ekonomija.” |
(49) |
Dawn il-prinċipji fundamentali kostituzzjonali huma riflessi fil-biċċiet kollha rilevanti tal-leġiżlazzjoni (9) li jenfasizzaw l-ekonomija tas-suq soċjalista bħala l-prinċipju ewlieni li fuqu hija bbażata l-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, l-Istat, taħt it-tmexxija tas-CCP, tabilħaqq jagħmel użu estensiv minn varjetà ta’ strumenti – kemm billi jinċentiva kif ukoll billi jillimita - biex jiggwida l-ekonomija lejn modernizzazzjoni soċjalista, jiġifieri lejn objettivi (inklużi għanijiet ta’ politika industrijali) stabbiliti mill-GTĊ. |
(50) |
It-tmexxija tas-CCP — filwaqt li hija formalment minquxa fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż (10), kif ukoll fil-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti u fil-Kostituzzjoni tal-Partit (11) innifsu — tieħu diversi forom fil-prattika; b’mod partikolari, peress li s-separazzjoni tas-setgħat ma teżistix fiċ-Ċina u l-Partit jeżerċita kontroll sħiħ fuq il-fergħat leġiżlattivi (12), eżekuttivi (13), kif ukoll ġudizzjarji (14) tal-apparat tal-Istat; barra minn hekk, il-Partit jissorvelja oqsma kruċjali tal-ekonomija, inklużi s-settur finanzjarju u s-setturi industrijali meqjusa strateġiċi, notevolment permezz tas-sjieda u/jew billi jaħtar u jagħmel rotazzjoni ta’ impjegati ewlenin; barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ ċelloli tal-Partit huwa obbligatorju fl-intrapriżi kollha b’aktar minn tliet membri tal-Partit (15), kemm tal-Istat kif ukoll privati, u l-istrutturi tal-Partit fi ħdan l-impriżi spiss jiddikjaraw id-dritt li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tal-kumpaniji. Dawn il-mekkaniżmi ta’ kontroll kollha jipprovdu lis-CCP b’ħakma stretta fuq l-ekonomija tal-pajjiż u jippermettu lill-Partit jifformula u jimplimenta l-politiki ekonomiċi tiegħu f’konformità mal-konsiderazzjonijiet u l-prijoritajiet strateġiċi tiegħu. |
(51) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru s-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ twassal biex ir-riżorsi jiġu allokati għal setturi ddeżinjati mill-gvern bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti, aktar milli jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (16). |
(52) |
Biex jiġu allokati riżorsi f’konformità mal-prijoritajiet tal-politika tal-GTĊ, l-istrumentalizzazzjoni tas-settur finanzjarju hija essenzjali għall-awtoritajiet Ċiniżi. Is-sistema finanzjarja taċ-Ċina għadha ddominata mis-settur bankarju u l-Istat jikkontrolla s-settur bankarju (ara wkoll it-taqsima 3.6.1) permezz tas-sjieda (ara l-premessa (134) sa (136)), kif ukoll permezz ta’ rabtiet personali. Għaldaqstant, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu bħala l-azzjonist maġġoritarju/kontrollanti, għandu s-setgħa li jaħtar l-aktar pożizzjonijiet importanti fi ħdan il-maniġment ta’ banek tal-politika tal-istat(ara l-premessa (144)), kif ukoll tal-banek parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat. |
(53) |
Barra minn hekk, l-artikoli ta’ assoċjazzjoni ta’ banek Ċiniżi ewlenin regolarment ikun fihom kapitlu dedikat lill-ħolqien ta’ kumitat tal-Partit (17). Pereżempju, skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-Bank Industrijali u Kummerċjali taċ-Ċina (l-“ICBC”), “il-president tal-bord tad-diretturi tal-Bank u s-segretarju tal-Kumitat tal-Partit għandhom ikunu l-istess persuna” (18). L-Artikolu 53 jelenka d-dmirijiet tal-kumitat tal-Partit, inkluż il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni prattika tad-deċiżjonijiet tal-Partit u tal-Istat fil-bank. Il-kumitat tal-Partit qed ikollu rwol ukoll fl-għażla u l-evalwazzjoni tal-persunal, flimkien mal-bord tad-diretturi. Fl-aħħar nett, il-kumitat tal-Partit għandu jkun involut fid-diskussjoni ta “kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin u kwistjonijiet ewlenin li jikkonċernaw l-interessi tal-impjegati u jressaq kummenti u suġġerimenti” (19). Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet dwar il-bord tad-diretturi, il-kumitat tal-Partit irid jiġi kkonsultat qabel ma jiġu deċiżi kwistjonijiet materjali (20). L-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-Bank Agrikolu taċ-Ċina fih lingwaġġ identiku dwar it-twaqqif tal-kumitat tal-Partit fl-Artikolu 58 dwar l-involviment tal-Kumitat fid-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ewlenin fl-Artikolu 161 (21). |
(54) |
Minbarra l-kapaċità tal-GTĊ li jikkontrolla s-settur bankarju permezz tas-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali, il-GTĊ jeżerċita kontroll fuq is-settur anki fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Ċiniża applikabbli (ara t-taqsima 3.6.1.4 għall-analiżi tad-dokumenti regolatorji rilevanti) li tirrikjedi li l-banek jallinjaw mal-objettivi tal-politika industrijali tal-pajjiż meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji. |
(55) |
Bħala konklużjoni, dawn l-elementi kollha juru li l-istruttura tas-sistema legali u politika fir-RPĊ tiddependi fuq ħakma stretta mill-gvern fuq l-aspetti kollha tal-ekonomija u tal-kummerċ, peress li huma ġestiti ċentralment u mmonitorjati mill-GTĊ. L-operaturi ekonomiċi huma parti integrali minn din is-sistema mhux bħala atturi tas-suq ħieles li għandhom l-għan li jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali purament xprunati mil-loġika ekonomika u l-massimizzazzjoni tal-profitt, iżda pjuttost bħala wieħed mill-atturi integrali biex jimplimentaw il-politiki ġenerali u l-objettivi speċifiċi tagħhom stabbiliti mill-GTĊ fil-livell ċentrali. |
3.2. Pjanijiet u politiki tal-gvern biex tappoġġa l-industrija tal-MAE
(56) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni analizzat għadd ta’ dokumenti tal-politika industrijali li ġew stabbiliti suċċessivament mill-inqas mill-2010 u li huma elenkati hawn taħt, sabiex tistabbilixxi jekk is-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju li qed jiġu vvalutati jiffurmawx parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ biex jinkoraġġixxi l-industrija tal-MAE. |
Introduzzjoni: Il-MAE bħala parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni
(57) |
Il-MAE huma parti integrali mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, flimkien ma’ tipi oħra ta’ tagħmir użat primarjament għal xogħol ta’ kostruzzjoni u ta’ infrastruttura bħal magni li jċaqalqu t-terrapien jew ħamrija, krejnijiet, eċċ. Fiċ-Ċina, is-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni huwa kkoordinat mill-Assoċjazzjoni tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina (CCMA), b’attivitajiet MAE taħt il-fergħa “Pjattaforma ta’ Xogħol Dekorattiv u mill-Ajru” tas-CCMA. Is-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni huwa magħruf ukoll bħala s-settur tal-makkinarju tal-inġinerija (22). |
(58) |
Barra minn hekk, l-14-il Pjan ta’ Żvilupp tal-FYP għall-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni (23) għandu referenzi għall-MAE taħt makkinarju tal-inġinerija. L-istess jgħodd għall-pjanijiet fil-livelli provinċjali u muniċipali (ara hawn taħt il-premessi (74) sa (77)). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-MAE huwa parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni/tal-inġinerija. |
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-“Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”
(59) |
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija dokument legali maħruġ fl-2005 li għandu l-għan li jippromwovi aġġustamenti fl-istruttura industrijali fiċ-Ċina billi jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ industriji ta’ teknoloġija avvanzata u l-eliminazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni skaduta. Il-“Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” (“Katalogu”) (24), li huwa miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, jistabbilixxi l-bażi għall-gwida tad-direzzjonijiet tal-investiment billi jindika setturi industrijali li jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess privileġġat għall-kreditu. Huwa jiggwida wkoll lill-GTĊ sabiex jamministra l-proġetti ta’ investiment u sabiex jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-tassazzjoni, il-kreditu, l-art, l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) ħarġet, u aktar tard emendat, katalogu ta’ gwida għall-aġġustament tal-istruttura industrijali fi Frar 2013 u fl-2019. L-Ilmentatur u l-Kummissjoni identifikaw referenza għas-settur tal-“Makkinarju kbir tal-kostruzzjoni”, li għalih jappartjeni l-MAE, fil-Katalogu. |
Made in China 2025
(60) |
Fl-2015, il-GTĊ ippubblika l-istrateġija industrijali komprensiva fit-tul tiegħu magħrufa bħala Made in China 2025. (25) Din l-istrateġija stabbiliet stadji importanti għat-titjib tas-setturi tal-manifattura magħżula tal-pajjiż sal-2020 u l-2025 u tenniet l-intenzjoni tal-GTĊ li juża f’dan ir-rigward politiki ta’ appoġġ finanzjarju mtejba, inkluża d-direzzjoni tal-finanzjament permezz tal-banek tal-Istat (“SOBs”) għall-espansjoni barra mill-pajjiż tal-industrija tal-manifattura, kif ukoll għall-espansjoni tal-appoġġ fiskali u appoġġ ieħor għat-tassazzjoni. B’mod kruċjali, il-Made in China jiddikjara li “il-finanzjament [se jiġi] allokat lil proġetti i ma jistawx jiksbu finanzjament mis-suq u jeħtieġu appoġġ ċentrali.” Għalhekk, hemm appoġġ sostanzjali mill-gvern biex javvanza l-iżvilupp ta’ setturi identifikati tal-ekonomija permezz tad-direzzjoni tar-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika (26) |
(61) |
Made in China 2025 jidentifika wkoll speċifikament is-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni. Dan jiddikjara li l-GTĊ qed jippjana li “jaċċellera t-titjib fil-kwalità tal-prodott. Jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti industrijali, li jimmira lejn industriji ewlenin bħal... makkinarju tal-kostruzzjoni” (27). Hija tippjana wkoll li “tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp u l-industrijalizzazzjoni ta’ prodotti bħal... makkinarju intelliġenti tal-kostruzzjoni (28) ” u tinkoraġġixxi “l-iżvilupp ta’ livell għoli tal-katina tal-valur tal-industriji bħal [...] makkinarju tal-kostruzzjoni [...]” (29). |
(62) |
F’dan ir-rigward, permezz tal-programm Made in China 2025, il-GTĊ jappoġġa l-iżvilupp rapidu tal-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, filwaqt li jippromwovi wkoll ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-industrijalizzazzjoni tas-settur. |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin nazzjonali Ċiniż
(63) |
Minħabba n-natura tas-sistema ta’ ppjanar Ċiniża, il-pjanijiet ta’ livell ogħla – bħat-12, it-13 jew l-14-il Pjan nazzjonali ta’ Ħames Snin (“FYPs”) – għandhom jiġu segwiti u implimentati mill-awtoritajiet rilevanti kollha. Il-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu obbligi espliċiti f’dak ir-rigward, bħall-Artikolu LXV tal-14-il FYP nazzjonali (30), li skontu l-GTĊ “se jsaħħaħ l-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan u jistabbilixxi u jtejjeb il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni, l-assigurazzjoni tal-politika, u l-mekkaniżmi ta’ valutazzjoni u superviżjoni.” Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta’ livell aktar baxx “iridu joħolqu ambjent ta’ politika, ambjent istituzzjonali, u ambjent legali favorevoli. Il-pjanijiet annwali għandhom jimplimentaw l-għanijiet ta’ żvilupp u l-kompiti ewlenin proposti f’dan il-pjan.” (31) |
(64) |
B’mod kruċjali, il-GTĊ jimpenja ruħu b’mod inekwivoku li jipprovdi appoġġ finanzjarju, kif ukoll appoġġ fil-forma ta’ fatturi oħra ta’ produzzjoni – bħall-art – għal proġetti u setturi identifikati fil-Pjan: “ [a]ħna se naderixxu mal-prinċipju tal-pjan li jistabbilixxi d-direzzjoni, bl-infiq fiskali bħala garanzija, il-finanzi bħala appoġġ, u l-koordinazzjoni ma’ politiki oħra. […] Se nippersistu bil-għan li l-infiq fiskali pubbliku jobdi u jaqdi l-politika pubblika, isaħħaħ l-appoġġ finanzjarju għal kompiti strateġiċi nazzjonali ewlenin, isaħħaħ il-koordinazzjoni tal-pjanijiet finanzjarji ta’ nofs it-terminu u l-baġits annwali, il-pjanijiet ta’ investiment tal-gvern, u l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, u jagħti prijorità lill-fondi fiskali ċentrali għall-kompiti ewlenin u l-proġetti kbar ta’ inġinerija identifikati f’dan il-pjan. Se ninsistu li l-proġetti jsegwu l-pjan u l-fondi u l-fatturi tal-produzzjoni jsegwu l-proġetti, jiżviluppaw lista ta’ proġetti kbar ta’ inġinerija bbażata fuq dan il-pjan, jissimplifikaw il-proċeduri ta’ approvazzjoni għall-proġetti fil-lista, u jiżguraw li tingħata prijorità lill-ippjanar tal-għażla tas-siti, il-provvista tal-art, u l-ħtiġijiet kapitali. Il-ħtiġijiet tal-art għal proġetti individwali kbar ta’ inġinerija huma ggarantiti mill-Istat b’mod unifikat.” (32) |
(65) |
Fir-rigward tal-MAE u s-settur li jappartjeni għalih, il-pjan jirreferi għal makkinarju tal-kostruzzjoni jew makkinarju tal-inġinerija taħt il-Parti III “Aċċellerazzjoni tal-Iżvilupp ta’ Sistema Industrijali Moderna u l-Konsolidazzjoni u t-Tisħiħ tal-Fondazzjoni tal-Ekonomija Reali”, il-Kapitolu VIII “Implimentazzjoni fil-fond tal-istrateġija tal-manifattura ta’ pajjiż b’saħħtu”, it-Taqsima 3 dwar “Il-promozzjoni tal-ottimizzazzjoni u t-titjib tal-industrija tal-manifattura” . |
L-14-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ Ħames Snin għall-industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni
(66) |
Ir-RPĊ ippubblikat ukoll FYP speċifiku għall-makkinarju tal-kostruzzjoni. Is-CCMA nnifisha indikat li “fit-8 ta’Lulju, 2021, fdata mid-Dipartiment tal-Industrija tat-Tagħmir tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina ħarġet uffiċjalment l-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni” (33) . Dan il-Pjan jikkategorizza s-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni bħala “waħda mill-industriji pilastri importanti għall-kostruzzjoni tal-ekonomija nazzjonali.” L-industrija “se timplimenta bis-serjetà d-deċiżjonijiet u l-iskjeramenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit matul il-perjodu tat-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin” ” u “tippromwovi u timplimenta b’saħħa riformi strutturali min-naħa tal-provvista.” Dan l-FYP jikkonferma l-għanijiet tas-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni fil-qafas tal-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi. Id-direzzjoni minn fuq għal isfel mill-Istat Ċiniż hija ċara meta l-Pjan isostni, pereżempju li l- “(…) grad ta’ internazzjonalizzazzjoni, it-teknoloġija u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni, l-iskala u l-volum totali, il-kwalità u l-kwalità, il-kapaċitajiet komprensivi tal-katina tal-valur, u ħafna aspetti oħra tjiebu b’mod sinifikanti, u dan jagħti kontribut kbir għall-kostruzzjoni tal-ekonomija nazzjonali.” Il-pjan ma jħalli l-ebda lok għal żvilupp tas-suq ħieles, filwaqt li jistabbilixxi għanijiet ambjentali u tekniċi ċari għall-industrija: “[s]ar ħafna progress fl-aġġustament tal-istruttura tal-industrija. Il-kisbiet sinifikanti fl-innovazzjoni u l-iżvilupp, l-iżvilupp rapidu ta’ makkinarju intelliġenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir tekniku ewlieni (…), aktar titjib fil-kwalità, il-prestazzjoni u l-affidabbiltà u d-durabbiltà, l-applikazzjoni wiesgħa tal-Internet industrijali, ir-riżultati eċċellenti fl-iżvilupp ekoloġiku, il-progress solidu fl-istandardizzazzjoni, u l-istandards tal-grupp jenħtieġ li jiġu żviluppati fl-industrija.” |
(67) |
Il-pjan jagħti attenzjoni partikolari lill-innovazzjoni. L-14-il FYP għall-Makkinarju tal-Kostruzzjoni jenfasizza li, matul t-13-il FYP (2016-2020), l-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni implimentat fil-fond l-istrateġija ta’ żvilupp xprunata mill-innovazzjoni. L-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni “[k]ontinwament tagħmel skoperti ġodda fir-R&Ż u l-promozzjoni tal-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin ta’ prodotti ta’ livell għolji u intelliġenti. Dan jissodisfa bis-sħiħ il-ħtiġijiet ta’ proġetti ewlenin ta’ kostruzzjoni ekonomika nazzjonali, u tfaċċaw għadd kbir ta’ kisbiet fir-riċerka xjentifika. B’riżultat ta’ dan, saret forza mexxejja importanti għat-tkabbir kontinwu tal-industrija.” (34) |
(68) |
Fl-aħħar nett, il-pjan huwa orjentat lejn prodotti ta’ livell għoli – tema rikorrenti fis-sussidjar tal-MAE. Taħt l-intestatura “Proġett pilota ġdid ta’ innovazzjoni ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni ta’ teknoloġija ta’ livell għoli”, l-FYP jenfasizza li l-GTĊ “iħeġġeġ lill-intrapriżi biex jiffokaw fuq prodotti ta’ livell għoli.” Huwa jimmira wkoll lejn it-teknoloġiji bażiċi u t-teknoloġiji komuni ewlenin fil-qasam intelliġenti tal-makkinarju tal-kostruzzjoni ta’ livell għoli. (35) B’mod aktar speċifiku, il-pjan jirreferi għal “vettura għal xogħol mill-ajru” u “pjattaforma għal xogħol ta’ elevazzjoni” meta jiġi indirizzat “3. Enfasi fuq l-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni u komponenti ewlenin”. (36) |
(69) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-inputs għall-makkinarju tal-kostruzzjoni, l-14-il FYP għall-Makkinarju tal-Kostruzzjoni jinnota li “[g]ħad hemm ċertu lakuni, inklużi komponenti ewlenin tal-makkinarju tal-kostruzzjoni bħal komponenti idrawliċi ta’ livell għoli, komponenti ta’ trażmissjoni u magni.” Għandu l-għan li jtejjeb is-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni billi joħloq “sistema ta’ innovazzjoni kollaborattiva industrijali li tkopri t-tagħmir ewlieni tal-magni u l-komponenti ewlenin, taċċellera r-rivoluzzjoni u l-industrijalizzazzjoni tal-komponenti ewlenin u t-teknoloġiji ewlenin komuni, u tibni raggruppament industrijali ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni avvanzat ta’ klassi dinjija.” (37). |
3.3. Il-MAE bħala industrija mħeġġa
(70) |
Il-GTĊ iddikjara li l-MAE mhuwiex industrija mħeġġa peress li l-prodott mhuwiex elenkat fil-“Katalogu”, fl-14-il FYP għall-Makkinarju tal-Kostruzzjoni, jew fid-dokument “Made in China 2025”. |
(71) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-GTĊ qies li l-iskemi relatati mat-trattament preferenzjali ma għandhomx jiġu investigati minħabba n-nuqqas ta’ speċifiċità. Il-GTĊ osserva wkoll li l-fatt li wħud mill-industriji upstream u downstream jappartjenu għal industriji mħeġġa ma għandux impatt fuq l-istatus tal-industrija tal-MAE nnifisha u li l-iskemi relatati mal-forniment ta’ inputs għal remunerazzjoni inqas minn adegwata lanqas ma għandhom jiġu investigati. |
(72) |
Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-MAE huwa parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni li huwa stess huwa industrija mħeġġa kif imsemmi fid-Deċiżjoni Nru 40 (ara l-premessa (59), id-dokument Made in China 2025 (ara l-premessa (61) u fl-14-il FYP (ara l-premessa (65)). L-14-il FYP għall-Makkinarju tal-Kostruzzjoni (ara l-premessa (69)) jidentifika l-MAE bħala parti mis-settur b’taqsimiet relatati ma’ “vetturi għal xogħol mill-ajru” u “pjattaformi għal xogħol ta’ elevazzjoni”. |
(73) |
Hemm ukoll referenzi għall-fatt li l-MAE hija industrija mħeġġa f’diversi dokumenti fil-livell provinċjali u muniċipali. |
(74) |
L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Zhejiang dwar l-Iżvilupp tal-Manifattura ta’ Tagħmir ta’ Livell Għoli jidentifika “pjattaformi intelliġenti tax-xogħol fl-ajru” bħala parti mill-makkinarju tal-inġinerija. (38) |
(75) |
Il-Pjan ta’ Kostruzzjoni għat-trasformazzjoni industrijali u t-titjib taż-żona ta’ dimostrazzjoni f’Xuzhou, Jiangsu 2019-2025 (39) jipprevedi l-bini ta’ “ċentru tal-industrija tal-manifattura tat-tagħmir ta’ klassi dinjija” u “fokus fuq l-iżvilupp tal-industrija tal-makkinarju tal-inġinerija bl-irfigħ”. L-iżvilupp tar-raggruppament ta’ Xuzhou huwa kkonfermat ukoll minn stqarrijiet għall-istampa (40). Skont l-Artikolu, il-cluster tal-makkinarju tal-inġinerija ta’ Xuzhou, huwa wieħed mis-sitt clusters internazzjonali tal-manifattura avvanzata li fuqu l-provinċja ta’ Jiangsu ffukat li tibni matul l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, filwaqt li l-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Xuzhou u l-Gvern Muniċipali stabbilew makkinarju tal-kostruzzjoni bħala l-“industrija Nru 1” tal-belt u kkompilaw suċċessivament il-“Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni ta’ Xuzhou (2021-2030)” u “l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp tal-Innovazzjoni tal-Cluster tal-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni ta’ Xuzhou (2022–2025)” biex “jippromwovu l-iżvilupp innovattiv tal-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni tal-belt, ikomplu jespandu l-iskala tal-industrija, itejbu b’mod komprensiv il-kompetittività u l-influwenza tal-industrija, u jistabbilixxu għan ġdid għall-tiswir tal-cluster tal-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni ta’ Xuzhou fi cluster tal-manifattura avvanzat ta’ klassi dinjija”. |
(76) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-provinċja ta’ Hunan, ir-rapport ta’ ħidma tal-Muniċipalità ta’ Changsha 2024 (41) jipprevedi l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ promozzjoni tar-raggruppamenti tal-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, u l-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proġetti bħal Zoomlion Smart Industrial City, Sunny Science and Technology City, u Xingbang International Smart Manufacturing City. L-appoġġ tal-provinċja ta’ Hunan għall-industrija tal-MAE huwa kkonfermat ukoll minn stqarrijiet għall-istampa: “It-titjib tal-istabbiltà u t-tħaffif huwa mikrokożmu tat-trasformazzjoni u t-titjib sistematiċi tal-manifatturi tal-pjattaformi ta’ xogħol mill-ajru f’Hunan. Fil-preżent, Hunan qed tiffoka fuq din l-industrija vantaġġuża, billi ssaħħaħ ir-rikostruzzjoni tal-bażi industrijali u r-riċerka u l-iżvilupp ta’ tagħmir tekniku ewlieni. Ħafna kumpaniji tal-pjattaformi tax-xogħol fl-ajru qed jaħdmu lejn id-direzzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti ħfief, tagħbijiet kbar, konsum baxx tal-enerġija, kontroll preċiż u intelliġenti, u għamlu ċerti skoperti” (42) |
(77) |
Barra minn hekk, Zoomlion iffirma ftehim ta’ kooperazzjoni strateġika mal-Gvern Muniċipali ta’ Xiangtan, li jibbaża fuq il-vantaġġi ta’ Xiangtan f’azzar speċjali, f’materjali ġodda u f’oqsma oħra, biex jibni b’mod konġunt il-park industrijali ta’ appoġġ ta’ Zoomlion. (43) It-tieni produttur ta’ Hunan tal-MAE bbenefika mill-appoġġ finanzjarju ta’ SOE Hunan Chasing Financial Holding (44). Kemm il-Grupp Zoomlion kif ukoll Sinoboom huma produtturi esportaturi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni. |
(78) |
L-investigazzjoni żvelat li r-RPĊ tipprovdi appoġġ ewlieni lil intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida, settur li jinkludi l-MAE. Kif spjegat aktar fit-Taqsimiet 3.10.1 u 3.10.2, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kellhom ċertifikat għal intrapriża ġdida u ta’ teknoloġija avvanzata li jikkonferma li l-produtturi esportaturi tal-MAE jappartjenu għal industrija mħeġġa. |
(79) |
Fl-aħħar nett, kif indikat fil-premessa (57), is-CCMA għandha fl-istruttura tagħha fergħa separata ddedikata għall-MAE. |
(80) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-MAE, li huwa parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, huwa industrija mħeġġa. |
(81) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li d-dokumenti u l-pjanijiet ta’ politika deskritti mill-Kummissjoni fit-taqsimiet 3.2. u 3.3 kienu wesgħin wisq u rreferew għas-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni,“... għalhekk ma kellhomx l-ispeċifiċità meħtieġa biex juru intervent konkret mill-Istat fl-industrija tal-MAE”. |
(82) |
Barra minn hekk, il-GTĊ tenna l-argument tiegħu li l-fatt li l-MAE huwa parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni ma jimplikax awtomatikament li l-prodotti tal-MAE huma mħeġġa, anki jekk is-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni huwa elenkat bħala industrija mħeġġa. |
(83) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Intwera li l-MAE huwa parti mis-settur tal-makkinarju tal-kostruzzjoni u għalhekk huwa parti mill-industrija mħeġġa. Barra minn hekk, diversi dokumenti fil-livell provinċjali u muniċipali kkwotati fil-premessi (74) sa (77) għandhom referenzi diretti għal “pjattaformi tax-xogħol fl-ajru” jew “makkinarju tal-inġinerija bl-irfigħ”. Il-pjanijiet provinċjali u muniċipali jitqiesu bħala estensjonijiet tal-pjanijiet nazzjonali li jidderieġu l-implimentazzjoni tagħhom għal-livell subċentrali. Barra minn hekk, il-produtturi tal-MAE jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”) għall-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida kif deskritt fit-taqsima 3.3.1 hawn taħt. Jekk dawn il-kumpaniji jkunu eliġibbli għal dan it-tnaqqis, jitqiesu li huma attivi fl-Oqsma ta’ Teknoloġija Avvanzata appoġġati mill-Istat. |
3.4. Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u użu tal-fatti disponibbli
3.4.1. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-GTĊ
(84) |
Għalkemm il-GTĊ wieġeb għal ċerti talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni, kien hemm każijiet notevoli ta’ kooperazzjoni skarsa. Speċifikament, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju lill-gvern, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni essenzjali relatata mat-tħejjija, il-monitoraġġ, u l-implimentazzjoni ta’ diversi skemi. Dawn l-elementi kritiċi kollha ġew dokumentati bir-reqqa fl-ittra dwar l-Artikolu 28 mibgħuta lill-GTĊ. Il-GTĊ wieġeb b’kummenti, li l-Kummissjoni indirizzat fit-taqsimiet hawn taħt. |
3.4.2. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku rigward is-self preferenzjali
(85) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa mill-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina b’mod effettiv u għall-konvenjenza amministrattiva, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja li kienet ipprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji fil-kampjun. |
(86) |
Il-GTĊ ikkunsidra li t-talba tal-Kummissjoni lill-GTĊ biex jibgħat il-kwestjonarju speċifiku kisret l-Artikoli 12.1 u 12.9 tal-Ftehim SCM. Huwa qies li l-obbligu li titwettaq l-investigazzjoni u li tinġabar informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji huwa tal-awtorità investigattiva u ma tistax titlob lill-GTĊ biex jibgħat il-kwestjonarji lill-istituzzjonijiet finanzjarji fuq preżunzjoni li dawn l-entitajiet huma korpi pubbliċi. Huwa argumenta li dan l-approċċ preżunt huwa inkonsistenti mal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni diġà kellha aċċess għal-lista ta’ banek kummerċjali tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u setgħet tibgħat il-kwestjonarji direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji involuti. |
(87) |
Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma ġewx innotifikati kif suppost bl-informazzjoni meħtieġa minnhom, ma ngħatawx 30 jum biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba u lanqas ma ngħataw biżżejjed opportunità biex jipprovdu l-informazzjoni rilevanti bil-miktub skont it-tifsira tal-Artikolu 12.1 tal-Ftehim SCM. Barra minn hekk, il-GTĊ ikkunsidra wkoll li l-membri tal-persunal ta’ dawk il-banek kummerċjali mhumiex permessi jiżvelaw sigrieti tal-Istat jew sigrieti kummerċjali li saru jafu bihom matul l-impjieg tagħhom skont l-Artikolu 53 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali, u għalhekk ma jistgħux jirrispondu għall-kwestjonarju. |
(88) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tifhem li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Barra minn hekk, filwaqt li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma assumiet li l-entitajiet huma korpi pubbliċi, hija kkunsidrat li l-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux proprjetà tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Amministrazzjoni Regolatorja Finanzjarja Nazzjonali (“NFRA”, National Financial Regulatory Administration), li ħadet post il-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (“CBIRC”, China Banking and Insurance Regulatory Commission) (45) fl-2023. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-Kummissjoni setgħet ikkuntattjat direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati huwa irrilevanti. Il-forma u l-modalitajiet għall-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa jibqgħu fid-diskrezzjoni tal-awtorità investigattiva (46). Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-GTĊ kien bagħat il-kwestjonarju lil ċerti banek f’investigazzjonijiet preċedenti (47) mingħajr ma ddubita l-approċċ meħud mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni mitluba u l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talba għal kjarifika jew talba għal estensjoni tal-iskadenza mill-ebda istituzzjoni finanzjarja. |
(89) |
Il-Kummissjoni ma indirizzatx il-kwestjonarju tagħha lill-persunal tal-istituzzjonijiet finanzjarji iżda lill-istituzzjonijiet infushom. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li ċerta informazzjoni tista’ titqies bħala sigriet statali jew kummerċjali huwa irrilevanti fil-qafas ta’ proċediment antisussidji minħabba t-trattament ta’ kunfidenzjalità mogħti lil kwalunkwe informazzjoni sottomessa meqjusa kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-produtturi fil-kampjun intalbu jipprovdu awtorizzazzjoni bankarja li tagħti permess espliċitu lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jirrieżaminaw id-dokumenti kollha (48) li jappartjenu għas-self ipprovdut minn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Xi wħud mill-gruppi fil-kampjun ipprovdew l-awtorizzazzjoni mitluba għal ċerti tipi ta’ self. |
(90) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija jista’ jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li ma kienet irċeviet l-ebda tweġiba mill-banek Ċiniżi li kienu pprovdew self preferenzjali lill-produtturi fil-kampjun. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma l-affermazzjonijiet magħmula mill-GTĊ relatati, fost l-oħrajn, mal-affidabbiltà tal-kreditu u l-għoti ta’ self jew strumenti oħra ta’ finanzjament li minnhom kienu bbenefikaw il-produtturi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-banek ikkomunikata mill-produtturi fil-kampjun kif ukoll naqas milli juri u jissostanzja l-mekkaniżmu ta’ formazzjoni tar-rata prima tas-self kif spjegat fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. |
(91) |
Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-GTĊ issottometta kummenti dwar l-ittra tal-Kummissjoni bid-data l-15 ta’ Jannar 2025 li fihom jindika l-intenzjoni tiegħu li japplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku (“l-Ittra dwar l-Artikolu 28”). |
(92) |
Bħala tweġiba għat-talba biex jintbagħat l-Appendiċi A lill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-GTĊ sostna li jeħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza direttament it-talbiet tagħha għall-informazzjoni lill-entitajiet rilevanti. Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma entitajiet ekonomiċi indipendenti, mhux affiljati mal-GTĊ. Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-Appendiċi A jitlob informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva għan-negozju. |
(93) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tifhem li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat (kemm jekk ikunu kumpaniji jew istituzzjonijiet pubbliċi/finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew maġġoritarju. Tabilħaqq, skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi tal-Istat tal-Impriżi (49), l-aġenziji tas-superviżjoni u tal-amministrazzjoni tal-assi tal-Istat stabbiliti mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat u l-gvernijiet tal-poplu lokali jwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-kontributur tal-kapital ta’ intrapriża b’investiment mill-Istat f’isem il-gvern. Dawn l-aġenziji huma għalhekk intitolati li jirċievu redditu fuq l-assi, jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet maġġuri u jagħżlu persunal maniġerjali ta’ intrapriżi b’investiment mill-Istat. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17 tal-Liġi msemmija aktar ’il fuq dwar l-Assi tal-Istat, l-intrapriżi b’investiment mill-Istat għandhom jaċċettaw l-amministrazzjoni u s-superviżjoni mill-gvernijiet u d-dipartimenti u l-aġenziji governattivi rilevanti, jaċċettaw is-superviżjoni pubblika, u jkunu responsabbli lill-kontributuri kapitali. |
(94) |
Barra minn hekk, il-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux proprjetà tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-awtorità regolatorja bankarja Ċiniża. Pereżempju, skont l-Artikoli 33 u 36 tal-Liġi dwar is-Superviżjoni Bankarja (50), l-NFRA għandha l-awtorità li tesiġi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ jippreżentaw informazzjoni, bħal rapporti finanzjarji, rapporti statistiċi u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju u l-ġestjoni. L-NFRA tista’ wkoll tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-pubbliku. |
(95) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sempliċiment jibgħat il-kwestjonarji speċifiċi (l-Appendiċi A) lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti u jipprovdi lill-Kummissjoni bil-prova li l-GTĊ ittrasferixxa l-kwestjonarji speċifiċi msemmija hawn fuq. L-Appendiċijiet kien fihom informazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni rigward l-iskadenzi għas-sottomissjoni u l-metodi ta’ sottomissjoni kif ukoll it-trattament ta’ data mhux kunfidenzjali. Il-GTĊ taċ-Ċina sempliċiment naqas milli jibgħat dawn il-kwestjonarji. |
(96) |
B’mod parallel, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex juri s-sistema u l-mekkaniżmu applikabbli li jwasslu għall-formazzjoni tar-rata prima tas-self (“LPR”) sabiex jivvaluta l-kwalità u t-trasparenza tar-rata użata mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi biex jagħtu self lis-settur tal-MAE. Il-GTĊ irrifjuta li juri tali mekkaniżmu. Il-GTĊ iddikjara li spjega l-mekkaniżmu ta’ formazzjoni tar-Rata Prima tas-Self. |
(97) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti bla bażi. Il-Kummissjoni ripetutament staqsiet mistoqsijiet speċifiċi ċari u rilevanti li għalihom il-GTĊ irrifjuta li jipprovdi informazzjoni pertinenti. Il-GTĊ ma pprovdiex evidenza jew ma weriex il-mekkaniżmu ta’ formazzjoni tal-LPR la fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u lanqas matul il-verifika fuq il-post, u b’hekk ipprevjena l-konferma ta’ kif jiġi stabbilit. |
(98) |
Fin-nuqqas tal-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kellha tiddependi fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-finanzjament preferenzjali. |
(99) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME tenniet il-pożizzjoni tal-GTĊ li l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku ma għandhiex tiġi derivata mir-rifjut tal-GTĊ li jiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni, li għandha tintalab mill-Kummissjoni waħedha minn partijiet oħra tal-investigazzjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ġenerali ma kkontestatx l-osservazzjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni li saru fil-premessi (93) sa (95). Għalhekk, id-deċiżjoni li wieħed jibbaża fuq il-fatti disponibbli fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali ġiet ikkonfermata. |
3.4.3. Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-għotjiet / assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni / drittijiet tal-użu tal-art / elettriku / appoġġ għall-introjtu / materjali ta’ input
(100) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ fl-Ittra tal-Artikolu 28 li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal ċerti skemi ta’ sussidju investigati bħal għotjiet, assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, u l-forniment ta’ użu tal-art. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li jista’ jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz tal-iskemi ta’ hawn fuq. |
(101) |
Fir-rigward tal-għotjiet, il-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza li huwa kkuntattja lill-gvernijiet subċentrali biex jitlob informazzjoni dwar l-għotjiet ipprovduti lill-produtturi fil-kampjun. Għalhekk, huwa ma rrapporta l-ebda għotja riċevuta mill-produtturi tal-MAE fil-kampjun u lanqas ma pprovda informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà jew il-bażi legali tagħhom. |
(102) |
Fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li Sinosure kienet fil-fatt l-unika istituzzjoni finanzjarja li pprovdiet it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Appendiċi A. Madankollu, din it-tweġiba kienet defiċjenti f’ħafna aspetti kruċjali:
|
(103) |
Dawk id-dokumenti u l-informazzjoni kollha lanqas ma ġew ipprovduti mill-GTĊ għalkemm intalbu mill-Kummissjoni matul iż-żjara ta’ verifika. |
(104) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprova li l-informazzjoni mhux ipprovduta kienet informazzjoni meħtieġa u kkontestat l-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1). F’dan ir-rigward hija rreferiet għar-rapporti tal-Bord u tal-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti — Supercalendered Paper (51) li kkonkludew li l-awtorità investigattiva “l-ewwel kellha tistabbilixxi li l-informazzjoni li ġiet skoperta kienet informazzjoni meħtieġa biex titlesta determinazzjoni dwar is-sussidjar tal-prodott li qed jiġi investigat” u li “ma tistax sempliċiment tiddeduċi, mingħajr kjarifika ulterjuri, li l-informazzjoni nieqsa hija “meħtieġa” skont it-tifsira tal-Artikolu 12.7” . Il-GTĊ argumenta wkoll li kien ipprovda ħafna materjali rigward il-programm tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u li l-informazzjoni rreġistrata kienet biżżejjed għall-fini ta’ investigazzjoni. |
(105) |
Il-Kummissjoni tinnota li informazzjoni għandha titqies bħala “neċessarja” fis-sens tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku jekk tkun tali li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi konstatazzjonijiet xierqa f’investigazzjoni antisussidji. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni mitluba kienet meħtieġa f’dan ir-rigward, speċjalment biex tivvaluta jekk Sinosure kinitx qed taġixxi bħala korp pubbliku, kinitx taħt il-kontroll tal-gvern, kinitx qed taġixxi skont il-prinċipji tas-suq jew jekk kinitx qed tagħmel profitt. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-informazzjoni limitata pprovduta mill-GTĊ u d-dikjarazzjonijiet li saru fil-kwestjonarju tiegħu ma setgħux jiġu vverifikati skont evidenza valida ta’ sostenn wara li l-GTĊ irrifjuta li jipprovdi d-dokumenti jew l-evidenza sottostanti mitluba, li wassal għall-applikazzjoni ġustifikata tal-fatti disponibbli f’dan ir-rigward. Fuq din il-bażi, dawn l-argumenti ġew miċħuda. |
(106) |
Fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-akkwist tal-art mill-produtturi/esportaturi tal-MAE. Il-GTĊ ma setax jispjega kif f’xi ċirkostanzi l-kumpaniji setgħu jirċievu art mingħajr ħlas. Il-GTĊ naqas milli jipprovdi data dwar parametri referenzjarji possibbli fir-rigward tal-forniment tad-drittijiet tal-użu tal-art. |
(107) |
Fir-rigward tal-elettriku, l-appoġġ għall-introjtu u l-materjali tal-input, il-Kummissjoni ma rċevietx diversi dokumenti u informazzjoni mitluba. Dawn id-dokumenti huma elenkati fl-ittra tal-Artikolu 28 mibgħuta lill-GTĊ (52). Madankollu, kif imsemmi fit-Taqsima 3.11, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar il-kumpens ta’ dawn il-programmi. |
(108) |
Fit-tweġiba għall-Ittra dwar l-Artikolu 28 tal-Kummissjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli. |
(109) |
Il-GTĊ ma kkummentax dwar in-nuqqasijiet li jiġu pprovduti d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba dwar l-għotjiet u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. |
(110) |
Dwar id-drittijiet tal-użu tal-art, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni talbet dokumenti u informazzjoni li ma kinux jeżistu. |
(111) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni setgħet taċċerta ruħha matul iż-żjara ta’ verifika mal-GTĊ li hija konxja bis-sħiħ mit-tranżazzjonijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art u tista’ turi l-prezz imħallas għad-dritt tal-użu tal-art akkwistat minn produttur esportatur fil-kampjun. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tal-GTĊ, l-investigazzjoni żvelat li dawn id-dokumenti jeżistu u kienu disponibbli għall-GTĊ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tiddeduċi dan mill-fatt li l-GTĊ seta’ jaċċessa d-dettalji tat-tranżazzjonijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art (inklużi l-pubblikazzjoni tat-tħabbir u l-prezz tat-tranżazzjoni) permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet (53) matul iż-żjara ta’ verifika filwaqt li tali informazzjoni ma kinitx ġiet ipprovduta bħala parti mit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qieset li l-GTĊ ma aġixxiex bl-aħjar mod possibbli meta indirizza t-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni u dokumenti. |
(112) |
Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni mill-GTĊ dwar l-elementi elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet l-informazzjoni meħtieġa rilevanti għall-investigazzjoni u li kellha tiddependi fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar l-għotjiet, l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-għoti ta’ dritt għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. |
3.5. Sussidji u programmi ta’ sussidju li għalihom il-Kummissjoni tagħmel sejbiet fl-investigazzjoni kurrenti
(113) |
Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fil-Memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, fin-Notifika ta’ Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni, ġew investigati s-sussidji li ġejjin mill-GTĊ:
|
3.6. Finanzjament preferenzjali
3.6.1. Istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament preferenzjali
(114) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 24 istituzzjoni finanzjarja li jinsabu fir-RPĊ kienu pprovdewlhom finanzjament. Minn dawn l-24 istituzzjoni finanzjarja, 20 kienu proprjetà tal-Istat. Il-bqija tal-istituzzjonijiet finanzjarji kienu jew ta’ proprjetà privata jew inkella l-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk kinux proprjetà tal-Istat jew proprjetà privata. L-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji, kemm jekk kompletament jew parzjalment proprjetà tal-Istat, ma lestiet il-kwestjonarju speċifiku minkejja talba li saret lill-GTĊ li kopriet l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li kienu pprovdew self lill-kumpaniji fil-kampjun. |
(115) |
Kif imsemmi fil-premessa (86), il-GTĊ ma bagħatx il-kwestjonarji lill-istituzzjonijiet finanzjarji u ma pprovdiex informazzjoni dwar is-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew self lill-kumpaniji fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina jekk l-erba’ istituzzjonijiet finanzjarji li jifdal kinux proprjetà tal-Istat jew proprjetà privata. |
3.6.1.1.
Standard legali
(116) |
Il-Kummissjoni vverifikat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. Skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO (54), korp pubbliku huwa entità li “tippossjedi, teżerċita jew hija vestita b’awtorità governattiva”. Trid issir inkjesta ta’ korp pubbliku każ b’każ, filwaqt li jitqiesu kif xieraq “il-karatteristiċi u l-funzjonijiet ewlenin tal-entità rilevanti”, “ir-relazzjoni mal-gvern” ta’ dik l-entità, u “l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fil-pajjiż li fih topera l-entità investigata”. Skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ, l-evidenza rilevanti tista’ tinkludi: (i) evidenza li “entità, fil-fatt, teżerċita funzjonijiet governattivi”, speċjalment fejn tali evidenza “tindika prattika sostnuta u sistematika”; (ii) evidenza dwar “l-ambitu u l-kontenut tal-politiki tal-gvern relatati mas-settur li fih topera l-entità investigata”; u (iii) evidenza li gvern jeżerċita “kontroll sinifikattiv fuq entità u fuq l-imġiba tagħha”. Meta twettaq inkjesta tal-korp pubbliku, awtorità investigattiva trid “tevalwa u tagħti kunsiderazzjoni xierqa lill-karatteristiċi rilevanti kollha tal-entità” u teżamina t-tipi kollha ta’ evidenza li jistgħu jkunu pertinenti għal dik l-evalwazzjoni; meta tagħmel dan, jenħtieġ li tevita “li tiffoka esklużivament jew bla bżonn fuq kwalunkwe karatteristika waħda mingħajr ma tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti”. |
(117) |
B’mod partikolari, il-ġurisprudenza tad-WTO speċifikat li (55): “Li jgħodd huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif din l-awtorità tkun inkisbet. Hemm ħafna modi differenti ta’ kif il-gvern fis-sens ristrett jista’ jipprovdi lill-entitajiet b’awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. Evidenza li entità qiegħda, fil-fatt, teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hi għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari meta din l-evidenza tindika prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta’ awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens ristrett x’aktarx ma jkunx biżżejjed sabiex jiġi stabbilit il-pussess meħtieġ ta’ awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta’ entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ dik l-entità, u ferm anqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f’xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll kien eżerċitat b’mod sinifikanti, tali evidenza tista’ tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva.” |
(118) |
Sabiex entità tiġi kkaratterizzata b’mod xieraq bħala korp pubbliku f’każ partikolari, jista’ jkun rilevanti li jiġi kkunsidrat “jekk il-funzjonijiet jew l-imġiba [tal-entità] humiex ta’ tip li normalment huma kklassifikati bħala governattivi fl-ordni legali tal-Membru rilevanti” (56), u l-klassifikazzjoni u l-funzjonijiet tal-entitajiet fi ħdan il-Membri tad-WTO b’mod ġenerali. Għalhekk, jekk il-funzjonijiet jew l-imġiba tkunx ta’ tip li normalment ikun ikklassifikat bħala governattiv fl-ordni ġuridiku tal-Membru rilevanti jista’ jkun kunsiderazzjoni rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk entità speċifika tkunx korp pubbliku jew le. |
(119) |
Hemm ħafna modi differenti ta’ kif il-gvern fis-sens ristrett jista’ jipprovdi lill-entitajiet b’awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. Evidenza li entità qiegħda, fil-fatt, teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hi għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari meta din l-evidenza tindika prattika sostnuta u sistematika. |
(120) |
Evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikattiv fuq entità u fuq l-imġiba tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti jkollha awtorità governattiva u teżerċita din l-awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Tabilħaqq, is-sjieda tal-gvern ta’ entità, filwaqt li mhijiex kriterju deċiżiv, tista’ sservi, flimkien ma’ elementi oħra, bħala evidenza. Madankollu, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens ristrett x’aktarx li ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta’ entità minnu nnifsu ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikattiv fuq l-imġiba ta’ dik l-entità, u ferm anqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f’xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma bosta, u jkun hemm ukoll evidenza li dan il-kontroll ikun ġie eżerċitat b’mod sinifikattiv, din l-evidenza tista’ tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qed teżerċita awtorità governattiva. |
(121) |
Il-fokus ċentrali ta’ inkjesta ta’ korp pubbliku ma huwiex jekk l-imġiba li allegatament twassal għal kontribuzzjoni finanzjarja hijiex konnessa b’mod loġiku ma’ “funzjoni tal-gvern” identifikata. F’dan ir-rigward, l-istandard legali għad-determinazzjonijiet tal-korpi pubbliċi skont l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM ma jistipulax konnessjoni ta’ grad jew ta’ natura partikolari li trid bilfors tkun stabbilita bejn funzjoni tal-gvern identifikata u l-kontribuzzjoni finanzjarja partikolari inkwistjoni. Minflok, l-inkjesta rilevanti tiddependi fuq il-fatt li l-entità li tkun involuta f’dik l-imġiba, il-karatteristiċi ewlenin tagħha, u r-relazzjoni tagħha mal-gvern. Din l-enfasi fuq l-entità, għall-kuntrarju tal-imġiba allegata li twassal għal kontribuzzjoni finanzjarja, tikkorrispondi għall-fatt li “gvern” (fis-sens ristrett) u “korp pubbliku” jaqsmu “livell ta’ komunalità jew ta’ trikkib fil-karatteristiċi essenzjali tagħhom” – jiġifieri t-tnejn huma “governattivi” fin-natura tagħhom. |
(122) |
In-natura tal-imġiba jew tal-prattika ta’ entità tista’ ċertament tikkostitwixxi evidenza rilevanti għal inkjesta tal-korp pubbliku. Tabilħaqq, l-imġiba ta’ entità – b’mod partikolari meta tindika “prattika mtennija u sistematika” – hija wieħed mid-diversi tipi ta’ evidenza li, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull investigazzjoni, jistgħu jitfgħu dawl fuq il-karatteristiċi ewlenin ta’ entità u fuq ir-relazzjoni tagħha mal-gvern fis-sens ristrett. Madankollu, il-valutazzjoni ta’ din l-evidenza għandha l-għan li twieġeb il-mistoqsija ċentrali ta’ jekk l-entità nfisha għandhiex il-karatteristiċi u l-funzjonijiet ewlenin li kieku jikkwalifikawha bħala korp pubbliku. Pereżempju, rilevanti għall-valutazzjoni dwar jekk entità hijiex korp pubbliku fil-kuntest ta’ banek kummerċjali Ċiniżi proprjetà tal-Istat (“SOCBs”, State-owned commercial banks) f’DS379 kienet ukoll informazzjoni li wriet li: (i) “[i]l-kap eżekuttiv tal-uffiċċji prinċipali tal-SOCBs huwa maħtur mill-gvern u s-[CCP] iżomm influwenza sinifikanti fl-għażla tagħhom”; u (ii) l-SOCBs “għad għandhom nuqqas ta’ ħiliet ta’ ġestjoni tar-riskju u analitiċi suffiċjenti”. Din l-evidenza ma kinitx limitata għall-attività ta’ self tal-SOCBs per se, iżda pjuttost kienet dwar il-karatteristiċi organizzazzjonali tagħhom, il-ktajjen tal-awtorità tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u r-relazzjoni ġenerali mal-GTĊ. Għalhekk, il-Korp tal-Appell tad-WTO (“AB”) fid-DS379 innota li, filwaqt li d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (“USDOC”, United States Department of Commerce) qies l-evidenza relatata mal-imġiba tal-SOCBs [“li jagħmlu self”], huwa għamel dan fil-qafas tal-inkjesta tiegħu dwar il-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk l-entitajiet u r-relazzjoni tagħhom mal-GTĊ. Dawn l-SOCBs eżerċitaw funzjonijiet governattivi f’isem il-Gvern Ċiniż. |
(123) |
Barra minn hekk, l-AB ta wkoll importanza għall-fatt li l-gvern inkwistjoni naqas milli jikkoopera matul l-investigazzjoni. Tabilħaqq, f’DS379, l-AB ikkonferma d-determinazzjoni tal-USDOC li l-SOCBs fl-investigazzjoni dwar il-Karta CFS kienu jikkostitwixxu “korpi pubbliċi” fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: (i) kważi s-sjieda sħiħa mill-Istat tas-settur bankarju fiċ-Ċina; (ii) l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja Kummerċjali, li jiddikjara li l-banek huma meħtieġa “jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-bżonnijiet tal-ekonomija nazzjonali u tal-iżvilupp soċjali u taħt il-gwida ta’ politiki industrijali tal-Istat” ; (iii) evidenza rreġistrata li tindika li l-SOCBs għadhom neqsin minn ġestjoni tar-riskju u minn ħiliet analitiċi adegwati; u (iv) il-fatt li “matul [dik] l-investigazzjoni, il- [USDOC] ma rċiviex l-evidenza neċessarja sabiex jiddokumenta b’mod komprensiv il-proċess li bih intalab, ingħata u ġie evalwat is-self lill-industrija tal-karti” (57). |
(124) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-banek tal-Istat għandhomx, jeżerċitawx jew ingħatawx awtorità governattiva, il-Kummissjoni tat kunsiderazzjoni xierqa lill-karatteristiċi u l-funzjonijiet ewlenin tal-banek, ir-relazzjoni tagħhom mal-gvern, u l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fil-pajjiż li fiha topera l-entità investigata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b’mod sinifikanti vis-à-vis il-qafas normattiv li huwa fis-seħħ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli minħabba r-rifjut tal-GTĊ li jibgħat il-kwestjonarji rilevanti lill-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati u jipprovdi evidenza dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li kien wassal għas-self preferenzjali, kif stabbilit fit-taqsima 3.4.2. |
3.6.1.2.
(125) |
Is-settur bankarju Ċiniż huwa ddominat minn Banek tal-Istat, abbażi tal-funzjonijiet primarji speċifiċi tagħhom tipikament imsejħa SOCBs jew banek tal-politika tal-Istat (ara l-premessi (52) u (113)). |
(126) |
Peress li l-Istat iżomm kontroll fuq il-banek tal-Istat permezz ta’ diversi kanali – minbarra l-parteċipazzjoni azzjonarja, jiżgura wkoll il-preżenza ta’ strutturi tal-Partit u l-influwenza tagħhom fl-istituzzjonijiet finanzjarji u jagħti mandat għal ċerti tipi ta’ mġiba kummerċjali tal-banek permezz ta’ miżuri regolatorji (ara t-Taqsima 3.6.1.4) –, huwa f’pożizzjoni li jagħmel użu mir-riżorsi tas-settur finanzjarju biex jilħaq l-objettivi ta’ politika tiegħu (ara wkoll il-premessi (142) sa (144), inkluż l-għan ġenerali li “jippromwovi l-iżvilupp tal-ekonomija tas-suq soċjalista” , kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Liġi Bankarja (ara t-Taqsima 3.6.1.4 għal analiżi aktar dettaljata tal-Liġi Bankarja). |
(127) |
B’dan il-mod, il-funzjonijiet ewlenin tal-istituzzjonijiet bankarji, b’mod partikolari l-politiki ta’ self tagħhom huma mfassla biex jaqdu skopijiet politiċi, il-prestazzjoni ekonomika tal-banek hija subordinata għar-rekwiżiti tal-politiki industrijali tal-GTĊ. Il-qafas legali applikabbli u l-istruttura istituzzjonali jiżguraw f’dan ir-rigward li kull meta l-GTĊ jidentifika prijoritajiet ekonomiċi, pereżempju l-iżvilupp tas-settur tal-MAE, il-fondi meħtieġa jiġu mgħoddija bħala prijorità lejn proġetti korrispondenti permezz tas-settur finanzjarju. Konsegwentement, il-banek tal-Istat effettivament iwettqu funzjonijiet tal-gvern, sa fejn il-persunal maniġerjali ewlieni tagħhom ikun meħtieġ li jkun affiljat mas-CCP — u, għalhekk, primarjament leali lejn il-Parti — u l-attivitajiet kummerċjali ewlenin tagħhom iridu jitwettqu b’kunsiderazzjoni xierqa għall-objettivi ta’ politika stabbiliti mill-awtoritajiet tal-gvern. |
3.6.1.3.
(128) |
Kif indikat fil-premessa (86), il-GTĊ irrifjuta li jibgħat il-kwestjonarji lill-banek fuq il-bażi li din it-talba kisret il-Ftehim SCM billi talbet b’mod mhux xieraq informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, ikklassifikathom ħażin bħala korpi pubbliċi, naqset milli tinnotifikahom kif suppost, u injorat it-tħassib dwar il-kunfidenzjalità skont il-liġi Ċiniża. |
(129) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ċċarat l-intitolament tagħha li titlob data mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, inklużi entitajiet tal-Istat, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet Ċiniżi, u kkonfermat li kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali se tiġi ġestita f’konformità mal-protokolli ta’ kunfidenzjalità rilevanti. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità ġie rrinunzjat, kif muri mill-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-kumpaniji fil-kampjun, li rrinunzjaw b’mod espliċitu għall-privileġġi ta’ kunfidenzjalità tagħhom. |
(130) |
Konsegwentement, u kif stabbilit fil-premessa (128), l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, li pprovdiet self lill-kumpaniji fil-kampjun, ma wieġbet għall-kwestjonarju speċifiku. Il-lista ta’ banek tinkludi: Il-Bank Agrikolu taċ-Ċina, il-Bank of Beijing (58), il-Bank of China, il-Bank of Communications Co. Ltd, il-Bank of Ningbo, iċ-China Construction Bank Corporation, iċ-China Industrial Bank Co. Ltd, iċ-China Merchants Bank, iċ-China Minsheng Bank (59), l-Export-Import Bank of China (il-Bank EXIM), il-Bank Industrijali u Kummerċjali (ICBC), il-Ping An Bank (60), ix-Shanghai Pudong Development Bank Co. Ltd, iċ-China Postal Savings Bank Co. Ltd., Bank of Changsha, il-Bank of Hunan, iċ-China Bohai Bank, iċ-China Development Bank, iċ-China Guangfa Bank, il-Commercial Bank of China, il-Hongkong and Shanghai Banking Corporation (HSBC), il-Huxia Bank, is-City Bank (iċ-Ċina). |
(131) |
Il-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni la dwar is-sjieda tal-banek, u lanqas dwar l-istruttura ta’ governanza tagħhom, il-valutazzjoni tar-riskju jew eżempji relatati ma’ self speċifiku lill-industrija tal-MAE. |
(132) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli biex tiddetermina jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi. |
(133) |
F’investigazzjoni antisussidji preċedenti (61) , il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek li kienu pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun fl-investigazzjoni kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat. Peress li l-banek ma weġbux għall-kwestjonarju speċifiku, il-Kummissjoni użat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħas-sit web tal-bank, ir-rapporti annwali, l-informazzjoni disponibbli fid-direttorji bankarji jew fuq l-internet. F’konformità mas-sejbiet ta’ dawn l-investigazzjonijiet tal-passat, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (62) kkonferma li l-Istat jiddomina s-settur bankarju (63) billi jżomm ishma ta’ kontroll fil-banek kummerċjali kollha tal-Istat, kif ukoll billi jkun l-azzjonist maġġoritarju f’għadd ta’ banek kummerċjali b’ishma konġunti, jew permezz ta’ investiment dirett minn Huijin Ċentrali jew indirettament permezz ta’ entitajiet legali oħra tal-Istat. Il-premessa (130) telenka dawk l-entitajiet bankarji rrapportati mill-produtturi esportaturi li fihom l-Istat għandu maġġoranza tal-ishma u fin-nuqqas ta’ bidliet minn investigazzjonijiet simili reċenti (64), tqies li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat kollha li pprovdew finanzjament lill-produtturi esportaturi fil-kampjun bħala parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat. |
(134) |
Fir-rigward tal-indizji formali tal-kontroll tal-gvern tal-banek tal-Istat, il-Kummissjoni kkwalifikathom bħala “istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin”. B’mod partikolari, l-avviż “Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f’Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” (65) jiddikjara li: ‘‘L-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin tal-Istat imsemmija f’dawn ir-Regolamenti jirreferu għal banek tal-politika tal-Istat, banek kummerċjali, kumpaniji tal-ġestjoni tal-assi finanzjarji, kumpaniji tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. (minn hawn ’il quddiem imsejħa istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat), li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bordijiet ta’ superviżuri”. |
(135) |
Il-Bord tas-Superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin jinħatar skont ir-“Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin”. Abbażi tal-Artikoli 3 u 5 ta’ dawn ir-Regolamenti Interim, il-Kummissjoni stabbiliet li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri huma mibgħuta minn u responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat, u b’hekk juru l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-bank tal-Istat li kkoopera. |
(136) |
Fir-rigward tal-SOCBs, il-Kummissjoni osservat li s-sitt l-akbar banek kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tat-termini tas-settur finanzjarju Ċiniż tal-assi totali sa tmiem l-2022 (66). Mill-inqas tnejn minn dawn is-sitt SOCBs, jiġifieri ICBC u ABC, huma fost l-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni (ara l-premessa (130)). L-Istat għandu sehem maġġoritarju kemm fl-ICBC (67) kif ukoll fl-ABC (68). Minbarra li jikkontrolla l-akbar sitt SOCBs, l-Istat iżomm ishma sinifikanti f’numru ta’ SOCBs oħra, li fihom l-involviment tiegħu spiss ikun indirett, eż. permezz ta’ SOEs. Responsabbli għal madwar 20 % tal-assi totali tas-settur bankarju Ċiniż fl-2021, bosta minn dawn l-SOCBs, bħax-Shanghai Pudong Development Bank, iċ-China Everbright Bank, il-Ping An Bank, iċ-China Minsheng Bank, huma fost l-istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun fl-investigazzjoni preżenti (ara l-premessa (130) għal lista sħiħa), bi grad differenti ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat, li jvarja minn madwar 3 % fil-każ taċ-China Minsheng Bank (69) għal aktar minn 80 % għaċ-China Everbright Bank (70). |
(137) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat biddlu l-Artikoli ta’ Assoċjazzjonijiet tagħhom fl-2017 biex iżidu r-rwol tas-CCP fl-ogħla livell ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-banek (71). |
(138) |
Dan l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ġdid jistipula li:
|
(139) |
Il-premessa (53) tipprovdi eżempji speċifiċi ta’ dawn il-bidliet fl-Istatut tal-Assoċjazzjoni fir-rigward tal-ICBC u l-ABC. |
3.6.1.4.
(140) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, fir-rigward tas-self u l-valutazzjoni tal-politiki tar-riskju tagħhom, fejn ipprovdew self lill-industrija tal-MAE. F’dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati d-dokumenti regolatorji li ġejjin:
|
(141) |
Filwaqt li analizzat dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ joperaw fi ħdan qafas legali li jidderiġihom biex jallinjaw mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ, li jinkludu l-iżvilupp tas-settur tal-MAE. Rikonoxxut bħala parti mill-industrija tal-makkinarju tal-kostruzzjoni, il-MAE huwa enfasizzat fi pjanijiet nazzjonali u reġjonali ewlenin, inkluż Made in China 2025, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Makkinarju tal-Kostruzzjoni, u diversi strateġiji ta’ żvilupp provinċjali u muniċipali f’Zhejiang, Jiangsu, u Hunan. Dawn il-politiki jippromwovu l-appoġġ finanzjarju, l-inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp, u l-clusters industrijali, filwaqt li jħeġġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprijoritizzaw il-finanzjament għall-kumpaniji f’dan is-settur. |
(142) |
Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li “il-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta’ self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”. Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja jiddikjara li, “il-banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu operazzjonijiet ta’ negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom jassumu b’mod indipendenti responsabbiltà ċivili bil-proprjetà kollha tagħhom bħala persuna ġuridika” , l-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja huwa applikat soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri meta l-Istat jistabbilixxi politika pubblika, il-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. |
(143) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jistabbilixxi li “F’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li jippromwovu t-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma”. |
(144) |
Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu speċifikament lill-proġetti “mħeġġa”. Kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 3.3 u b’mod aktar speċifiku fil-premessi (72)–(80), il-proġetti tal-industrija tal-MAE jappartjenu għall-kategorija “mħeġġa”. Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk tikkonferma sejbiet preċedenti fir-rigward tal-Liġi Bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-NFRA għandha awtorità tal-approvazzjoni estensiva fuq l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u bi sjieda barranija), bħal (72):
|
(145) |
Il-liġi Bankarja hija legalment vinkolanti. In-natura obbligatorja tal-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u tad-Deċiżjoni Nru 40 ġiet stabbilita hawn fuq fit-Taqsima 3.6.1.4. In-natura obbligatorja tad-dokumenti regolatorji tal-NFRA tirriżulta mis-setgħat tagħha bħala awtorità regolatorja bankarja. In-natura obbligatorja ta’ dokumenti oħrajn tidher permezz tal-klawżoli ta’ superviżjoni u evalwazzjoni li fihom. |
(146) |
Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss għal proġetti ta’ investiment li jappartjenu għall-kategorija mħeġġa u twiegħed l-implimentazzjoni “ta’ politiki preferenzjali oħra għal proġetti li jappartjenu għall-kategorija tal-industriji mħeġġa” . Fuq din il-bażi, il-banek huma meħtieġa li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industrija BEV bħala industrija mħeġġa. |
(147) |
Barra minn hekk, anke deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Fil-fatt, wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji. F’dan ir-rigward, il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tas-CBIRC għas-snin mill-2020 sal-2022 jagħti struzzjonijiet sabiex “ikompli jiġi implimentat l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz tar-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju” . Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “se nbiddlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit f’governanza korporattiva, aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-kwistjonijiet operattivi u ta’ ġestjoni prinċipali jridu l-ewwel ikunu ġew diskussi mill-Kumitat tal-partit qabel ma tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.” |
(148) |
Barra minn hekk, il-GTĊ reċentement stipula li anke l-azzjonisti tal-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġ li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kontroll tal-GTĊ permezz tal-qafas ta’ governanza korporattiva tal-istituzzjoni, kif ġej: “Azzjonisti kbar ta’ banek u istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni għandhom jappoġġaw banek u istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni fl-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza korporattiva indipendenti u soda b’kontrolli u bilanċi effettivi, u jinkoraġġixxu u jappoġġaw banek u istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni sabiex jiżguraw l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit mal-governanza korporattiva” (73). |
(149) |
Fl-aħħar nett, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-NFRA għall-banek kummerċjali issa, b’mod partikolari, iqisu kif l-istituzzjonijiet finanzjarji “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “iservu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (74). |
(150) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri tal-bank tal-Istat li kkoopera, maħtura mill-GTĊ u miżmuma responsabbli quddiem il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ qagħad fuq dan il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-MAE. Il-funzjonijiet ewlenin tal-bank tal-Istat huma relatati mal-kompiti speċifiċi assenjati mill-GTĊ permezz ta’ dan il-qafas normattiv, li jwassal biex isir l-għodda tal-GTĊ biex iwettaq funzjonijiet tal-gvern. |
(151) |
Matul l-investigazzjoni, il-GTĊ irrefera għall-interpretazzjoni tal-NPC tal-Liġi Bankarja u l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja billi sostna li l-banek kummerċjali fiċ-Ċina kienu qed joperaw bħala entitajiet legali indipendenti li “jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess”, “mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu” u li “l-ebda entità jew individwu ma jista’ jġiegħel lil bank kummerċjali jagħti self jew jipprovdi garanzija” . |
(152) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (145) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-Liġi Ċiniża dwar il-Banek u d-Deċiżjoni Nru 40 huma ta’ natura obbligatorja. Barra minn hekk, is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, kif ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess programm ta’ sussidju (75) ma appoġġawx l-affermazzjoni li l-banek ma jqisux il-politika u l-pjanijiet tal-gvern meta jieħdu deċiżjonijiet dwar is-self. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li l-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn self preferenzjali b’rati tal-imgħax taħt is-suq. |
(153) |
L-investigazzjoni ddeterminat ukoll li l-Artikolu 4 japplika biss sakemm jallinja mal-Artikolu 33. Dan ifisser li filwaqt li l-banek jistgħu joperaw taħt il-qafas legali ġenerali tagħhom, huma jridu jikkonformaw mal-politiki tal-istat meta jiġu diretti. Fil-fatt, filwaqt li l-Artikoli 4 tal-Liġi Bankarja huma parti mill-Kapitolu I, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali, l-Artikolu 33 huwa parti mill-Kapitolu IV, li jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jirregolaw is-self. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 33: “il-banek kummerċjali jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”, juri li din id-dispożizzjoni ma hijiex ta’ natura ta’ gwida, iżda pjuttost għandha karattru obbligatorju u tipprovdi struzzjoni ċara lill-banek biex iqisu l-politiki industrijali tal-Istat meta jwettqu n-negozju tas-self tagħhom. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss għal proġetti mħeġġa u twiegħed l-implimentazzjoni ta’ “politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti mħeġġa”. Filwaqt li l-Artikolu 17 tal-istess Deċiżjoni jirrikjedi li l-banek jirrispettaw il-prinċipji ta’ kreditu, il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek ma kinux qed jirrispettaw il-prinċipji ta’ kreditu matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet dokumenti ta’ sostenn li juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu qed jirrispettaw tali prinċipji. Il-GTĊ u l-istituzzjonijiet finanzjarji ma pprovdewx tali informazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kellha tagħmel tali valutazzjoni abbażi tal-fatti disponibbli. Fatti bħal dawn urew li ngħata self lill-produtturi esportaturi irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom. Din is-sejba mhijiex ġdida u diġà saret f’investigazzjonijiet preċedenti (76) fejn il-Kummissjoni preċedentement uriet li l-Artikolu 17 ma jissarrafx b’mod effettiv fi prinċipju ta’ kreditu għall-industriji mħeġġa. Matul l-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi konformità minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni, li tkompli ssaħħaħ it-tħassib dwar it-trasparenza u l-aderenza ma’ proċeduri xierqa ta’ valutazzjoni tal-kreditu. |
(154) |
Fl-aħħar nett, kif innotat fil-premessi (137) u (138) hawn fuq, il-fatt li l-kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin kollha tal-bank jiġu rieżaminati mill-Parti, li huwa inkorporat bir-reqqa fl-istruttura tal-governanza korporattiva tal-banek, u l-fatt li l-prestazzjoni tal-banek tiġi evalwata f’konformità mal-isforzi tagħhom biex jaqdu intrapriżi strateġiċi u emerġenti bħall-industrija tal-MAE, juri wkoll in-natura stretta u vinkolanti tal-qafas regolatorju fuq l-operazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji. |
(155) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja, għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (142) sa (150), flimkien mal-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħha peress li fil-prattika l-banek tal-Istat ma kinux qed jaġixxu abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju bir-reqqa bbażati fuq is-suq. |
(156) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li s-self ġie pprovdut lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rata Prima tas-Self (“LPR”), kif imħabbar miċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Finanzjament Interbankarju (NIFC). L-LPR ġie introdott fl-20 ta’ Awwissu 2019, u jissostitwixxi r-rata normattiva preċedenti tal-bank ċentrali tal-PBOC (77). L-għoti ta’ finanzjament b’rati taħt jew qrib ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju tal-pajjiż fis-suq interbankarju juri biċ-ċar li r-riskju ma ġiex ikkunsidrat b’mod adegwat. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli u b’hekk ikkonkludiet li s-self ingħata irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu reali tal-kumpaniji, kif stabbilit fit-taqsima 3.6.3 hawn taħt. Għalhekk, is-self ingħata taħt ir-rati tas-suq meta mqabbla mar-rata li tikkorrespondi għall-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
(157) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv fir-rigward tas-self lill-industriji mħeġġa li kellu jiġi rispettat mill-maniġers u mis-superviżuri tal-bank, li huma maħtura mill-GTĊ u miżmuma responsabbli quddiem il-GTĊ. Dan il-qafas normattiv ma kien iħalli l-ebda marġni ta’ manuvrar lill-maniġers u lis-superviżuri tal-bank dwar jekk kellhomx isegwu dan il-qafas jew le fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, li għalhekk kien ipoġġi l-ġestjoni ta’ dan il-bank f’pożizzjoni ta’ dipendenza. |
(158) |
Għalhekk, il-GTĊ qagħad fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-MAE. |
(159) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta ta’ valutazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali applikabbli għas-self lil industriji mħeġġa bħall-industrija tal-MAE flimkien mal-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera u stabbiliet li l-bank ma kienx qed jaġixxi abbażi ta’ valutazzjonijiet bir-reqqa tar-riskju ta’ kreditu bbażati fuq is-suq. |
(160) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (152), ġie pprovdut self lit-tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-Rata Prima tas-Self, irrispettivament mill-qagħda finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tagħhom. Għalhekk, meta jitqies il-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun deskritt fit-Taqsima 3.6.4.3 hawn taħt u li, skont l-analiżi tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni, ċerti produtturi esportaturi fil-kampjun kellhom jirċievu klassifikazzjoni tal-kreditu BB u B oħra u għalhekk kellhom iħallsu rati tal-imgħax ferm ogħla mir-rata mingħajr riskju, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-self inkwistjoni ġie pprovdut taħt ir-rati tas-suq. |
(161) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tal-politiki ta’ self tiegħu u l-valutazzjoni tar-riskju li jikkonċerna l-industrija tal-MAE. |
(162) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Artikolu 4 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali mhuwiex subordinat għall-Artikolu 34 u li l-Artikolu 34 ma jridx jikkontradixxi d-dispożizzjoni tal-Artikolu 4 dwar l-indipendenza tal-banek. Hiuwa sostna wkoll li l-liġi Bankarja ma timponi l-ebda konsegwenza punittiva għall-banek li jonqsu milli jikkonformaw mal-Artikolu 34. Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self ma setax iservi bħala bażi biex jiddikjara li l-GTĊ jirrikjedi li l-banek kummerċjali jipprovdu self preferenzjali li jindika rieżami tar-Regoli Ġenerali dwar is-self. Il-GTĊ żied ukoll li d-Deċiżjoni Nru 40 ma tapplikax għall-industrija tal-MAE peress li l-proġetti mħeġġa biss kif spjegat fil-Katalogu jistgħu jitqiesu bħala mħeġġa. |
(163) |
Il-Kummissjoni rreferiet, għal darb’oħra, għar-rapport tal-AB kif previst fil-premessa (123) li kkonferma li l-banek huma meħtieġa “jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat” u nnotat li l-allegat nuqqas ta’ konsegwenzi punittivi kien irrilevanti meta jitqies li s-settur bankarju Ċiniż huwa fil-biċċa l-kbira proprjetà tal-Istat, li d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali, kwistjonijiet mhux ikkontestati minn xi parti interessata. F’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 15 tar-Regoli ġenerali dwar is-self, il-Kummissjoni nnotat li l-GTĊ ma pprovdiex evidenza ta’ tali rieżami u li l-liġi nnifisha ma kinitx ġiet emendata jew imħassra fejn dan l-Artikolu għadu japplika, kif indikat fil-kumment tiegħu għad-divulgazzjoni definittiva mill-GTĊ innifsu. Il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-premessa (59) fejn kienet ikkonkludiet li s-settur tal-MAE kien parti mis-settur tal-“Makkinarju tal-kostruzzjoni kbir” elenkat fil-Katalogu, li kkonferma li l-MAE kien settur imħeġġeġ. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.6.1.5.
(164) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek tal-Istat implimentaw il-qafas legali stabbilit hawn fuq fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-MAE. Għalhekk, huwa kien qed jaġixxi bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. |
(165) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma kellhomx jitqiesu bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbiliet fuq il-bażi tal-istess informazzjoni li kienu jitqiesu inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fit-Taqsima 3.6.2 hawn taħt. Għalhekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tkun attribwita lill-GTĊ. |
3.6.2. Istituzzjonijiet finanzjarji privati inkarigati jew mogħtija direzzjoni mill-GTĊ
(166) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji privati li ġejjin li joperaw fiċ-Ċina kienu pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni inkwistjoni, Citibank (China) Co., Ltd., China Bohai bank, China Mingsheng bank u HSBS bank. |
(167) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti (78), f’konformità mal-analiżi korrispondenti pprovduta fil-premessi (140) sa (161) tqies li dawn il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu qed joperaw taħt is-superviżjoni tal-NFRA (li tissostitwixxi s-CBRC) u ġew fdati jew diretti mill-GTĊ. Billi ma ngħatat l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni sostniet l-istess konklużjoni fl-investigazzjoni preżenti. |
(168) |
Il-Kummissjoni analizzat jekk dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha kinux ġew inkarigati jew ordnati mill-GTĊ biex jagħtu sussidji lis-settur tal-MAE skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(169) |
Skont il-Korp tal-Appell tad-WTO, “inkarigu” jseħħ meta gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (79). Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala indikatur biex jagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja u “fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta’ korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta’ theddida jew inċitament” (80). Fl-istess ħin, l-Artikolu 3(1)(a) (iv) ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kompensatorji għall-prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu” (81) jew meta l-intervent tal-gvern “jista’ jkollu jew ma jkollux riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali partikolari u l-eżerċitar tal-għażla ħielsa mill-atturi f’dak is-suq”’ (82). Minflok, l-inkarigu jew d-direzzjoni jimplikaw “rwol iżjed attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment’ (83). |
(170) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-qafas normattiv li jikkonċerna l-industrija msemmija hawn fuq fil-premessi minn (142) sa (147) japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati. Biex turi dan, il-Liġi Bankarja u d-diversi ordnijiet tal-NFRA (li qabel kienet is-CBIRC) ikopru l-banek kollha ffinanzjati miċ-Ċina u b’investiment barrani taħt il-ġestjoni tal-NFRA. |
(171) |
Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-kuntratti ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati kellhom kundizzjonijiet simili bħall-kuntratti mal-banek tal-Istat, u r-rati ta’ self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili għar-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat. Dan juri li kundizzjonijiet ta’ self preferenzjali de facto jingħataw minn dawk il-banek f’konformità mal-kontroll tal-GTĊ fuq is-settur bankarju. |
(172) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni diverġenti riċevuta mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-MAE, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tal-NFRA ġew fdati jew ordnati mill-Istat fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) (iv) tar-Regolament bażiku biex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-MAE (84), għalhekk, funzjonijiet li mhumiex differenti mill-funzjonijiet li normalment jitwettqu mill-gvernijiet. |
3.6.3. Klassifikazzjonijiet tal-kreditu
(173) |
F’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni diġà ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli, abbażi ta’ studju ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (85) , li juri diskrepanza bejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu internazzjonali u Ċiniżi. Tabilħaqq, skont l-FMI, ’il fuq minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati minn AA sa AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Dan mhuwiex komparabbli ma’ swieq oħra, bħall-UE jew l-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”). Pereżempju, anqas minn 2 % tad-ditti jgawdu minn dawn il-klassifikazzjonijiet tal-ogħla livell fis-suq tal-Istati Uniti. B’hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniżi jxaqilbu b’mod qawwi lejn l-ogħla tarf tal-iskala ta’ klassifikazzjoni. Huma għandhom skali ta’ klassifikazzjoni wiesgħa ħafna u għandhom tendenza li jiġbru flimkien bonds b’riskji ta’ inadempjenza differenti b’mod sinifikanti f’kategorija waħda wiesgħa ta’ klassifikazzjoni (86). Skont l-għarfien tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021 minn Bloomberg (87) , ħames aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali Ċiniżi jiddominaw is-suq tal-bonds: China Chengxin, Dagong, Lianhe, Shanghai Brilliance, u Golden credit rating, u madwar 90 % tal-bonds huma kklassifikati AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Madankollu, ħafna mill-emittenti rċevew klassifikazzjoni tal-emittent globali ta’ S&P aktar baxxa ta’ A u BBB (88) . |
(174) |
Barra minn hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni barranin, bħal Standard u Poor’s and Moody’s, tipikament japplikaw żieda fuq il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-linja bażi tal-emittent abbażi ta’ stima tal-importanza strateġika tad-ditta għall-Gvern Ċiniż u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita meta jikklassifikaw bonds Ċiniżi maħruġa barra l-pajjiż (89). |
(175) |
Biex tikkomplementa din l-analiżi, każijiet preċedenti wrew li l-GTĊ jista’ jeżerċita ċerta influwenza fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (90) . |
(176) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ f’każijiet preċedenti, kien hemm 14-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq tal-bonds taċ-Ċina, inklużi 12-il aġenzija tal-klassifikazzjoni domestika. It-tieni, ma hemmx dħul liberu fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa essenzjalment suq magħluq, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission, CSRC) jew mill-PBOC qabel ma jkunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom (91) . Il-PBOC ħabbar f’nofs l-2017 li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni barranin se jkunu permessi jwettqu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq parti mis-suq tal-bonds domestiku, taħt ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, dawn l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jsegwu l-iskali ta’ klassifikazzjoni Ċiniżi u, b’hekk, ma humiex eżattament komparabbli mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali, kif spjegat fil-premessa (174). |
(177) |
Riċerka tal-2021 minn Allianz Global Investors tikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni, u tiddikjara li “s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fuq l-art taċ-Ċina hija differenti mill-konvenzjonijiet internazzjonali ta’ klassifikazzjoni. Pereżempju, bonds onshore ikklassifikati AA+ tipikament jiġu kklassifikati bħala ta’ “rendiment għoli” fuq skala internazzjonali” (92) . |
(178) |
Fl-aħħar nett, l-OECD indikat fl-2022 li “in-nuqqasijiet fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inklużi klassifikazzjonijiet minfuħa u sistemi ta’ twissija dgħajfa jfixklu l-iżvilupp b’saħħtu tas-suq tal-bonds”. (93) . |
(179) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li (94) s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża ma tistax titqies li hija mmexxija biss mill-forzi tas-suq u li topera fuq bażi distorta. |
(180) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi minn (173) sa (178) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi ma jipprovdu l-ebda stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti. Dawk il-klassifikazzjonijiet kienu distorti wkoll mill-objettivi ta’ politika li jħeġġu industriji strateġiċi ewlenin, bħall-industrija tal-MAE. |
(181) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża hija affidabbli u li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-kumpaniji jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid. Huwa argumenta wkoll li l-Kummissjoni kienet ivvalutat b’mod arbitrarju l-kumpaniji fil-kampjun mingħajr l-għarfien u ċ-ċertifikati meħtieġa u mingħajr fehim komprensiv tal-operat tal-kumpaniji fil-kampjun. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li s-sjieda tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni li joperaw fis-suq Ċiniż hija aktar varjata bi preżenza dejjem akbar ta’ aġenziji internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħal S&P jew Moody’s China Limited li twassal għall-ottimizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni. |
(182) |
Il-Kummissjoni qieset li ma vvalutatx il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji fil-kampjun b’mod arbitrarju. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni aġixxiet bi trasparenza sħiħa u bbażat fuq firxa ta’ indikaturi finanzjarji biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji fil-kampjun. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-evoluzzjoni tal-istruttura tas-suq fir-RPĊ ma kellhiex impatt fuq in-nuqqasijiet relatati mas-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif deskritt fil-premessi (173) sa (180). Fuq din il-bażi, dawn l-argumenti ġew miċħuda. |
(183) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-eżistenza ta’ 14-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu inklużi żewġ aġenziji barranin għamlet is-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu robust u indipendenti. Hija żiedet li l-użu ta’ kategoriji differenti ta’ klassifikazzjoni mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali Ċiniżi ma jikkontestax l-indipendenza tal-formaturi u l-awtentiċità tar-riżultati tal-klassifikazzjoni. Hija argumentat ukoll li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li s-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taċ-Ċina huwa “magħluq” hija bbażata fuq evidenza skaduta u interpretata ħażin, b’mod partikolari s-CCCME qieset li r-rwol tas-CSRC u tal-PBOC fir-regolamentazzjoni tal-kwalifika tal-istituzzjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kien meħtieġ biex jiġi żgurat li tali aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollhom l-għarfien espert meħtieġ u rreferew għat-titjib regolatorju rikonoxxut fir-rapport tal-OECD imsemmi fil-premessa (178). |
(184) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Filwaqt li l-Kummissjoni ma tikkontestax li ċerti aġenziji barranin qed joperaw fis-suq Ċiniż, hija qieset li tali aġenziji barranin jirrappreżentaw biss “frazzjoni żgħira tal-klassifikazzjonijiet imwettqa fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu” u “jsegwu l-istess skali ta’ klassifikazzjoni bħall-aġenziji Ċiniżi u li japplikaw żieda fil-klassifikazzjoni tagħhom f’termini tal-importanza strateġika tal-kumpaniji għall-GTĊ u l-garanziji impliċiti tal-Istat” (95), fejn ma jistgħux jitqiesu indipendenti. Barra minn hekk, fir-rigward tan-natura allegatament skaduta tal-evidenza pprovduta mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME għażlet b’mod selettiv l-eqdem biċċiet ta’ evidenza ppreżentati mill-Kummissjoni, u injorat diversi referenzi mis-snin 2021–2022 użati fil-premessi (177) sa (178), kif ukoll ir-referenza għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li nħareġ f’April 2024 (ara l-premessa (179)), ħafna wara li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu barranin saru attivi fir-RPĊ. Dawn ir-referenzi juru b’mod ċar li s-sitwazzjoni tas-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma nbidlitx b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mar-rwol tas-CSRC u l-PBOC, il-Kummissjoni ma kkontestatx ir-rapport tal-OECD u li r-rwol ta’ tali entitajiet jinkludi l-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Madankollu, deher li r-rwol tal-PBOC ma kienx limitat għal tali valutazzjoni, iżda kien jinkludi wkoll “is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mal-pajjiż kollu” skont l-Artikolu 3 tal-Miżuri Interim għall-Amministrazzjoni tal-Industrija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu ppubblikati b’mod konġunt mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (l-Ordni [2019] Nru 5). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.6.4. Finanzjament preferenzjali: self
3.6.4.1.
Self għal żmien qasir u fit-tul
(185) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpaniji fl-erba’ gruppi kollha fil-kampjun użaw self fuq terminu qasir u twil biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom. Dan is-self intuża prinċipalment għal operazzjonijiet ta’ kuljum, ħtiġijiet ta’ kapital operatorju, għal proġetti u investimenti speċjali. Wieħed mill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun uża wkoll krediti għall-esportazzjoni fit-tul. |
3.6.4.2.
(186) |
Kif intwera fil-premessi (142) sa (147), diversi dokumenti legali, li huma mmirati speċifikament lejn kumpaniji fis-settur tal-MAE, jidderieġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-MAE. Dawn id-dokumenti juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss finanzjament preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji jew kumpaniji, li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. Il-Kummissjoni qieset li r-referenza għall-industrija tal-MAE hija ċara biżżejjed peress li din l-industrija hija identifikata jew b’isimha jew b’referenza għall-prodott li timmanifattura jew il-grupp tal-industrija li tappartjeni għalih. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefika minn self ipprovdut miċ-China Development Bank, li jappoġġa “proġetti f’setturi ewlenin rikonoxxuti mill-Istat”. Għalhekk, il-fatt li l-GTĊ jappoġġa grupp limitat ta’ industriji mħeġġa, li jinkludi l-industrija tal-MAE, jagħmel dan is-sussidju speċifiku. |
3.6.4.3.
(187) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli abbażi tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija ħallset fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija kienet tħallas għal self kummerċjali komparabbli, li l-kumpanija setgħet tikseb fis-suq. |
(188) |
Kif spjegat fit-Taqsimiet 3.6.1 u 3.6.2 hawn fuq, is-self ipprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern u ma jirriflettix rati li normalment jinstabu f’suq li jiffunzjona. |
(189) |
Il-gruppi ta’ kumpaniji inkluż fil-kampjun kienu differenti f’termini tal-qagħda finanzjarja ġenerali tagħhom. Kull wieħed minnhom ibbenefika minn tipi differenti ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’varjanzi fir-rigward tal-maturità, il-kollateral, il-garanziji u kundizzjonijiet oħrajn. Għal dawk iż-żewġ raġunijiet, kull kumpanija kellha rata tal-imgħax medja bbażata fuq is-sett ta’ self tagħha stess li rċeviet. |
(190) |
Il-Kummissjoni vvalutat individwalment il-qagħda finanzjarja ta’ kull grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sabiex tirrifletti dawn il-partikolaritajiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija tal-kalkolu għall-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self stabbilita fl-investigazzjoni antisussidji dwar il-fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġina mir-RPĊ, kif ukoll l-investigazzjoni antisussidji dwar prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali li joriġinaw mir-RPĊ, l-investigazzjonijiet antisussidji fuq tajers li joriġinaw mir-RPĊ, ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-RPĊ, kejbils tal-fibra ottika li joriġinaw mir-RPĊ u vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-RPĊ (96), kif spjegat fil-premessi ta’ hawn taħt. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju mill-finanzjament preferenzjali permezz ta’ prattiki ta’ self għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi individwali u allokat tali benefiċċju għall-prodott li qed jiġi investigat. |
(1) Il-grupp Sinoboom
(191) |
Kif imsemmi fil-premessa (90), l-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self Ċiniżi ma ssottomettew l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju li setgħet tiċċara l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja mwettqa. Għalhekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-Grupp Sinoboom kinux fil-livell tas-suq. |
(192) |
Sinoboom Group irrapporta sitwazzjoni finanzjarja profittabbli b’marġni ta’ profitt ta’ 12 % skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu stess għas-sena finanzjarja 2023. |
(193) |
Sinoboom Group uża dejn fuq terminu qasir u twil biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni vvalutat il-likwidità b’terminu qasir u s-sitwazzjoni ta’ solvenza fit-tul tal-grupp. |
(194) |
Fir-rigward tal-likwidità fuq terminu qasir, il-grupp ippreżenta proporzjon kurrenti medju ta’ 1,44 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm l-assi kurrenti tal-kumpanija jaqgħu f’firxa aċċettabbli, mhumiex partikolarment b’saħħithom. Dan jindika li filwaqt li l-kumpanija tista’ teknikament tissodisfa l-obbligi tagħha fuq terminu qasir, il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha hija biss marġinalment adegwata. Fil-każ ta’ pressjonijiet finanzjarji mhux mistennija, il-kumpanija tista’ tbati biex iżżomm l-operazzjonijiet mingħajr ma tillikwida l-assi jew tieħu dejn addizzjonali. Pożizzjoni ta’ likwidità aktar robusta tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fid-dawl tal-volatilità tas-suq jew avvenimenti mhux previsti. |
(195) |
F’termini ta’ solvenza, il-proporzjon ta’ dejn-ekwità tal-kumpanija ta’ 1,98 juri dipendenza serja fuq id-dejn. Il-kumpanija tiddependi kważi d-doppju fuq fondi mislufa milli tiddependi fuq l-ekwità tagħha stess, li jindika riskju finanzjarju sinifikanti. Tali ingranaġġ għoli jagħmel lill-kumpanija vulnerabbli għal rati tal-imgħax jew tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li qed jiżdied, peress li l-kapaċità tagħha li tħallas id-dejn tista’ tkun taħt pressjoni. Id-dipendenza fuq il-finanzjament tad-dejn iżżid ir-riskju ta’ insolvenza, speċjalment jekk it-tkabbir tad-dħul jew il-profittabbiltà jonqsu. Dan l-ingranaġġ huwa tħassib serju li jista’ jipperikola s-saħħa finanzjarja tal-kumpanija. |
(196) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB. Skont id-definizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard &Poor’s, debitur ikklassifikat bħala “BB”, xorta għandu l-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu taħt kundizzjonijiet stabbli. Madankollu, kundizzjonijiet ta’ negozju, finanzjarji jew ekonomiċi avversi jistgħu jnaqqsu l-kapaċità jew ir-rieda tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Dan il-parametru referenzjarju huwa għalhekk meqjus xieraq biex jirrifletti l-livelli għoljin ta’ dejn u d-dipendenza qawwija fuq l-ingranaġġ tal-grupp. |
(197) |
Il-premium mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni BB imbagħad ġie applikat għar-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self kif imħabbar mill-NIFC sabiex tiġi determinata r-rata tas-suq. |
(198) |
Dak il-marġni kummerċjali ġie determinat billi ġiet ikkalkolata l-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US AA għal bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US BB abbażi ta’ data ta’ Bloomberg għal segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Normattiva tas-Self ippubblikata mill-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, mar-Rata Prima tas-Self ippubblikata min-NIFC, fid-data meta ngħata s-self u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Din saret individwalment għal kull self u lokazzjoni finanzjarja pprovduti lill-kumpanija. |
(2) Il-grupp Zoomlion
(199) |
Il-Kummissjoni nnotat li Zoomlion Group ingħata klassifikazzjoni B mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Fitch fl-2021. Il-Kummissjoni qablet ma’ din il-klassifikazzjoni peress li tallinja mal-profil finanzjarju tal-kumpanija kif ivvalutat abbażi tar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(200) |
Peress li l-istituzzjonijiet mutwanti ma pprovdew l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju li tispjega l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, biex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lil Zoomlion Group kinux fil-livell tas-suq. |
(201) |
Zoomlion Group ippreżenta ruħu f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli b’marġni ta’ profitt ta’ madwar 8 % skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu stess għas-sena 2023. Il-profittabbiltà ta’ Zoomlion hija raġonevoli iżda pjuttost modesta meta mqabbla mal-medja tal-kumpaniji fis-settur u tista’ tillimita l-kapaċità tagħha li tinvesti mill-ġdid u timmaniġġja l-fluttwazzjonijiet ekonomiċi. |
(202) |
Il-grupp uża dejn għal żmien qasir u fit-tul sabiex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni vvalutat il-likwidità b’terminu qasir u s-sitwazzjoni ta’ solvenza fit-tul tal-kumpanija. |
(203) |
Fir-rigward tal-likwidità b’terminu qasir, il-Kummissjoni użat il-proporzjon attwali. Dan il-proporzjon ikejjel il-kapaċità tal-kumpanija li tħallas obbligi b’terminu qasir, inkluż dejn b’terminu qasir. |
(204) |
Il-proporzjon attwali tal-kumpanija kien ta’ 1,17 fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan jissuġġerixxi li l-likwidità tiegħu hija adegwata iżda prekarja, peress li l-proporzjon huwa biss ftit ogħla mil-limitu aċċettabbli. Dan juri wkoll li filwaqt li l-kumpanija tista’ tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha fuq terminu qasir bl-assi kurrenti tagħha, kwalunkwe żieda mhux mistennija fl-obbligazzjonijiet jew tnaqqis fil-konverżjoni tal-assi jistgħu joħolqu sfidi. Fid-dawl ta’ dan l-indikatur tal-likwidità fuq terminu qasir, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija inkwistjoni ppreżentat pożizzjoni fraġli ta’ likwidità fuq terminu qasir. |
(205) |
Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tar-riskju tas-solvenza fit-tul fuq il-proporzjon tad-dejn. Dan il-proporzjon ikejjel il-kapaċità tal-kumpanija li tissodisfa l-obbligi tad-dejn fit-tul. Jintuża minn selliefa u investituri tal-bonds meta tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpanija. |
(206) |
Il-proporzjon tad-dejn ikejjel l-ammont ta’ obbligazzjonijiet, b’mod partikolari d-dejn fit-tul. Il-proporzjon tal-kumpanija ta’ 1,93 jiżvela dipendenza qawwija fuq id-dejn għall-finanzjament, li jżid b’mod sinifikanti r-riskju finanzjarju. Ingranaġġ għoli jfisser li l-kumpanija hija esposta għal diffikultajiet biex tissodisfa l-obbligi tad-dejn, b’mod partikolari matul perjodi ta’ dħul imnaqqas jew rati tal-imgħax li qed jogħlew. Din id-dipendenza fuq id-dejn tenfasizza l-ħtieġa għal struttura kapitali aktar ibbilanċjata. |
(207) |
L-effiċjenza tal-kumpanija fl-użu tal-assi tagħha ma tappoġġax klassifikazzjoni tal-kreditu għolja. Proporzjon tal-fatturat tal-assi ta’ 0,3 jindika li l-kumpanija tiġġenera biss ¥0,30 fi dħul għal kull ¥1 ta’ assi, li jirrifletti prestazzjoni insuffiċjenti fl-ingranaġġ tar-riżorsi. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-assi (ROA) ta’ 2,77 % huwa baxx, li jissuġġerixxi li l-kumpanija mhijiex qed tikseb valur sinifikanti mill-investimenti tagħha. Dawn il-metriċi jindikaw ineffiċjenzi fil-ġestjoni tal-assi li jfixklu l-kapaċità tal-kumpanija li tiġġenera dħul u profitt. |
(208) |
Għalhekk, meta wieħed iqis il-kwistjonijiet ta’ likwidità, solvenza u effiċjenza deskritti fil-premessi (202) sa (207), il-Kummissjoni qieset li l-kumpanija ma kinitx f’sitwazzjoni finanzjarja solida u ppreżentat profil ta’ riskju għoli għas-selliefa u l-investituri potenzjali. |
(209) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni B, li ma tikkwalifikax bħala “grad ta’ investiment”. |
(210) |
Abbażi tad-data disponibbli għall-pubbliku dwar Bloomberg, il-Kummissjoni użat bħala punt ta’ riferiment il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti bi klassifikazzjoni B, li ġie applikat għar-Rata Referenzjarja tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self kif imħabbar mill-NIFC (97) sabiex tiġi ddeterminata r-rata tas-suq. |
(211) |
Dak il-marġni kummerċjali ġie determinat billi ġiet ikkalkolata l-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US AA għal bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US B abbażi ta’ data ta’ Bloomberg għal segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Referenzjarja tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 mal-Rata Prima tas-Self ippubblikata mill-NIFC, fid-data meta ngħata s-self (98) u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Din saret individwalment għal kull self ipprovdut lill-grupp ta’ kumpaniji. |
(212) |
Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati B f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ntużaw sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq. |
(213) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Zoomlion group sostna li l-analiżi tal-proporzjonijiet finanzjarji ma ġġustifikatx klassifikazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn dik ta’ kumpaniji bħal Dingli group u Sinoboom group. Wara analiżi komparattiva bir-reqqa tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji differenti fil-kampjun, il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha fuq il-bażi li l-grupp Zoomlion fil-biċċa l-kbira kellu prestazzjoni baxxa meta mqabbel mal-kumpaniji l-oħra fil-kampjun. |
(3) Il-Grupp Dingli
(214) |
Kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (90) l-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self Ċiniżi ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Għalhekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-grupp Dingli kinux fil-livell tas-suq. |
(215) |
Il-grupp Dingli rrapporta profittabbiltà għolja, u sitwazzjoni finanzjarja solida ta’ tkabbir b’marġni ta’ profitt għoli (8-13 %) skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu stess għas-sena 2023. |
(216) |
Il-grupp Dingli uża dejn fuq terminu qasir u twil biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni vvalutat il-likwidità b’terminu qasir u s-sitwazzjoni ta’ solvenza fit-tul tal-grupp. |
(217) |
Fir-rigward tal-likwidità fuq terminu qasir, meta titqies is-sitwazzjoni kkombinata ta’ diversi entitajiet ta’ Dingli, il-kumpanija x’aktarx tibbenefika minn pożizzjoni ta’ likwidità mħallta. Dingli Machinery tgawdi minn proporzjon kurrenti qawwi ta’ aktar minn 2, li jirrifletti kapaċità solida li tissodisfa l-obbligazzjonijiet fuq terminu qasir. Madankollu, il-proporzjon kurrenti ta’ Dingli Leasing ta’ inqas minn 1,2 jindika biss sitwazzjoni modesta biex jiġu ffaċċjati obbligi għal żmien qasir. Il-medja tal-proporzjonijiet attwali taż-żewġ kumpaniji x’aktarx li taqa’ bejn dawn iż-żewġ ċifri, li jissuġġerixxi li filwaqt li l-istabbiltà finanzjarja fuq terminu qasir hija ġeneralment aċċettabbli, l-entità konsolidata jkollha bżonn timmaniġġja l-likwidità bir-reqqa biex tevita tensjonijiet finanzjarji potenzjali. |
(218) |
Fir-rigward tad-dejn fit-tul, il-grupp jiffaċċja livell għoli ta’ ingranaġġ minħabba l-proporzjon għoli ta’ dejn-ekwità ta’ Dingli Leasing ta’ aktar minn 2,8, filwaqt li l-proporzjon konservattiv ta’ Dingli Machinery ta’ inqas minn 0,7 inaqqas ir-riskju finanzjarju ġenerali. Il-proporzjon ta’dejn-ekwità kkombinat x’aktarx li jkun moderat iżda xorta fuq in-naħa ta’ fuq, li jirrifletti dipendenza sinifikanti fuq id-dejn. Dan joħloq riskji potenzjali, speċjalment f’kundizzjonijiet ekonomiċi inċerti. |
(219) |
Minn perspettiva ta’ effiċjenza, il-fatturat tal-assi ta’ Dingli Machinery ta’ inqas minn 0,5 huwa baxx, li jindika xi ineffiċjenzi, filwaqt li l-fatturat tal-assi ta’ Dingli Leasing ta’ inqas minn 0,15 huwa estremament baxx, li juri li l-kumpanija tiġġenera dħul baxx ħafna għal kull unità ta’ assi. Dan jenfasizza ineffiċjenza kkombinata fl-użu tal-assi fiż-żewġ negozji. Il-kumpanija se jkollha bżonn tiffoka fuq l-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet, il-likwidazzjoni tal-assi mhux użati, jew it-tisħiħ tal-istrateġiji operazzjonali biex ittejjeb ir-redditi. |
(220) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB. Skont id-definizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard &Poor’s, debitur ikklassifikat bħala “BB”, xorta għandu l-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu taħt kundizzjonijiet stabbli. Madankollu, kundizzjonijiet ta’ negozju, finanzjarji jew ekonomiċi avversi jistgħu jnaqqsu l-kapaċità jew ir-rieda tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Dan il-parametru referenzjarju huwa għalhekk meqjus xieraq biex jirrifletti l-livelli għoljin ta’ dejn u d-dipendenza qawwija fuq l-ingranaġġ tal-grupp. |
(221) |
Il-premium mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni BB imbagħad ġie applikat għar-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self kif imħabbar mill-NIFC sabiex tiġi determinata r-rata tas-suq. |
(222) |
Dak il-marġni kummerċjali ġie determinat billi ġiet ikkalkolata l-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US AA għal bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US BB abbażi ta’ data ta’ Bloomberg għal segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Normattiva tas-Self ippubblikata mill-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, mar-Rata Prima tas-Self ippubblikata min-NIFC, fid-data meta ngħata s-self u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Din saret individwalment għal kull self u lokazzjoni finanzjarja pprovduti lill-kumpanija. |
(223) |
Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin fir-RPĊ, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati BB f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ntużaw sabiex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju xieraq. |
(4) JLG
(224) |
Kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (90) l-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self Ċiniżi ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Għalhekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-Grupp JLG kinux f’livelli preferenzjali. |
(225) |
JLG irrapportat profittabbiltà baxxa (inqas minn 3 %) u redditu fuq l-assi skont il-kontijiet finanzjarji tagħha stess għas-sena 2023. |
(226) |
JLG użat dejn fuq terminu qasir u twil biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni vvalutat il-likwidità b’terminu qasir u s-sitwazzjoni ta’ solvenza fit-tul tal-grupp. |
(227) |
Fir-rigward tal-likwidità fuq terminu qasir, il-grupp ippreżenta proporzjon kurrenti medju ta’ 1,40 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm l-assi kurrenti tal-kumpanija jaqgħu f’firxa aċċettabbli, mhumiex partikolarment b’saħħithom. Dan jindika li filwaqt li l-kumpanija tista’ teknikament tissodisfa l-obbligi tagħha fuq terminu qasir, il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha hija biss marġinalment adegwata. Fil-każ ta’ pressjonijiet finanzjarji mhux mistennija, il-kumpanija tista’ tbati biex iżżomm l-operazzjonijiet mingħajr ma tillikwida l-assi jew tieħu dejn addizzjonali. Pożizzjoni ta’ likwidità aktar robusta tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fid-dawl tal-volatilità tas-suq jew avvenimenti mhux previsti. |
(228) |
F’termini ta’ solvenza, il-proporzjon ta’ dejn-ekwità tal-kumpanija ta’ 2,19 jissuġġerixxi dipendenza serja fuq id-dejn. Il-kumpanija qed tuża d-doppju tad-dejn daqs l-ekwità biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha, u dan jesponiha għal riskju finanzjarju sinifikanti. Tali ingranaġġ għoli jagħmel lill-kumpanija vulnerabbli għal rati tal-imgħax jew tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li qed jiżdied, peress li l-kapaċità tagħha li tħallas id-dejn tista’ tkun taħt pressjoni. Id-dipendenza fuq il-finanzjament tad-dejn iżżid ir-riskju ta’ insolvenza, speċjalment jekk it-tkabbir tad-dħul jew il-profittabbiltà jonqsu. Dan l-ingranaġġ huwa tħassib serju li jista’ jipperikola s-saħħa finanzjarja tal-kumpanija. |
(229) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni B. Debitur ikklassifikat bħala “B”, għad għandu l-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu taħt kundizzjonijiet stabbli. Madankollu, kundizzjonijiet ta’ negozju, finanzjarji jew ekonomiċi avversi jistgħu jnaqqsu l-kapaċità jew ir-rieda tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Dan il-parametru referenzjarju huwa għalhekk meqjus xieraq biex jirrifletti l-livelli għoljin ta’ dejn u d-dipendenza qawwija fuq l-ingranaġġ tal-grupp u l-likwidità u l-profittabbiltà dgħajfa tiegħu. |
(230) |
Il-premium mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni B imbagħad ġie applikat għar-Rata Normattiva tas-Self tal-PBOC, jew wara l-20 ta’ Awwissu 2019 għar-Rata Prima tas-Self kif imħabbar mill-NIFC sabiex tiġi determinata r-rata tas-suq. |
(231) |
Dak il-marġni kummerċjali ġie determinat billi ġiet ikkalkolata l-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta’ bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US AA għal bonds maħruġa minn kumpanija klassifikati US B abbażi ta’ data ta’ Bloomberg għal segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkolata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-Rata Normattiva tas-Self ippubblikata mill-PBOC jew, wara l-20 ta’ Awwissu 2019, mar-Rata Prima tas-Self ippubblikata min-NIFC, fid-data meta ngħata s-self u għall-istess durata bħas-self inkwistjoni. Din saret individwalment għal kull self u lokazzjoni finanzjarja pprovduti lill-kumpanija. |
3.6.4.4.
(232) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u l-ispeċifiċità, il-Kummissjoni qieset il-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self bħala sussidju kumpensabbli. |
(233) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-parametru referenzjarju użat mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-benefiċċju u l-ammont ta’ sussidju kien żbaljat. Is-CCCME l-ewwel argumentat li l-Kummissjoni ma kellhiex tirrikorri għal parametru referenzjarju barra mill-pajjiż minħabba li l-Kummissjoni allegatament ma wrietx in-nuqqas ta’ termini u kundizzjonijiet prevalenti tas-suq kif previst fl-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, hija sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega kif żgurat li l-firxa tal-indiċijiet tal-bonds korporattivi tal-Istati Uniti kienet tirrifletti biżżejjed il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina fejn il-produtturi tal-MAE inklużi fil-kampjun kisbu l-finanzjament tagħhom. It-tieni, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni missha applikat il-firxa assoluta aktar milli l-firxa relattiva fuq il-bażi li l-firxa assoluta qieset biżżejjed fl-iskoperturi għar-riskju bejn il-bonds korporattivi ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti. Is-CCCME argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex l-applikazzjoni tal-firxa relattiva kienet aktar xierqa mill-applikazzjoni ta’ dik assoluta u kif l-LPR kienet ekwivalenti għal rata tal-imgħax ta’ klassifikazzjoni AA. |
(234) |
Il-Kummissjoni qieset li kienet uriet li ma kien hemm l-ebda termini u kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fir-RPĊ li permezz tagħhom ma setgħetx tikkalkula parametru referenzjarju xieraq ibbażat fuq il-kundizzjonijiet applikabbli fir-RPĊ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-konklużjonijiet misluta fit-Taqsimiet 3.6.1.4, 3.6.1.5 u 3.6.2. fejn uriet li l-GTĊ qagħad fuq qafas normattiv biex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq il-banek kummerċjali tal-Istat u privati li jimplimentaw il-politika tal-gvern meta jipprovdu finanzjament lill-operaturi ekonomiċi fir-RPĊ. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-ebda wieħed mill-banek kummerċjali li pprovdew finanzjament lill-produtturi fil-kampjun ma kkoopera fl-investigazzjoni u l-Kummissjoni ma setgħetx taċċessa informazzjoni relatata mal-produtturi tal-MAE jew ma’ setturi oħra, mhux imħeġġa mill-awtoritajiet tar-RPĊ. |
(235) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja Ċiniża, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għal parametru referenzjarju barra mill-pajjiż. Il-Kummissjoni qieset li s-suq tal-Istati Uniti kien ta’ daqs ekwivalenti u offriet statistika rappreżentattiva disponibbli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bonds ta’ diversi klassifikazzjonijiet ta’ kreditu. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ebda parti interessata ma pproponiet parametru referenzjarju alternattiv validu barra mill-pajjiż f’dan ir-rigward. |
(236) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-firxa relattiva, il-Kummissjoni l-ewwel irrikonoxxiet li l-banek kummerċjali normalment jużaw marġni kummerċjali espress f’termini assoluti, u li din il-prattika dehret prinċipalment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi minħabba li r-rata tal-imgħax fl-aħħar mill-aħħar hija numru assolut. Madankollu, in-numru assolut kien it-traduzzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju li kienet ibbażata fuq evalwazzjoni relattiva. Kif stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti, l-evalwazzjoni relattiva fissret li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kumpanija kklassifikata bħala BB huwa X% aktar probabbli mir-riskju ta’ inadempjenza tal-gvern jew ta’ kumpanija mingħajr riskju. Il-firxa relattiva tkopri l-bidliet fil-kundizzjonijiet sottostanti tas-suq li mhumiex espressi meta tiġi segwita firxa assoluta. (99). It-tieni, ir-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili tar-riskju speċifiċi għall-kumpaniji, iżda wkoll ir-riskji speċifiċi għall-pajjiżi u għall-muniti. Il-firxa relattiva għalhekk taqbad bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti, li ma jiġux espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta. Bħalma hu fil-każ preżenti, ir-riskju speċifiku għall-pajjiż u għall-munita ta’ spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet huma differenti għal pajjiżi differenti. B’riżultat ta’ dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b’mod sinifikanti matul iż-żmien, u xi drabi huma inqas fl-Istati Uniti, xi drabi fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma’ fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PDG, is-sentiment ekonomiku u l-livelli ta’ inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa nominali assoluta tista’ tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Minn perspettiva ta’ investitur, il-firxa relattiva għalhekk hija miżura aħjar peress li tirrifletti d-daqs tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax. It-tielet, il-firxa relattiva hija wkoll newtrali f’termini ta’ pajjiżi. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal żidiet assoluti aktar baxxi. |
(237) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-LPR bħala punt tat-tluq, kif previst fil-premessa (156) u rikonoxxut mill-GTĊ, l-LPR ikkorrisponda għall-aktar rata ta’ self preferenzjali offruta minn bank kummerċjali lill-klijenti ewlenin tiegħu (100). Abbażi ta’ dan, l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq ġew miċħuda. |
(238) |
Wara divulgazzjonijiet definittivi u addizzjonali, il-grupp Zoomlion sostna li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat b’mod żbaljat l-ammont tal-benefiċċju relatat mal-imgħaxijiet għal self u abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fuq bażi ta’ 360 jum, minflok 365 jum. Il-Kummissjoni injorat tali affermazzjoni minħabba li l-bażi ta’ 360 jum hija prattika standard ta’ kalkolu sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet finanzjarji (101). Għal dawn ir-raġunijiet, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
(239) |
Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontaw għal: Finanzjament preferenzjali: self
|
3.6.5. Finanzjament preferenzjali: tipi oħra ta’ finanzjament
3.6.5.1.
(240) |
L-iskop ta’ linja ta’ kreditu huwa li jiġi stabbilit limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin sabiex tiffinanzja l-operazzjonijiet attwali tagħha, sabiex b’hekk il-finanzjament tal-kapital operatorju jsir flessibbli u disponibbli minnufih meta jkun meħtieġ. Il-ftehimiet ta’ linja ta’ kreditu mogħtija lill-gruppi fil-kampjun jirreferu għad-diversi forom ta’ finanzjament disponibbli għall-kumpaniji li jiffirmaw tali ftehimiet, li jkopru kull tip ta’ finanzjament għal żmien qasir, bħal self għal żmien qasir, aċċettazzjonijiet bankarji, ittri ta’ kreditu, eċċ. Barra minn hekk, skont il-letteratura finanzjarja, il-linji ta’ kreditu huma wkoll prevalenti fil-maġġoranza tal-każijiet fl-ekonomiji tas-suq. Pereżempju, dawn jammontaw għal aktar minn 80 % tal-finanzjament bankarju pprovdut lil ditti pubbliċi tal-Istati Uniti (102). Barra minn hekk, fil-Kanada, fejn l-aċċettazzjonijiet bankarji huma responsabbiltà diretta u inkondizzjonata tal-bank li jaċċetta (kif inhu l-każ fiċ-Ċina), il-banek normalment jaċċettaw biss l-aċċettazzjoni bankarja minn mutwatarji korporattivi li jkollhom linja ta’ kreditu stabbilita ma’ dak il-bank (103) . Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li fil-prinċipju, il-finanzjament kollu fuq terminu qasir tal-kumpaniji fil-kampjun, bħal self b’terminu qasir, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, eċċ., jenħtieġ li jkun kopert minn strument tal-linja ta’ kreditu. (104) |
(241) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-eżistenza ta’ linja ta’ kreditu ma kinitx prerekwiżit għal self fuq terminu qasir. Fil-kummenti tagħha hija rreferiet għar-rata aktar baxxa ta’ finanzjament bankarju applikabbli għall-kumpaniji Spanjoli. |
(242) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni applikabbli fis-suq Spanjol ma kinitx rappreżentattiva u li l-istatistika li tappartjeni għas-suq tal-Istati Uniti, li huwa ta’ daqs akbar u aktar komparabbli mas-suq Ċiniż kienet aktar xierqa. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjonijiet tal-passat u dawk attwali wrew li l-operaturi ekonomiċi Ċiniżi jiddependu fuq tali linji ta’ kreditu biex jiksbu finanzjament. |
(a) Sejbiet tal-investigazzjoni
(243) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew linji ta’ kreditu lil kull grupp fil-kampjun b’rabta mal-forniment ta’ finanzjament. Dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li skonthom il-bank jippermetti lill-kumpaniji fil-kampjun jużaw diversi strumenti ta’ dejn, bħal self ta’ kapital operatorju, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u forom oħrajn ta’ finanzjament tal-kummerċ sa ċertu ammont massimu. |
(244) |
Kif imsemmi fil-premessa (240) hawn fuq, il-finanzjament kollu b’terminu qasir jenħtieġ li jkun kopert minn linja ta’ kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet l-ammont tal-linji ta’ kreditu disponibbli għall-kumpaniji li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-ammont ta’ finanzjament b’terminu qasir użat minn dawn il-kumpaniji matul l-istess perjodu sabiex tistabbilixxi jekk il-finanzjament kollu b’terminu qasir kienx kopert minn linja ta’ kreditu. Fejn l-ammont tal-finanzjament fuq terminu qasir qabeż il-limitu tal-linja ta’ kreditu, il-Kummissjoni żiedet l-ammont tal-linja ta’ kreditu eżistenti bl-ammont fil-fatt użat mill-produtturi esportaturi lil hinn minn dak il-limitu tal-linja ta’ kreditu. |
(b) Benefiċċju
(245) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu jkunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa ta’ “arranġament” jew “impenn” biex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji tal-bank fil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu, kif ukoll għal “tariffa ta’ tiġdid” imposta fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu (105) . Dawn it-tariffi jkopru l-ispejjeż amministrattivi, bħall-ispiża tal-ipproċessar tal-applikazzjoni, u t-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà, iżda wkoll l-ispiża li tirriżulta mir-rekwiżiti prudenzjali imposti fuq il-banek, peress li l-kapital kommess taħt linja ta’ kreditu jnaqqas il-proporzjonijiet tal-kapital tal-bank, li jeħtieġ li jżomm bħala assigurazzjoni kontra riskji sistemiċi. Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li kull grupp ta’ kumpaniji fil-kampjun ibbenefika minn linji ta’ kreditu pprovduti mingħajr ħlas. Għalhekk, ingħata benefiċċju lill-gruppi ta’ kumpaniji investigati skont it-tifsira tal-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku. |
(246) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li t-tariffi tal-arranġament u tat-tiġdid mhux dejjem japplikaw għal kumpaniji kbar, bħall-produtturi tal-MAE, li huma f’relazzjoni kummerċjali ma’ banek kbar. B’mod iktar speċifiku, hija sostniet li tali tariffi għandhom it-tendenza li jiġu nnegozjati bilateralment. F’dan ir-rigward, is-CCCME indikat ċerti siti web tal-bank li jirreferu għal “ftehim” jew “diskussjoni” tat-tariffa li għandha titħallas. Madankollu, is-CCCME rrikonoxxiet li ma setgħetx tipprovdi evidenza dwar ir-rata ta’ tali tariffi nnegozjati minħabba l-kunfidenzjalità tal-ftehimiet tal-linja ta’ kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tqis tali asserzjoni sostanzjata u rrifjutatha. |
(c) Speċifiċità
(247) |
Kif imsemmi fil-premessa (144), skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
(248) |
Il-Kummissjoni qieset li peress li l-linji ta’ kreditu huma intrinsikament marbuta mat-tipi kollha ta’ finanzjament għal żmien qasir ipprovduti lill-kumpaniji fil-kampjun, jenħtieġ li jitqiesu bħala forma ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali minn istituzzjonijiet finanzjarji għal industriji mħeġġa bħas-settur tal-MAE. Kif speċifikat fit-Taqsima 3.3 hawn fuq, is-settur tal-MAE huwa fost l-industriji mħeġġa u għalhekk huwa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. |
(249) |
Is-CCCME affermat li l-ebda operatur ekonomiku Ċiniż ma ħallas xi arranġament jew tariffa ta’ tiġdid u għalhekk qieset li tali skema ma kinitx speċifika għas-settur tal-MAE. |
(250) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li s-sit web tal-Bank of China jindika l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-eżistenza ta’ linji ta’ kreditu (106). It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME naqset milli turi li l-kumpaniji fir-RPĊ jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod mill-kundizzjonijiet preferenzjali osservati fir-rigward tal-industrija tal-MAE. Barra minn hekk, peress li l-linji ta’ kreditu huma intrinsikament marbuta ma’ tipi oħra ta’ self preferenzjali, bħal self (loans), u peress li huma parti mill-appoġġ ta’ kreditu pprovdut speċifikament lill-industriji mħeġġa, l-analiżi tal-ispeċifiċità għas-self żviluppata fit-Taqsima 3.6.4.2 kienet applikabbli wkoll għal-linji ta’ kreditu. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(d) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(251) |
F’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri bħala d-differenza bejn l-ammont li ħallsu bħala tariffa għall-ftuħ jew it-tiġdid tal-linji ta’ kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi, u l-ammont li kienu jħallsu għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli miksuba b’rata tas-suq mingħajr distorsjoni. |
(252) |
L-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma ħallset tariffa għal-linja ta’ kreditu tagħha. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda tariffa tal-linja ta’ kreditu li tapplika fi ħdan il-pajjiż f’investigazzjonijiet preċedenti. L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tidher li tissuġġerixxi li f’xi każijiet, l-imposti tal-linja ta’ kreditu jiġu imposti għall-kumpaniji fiċ-Ċina (107) , iżda l-livell ta’ dawn it-tariffi ma setax jinstab. Għalhekk, il-Kummissjoni tfittex tariffa ta’ referenza xierqa barra miċ-Ċina. Ir-rati għat-tariffa tal-arranġament u għat-tariffa ta’ tiġdid għalhekk ġew stabbiliti għal 1.75 % u 1.25 % rispettivament b’referenza għad-data disponibbli għall-pubbliku (108). |
(253) |
Fil-prinċipju, it-tariffa ta’ arranġament u t-tariffa ta’ tiġdid huma pagabbli fuq bażi ta’ somma f’daqqa fil-ħin tal-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu ġdida jew it-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu eżistenti rispettivament. Madankollu, għall-finijiet tal-kalkolu, il-Kummissjoni qieset il-linji ta’ kreditu li kienu nfetħu jew iġġeddu qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni iżda li kienu disponibbli għall-gruppi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll il-linji ta’ kreditu li nfetħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(254) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li jenħtieġ li t-tariffi tal-arranġament jew tat-tiġdid japplikaw għall-bilanċ medju tal-linja ta’ kreditu mhux użat jew għall-bilanċ pendenti tal-limitu ta’ kreditu fuq bażi pro rata temporis. F’dan ir-rigward, is-CCCME rreferiet għal sit web tal-bank li jitlob il-ħlas ta’ arranġament jew tariffa ta’ tiġdid fuq l-ammont mhux żborżat. |
(255) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. It-tariffa li għandha titħallas mhijiex ekwivalenti għal rata tal-imgħax għalhekk il-kalkolu tagħha ma għandux iqis it-tul tal-perjodu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-evidenza mressqa mis-CCCME rriżultat minn sorsi differenti li ma tindikax imġiba standard komuni mill-banek fejn l-affermazzjoni mis-CCCME ma kinitx appoġġata biżżejjed minn evidenza u għalhekk tqieset bħala inkonklużiva. |
(256) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-grupp Zoomlion osserva li l-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju għal din l-iskema fir-rigward tal-produttur esportatur tal-MAE kien differenti mill-istess kalkolu li sar għall-kumpanija omm. Jiġifieri, fl-ewwel każ, il-Kummissjoni ma qassmitx it-tariffa totali pagabbli lill-PI, abbażi tal-jiem ta’ kull linja ta’ kreditu li taqa’ mal-PI. |
(257) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li t-tariffa tal-arranġament u t-tariffa tat-tiġdid huma pagabbli fuq bażi ta’ somma f’daqqa bħala tariffa fiż-żmien tal-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu ġdida jew it-tiġdid ta’ linja ta’ kreditu eżistenti rispettivament, irrispettivament mid-durata tal-linja ta’ kreditu. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju għall-kumpanija omm ma kinitx konformi ma’ dan il-prinċipju. Dan ġie kkoreġut kif xieraq sabiex il-metodu deskritt hawn fuq ġie applikat għal-linji ta’ kreditu u l-kumpaniji kollha. Fil-21 ta’ Marzu 2025. Il-kalkoli kkoreġuti ġew divulgati mill-ġdid lill-grupp Zoomlion. |
(258) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, Zoomlion group tenna l-affermazzjoni tiegħu li d-durata tal-linja ta’ kreditu jenħtieġ li titqies għall-kalkolu tal-benefiċċju. Hija rreferiet għall-premessa (245) u għan-natura tat-tariffi (kostijiet amministrattivi), u għal-letteratura tal-finanzjament korporattiv (109) fejn “tariffa ta’ impenn hija tariffa li tiġi imposta minn sellief lil mutwatarju biex jikkumpensa lis-sellief talli żamm linja ta’ kreditu miftuħa. It-tariffa tiżgura wkoll il-wegħda ta’ sellief li jipprovdi l-linja ta’ kreditu skont it-termini miftiehma f’dati speċifiċi, irrispettivament mill-kundizzjonijiet tas-swieq finanzjarji. It-tariffa tikkumpensa lis-sellief għar-riskji assoċjati ma’ linja ta’ kreditu miftuħa minkejja kundizzjonijiet tas-suq futuri inċerti u l-inabbiltà attwali tal-mutwanti li jimponi imgħax fuq il-kapital”, bl-argument li d-durata tal-linja ta’ kreditu u l-ammont tagħha kellhom impatt fuq ir-riskju mġarrab mill-istituzzjoni finanzjarja. Zoomlion group irrefera wkoll għall-fatt li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat linji ta’ kreditu miftuħa qabel u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-kalkolu tas-sussidju tagħha u sostna li l-eżistenza ta’ dawn il-linji ta’ kreditu “paralleli” talbet l-użu tad-durata tal-linji ta’ kreditu għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju. Zoomlion group ikkunsidra wkoll li l-linji ta’ kreditu kienu strument finanzjarju simili għal self b’terminu u abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fejn il-benefiċċju jista’ jiġi kkalkolat billi jitqies it-tul ta’ żmien. |
(259) |
Għalkemm il-grupp Zoomlion issottometta dawn il-kummenti addizzjonali barra l-iskadenza prevista f’dan ir-rigward; jiġifieri Zoomlion ma ġietx mistiedna tipprovdi kummenti dwar kwistjonijiet mhux ikkonċernati mid-divulgazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni qieset tali kummenti. Skont il-premessa (245) u l-letteratura msemmija mill-grupp Zoomlion, ir-raġuni primarja għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jitolbu tariffa hija tal-kost amministrattiv, għall-ftuħ jew għaż-żamma ta’ linja ta’ kreditu miftuħa irrispettivament mill-kundizzjonijiet finanzjarji f’suq. Tali tranżazzjonijiet iġorru riskju għall-istituzzjonijiet finanzjarji iżda huma skonnessi mit-tul ta’ żmien tal-linja ta’ kreditu li tagħmel il-fondi disponibbli għal operatur ekonomiku li fuqu normalment iħallas imgħax meta jissellef fondi għal tul ta’ żmien partikolari permezz ta’ diversi strumenti ta’ kreditu bħal self, ittri ta’ kreditu jew abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ammont soġġett għal-linja ta’ kreditu, il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat tali ammont fil-kalkoli tagħha. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ linji ta’ kreditu “paralleli”, l-analiżi tal-Kummissjoni żvelat li ma kien hemm l-ebda linja ta’ kreditu parallela jew konsekuttiva mal-istess istituzzjoni finanzjarja fejn il-linji ta’ kreditu kollha, li għalihom ġie kkalkolat benefiċċju, setgħu jitqiesu bħala linji ta’ kreditu awtonomi li taw benefiċċju lill-grupp Zoomlion f’perjodi distinti fil-perjodu ta’ investigazzjoni, irrispettivament minn meta ngħataw. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-eżempji estremi deskritti mill-grupp Zoomlion ma kinux rappreżentattivi tas-sitwazzjoni attwali tiegħu. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-linji ta’ kreditu huma strument finanzjarju distint minn termini ta’ self jew abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Meta l-linji ta’ kreditu jkunu prerekwiżit jew ftehim qafas għall-kisba ta’ finanzjament, self b’terminu jew abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma l-istrumenti ta’ finanzjament attwali. Abbażi ta’ dan, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
(260) |
Zoomlion group sostna wkoll li t-tariffi mħallsa mal-għoti tal-linji ta’ kreditu jenħtieġ li jitnaqqsu mill-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. Il-Kummissjoni nnotat li l-aċċettazzjoni ta’ talba bħal din ma tbiddilx ir-rata ta’ sussidju peress li t-tariffi mħallsa kienu insinifikanti u ma kinux japplikaw għal-linji ta’ kreditu kollha mogħtija. |
3.6.5.2.
(261) |
L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma prodott finanzjarju mmirat lejn l-iżvilupp ta’ suq tal-flus domestiku aktar attiv billi jwessa’ l-faċilitajiet ta’ kreditu. Dan huwa forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir li jista’ “jnaqqas il-kost tal-fondi u jtejjeb l-effiċjenza tal-kapital” tal-prelevatur (110) . Barra minn hekk, kif iddikjarat mill-PBOC fuq is-sit web tiegħu, “l-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja jista’ jiggarantixxi l-istabbiliment u t-twettiq tal-kuntratt bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, kif ukoll jippromwovi l-fatturat kapitali permezz tal-intervent tal-kreditu tal-Bank taċ-Ċina” (111). Barra minn hekk, fuq is-sit web tiegħu DBS Bank jirreklama abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz biex “itejjeb il-kapital operatorju billi jiddifferixxi l-pagamenti” (112). Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ u l-użu ta’ aċċettazzjonijiet bankarji huma stabbiliti fil-Liġi dwar l-Istrumenti Negozjabbli tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (113). |
(a) Sejbiet tal-investigazzjoni
(262) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jintużaw l-aktar bħala mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali bħala sostitut għal ordni ta’ flus, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-fatturat fi flus u l-kapital operatorju tal-prelevatur (114). |
(263) |
Fil-fatt, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji jistgħu jintużaw biss biex jiġu saldati tranżazzjonijiet kummerċjali ġenwini u t-traent jrid jipproduċi biżżejjed evidenza f’dak ir-rigward, eż. permezz ta’ ftehim ta’ xiri/bejgħ, fattura u ordni ta’ kunsinna eċċ. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji jistgħu jintużaw bħala mezz standard ta’ pagament fi ftehimiet ta’ xiri flimkien ma’ mezzi oħra bħal rimessi jew ordni ta’ flus. |
(264) |
L-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jitfassal mill-applikant (it-traent, li huwa wkoll ix-xerrej fit-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti) u jiġi aċċettat minn bank. Meta jaċċetta l-abbozz, il-bank jaċċetta li jħallas bla kundizzjonijiet tal-ammont ta’ flus speċifikat fl-abbozz lill-benefiċjarju/portatur fid-data indikata (id-data tal-maturità). |
(265) |
B’mod ġenerali, il-kuntratti ta’ aċċettazzjoni bankarja fihom il-lista tat-tranżazzjonijiet koperti mill-ammont tal-abbozz b’indikazzjoni tad-data ta’ maturità ta’ pagament mal-fornitur u tad-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. |
(266) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li ġeneralment l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jinħarġu fil-qafas ta’ ftehim ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja li jispeċifika l-identità tal-bank, tal-fornituri u tax-xerrej, l-obbligi tal-bank u tax-xerrej u li jagħti dettalji tal-valur għal kull fornitur, id-data ta’ maturità tal-pagament miftiehma mal-fornitur u d-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. |
(267) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-ftehimiet ta’ linji ta’ kreditu ġeneralment jelenkaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala l-użu possibbli tal-limitu finanzjarju flimkien ma’ strumenti finanzjarji oħra fuq perjodu qasir bħal self ta’ kapital operatorju. |
(268) |
Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank, it-traent jista’ jkun meħtieġ jagħmel depożitu żgħir f’kont apposta, jagħmel pleġġ u jħallas kummissjoni fuq l-aċċettazzjoni. Fi kwalunkwe każ, it-traent ikun obbligat jittrasferixxi l-ammont sħiħ tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja fil-kont apposta mhux aktar tard mid-data tal-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja. |
(269) |
Ladarba tiġi aċċettata mill-bank, it-traent jaqbel mal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u jittrasferih lill-benefiċjarju, li huwa wkoll il-fornitur tat-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti, bħala ħlas tal-fattura. Konsegwentement, l-obbligu ta’ ħlas tax-xerrej (it-traent) lejn il-fornitur (il-benefiċjarju) jiġi kkanċellat. Jinħoloq obbligu ġdid ta’ pagament fuq ix-xerrej lejn il-bank tal-aċċettazzjoni għall-istess ammont (it-traent ikollu l-obbligu jħallas lill-bank fi flus qabel il-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja). Dan ġie kkonfermat ukoll mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika f’investigazzjoni preċedenti (115) , jiġifieri li ladarba l-kumpanija tħallas lill-fornitur bl-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, ma jibqax ikollha obbligu fir-rigward tal-fornitur ħlief lill-bank minħabba li dak li talab li jinħareġ l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja se jkollu jħallas lill-bank bis-sħiħ fid-data tal-maturità. Għalhekk, il-ħruġ ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja għandu l-effett li jissostitwixxi l-obbligu tat-traent lejn il-fornitur tiegħu b’obbligu lejn il-bank. |
(270) |
Il-maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tvarja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank u tista’ titla’ sa sena (1). |
(271) |
Il-benefiċjarju (jew id-detentur) tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja għandu tliet għażliet qabel il-maturità:
|
(272) |
Id-data tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja tikkorrispondi b’mod ġenerali mad-data ta’ maturità ta’ pagament miftiehma mal-fornitur iżda tista’ tkun ukoll data qabel jew wara d-data ta’ maturità tal-pagament. L-investigazzjoni sabet li, sa fejn huma kkonċernati l-kumpaniji fil-kampjun, id-data tal-ħruġ kienet ġeneralment dakinhar tad-data ta’ maturità jew qabel mal-fornitur u f’xi każijiet anki wara d-data ta’ maturità tal-pagament. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji fil-kampjun, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kienet minn xahar 1 sa 12-il xahar wara d-data ta’ maturità tal-pagament tal-fattura. |
(273) |
Rigward it-trattament kontabilistiku tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, dawn huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet lejn il-bank fil-kontijiet tat-traenti, jiġifieri l-produtturi esportaturi fil-kampjun. Iċ-Ċentru ta’ Referenza tal-Kreditu tal-People’s Bank of China (“CRCP”) jirrikonoxxi l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala “kreditu mhux saldat” ipprovdut mill-banek fl-istess livell tas-self, l-ittri ta’ kreditu jew il-finanzjament kummerċjali. Jenħtieġ li jiġi nnutat ukoll li s-CRCP huwa fornit mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħtu diversi tipi ta’ self u li tali istituzzjonijiet finanzjarji b’hekk irrikonoxxew l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala obbligazzjonijiet lejhom. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta’ aċċettazzjoni bankarja miġbura matul l-investigazzjoni jistabbilixxu li, jekk ix-xerrej ma jagħmilx il-ħlas sħiħ fid-data ta’ skadenza tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-bank jittratta l-ammont mhux imħallas bħala self li għadu ma tħallasx lill-bank. |
(274) |
Minn perspettiva ta’ flus, l-istrument de facto jagħti lit--treant data ta’ maturità tal-pagament differita minħabba li l-pagament attwali fi flus tal-ammont tat-tranżazzjoni jseħħ mal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u mhux fil-mument meta min jippreleva kellu jħallas lill-fornitur tiegħu. Fin-nuqqas ta’ strument finanzjarju bħal dan, it-traent jew juża l-kapital operatorju tiegħu stess, li għandu kost, jew inkella jidħol f’kuntratt ta’ self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir ma’ bank sabiex iħallas lill-fornituri tiegħu, ukoll b’kost. Fil-fatt, billi jħallas b’abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, it-traent juża l-oġġetti jew is-servizzi fornuti għal perjodu ta’ bejn xahar (1) u sena (1) iżda mingħajr ma javvanza flus kontanti u mingħajr ma jġarrab l-ebda kost. |
(275) |
Bħala eżempju tal-użu ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala sostitut ta’ self b’terminu qasir, il-Kummissjoni stabbiliet li xi kumpaniji fil-kampjun bilkemm kellhom self, jiġifieri il-grupp Dingli. Madankollu, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa minn dawn il-kumpaniji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu jirrappreżentaw parti sinifikanti mill-obbligazzjonijiet tagħhom. |
(276) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mhumiex forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir għar-raġuni li l-produtturi tal-MAE kellhom jirrimborżaw lill-banek fid-data ta’ maturità miftiehma tal-aċċettazzjoni bankarja. |
(277) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mas-CCCME għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (269) sa (274). L-użu ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jittrasferixxi l-obbligu li jitħallas lill-fornitur lill-bank filwaqt li l-produttur tal-MAE għandu obbligu ta’ pagament lejn il-bank kif rikonoxxut fil-kotba tal-kontabbiltà tiegħu u mis-CRCP. Barra minn hekk, skont it-termini tal-abbozz ta’ ftehim ta’ aċċettazzjoni bankarja, it-terminu ta’ pagament oriġinali lill-fornitur huwa fil-biċċa l-kbira estiż b’diversi xhur mill-bank. Eventwalment, bl-eċċezzjoni ta’ tariffa minima, tali self fuq terminu qasir sa medju jingħata lill-produtturi tal-MAE mingħajr ebda spiża. Għal din ir-raġuni, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
(b) Benefiċċju
(278) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq (116) , bħala strument finanzjarju, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jimplikaw kost ta’ finanzjament għat-traent. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u ħallsu biss kummissjoni għas-servizz ta’ aċċettazzjoni pprovdut mill-bank, li b’mod ġenerali kien 0.05 % tal-valur nominali tal-abbozz (117) . Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma ġarrbet kost għall-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja billi ddifferiet il-ħlas fi flus kontanti għall-forniment tal-oġġetti u tas-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji investigati bbenefikaw minn finanzjament fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li għalihom ma ġarrbu l-ebda kost. |
(279) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ aċċettazzjoni bankarja stabbilita fir-RPĊ ipprovdiet lill-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun finanzjament liberu tal-operazzjonijiet attwali tagħhom, li ta benefiċċju kumpensabbli kif deskritt fil-premessi (287) sa (291) hawn taħt, f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a) (i) u 3 (2) tar-Regolament bażiku. |
(280) |
Dan huwa konformi ma’ investigazzjonijiet preċedenti, fejn il-Kummissjoni stabbiliet (118) li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja effettivament għandhom l-istess skop u effetti bħas-self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, peress li jintużaw minn kumpaniji biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet attwali tagħhom minflok ma jużaw self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, u li konsegwentement, jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir. |
(c) Speċifiċità
(281) |
Fir-rigward tal-ispeċifiċità, kif imsemmi fil-premessa (144), skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. |
(282) |
Il-Kummissjoni qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lil industriji mħeġġa bħas-settur tal-MAE. Tabilħaqq, kif speċifikat fit-Taqsima 3.3 hawn fuq, is-settur tal-MAE huwa fost l-industriji mħeġġa u għalhekk huwa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju kollu possibbli. Barra minn hekk, simili għal-linji ta’ kreditu, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma intrinsikament marbuta ma’ tipi oħra ta’ self preferenzjali bħal self, u peress li huma parti mill-appoġġ ta’ kreditu pprovdut speċifikament lill-industriji mħeġġa, għalhekk l-analiżi tal-korp pubbliku u l-analiżi tal-ispeċifiċità kif żviluppati fit-Taqsimiet 3.6.1.1 sa 3.6.1.5, kif ukoll it-Taqsima 3.6.2.2 hawn fuq għal self huma applikabbli bl-istess mod. |
(283) |
Barra minn hekk, fl-2020, is-CBIRC ħarġet avviż li fih tiddikjara li sabiex jissaħħaħ l-appoġġ ta’ kreditu lil intrapriżi downstream f’intrapriżi ewlenin, l-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għal intrapriżi downstream biex jiksbu oġġetti u jħallsu għal oġġetti billi jiftħu kontijiet ta’ aċċettazzjoni bankarja, ittri domestiċi ta’ kreditu, finanzjament bil-quddiem, eċċ. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, bħala forma ta’ finanzjament, huma parti mis-sistema ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-MAE. |
(284) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (minbarra fl-industriji mħeġġa) tista’ tibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali. |
(285) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ntużaw minn kważi l-operaturi kummerċjali kollha fiċ-Ċina u għalhekk mhux speċifiċi. Hija żiedet li l-Kummissjoni ma wrietx l-ispeċifiċità. |
(286) |
Il-Kummissjoni qieset li din l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata. B’mod aktar partikolari, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li kwalunkwe impenn fir-RPĊ (għajr fl-industriji mħeġġa) jista’ jibbenefika minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bl-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali osservati fir-rigward tal-industrija tal-MAE. Għal dawn ir-raġunijiet, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
(d) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(287) |
Għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(288) |
Kif imsemmi fil-premessi (275), il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom għal finanzjament b’terminu qasir mingħajr ma ħallsu remunerazzjoni. |
(289) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li t-traenti tal-aċċettazzjoni bankarja jħallsu remunerazzjoni għall-perjodu ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni qieset li l-perjodu ta’ finanzjament beda fid-data tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u ntemm fid-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fir-rigward tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja b’data ta’ maturità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju biss għall-perjodu ta’ finanzjament kopert mill-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(290) |
F’konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, wara li qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir u li effettivament għandhom l-istess skop bħal self ta’ kapital operatorju b’terminu qasir, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-benefiċċju hekk mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija fil-fatt ħallset bħala remunerazzjoni tal-finanzjament minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-ammont li jenħtieġ li tħallas billi tapplika rata tal-imgħax ta’ finanzjament fuq terminu qasir. |
(291) |
Il-Kummissjoni ddeterminat il-benefiċċju li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ kost ta’ finanzjament b’terminu qasir. Il-Kummissjoni kkunsidrat, kif stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti (119), li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self b’terminu qasir. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija dwar il-finanzjament fuq perjodu qasir iddenominat f’RMB, deskritt fit-Taqsima 3.6.4 hawn fuq. |
(292) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li ma jitqisux bħala self li għalih jenħtieġ li jintuża parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, iżda pjuttost jitqiesu bħala garanzija ta’ pagament bi skambju għal tariffa/kummissjoni. F’dan ir-rigward, hija rreferiet għas-sit web tan-New York Federal Reserve Bank (120) li jagħmel analoġija bejn l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-garanziji bankarji. |
(293) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Meta titqies in-natura tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, li jipprevedu terminu ta’ pagament estiż permezz ta’ self b’terminu qasir mingħajr ħlas, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju jenħtieġ li jiġi kkalkolat abbażi ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax mingħajr distorsjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għas-sit web tan-New York Federal Reserve Bank, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li d-dokument imsemmi huwa skadut (1981). Barra minn hekk, is-sistema Ċiniża ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja hija differenti minn dik deskritta hemmhekk, fis-sens li t-termini ta’ pagament jiġu estiżi permezz tal-użu ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Għal dawn ir-raġunijiet, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
(294) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Zoomlion group osserva li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat b’mod żbaljat ammont ta’ sussidju għar-riċevibbli ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni. Il-kalkoli kkoreġuti ġew divulgati mill-ġdid lill-grupp Zoomlion. |
(295) |
Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha wara divulgazzjonijiet definittivi u addizzjonali, Zoomlion sostniet li l-benefiċċju relatat mal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-abbozz tal-ammont nett mill-garanziji pprovduti mill-grupp Zoomlion għar-raġuni li l-ammont nett jirrifletti l-ammont reali tal-finanzjament. Hija tenniet ukoll li l-miżata mħallsa mill-grupp Zoomlion fuq abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li titnaqqas mill-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju. |
(296) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-għoti ta’ garanzija fil-forma ta’ depożitu fi flus kontanti jew forma oħra ta’ garanzija hija prattika komuni u li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jikkalkulawx l-imgħax li għandu jiġi impost abbażi tal-valur tas-self nett tad-depożitu fi flus kontanti jew garanzija oħra pprovduta mis-sellief. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-tariffa mħallsa mill-grupp Zoomlion ma kinitx tikkwalifika bħala imposta tal-imgħax. Hija pjuttost tariffa amministrattiva relatata mal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Abbażi ta’ dan, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati. |
3.6.5.3.
(297) |
Wieħed mill-gruppi fil-kampjun, Zoomlion, ibbenefika minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ bonds. |
(a) Bażi legali/Qafas regolatorju
— |
Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Titoli (verżjoni tal-2014) (“il-Liġi dwar it-Titoli”) (121); |
— |
Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Maħruġa minn Kumpanija, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina Nru 113, il-15 ta’ Jannar 2015; |
— |
Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni ta’ Bonds Maħruġa minn Kumpanija, maħruġa mill-Kunsill tal-Istat fit-18 ta’ Jannar 2011; |
— |
Miżuri tal-Amministrazzjoni tal-Istrumenti ta’ Finanzjament tad-Dejn ta’ Intrapriżi Mhux Finanzjarji fuq is-Suq tal-Bonds Interbankarji Maħruġa mill-People’s Bank of China, l-Ordni tal-People’s Bank of China [2008] Nru 12, id-9 ta’ April 2008. |
(298) |
F’konformità mal-qafas regolatorju, il-bonds ma jistgħux jinħarġu jew jiġu nnegozjati liberament fiċ-Ċina. Il-ħruġ ta’ kull bond irid ikun approvat minn diversi awtoritajiet governattivi, bħall-PBOC, l-NDRC jew is-CSRC, skont it-tip ta’ bond u t-tip ta’ emittent. Barra minn hekk, skont ir-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Maħruġa minn Kumpanija, hemm kwoti annwali għall-ħruġ ta’ bonds maħruġa minn kumpanija. |
(299) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli applikabbli matul il-PI, offerta pubblika ta’ bonds maħruġa minn kumpanija jenħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: “l-iskop tal-użu tar-rikavat għandu jikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat” […]u “r-rikavat minn offerta pubblika ta’ bonds maħruġa minn kumpanija għandu jintuża għal skop(ijiet) approvat(i) biss”. L-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Maħruġa minn Kumpanija jtenni li l-għan tal-fondi miġbura jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Il-ħruġ ta’ bonds taħt tali kundizzjonijiet jimmira lejn industrija mħeġġa bħall-industrija tal-MAE u jikkorrispondi mal-prattika tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jappoġġaw lil dawk l-industriji (122). |
(300) |
Skont l-Artikolu 16(5) tal-Liġi dwar it-Titoli, “ir-rata tal-kupun tal-bonds maħruġa minn kumpanija ma għandhiex taqbeż ir-rata tal-kupun stipulata mill-Kunsill tal-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Maħruġa minn Kumpanija jipprovdi aktar dettalji billi jiddikjara li “r-rata tal-imgħax offruta għal kwalunkwe bond maħruġ minn kumpanija ma għandhiex tkun ogħla minn 40 % tar-rata tal-imgħax prevalenti mħallsa mill-banek lil individwi għal depożiti ta’ tfaddil b’terminu fiss tal-istess maturità”. |
(301) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tal-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Maħruġa minn Kumpanija jistipula li huma biss ċerti bonds li jikkonformaw ma’ kriterji stretti ta’ kwalità, bħal klassifikazzjoni tal-kreditu AAA, li jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri pubbliċi jew jinħarġu b’mod pubbliku lil investituri kwalifikati biss fid-diskrezzjoni unika tal-emittent. Il-bonds maħruġa minn kumpanija li jonqsu milli jissodisfaw dawn l-istandards jistgħu jinħarġu b’mod pubbliku għal investituri kwalifikati biss. Għalhekk, jirriżulta li l-biċċa l-kbira tal-bonds maħruġa minn kumpanija jinħarġu lil investituri kwalifikati li ġew approvati mis-CSRC u li huma investituri istituzzjonali Ċiniżi. |
(302) |
Għalkemm il-qafas legali u regolatorju ta’ dan is-sors alternattiv ta’ fondi kien identifikat b’mod ċar, il-GTĊ irrifjuta li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni f’dan ir-rigward. Għalhekk, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
(303) |
Barra minn hekk, bħala industrija mħeġġa taħt il-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija”, l-industrija tal-MAE hija intitolata għal appoġġ ta’ kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji abbażi tad-Deċiżjoni Nru 40. Il-fatt li bonds maħruġa mill-kumpaniji fil-kampjun għandhom rata tal-imgħax baxxa; jiġifieri rata tal-imgħax qrib jew taħt l-LPR, hija indikazzjoni qawwija li l-istituzzjonijiet finanzjarji, li huma l-investituri ewlenin f’dawn il-bonds, huma obbligati jipprovdu “appoġġ ta’ kreditu” lil dawn il-kumpaniji u jqisu kunsiderazzjonijiet oħra għajr kunsiderazzjonijiet kummerċjali meta jieħdu d-deċiżjoni dwar l-investiment jew il-finanzjament, bħall-objettivi tal-politika tal-gvern. Fil-fatt, investitur li jopera fil-kundizzjonijiet tas-suq ikun aktar sensittiv għar-redditu finanzjarju fuq l-investiment u probabbilment ma jinvestix f’bonds maħruġa minn kumpanija b’rati tal-imgħax baxxi ħafna. Dan huwa speċjalment il-każ għall-istituzzjonijiet finanzjarji, peress li r-ritorn ta’ dawn il-bonds huwa qrib jew inqas mir-rata li biha jistgħu jiksbu fondi huma stess minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. |
(304) |
Barra minn hekk, il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi fit-Taqsima 3.6.4 hawn fuq f’termini tal-profili tal-likwidità u tas-solvenza tagħhom jindikaw ukoll li l-investituri li joperaw fil-kundizzjonijiet tas-suq ma jinvestux fi strumenti finanzjarji bħal bonds ta’ dawn il-gruppi, li joffru redditi finanzjarji baxxi, filwaqt li l-emittent jippreżenta riskji għoljin ta’ likwidità u solvenza. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, huma biss l-investituri li għandhom motivazzjonijiet oħrajn minbarra r-redditu finanzjarju fuq l-investiment, bħall-konformità mal-obbligu legali li jipprovdu finanzjament lil kumpaniji f’industriji inċentivati, li jagħmlu investiment bħal dan. |
(b) Istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala korpi pubbliċi
(305) |
Skont it-tagħrif tas-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2022 minn Bloomberg, il-bonds elenkati fis-suq tal-bonds interbankarji jammontaw għal 88 % tal-volum ta’ negozjar totali tal-bonds (123) . Skont l-istess studju, il-biċċa l-kbira tal-investituri huma investituri istituzzjonali, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, il-banek kummerċjali jirrappreżentaw 57 % tal-investituri u l-banek ta’ politika jirrappreżentaw 3 % (124) . Għalhekk, l-investituri li jixtru bonds maħruġa minn kumpanija huma prinċipalment banek Ċiniżi, inklużi banek tal-Istat. |
(306) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li hemm korp ta’ evidenza korroborattiva, li skontha proporzjon kbir tal-investituri fil-bonds maħruġa minn kumpanija maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, huma istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom obbligu legali li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-produtturi tal-MAE. |
(307) |
Kif deskritt fil-premessa (299), l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli u l-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Maħruġa minn Kumpanija jirrikjedu li offerta pubblika ta’ bonds maħruġa minn kumpanija tikkonforma mal-politiki industrijali tal-Istat. Dan għandu l-effett li l-bonds jistgħu jinħarġu biss għal skopijiet li huma konformi mal-miri tal-ippjanar tal-GTĊ fir-rigward tal-industriji mħeġġa. L-investituri istituzzjonali, li huma, kif muri fil-premessa (305), fil-biċċa l-kbira banek kummerċjali u banek ta’ politika, iridu jsegwu l-orjentazzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 40, li tinqara flimkien mal-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija, jipprevedi trattament speċifiku ta’ ċerti proġetti fi ħdan ċerti industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-MAE. It-trattament benefiċjali għall-gruppi kollha fil-kampjun irriżulta fid-deċiżjoni li jsir investiment f’bonds korporattivi maħruġa b’rata tal-imgħax li ma tirriflettix il-kriterji bbażati fuq is-suq. |
(308) |
Barra minn hekk, kif deskritt fit-Taqsima 3.6.1 hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma kkaratterizzati minn preżenza qawwija tal-Istat, u l-GTĊ għandu l-possibbiltà li jeżerċita influwenza sinifikanti fuqhom. Il-qafas legali ġenerali, li fih joperaw dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, huwa applikabbli wkoll għall-bonds. |
(309) |
Fil-premessa (164) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u li fi kwalunkwe każ huma meqjusa inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Fit-Taqsima 3.6.2 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji privati huma wkoll inkarigati u diretti mill-gvern. |
(310) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll evidenza konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi tal-ħruġ konkret ta’ bonds. Għalhekk, hija eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (298) flimkien mas-sejbiet konkreti tal-investigazzjoni. |
(c) Sejbiet tal-investigazzjoni
(311) |
Il-Kummissjoni sabet li l-bonds inħarġu b’rata tal-imgħax taħt il-livell li kellu jkun mistenni minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji, inkluż taħt ir-rata ta’ referenza mingħajr riskju ppubblikata mill-NIFC kif imsemmi fil-premessa (316) hawn taħt. |
(312) |
Fil-prattika, ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds huma influwenzati mill-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija, simili għas-self. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (180) li s-suq lokali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jsofri minn distorsjonijiet u li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma humiex affidabbli. |
(313) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi segwew l-istruzzjonijiet ta’ politika stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 40 u fil-linji gwida rilevanti għall-bonds billi pprovdew finanzjament preferenzjali lil kumpaniji li jappartjenu għal industrija mħeġġa u b’hekk aġixxew jew bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku jew bħala korpi li huma fdati jew diretti mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(d) Benefiċċju
(314) |
Billi organizzaw il-ħruġ ta’ bond b’rata tal-imgħax taħt ir-rata tas-suq li tikkorrispondi għall-profil tar-riskju attwali tal-emittent, kif determinat fil-premessa (180) hawn fuq, u billi aċċettaw li jinvestu f’tali bond, l-istituzzjonijiet finanzjarji pprovdew benefiċċju lill-produttur fil-kampjun. |
(e) Speċifiċità
(315) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ bonds huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-bonds ma jistgħux jinħarġu mingħajr approvazzjoni ta’ awtoritajiet tal-gvern, u l-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ tiddikjara li l-ħruġ ta’ bonds irid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Kif diġà ssemma fil-premessa (80), l-industrija tal-MAE hija meqjusa bħala industrija mħeġġa fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (14 FYP) għall-iżvilupp tal-industrija tal-kostruzzjoni, rilaxxat mill-Assoċjazzjoni tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina (CCMA) fl-2021. |
(f) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(316) |
Peress li l-bonds essenzjalment huma tip ieħor ta’ strument ta’ dejn, simili għas-self, u peress li l-metodoloġija tal-kalkolu għas-self diġà hija bbażata fuq ġabra ta’ bonds, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi l-metodoloġija tal-kalkolu għas-self kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 3.6.4. Dan ifisser li l-firxa relattiva bejn il-bonds maħruġa minn kumpanija US AA u l-bonds maħruġa minn kumpanija US B bl-istess tul ta’ żmien hija applikata għar-Rata Prima tas-Self tal-PBOC biex tiġi stabbilita rata tal-imgħax ibbażata fuq is-suq għal bonds, li mbagħad tiġi mqabbla mar-rata tal-imgħax reali mħallsa mill-kumpanija sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju. |
(317) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Zoomlion group osserva li l-Kummissjoni kienet inkludiet l-istess bond diversi drabi fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju għall-kumpanija omm. |
(318) |
Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u eliminat il-benefiċċji tal-imgħax magħduda diversi drabi għall-istess bonds. Il-kalkoli kkoreġuti ġew divulgati mill-ġdid lill-grupp Zoomlion. |
(319) |
Wara divulgazzjoni addizzjonali, Zoomlion group għamel aktar kummenti relatati mal-kalkolu tal-benefiċċji. Tali affermazzjonijiet ġew aċċettati u l-kalkolu ġie adattat kif xieraq. |
3.6.5.4.
(320) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ linji ta’ kreditu, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u bonds. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u l-ispeċifiċità, il-Kummissjoni qieset il-finanzjament preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli. |
(321) |
Bħala riżultat tal-korrezzjonijiet fil-kalkolu tal-ammonti ta’ sussidju relatati mal-linji ta’ kreditu, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-bonds korporattivi, spjegati fil-premessi (256) sa (260), (294) sa (296) u (317) sa (360), rispettivament, ir-rata ta’ sussidju totali għal tipi oħra ta’ finanzjament preferenzjali żdiedet għal Zoomlion Group minn 4,96 % għal 5,46 %. |
(322) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali deskritt hawn fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontat għal: Finanzjament preferenzjali: tipi oħra ta’ finanzjament
|
3.7. Assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni
(323) |
L-ilmentatur allega li Sinosure pprovdiet assigurazzjoni preferenzjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni, fuq bażi konċessjonali lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-MAE. Fuq is-sit web ġenerali tagħha, Sinosure tiddikjara li hija tippromwovi l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ oġġetti, speċjalment l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata. Skont studju mwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), l-industrija Ċiniża tat-teknoloġija avvanzata, li minnha tagħmel parti l-industrija tal-MAE, irċeviet 21 % tal-assigurazzjoni totali tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure (125). Barra minn hekk, Sinosure ħadet rwol attiv fit-twettiq tal-inizjattiva “Made in China 2025”, li tiggwida lill-intrapriżi biex jużaw riżorsi ta’ kreditu nazzjonali, twettaq innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u aġġornament teknoloġiku, u tgħin lill-intrapriżi “joħorġu” jsiru aktar kompetittivi fis-suq globali (126). |
(a) Bażi legali
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(324) |
Il-gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun kellhom ftehimiet tal-assigurazzjoni tal-esportazzjoni pendenti ma’ Sinosure matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(325) |
Kif imsemmi fil-premessa (102) hawn fuq, Sinosure naqset milli tipprovdi informazzjoni dwar l-introjtu mill-investiment irrapportat fir-rapport annwali tagħha, evidenza dwar kwistjonijiet relatati mar-rapport finanzjarju tagħha bħall-ispejjeż operatorji, id-dħul, l-introjtu mill-investiment, is-somma globali assigurata, is-somma assigurata tas-settur tal-industrija tal-makkinarju; informazzjoni dwar l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha, informazzjoni dwar il-produtturi fil-kampjun minkejja l-eżistenza ta’ awtorizzazzjonijiet rilevanti tal-kumpanija u informazzjoni ta’ sostenn dwar l-indipendenza tas-sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha. |
(326) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tikkomplementa l-informazzjoni pprovduta bil-fatti disponibbli. |
(327) |
Skont l-informazzjoni pprovduta f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (129) u skont is-sit web ta’ Sinosure (130),Sinosure hija kumpanija tal-assigurazzjoni orjentata lejn il-politika tal-Istat stabbilita u appoġġata mill-Istat biex tappoġġa l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin tar-RPĊ. Il-kumpanija hija 100 % proprjetà tal-Istat. Hija għandha bord ta’ diretturi u bord ta’ superviżuri. Il-Gvern għandu s-setgħa li jaħtar u jkeċċi l-maniġers superjuri tal-kumpanija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fir-rigward ta’ Sinosure. |
(328) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure fir-rigward tal-industrija tal-MAE. |
(329) |
Skont l-Avviż dwar il-ħruġ tal-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina Nru. 16, “il-prodotti inklużi fl-edizzjoni tal-2006 tal-Katalogu tal-Esportazzjoni jistgħu jgawdu minn politiki preferenzjali mogħtija mill-Istat għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija ta’ livell għoli” . Il-katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata jsemmi speċifikament il-makkinarji tal-kostruzzjoni. (131) |
(330) |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (14 FYP) għall-iżvilupp tal-industrija tal-kostruzzjoni, rilaxxat mill-Assoċjazzjoni tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina (CCMA) fl-2021 elenkat b’mod espliċitu fl-anness ta’ dan il-pjan il-MAE bħala kategorija mħeġġa ta’ prodotti tal-industrija. B’mod speċifiku, il-makkinarju għal xogħol mill-ajru u t-tagħmir tal-emerġenza jissemmew taħt din il-klassifikazzjoni fil-paġna 3 tal-anness. Din l-inklużjoni tenfasizza l-enfasi strateġika fuq il-promozzjoni ta’ makkinarju ta’ kostruzzjoni avvanzat u tenfasizza l-importanza dejjem tikber tal-MAE fl-industrija. |
(331) |
Barra minn hekk, skont l-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (132), jenħtieġ li Sinosure żżid l-appoġġ tagħha għal industriji u prodotti ewlenin billi ssaħħaħ l-appoġġ ġenerali tagħha għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida, inklużi prodotti ta’ “informazzjoni u komunikazzjoni”. Jenħtieġ li tittratta l-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida, bħall-industrija tal-MAE, elenkati fil-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, bħala l-fokus kummerċjali tagħha u tipprovdi appoġġ komprensiv f’termini ta’ proċeduri ta’ sottoskrizzjoni, approvazzjoni b’limiti, veloċità tal-ipproċessar tat-talbiet u flessibbiltà tar-rati. Fir-rigward tal-flessibbiltà tar-rati, jenħtieġ li din tagħti lill-prodotti l-iskont massimu tar-rata tal-premium fil-medda varjabbli pprovduta mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, ir-Rapport Annwali ta’ Sinosure (133) għall-2022 jiddikjara li “ġew ifformulati miżuri ta’ appoġġ speċjali [] għas-setturi tal-makkinarju tal-inġinerija.”. Ir-rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2023 (134) jipprevedi wkoll li: “Il-Bord tas-Superviżuri kellu r-rwol ta’ konsulenza billi wettaq riċerki ddedikati dwar [] id-domanda tan-negozju tas-settur tal-makkinarju tal-inġinerija”. |
(332) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GOC u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ qagħad fuq tali qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure. |
(333) |
Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ ftehimiet ta’ assigurazzjoni konkreti. Matul iż-żjara ta’ verifika, il-GTĊ sostna li fil-prattika l-premiums ta’ Sinosure kienu orjentati lejn is-suq u bbażati fuq il-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ma ġie pprovdut l-ebda eżempju speċifiku fir-rigward tal-industrija tal-MAE jew tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun minkejja li l-gruppi inklużi fil-kampjun kienu pprovdew awtorizzazzjonijiet rilevanti li jippermettu aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti. |
(334) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta, il-Kummissjoni għalhekk eżaminat l-imġiba konkreta ta’ Sinosure dwar l-assigurazzjoni pprovduta lill-kumpaniji fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrast mal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom, peress li ma kinux qegħdin jaġixxu abbażi tal-prinċipji tas-suq. |
(335) |
Wara li qabblet il-pretensjonijiet totali mħallsa mal-ammonti totali assigurati, abbażi tad-data fir-Rapport Annwali 2023 ta’ Sinosure (135), il-Kummissjoni kkonkludiet li bħala medja Sinosure jkollha bżonn titlob 0,29 % tal-ammont assigurat bħala primjum sabiex tkopri l-kost tal-pretensjonijiet (mingħajr ma jitqiesu l-ispejjeż ġenerali). |
(336) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li Sinosure kienet irreġistrat telf nett mill-attivitajiet operatorji tagħha fl-2022 u fl-2023; jiġifieri l-forniment ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, u li tkun qed tagħmel telf b’mod ġenerali jekk ma jiġix irreġistrat dħul sinifikanti mill-introjtu mill-investiment. Kif imsemmi fil-premessa (102), Sinosure naqset milli tipprovdi informazzjoni dwar tali introjtu mill-investiment. |
(337) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali stabbilit iktar ’il fuq qed jiġi implimentat minn Sinosure fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-MAE. Sinosure aġixxiet bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun irċevew benefiċċju, minħabba li l-assigurazzjoni ġiet ipprovduta b’rati taħt it-tariffa minima meħtieġa għal Sinosure biex tkopri l-kostijiet operatorji tagħha. |
(338) |
Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji mogħtija skont il-programm ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni huma speċifiċi, għax ma setgħux jinkisbu mingħajr l-esportazzjoni u għalhekk huma kontinġenti fuq l-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(c) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(339) |
Billi Sinosure kellha pożizzjoni predominanti fis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx issib primjum tal-assigurazzjoni domestika bbażat fis-suq. Għalhekk, f’konformità mal-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni b’hekk użat l-aktar punt ta’ riferiment estern xieraq, li għalih l-informazzjoni kienet disponibbli faċilment, jiġifieri r-rati tal-primjum applikati mill-Export-Import Bank tal-Istati Uniti tal-Amerika għal istituzzjonijiet mhux finanzjarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD. |
(340) |
Il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija kienet fil-fatt ħallset bħala primjum tal-assigurazzjoni u l-ammont li kellha tħallas billi tapplika r-rata tal-primjum ta’ referenza esterna msemmija fil-premessa (291). |
(341) |
Sinoboom u Zoomlion ibbenefikaw minn din l-iskema, u minkejja li l-benefiċċju tagħhom kien negliġibbli, dan ġie kontabilizzat fil-kalkolu tal-marġni ta’ sussidju globali tagħhom. Madankollu, f’livell aktar granulari, il-marġni ta’ sussidju ddeterminat għalihom ġie stabbilit għal 0,00 % minħabba l-arrotondament. |
(342) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi inklużi fil-kampjun li ġejjin kienet tammonta għal:
|
3.8. Programmi ta’ għotja
(a) Bażi legali
(343) |
L-għotjiet ingħataw minn awtoritajiet tal-gvern nazzjonali, provinċjali, tal-belt jew distrettwali. Il-livell ta’ dettall legali għal-liġi partikolari li taħtha ngħataw dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm xi bażi legali għalihom, ma ġiex żvelat lill-Kummissjoni. Kif imsemmi fil-premessa (101), il-GTĊ naqas ukoll milli jipprovdi tali informazzjoni. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(344) |
Il-Kummissjoni sabet li l-erba’ gruppi ta’ kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ programmi ta’ għotja. Minħabba l-ammont kbir ta’ għotjiet li l-Kummissjoni sabet fil-kotba tal-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, f’dan ir-Regolament huwa ppreżentat biss sommarju tas-sejbiet ewlenin. Evidenza tal-eżistenza ta’ bosta għotjiet u l-fatt li dawn kienu ngħataw minn diversi livelli tal-GTĊ inizjalment ġiet ipprovduta mill-gruppi fil-kampjun u kkonfermata mir-rapporti finanzjarji tagħhom u matul iż-żjarat ta’ verifika. Is-sejbiet dettaljati dwar dawn l-għotjiet ġew ipprovduti lill-kumpaniji individwali fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni speċifiċi tagħhom. |
(c) Benefiċċju
(345) |
Dawn l-għotjiet kienu jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, peress li seħħ trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun li taw benefiċċju ugwali għall-ammont tal-għotja. |
(d) Speċifiċità
(346) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-għotjiet kollha li rċevew il-kumpaniji fil-kampjun u sabet li mhux kollha kienu speċifiċi għall-produzzjoni tal-MAE. Madankollu, l-għotjiet relatati mat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, ix-xiri ta’ assi fissi, u l-appoġġ u l-promozzjoni industrijali tqiesu bħala speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li, jidhru li huma limitati għal ċerti kumpaniji, ċerti industriji, jew proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi. |
(347) |
Barra minn hekk, dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali sabiex l-intrapriżi jkunu eliġibbli ma humiex trasparenti, ma humiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(348) |
Il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala l-ammont riċevut fil-PI, jew allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni fejn l-ammont ġie deprezzat matul il-ħajja utli tal-assi fiss li miegħu kienet relatata l-għotja riċevuta qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, abbażi tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont ta’ Sussidju fl-Investigazzjonijiet dwar id-Dazju Kumpensatorju (136), is-sussidji mhux rikorrenti riċevuti fil-PI, li ammontaw għal inqas minn 1 % ad valorem, intużaw, anki meta kienu marbuta max-xiri ta’ assi fissi. Dan il-metodu ta’ allokazzjoni huwa kompletament konformi mar-rapport tad-WTO mill-grupp informali ta’ esperti li jipprevedi li jenħtieġ li jingħataw għotjiet li l-iskop tagħhom huwa li jinxtraw assi fissi filwaqt li “tqies xieraq, primarjament mill-perspettiva ta’ konvenjenza amministrattiva, li jiġu inklużi sussidji żgħar ħafna irrispettivament mit-tip jew minn kunsiderazzjonijiet oħrajn. Huwa rrakkomandat livell ta’ anqas minn 0,5 fil-mija tal-bejgħ għal kwalunkwe sussidju individwali għal dan il-limitu” . (137) |
(f) Konklużjoni
(349) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward tal-programmi ta’ għotjiet deskritti hawn fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun kienet tammonta għal: Għotjiet
|
3.9. Il-forniment ta’ prodotti u servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni anqas minn adegwata (LTAR, less than adequate remuneration)
L-għoti mill-gvern ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata
(350) |
L-art kollha fir-RPĊ hija proprjetà tal-Istat jew ta’ kollettività, magħmula jew minn villaġġi jew minn bliet żgħar, qabel ma t-titolu ġuridiku jew ekwitabbli tal-art ikun jista’ jingħata privattiva jew jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. L-irqajja’ tal-art kollha f’żoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-irqajja’ tal-art kollha fiż-żoni rurali huma proprjetà tal-irħula jew tal-ibliet. |
(351) |
Skont il-Kostituzzjoni tar-RPĊ u l-Liġi dwar l-Artijiet, il-kumpaniji u l-individwi jistgħu madankollu jixtru “drittijiet tal-użu tal-art” (“LUR”, land use rights). Għal art industrijali, il-kera hija normalment ta’ 50 sena, li tiġġedded għal perjodu ieħor ta’ 50 sena. |
(352) |
Il-GTĊ indika li l-LUR la huma oġġetti (proprjetà personali tanġibbli jew mobbli għajr flus (138)) u lanqas servizzi, u b’hekk l-allegat programm ma jikkostitwixxix “provvisti ta’ oġġetti jew servizzi f’LTAR” skont l-Artikolu 3(1)(a) (iii) tar-Regolament bażiku. |
(353) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-allegazzjoni. L-ewwel nett, il-Manwal dwar l-Istatistika tal-Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi (“il-Manwal”) li fuqu jibbaża l-GTĊ biex jallega li l-LUR mhumiex servizzi, fih kategorija relatata ma’ “.... servizzi tal-gvern mhux inklużi band’ oħra” li huma identifikati bħala komponenti ewlenin ta’ servizzi standard. Barra minn hekk, irrispettivament mill-mezzi legali li bihom tiġi akkwistata l-art, jibqa’ l-fatt li l-provvista ta’ LURs tammonta in fine għall-provvista ta’ art. F’dan ir-rigward, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO diġà kkonferma li l-art titqies bħala oġġett “immobbli” u li jista’ japplika l-Artikolu 1.1(a)(1)(iii) tal-Ftehim SCM. (139) Għalhekk, il-forniment ta’ LUR huwa provvista ta’ oġġetti jew servizzi. |
(354) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ indika li definizzjoni aktar speċifika tas-“servizzi tal-gvern mhux inklużi band’ oħra” pprovduta fil-Manwal uriet li din il-kategorija ma tistax tinkludi l-LURs. Fuq dik il-bażi, il-GTĊ talab it-terminazzjoni tal-investigazzjoni dwar dan il-programm. |
(355) |
Il-Kummissjoni nnotat li irrispettivament mill-punt ta’ hawn fuq, it-tieni argument ippreżentat fil-premessa (353) baqa’ validu: “il-forniment ta’ LURs jammonta in fine għall-forniment ta’ art”. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-pożizzjoni tagħha li l-forniment ta’ LUR kien provvista ta’ “oġġetti u servizzi” u ċaħdet it-talba ta’ terminazzjoni. |
(a) Bażi legali/Qafas regolatorju
(356) |
Id-dispożizzjoni tad-dritt tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa’ taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (140). Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin ukoll huma parti mill-bażi legali:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(357) |
Skont l-Artikolu 10 tad-Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta’ Art tal-Istat għall-Kostruzzjoni permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni, l-awtoritajiet lokali stabbilew il-prezzijiet tal-art skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin, u skont il-politika industrijali tal-gvern. |
(358) |
F’investigazzjonijiet preċedenti (147), il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-LURs fir-RPĊ ma kinux rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq iddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, peress li s-sistema tal-irkantar instabet li ma kinitx ċara, mhux trasparenti u ma kinitx qiegħda tiffunzjona fil-prattika, u l-prezzijiet instabu li kienu stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. Kif issemma fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana li, fost kriterji oħrajn, tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali. |
(359) |
L-evidenza ta’ hawn fuq tikkontradixxi l-affermazzjonijiet tal-GTĊ li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ huma rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq, li huwa ddeterminat mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles. |
(360) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ tenna l-affermazzjonijiet tiegħu li l-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet tal-LURs u s-suq tal-LURs fiċ-Ċina kienu ċari, trasparenti u funzjonali. Il-GTĊ iddikjara wkoll li huwa spjega bir-reqqa matul il-proċess ta’ verifika tas-sistema ta’ rkantar u s-sistema ta’ evalwazzjoni tal-prezzijiet. Il-GTĊ jiddikjara li l-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna u tirrevedi l-fehma tagħha b’rispett għas-suq tal-LURs minflok ma tibbaża fuq sejbiet skaduti tal-investigazzjonijiet preċedenti. |
(361) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li s-sejbiet li saru f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti u reċenti kienu sostanzjati b’mod adegwat u huma relatati mal-istess programmi ta’ sussidju bħal dawk imsemmija f’din l-investigazzjoni. F’kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni bbażat fuq qafas ġuridiku simili li jirregola d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ u b’mod partikolari fuq il-fatt li l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana u l-politika industrijali tal-gvern. Din l-investigazzjoni ma wriet l-ebda bidla notevoli f’dan ir-rigward u l-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza li turi l-waqfien ta’ din il-politika. |
(362) |
Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-akkwist ta’ art mill-produtturi/esportaturi tal-MAE. Il-GTĊ ma setax jispjega kif f’xi ċirkostanzi l-kumpaniji setgħu jirċievu art mingħajr ħlas. Kif spjegat fil-premessa (106), dawk in-nuqqasijiet kienu fost il-punti mqajma fl-Ittra tal-Artikolu 28. |
(363) |
Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet dawk l-asserzjonijiet. |
(c) Benefiċċju
(364) |
Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni juru li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-akkwiżizzjoni ta’ LUR fir-RPĊ ma hijiex trasparenti u l-prezzijiet ġew stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. |
(365) |
Għalhekk, l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ provvista ta’ oġġetti li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Kif spjegat fil-premessi (350) sa (351) u (357) sa (359) hawn fuq, ma hemm l-ebda suq li jiffunzjona għall-art fir-RPĊ u l-użu ta’ punt ta’ riferiment estern (ara l-premessa (369)) juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet tal-użu tal-art mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huwa ferm taħt ir-rata normali tas-suq. |
(d) Speċifiċità
(366) |
Fil-kuntest ta’ aċċess preferenzjali għal art industrijali għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali għandu jqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (358). Fi ħdan din il-politika industrijali, il-MAE bħala parti mill-industrija tal-kostruzzjoni hija elenkata bħala industrija mħeġġa. Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom iqisu “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali” u l-politiki industrijali meta jipprovdu l-art. L-Artikolu XVIII tad-Deċiżjoni Nru. 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhux se jkollhom aċċess għad-drittijiet tal-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-provvista preferenzjali tal-art hija limitata għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ l-industrija tal-MAE, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(367) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti (148) u f’konformità mal-Artikolu 6(d) (ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Taipei Ċiniż”) intużaw bħala parametru referenzjarju estern (149). Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkulat billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (jiġifieri l-prezz effettiv imħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta’ rifużjonijiet/għotjiet mill-gvern lokali) għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-valur referenzjarju tat- Taipei Ċiniż. |
(368) |
Il-Kummissjoni tqis it-Taipei Ċiniż bħala punt ta’ riferiment estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(369) |
Wara l-metodoloġija applikata fl-investigazzjonijiet preċedenti (150), il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Taipei Ċiniż ikkoreġut għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti LUR rispettivi. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-art industrijali mill-2015 inkisbet mis-sit web tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan (151). Għas-snin ta’ qabel, il-prezzijiet ġew ikkoreġuti bl-użu tar-rati ta’ inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bi prezzijiet kurrenti f’USD għat-Taipei Ċiniż kif ippubblikat mill-IMF għall-2015. |
(370) |
Il-GTĊ sostna li l-parametru referenzjarju ta’ hawn fuq mhuwiex korrett peress li l-Kummissjoni qed tqabbel il-prezz għas-sjieda tal-art fit-Taipei Ċiniż mal-prezz tad-drittijiet tal-użu tal-art għad-durata limitata fir-RPĊ. |
(371) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-għażla tat-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju kienet ibbażata fuq l-eżami ta’ diversi fatturi elenkati fil-premessa (368) hawn fuq. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li anki li kieku kien hemm ċerti differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq bejn id-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina kontinentali u l-bejgħ tal-art fit-Taipei Ċiniż, dawn ma jkunux ta’ tali natura li jinvalidaw l-għażla tat-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju validu. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika xi parametru referenzjarju jew metodu ta’ aġġustament adegwat ieħor li jkun jirrifletti b’mod adegwat dawn id-differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq. |
(372) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ tenna l-pożizzjoni tiegħu li l-prezz tas-sjieda tal-art ma jistax ikun parametru referenzjarju għad-drittijiet tal-użu tal-art. Madankollu, ma ġie ppreżentat l-ebda argument ġdid li jinvalida l-pożizzjoni tal-Kummissjoni kif espressa fil-premessi (368) u (371). Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-GTĊ ma setax jippreżenta parametru referenzjarju affidabbli li jirrifletti d-differenza bejn id-drittijiet tal-użu tal-art u d-drittijiet tal-proprjetà. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
(373) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME affermat li l-għażla tal-Kummissjoni tal-prezzijiet tal-art fit-Taipei Ċiniż bħala parametru referenzjarju ma kinitx xierqa fid-dawl tad-differenza sostanzjali fil-livell ta’ żvilupp ekonomiku u tal-PDG per capita bejn it-Taipei Ċiniż u r-RPĊ (li hija saħansitra akbar jekk tittieħed il-provinċja ta’ Hunan biss, fejn tinsab l-aktar il-produzzjoni tal-MAE, għat-tqabbil). Din id-differenza kienet saħansitra aktar sostanzjali fil-passat fejn fil-fatt inkisbu LURs mill-produtturi tal-MAE. Is-CCCME osservat ukoll li l-aġġustamenti li saru għall-parametru referenzjarju abbażi tal-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG ma kinux xierqa, peress li l-indiċijiet tal-korrezzjoni jirriflettu l-bidliet fit-Taipei Ċiniża, li ma huwiex komparabbli mal-iżviluppi rispettivi fir-RPĊ. Fl-aħħar nett, is-CCCME affermat li l-Kummissjoni ma ddivulgatx id-dettalji tal-kalkolu tal-parametru referenzjarju u għalhekk ċaħħdet lis-CCCME u lill-kumpaniji li rrappreżentat mid-drittijiet li jifhmu kif ġie kkalkolat l-ammont tas-sussidju. |
(374) |
Kif spjegat fil-premessa (371), il-Kummissjoni qagħdet fuq il-parametru referenzjarju li tqies bħala l-aktar xieraq, anki meta jitqiesu d-differenzi bejn il-kundizzjonijiet tas-suq. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika xi parametru referenzjarju jew metodu ta’ aġġustament adegwat ieħor li jkun jirrifletti b’mod adegwat dawn id-differenzi fil-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
(375) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ divulgazzjoni insuffiċjenti, il-Kummissjoni nnotat li l-kalkoli tal-ammont ta’ sussidju ġew iddivulgati lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, li huma membri tas-CCCME. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn il-parametri referenzjarji ġew miżjuda wkoll mal-fajl miftuħ. |
(376) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-grupp Zoomlion sostna li l-ammont ta’ sussidju taħt din l-iskema jenħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid filwaqt li jitqies l-allegat żvilupp anormali tal-prezzijiet tal-art industrijali fit-Taipei Ċiniża fl-2021 u l-2022. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinjora l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn is-sentejn u tissostitwihom b’indiċjar mil-livell tal-prezz tas-snin preċedenti. |
(377) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju taħt din l-iskema u l-parametri referenzjarji rispettivi tqieset preċiża, u għalhekk il-Kummissjoni ma rat l-ebda raġuni jew xi bażi fattwali jew legali għal aġġustament biss minħabba li ċerti produtturi tal-MAE kisbu l-LURs tagħhom fi snin speċifiċi. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-grupp Zoomlion ma pprovda l-ebda data jew evidenza ta’ sostenn li tissostanzja l-allegazzjoni tiegħu dwar l-“iżvilupp anormali tal-prezzijiet tal-art industrijali fit-Taipei Ċiniż”. |
(f) Konklużjoni
(378) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontat għal: Drittijiet tal-użu tal-art f’LTAR
|
3.10. Dħul mitluf permezz ta’ programmi ta’ eżenzjoni mit-taxxa u tnaqqis tat-taxxa
3.10.1. Tnaqqis fit-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”, Enterprise Income Tax) għall-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
(379) |
Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“il-Liġi dwar l-EIT”), intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li għalihom l-Istat jeħtieġ li jagħti appoġġ ewlieni jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta’ 15 % minflok ir-rata ta’ taxxa standard ta’ 25 %. |
(a) Bażi legali
(380) |
Il-bażi legali ta’ dan il-programm huwa l-Artikolu 28 tal-Liġi EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (152), kif ukoll:
|
(381) |
Il-Kapitolu IV tal-Liġi dwar l-EIT fih dispożizzjonijiet rigward “Trattament tat-Taxxa Preferenzjali”. L-Artikolu 25 tal-Liġi dwar l-EIT, li jagħmilha ta’ introduzzjoni għall-Kapitolu IV, jipprovdi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat” . L-Artikolu 28 tal-Liġi dwar l-EIT jipprevedi li “r-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi fuq intrapriżi teknoloġiċi għoljin u ġodda li jeħtieġu appoġġ speċjali mill-Istat għandha titnaqqas għal 15 %” . |
(382) |
L-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jiċċara li: “ “L-intrapriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li se jiġu appoġġati mill-Istat” kif imsemmi fil-Klawżola 2 tal-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jirreferu għall-intrapriżi li għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Identifikazzjoni tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u taż-Żoni Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida appoġġjati mill-Istat għandhom jiġu fformulati b’mod konġunt mid-dipartimenti tat-teknoloġija, tal-finanzi u tat-tassazzjoni taħt il-Kunsill tal-Istat u jidħlu fis-seħħ wara li jiġu approvati mill-Kunsill tal-Istat”. |
(383) |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jispeċifikaw b’mod ċar li r-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi hija riżervata għal “intrapriżi importanti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li għandhom jiġu appoġġjati mill-Istat” li għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet bħall- “konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida appoġġjati mill-Istat” . |
(384) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Miżuri Amministrattivi għar-Rikonoxximent tal-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata, sabiex tiġi rikonoxxuta bħala Intrapiża ta’ Teknoloġija Avvanzata, fl-istess ħin trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet li fosthom: “tkun kisbet is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li għandha rwol ċentrali fl-appoġġ tekniku tal-prodotti (servizzi) ewlenin tagħha, permezz ta’ riċerka indipendenti, trasferiment, għotja, fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, eċċ.” u “it-teknoloġija li għandha rwol ċentrali fl-appoġġ tekniku tal-prodotti (servizzi) ewlenin tagħha hija fil-firxa predeterminata fl-oqsma tat-teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat”. |
(385) |
Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din il-miżura għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont proprju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(386) |
Il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fi ħdan il-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ikkwalifikaw bħala kumpaniji ta’ teknoloġija avvanzata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u b’hekk gawdew minn rata mnaqqsa tal-EIT ta’ 15 %. Madankollu, fi tlieta biss mill-gruppi fil-kampjun, il-kumpaniji fil-fatt ibbenefikaw minn din l-iskema fil-PI. |
(c) Benefiċċju
(387) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
(d) Speċifiċità
(388) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi biss li joperaw f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat. L-industrija tal-MAE hija tali prijorità ta’ teknoloġija avvanzata. |
(389) |
Għalhekk, il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti kumpaniji u setturi. |
(390) |
Il-GTĊ argumenta li dan il-programm ta’ sussidju ma kienx speċifiku peress li l-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tistabbilixxi kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi li jirregolaw l-eliġibbiltà, u l-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa, u li l-eliġibbiltà hija awtomatika u li l-kriterji u l-kundizzjonijiet ta’ kwalifika huma strettament osservati. |
(391) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. L-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “fejn l-awtorità li tagħtihom, jew il-leġiżlazzjoni li taħtha topera l-awtorità li tagħtihom, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi, tali sussidju għandu jkun speċifiku”. Fil-fatt, l-iskema ta’ sussidju inkwistjoni għandha l-bażi legali tagħha fil-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa” tal-EIT. Bl-isem u l-kontenut tiegħu, dan il-kapitolu jipprevedi b’mod espliċitu trattament preferenzjali speċifiku li “jillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti intrapriżi”. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jiċċara li “L-intrapriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li għandhom jiġu appoġġati mill-Istat [għandhom jissodisfaw ċerti] kundizzjonijiet”, bħal “1. Jikkonformaw mal-ambitu tal-Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġati mill-Istat”. Kif jidher ċar minn dan ta’ hawn fuq, l-impriżi jew l-industriji kollha ma humiex eliġibbli li jibbenefikaw mill-istess trattamenti tat-taxxa preferenzjali. Konsegwentement, is-sussidji pprovduti taħt din l-eżenzjoni mit-taxxa tqiesu speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(392) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa. |
(f) Konklużjoni
(393) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontat għal: Tnaqqis tal-EIT għall-HNTE
|
3.10.2. Tnaqqis preferenzjali qabel it-taxxa tal-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp
(394) |
It-tpaċija tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat u meta jintlaħqu ċerti limiti għall-infiq fuq ir-R&Ż. |
(395) |
B’mod aktar speċifiku, l-ispejjeż tar-R&Ż imġarrba minn intrapriża meta twettaq kwalunkwe attività ta’ R&Ż, 100 % addizzjonali tal-ammont tal-ispejjeż ta’ R&Ż effettivament imġarrba għandhom jitnaqqsu qabel il-ħlas tat-taxxa, flimkien mat-tnaqqis tal-ispejjeż attwali kif preskritt, mill-1 ta’ Jannar 2023, sakemm l-ispejjeż imsemmija ma jiġux ikkonvertiti f’assi intanġibbli u inklużi fil-profitti u t-telf kurrenti. |
(396) |
Jekk l-imsemmija spejjeż ikunu ġew ikkonvertiti f’assi intanġibbli, tali spejjeż jistgħu jiġu amortizzati b’rata ta’ 200 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli qabel it-taxxa mill-1 ta’ Jannar 2023. |
(a) Bażi legali
(397) |
Il-bażi legali għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mal-Artikolu 95 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi kif ukoll l-avviżi li ġejjin:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(398) |
Il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji fil-gruppi inklużi fil-kampjun bbenefikaw minn tnaqqis addizzjonali fuq l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp li ġarrbu għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda. |
(c) Benefiċċju
(399) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
(d) Speċifiċità
(400) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din il-miżura biss għal intrapriżi li jġarrbu spejjeż tar-R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija għolja ddeterminati mill-Istat, bħas-settur tal-MAE. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti kumpaniji u setturi. |
(401) |
Il-GTĊ taċ-Ċina argumenta li “super tnaqqis fir-riċerka u l-iżvilupp” mhuwiex speċifiku peress li din hija politika tat-taxxa universali bl-għan li tħeġġeġ lill-intrapriżi jżidu l-investiment tagħhom f’attivitajiet ta’ R&Ż. Skont il-GTĊ, hemm kriterji u kundizzjonijiet oġġettivi għall-applikazzjoni tal-programm u l-programm japplika awtomatikament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet korrispondenti. |
(402) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-qari tal-GTĊ tal-liġijiet u tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, li juru li l-programm huwa limitat għal ċerti setturi u intrapriżi appoġġati mill-GTĊ fuq il-bażi ta’ kriterji li ma jidhrux oġġettivi jew newtrali, bħal li jikkonformaw mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-“Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida appoġġati mill-Istat”. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li japplika biss għal intrapriżi li joperaw f’ċerti oqsma ta’ teknoloġija avvanzata, bħall-industrija tal-MAE. Barra minn hekk, l-Artikolu 30 tal-Liġi dwar l-EIT jipprevedi li l-ispejjeż tar-R&Ż imġarrba mill-intrapriżi fil-qasam tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda jistgħu jitnaqqsu addizzjonalment fil-mument tal-kalkolu tal-introjtu taxxabbli, l-Artikolu 95 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar l-EIT jispjega fiex jikkonsisti t-tnaqqis, filwaqt li l-Artikolu 4 tal-Avviż dwar it-Titjib tat-Tnaqqis tal-Ispejjeż tal-Iżvilupp tar-R&Ż jelenka l-industriji li għalihom it-tnaqqis qabel it-taxxa mhuwiex applikabbli (b’ċertu grad ta’ diskrezzjoni, peress li l-lista tispiċċa bil-kliem “… u kwalunkwe industrija oħra stipulata mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni” ). |
(403) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li “il-programm huwa limitat għal ċerti setturi u intrapriżi appoġġati mill-GTĊ [...], bħal dawk li jikkonformaw mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-“Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida appoġġati mill-Istat” hija żbaljata. |
(404) |
Madankollu, il-GTĊ ammetta li l-eliġibbiltà ta’ dan il-programm hija limitata għall-intrapriżi li ġarrbu spejjeż relatati mar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u proċessi ġodda. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni dwar kif il-kelma “ġdid” għandha tiġi definita f’dan il-kuntest. Il-GTĊ lanqas ma kkummenta dwar il-possibbiltà diskrezzjonali ċara tal-awtoritajiet li jeskludu ċerti industriji mill-applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis tat-taxxa. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni tal-GTĊ li l-eliġibbiltà ta’ dan il-programm kienet “stipulata b’mod ċar u oġġettiv mil-liġi”. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(405) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta’ 100 % tal-ispejjeż reali fuq ir-R&Ż. |
(f) Konklużjoni
(406) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontat għal: Tnaqqis qabel it-taxxa għar-R&Ż
|
3.10.3. Eżenzjoni mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati
(407) |
Il-Liġi dwar l-EIT toffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lill-Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ speċifikament mill-Istat u, b’mod partikolari, eżenzjonijiet mit-taxxa għall-introjtu minn investiment ta’ ekwità, bħal dividendi u bonusijiet, bejn intrapriżi residenti eliġibbli. |
(a) Bażi legali
(408) |
Il-bażi legali għall-programm hija l-Artikolu 26(2) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. |
(409) |
L-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV “Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali”, jistabbilixxi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġjat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli” , li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
(410) |
Il-Kummissjoni sabet li kumpanija waħda fil-gruppi inklużi fil-kampjun irċeviet eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati. |
(c) Benefiċċju
(411) |
Il-Kummissjoni qieset li din l-iskema hija sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
(412) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li dan il-programm kellu l-għan li jevita t-tassazzjoni doppja u, għalhekk, ma tax lill-intrapriżi benefiċċji addizzjonali tat-taxxa billi jirrinunzjaw jew ma jiġbrux id-dħul li kien dovut mod ieħor. |
(413) |
Għalkemm il-Kummissjoni qablet li l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja hija prattika tat-taxxa rikonoxxuta fuq livell internazzjonali, din ma tapplikax bl-istess mod fil-pajjiżi kollha. Il-GTĊ naqas milli juri kif it-tnaqqis inkwistjoni jevita t-taxxa doppja b’mod speċifiku (jiġifieri billi juri li d-dividendi soġġetti għall-eżenzjoni huma ntaxxati xi mkien ieħor u r-regola tkopri biss sitwazzjonijiet ta’ impożizzjoni doppja). Għalhekk it-talba ġiet rifjutata. |
(d) Speċifiċità
(414) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni biss għal intrapriżi residenti kwalifikati li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat u li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità tal-għoti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal sussidju għal ċerti kumpaniji u setturi. |
(415) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-limitazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ dan il-programm għal xi intrapriżi biss huma żbaljati peress li l-Kummissjoni interpretat ħażin it-terminu “kwalifikat” kif użat fl-Artikolu 26 tal-Liġi dwar l-EIT. Skont il-GTĊ il-kelma “kwalifikat” intużat hemmhekk fil-kuntest ta’ “dħul minn investiment kwalifikat” aktar milli fil-kuntest tal-“intrapriżi residenti kwalifikati”. |
(416) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. L-Artikolu 26(2) tal-EIT huwa parti mill-Kapitolu IV “Preferenzi tat-Taxxa”, li jipprevedi għadd ta’ trattamenti tat-taxxa preferenzjali li huma eżenzjonijiet għar-regoli ġenerali tat-tassazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV “Politiki Preferenzjali dwar it-Taxxa”, jipprevedi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li tali politika tat-taxxa preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji, li huma speċifikament appoġġati u mħeġġa mill-Istat, bħall-industrija tal-MAE, u għalhekk hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-kopja bl-Ingliż tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu (il-formola A107010, il-linja 3) ippreżentata minn diversi Gruppi inklużi fil-kampjun li tgħid “(II) Dividendi, bonusijiet u introjtu ieħor minn investiment ta’ ekwità bejn intrapriżi residenti kwalifikati huma eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi (4 + 5 + 6 + 7 + 8)” fil-verżjoni Ċiniża tad-dikjarazzjoni tat-taxxa, f’dan ir-rigward. |
(e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(417) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta’ sussidju billi applikat ir-rata normali tat-taxxa għall-introjtu mid-dividendi li tnaqqas mill-introjtu taxxabbli. |
(f) Konklużjoni
(418) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ammontat għal: Eżenzjoni mid-dividendi tal-EIT
|
3.11. Skemi oħra
(419) |
Il-Memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza elenka skemi oħra li għalihom kien hemm biżżejjed evidenza fl-ilment li kellha t-tendenza li turi l-eżistenza ta’ sussidji kumpensabbli disponibbli għall-produtturi esportaturi tal-MAE. Din il-lista ta’ tali programmi tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:
|
(420) |
Fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar il-kumpens ta’ dawn il-programmi. Dan huwa mingħajr preġudizzju biex il-Kummissjoni teżamina dawk il-miżuri fl-okkażjoni ta’ rieżamijiet futuri, inklużi rieżamijiet skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
(421) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CMAE indikat li għall-iskemi ta’ hawn fuq, il-memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza wera li l-ilmentatur kien ipprovda informazzjoni biex jistabbilixxi l-livell ta’ sussidjar disponibbli minn investigazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Is-CMAE osservat ukoll li għall-biċċa l-kbira ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni kienet infurmat lill-GTĊ bl-intenzjoni tagħha li tuża l-fatti disponibbli wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-CMAE talbet lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tasal għal konklużjoni dwar il-kumpens ta’ dawn l-iskemi. |
(422) |
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li kien hemm biżżejjed evidenza biex tinbeda l-investigazzjoni dwar l-iskemi inkwistjoni, hija ma setgħetx tlesti l-valutazzjoni dwar l-iskemi ta’ hawn fuq minħabba għadd ta’ fatturi bħall-għadd ta’ skemi li għandhom jiġu investigati, il-kumplessità intrinsika tagħhom u l-iskadenza ta’ 13-il xahar li jappartjenu għall-investigazzjonijiet antisussidji. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (420), dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jintlaħqu sejbiet dwar dawn l-iskemi fil-futur, inkluż fil-qafas tar-rieżamijiet. |
3.12. Konklużjoni dwar is-sussidjar
(423) |
Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-gruppi ta’ kumpaniji li kkooperaw f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Sabiex tikkalkula s-sussidjar globali, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal ta’ sussidjar: l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat tal-kumpanija jew tal-fatturat tal-kumpanija tal-PUI. Dan il-perċentwal imbagħad intuża biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan l-ammont ta’ sussidju aktar tard ġie espress bħala perċentwal tal-valur tal-Kost, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”, Costs, Insurance and Freight) tal-istess esportazzjoni. |
(424) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-grupp Zoomlion ikkontesta l-koeffiċjent tal-allokazzjoni użat mill-Kummissjoni fit-tqassim tas-sussidji riċevuti mill-kumpanija prinċipali lill-produttur tal-MAE. Hija sostniet li l-fatturat, relatat ma’ tranżazzjonijiet ta’ input partikolari bejn dawn il-kumpaniji, espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-grupp, kellu jintuża bħala kriterju ta’ allokazzjoni. Zoomlion group ikkontesta wkoll il-kalkolu tal-fatturat konsolidat użat bħala denominatur fil-kalkoli tar-rata ta’ sussidju bl-argument li l-fatturat tal-grupp kellu jintuża minflok il-fatturat konsolidat tal-kumpanija omm. |
(425) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn id-dikjarazzjonijiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset li allokazzjoni bbażata fuq id-dħul mill-bejgħ kienet konservattiva fir-rigward ta’ kumpanija omm, fin-nuqqas ta’ metodu ta’ tqassim iktar xieraq. Hija nnotat ukoll li t-tranżazzjonijiet relatati mal-inputs ma kinux l-uniċi tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji relatati peress li l-kumpanija omm kienet involuta wkoll fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat. It-tieni nett, il-Kummissjoni qieset li d-dħul mill-bejgħ ikkonsolidat kien ġie kkalkolat b’mod korrett, abbażi ta’ informazzjoni vverifikata ppreżentata mill-grupp Zoomlion. Għall-kuntrarju, il-fatturat tal-grupp issuġġerit mill-grupp Zoomlion ma ġiex sottomess, u lanqas ivverifikat matul l-investigazzjoni. Ġie ppreżentat biss bħala approssimazzjoni wara d-divulgazzjoni definittiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li d-data tal-kumpanija omm kienet aktar pertinenti minn dik tal-grupp peress li l-kumpanija omm kellha tranżazzjonijiet bidirezzjonali (kemm il-bejgħ tal-inputs kif ukoll ix-xiri tal-prodott li qed jiġi investigat) mal-entità li tipproduċi u tbigħ il-prodott li qed jiġi investigat, li turi l-interkonnessjoni tagħhom, li jiġġustifikaw il-konsolidazzjoni fil-livell tagħha. Għalhekk, allokazzjoni bbażata fuq il-fatturat konsolidat tqieset l-aktar xierqa. |
(426) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali Zoomlion group tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni kienet użat b’mod żbaljat il-fatturat tal-kumpanija omm minflok il-fatturat totali tal-grupp. Hija żiedet ukoll li, jekk il-Kummissjoni tuża tali dħul mill-bejgħ bħala kriterju ta’ tqassim, jenħtieġ li tuża esklużivament id-dħul mill-bejgħ lil kumpanniji mhux relatati fin-numeratur bħala parti mill-eżerċizzju ta’ allokazzjoni u ma tinkludix dak lil kumpanniji relatati. |
(427) |
Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (425) u meta titqies ir-relazzjoni b’saħħitha bejn il-kumpanija omm u l-produttur tal-MAE, fil-forma ta’ parteċipazzjoni azzjonarja maġġoritarja tal-kumpanija omm fil-produttur tal-MAE u d-disponibbiltà ta’ fatturat konsolidat ivverifikat għall-perjodu ta’ investigazzjoni għall-kumpanija omm kif ipprovdut mill-grupp Zoomlion, il-Kummissjoni qieset li l-użu ta’ tali fatturat għall-allokazzjoni tal-benefiċċji kien aktar xieraq mill-użu ta’ approssimazzjoni tal-fatturat konsolidat tal-grupp għall-perjodu ta’ investigazzjoni li la ġie sottomess u lanqas ivverifikat qabel id-divulgazzjoni definittiva. F’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta’ (sehem żgħir ta’) bejgħ lil kumpaniji relatati fin-numeratur, il-Kummissjoni qieset li tali approċċ kien għall-benefiċċju tal-grupp Zoomlion peress li hija assumiet li l-bejgħ lil klijenti mhux relatati normalment isir bi prezz ogħla minn dak bejn il-partijiet relatati fejn in-numeratur kien kemxejn sottovalutat li jwassal għal allokazzjoni kemxejn aktar baxxa għall-prodott investigat u għal ammont ta’ sussidju aktar baxx. Għal dawn ir-raġunijiet, it-talbiet tal-grupp Zoomlion ġew miċħuda. |
(428) |
Bħala riżultat tal-korrezzjonijiet fil-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju għall-grupp Zoomlion, spjegati fil-premessa (321), ir-rata ta’ sussidju globali għall-grupp żdiedet minn 11,14 % għal 11,65 %. Zoomlion group irċieva divulgazzjoni sħiħa mill-ġdid tal-kalkoli bid-deskrizzjoni spjegattiva tal-bidliet li saru, inklużi żbalji tekniċi u klerikali żgħar li saru fil-kalkoli oriġinali. |
(429) |
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont totali ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kumpensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li l-fatti disponibbli użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod ġust, biex l-esportaturi li ma kinux intalbu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ. |
(430) |
Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u r-rappreżentattività tal-kampjun anki f’termini ta’ eliġibbiltà għas-sussidju, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit l-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. L-ammont għall-“kumpaniji l-oħra kollha” kien applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
(431) |
Fuq din il-bażi, l-ammonti ta’ sussidju kumpensabbli bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. L-esklużjoni tal-importazzjonijiet tal-Grupp JLG mill-analiżi tal-importazzjonijiet sussidjati
(432) |
Ħlief għall-Grupp JLG, ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku. L-importazzjonijiet tal-Grupp JLG kienu de minimis u għalhekk ma setgħux jitqiesu fl-analiżi tad-dannu hawn taħt iżda tqiesu meta ġew analizzati l-effetti ta’ fatturi oħra fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
(433) |
Biex tivvaluta jekk is-sejbiet tan-nuqqas ta’ sussidjar fir-rigward tal-JLG Group jistgħux jiġu estiżi għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni vvalutat il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-JLG Group meta mqabbla mal-importazzjonijiet l-oħrajn kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-PI. |
(434) |
Fil-PI, il-volum tal-importazzjonijiet mhux sussidjati mill-JLG Group ammonta għal [20–25 %] tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ, u kien jirrappreżenta madwar [40 – 45 %] tal-importazzjonijiet inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni mbagħad qabblet il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF tal-Grupp JLG mal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni CIF tat-tliet produtturi esportaturi l-oħrajn inklużi fil-kampjun abbażi tad-data vverifikata u l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kollha lejn l-Unjoni, abbażi tat-tweġibiet tal-kampjunar sottomessi (154). Hija sabet li fil-PI, il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF tal-Grupp JLG kien [25–30 %] ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħrajn inklużi fil-kampjun. Fl-istess perjodu, il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF tal-JLG Group kien [40–45 %] ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha abbażi tat-tweġibiet għall-kampjunar. Billi dawn l-esportazzjonijiet totali tal-produtturi esportaturi kollha (esklużi l-esportazzjonijiet tal-Grupp JLG) ammontaw għal [75–80 %] tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-PI, il-Kummissjoni qieset li ma setgħetx testendi s-sejbiet ta’ nuqqas ta’ sussidjar fir-rigward tal-Grupp JLG għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun u għall-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni b’mod ġenerali. |
4.2. Unitajiet u biċċiet tal-unitajiet
(435) |
Il-prodott li qed jiġi investigat definit fit-Taqsima 2 jinkludi kemm unitajiet (makkinarju sħiħ) kif ukoll biċċiet tal-unitajiet. Madankollu, l-analiżi ta’ hawn taħt tal-indikaturi differenti tad-dannu tiffoka biss fuq l-unitajiet, u mhux fuq biċċiet individwali. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni pproduċiet kemm unitajiet kif ukoll biċċiet matul il-perjodu kkunsidrat, hija la biegħet u lanqas xtrat biċċiet separatament. Il-biċċiet prodotti dejjem jintużaw għal tip speċifiku ta’ makkinarju, normalment prodotti fuq ordni. Għalhekk, l-analiżi tad-dannu kienet ibbażata biss fuq l-unitajiet. |
4.3. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(436) |
Skont l-ilmentatur, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prodott simili ġie manifatturat minn 22 produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(437) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 35 000 unità (makkinarju komplut). Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri t-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju li waslet mingħand l-ilmentatur, meta possibbli kontroverifikata mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
(438) |
Kif indikat fit-Taqsima 1.4.1, fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 56 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.4. Konsum tal-Unjoni
(439) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi ta’:
|
(440) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (f’unitajiet)
|
(441) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied b’122 %. |
4.5. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.5.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(442) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu bbażati fuq id-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li tqiesu li jirrappreżentaw 100 % tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (157). |
(443) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġie stabbilit billi l-volumi tal-importazzjonijiet tqabblu mal-konsum tas-suq tal-Unjoni skont it-Tabella 2 hawn fuq. |
(444) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet (f’unitajiet) u sehem mis-suq
|
(445) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied b’ 214 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 29 % fl-2020 għal 41 % fil-PI, li jirrappreżenta żieda ta’ 42 %. |
4.5.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
(446) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li tqiesu qrib il-100 % tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (159). |
(447) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezz tal-importazzjoni (EUR/unità)
|
(448) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’ 54 %, u laħaq livell ta’ EUR 17 008/unità fil-PI. |
(449) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
(450) |
It-tqabbil tal-prezz sar għall-istess tip ta’ prodott għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustat kif xieraq meta meħtieġ. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie stabbilit marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 21 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi sussidjati fis-suq tal-Unjoni. |
(451) |
Irrispettivament mill-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi rażżnu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li kellha tbigħ b’inqas mill-kostijiet matul il-PI. |
4.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
(452) |
F’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(453) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.4.1, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(454) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li kienet tinsab fl-ilment u t-tweġiba tal-ilmentatur għal kwestjonarju speċifiku. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li kienet tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(455) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u l-kobor tal-marġni tas-sussidju. |
(456) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.6.2.1.
(457) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità (f’unitajiet)
|
(458) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’100 % u laħqet aktar minn 35 000 unità fil-PI. Iż-żieda fil-produzzjoni kellha impatt pożittiv fuq l-użu tal-kapaċità, li żdied bi 88 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.2.2.
(459) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(460) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-volumi ta’ bejgħ tal-manifatturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat żdiedu bi 62 %. Madankollu, peress li ma setgħux jibbenefikaw bis-sħiħ mill-konsum tal-Unjoni ta’ 122 % (ara t-Tabella 2), is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’27 %. |
4.6.2.3.
(461) |
Fil-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-prodott ikkonċernat żdied b’ 122 %. Fl-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 27 %, u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat żdied b’47 %. Għalkemm il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu f’termini assoluti, ma setgħux jibbenefikaw miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni f’termini ta’ sehem mis-suq. Għall-kuntrarju, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u b’hekk lanqas biss setgħet iżżomm il-pożizzjoni tagħha. |
4.6.2.4.
(462) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
(463) |
Fil-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-Unjoni żdiedu b’ 40 %. Flimkien maż-żieda fil-produttività (ta’ 43 %), il-produzzjoni fl-istess perjodu żdiedet b’ 100 % (ara t-Tabella 5). |
4.6.2.5.
(464) |
Ħlief għall-Grupp JLG, il-marġnijiet kollha tas-sussidju stabbiliti (ara t-Taqsima 3.6.4) kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
4.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
(465) |
Tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu parti mill-istess grupp. Għalhekk, il-kampjun kien jikkonsisti biss minn żewġ operaturi ekonomiċi differenti. B’hekk, il-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jipprovdu l-informazzjoni f’meded għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
4.6.3.1.
(466) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
(467) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kif imqabbla mal-kost korrispondenti tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(468) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni żdiedu b’mod sostanzjali. Iż-żieda fl-kostijiet ta’ aktar minn 30 % kienet tikkonċerna prinċipalment il-prezzijiet tal-azzar, tas-semikondutturi u tal-enerġija. Peress li l-użu tal-produzzjoni żdied minn livell baxx ħafna fl-2020 (25 %) għal 47 % fil-PI, u peress li l-kostijiet fissi baqgħu l-istess, il-kostijiet kumplessivi żdiedu sa ċertu punt. |
(469) |
B’mod parallel, il-volum tal-importazzjonijiet tal-MAE miċ-Ċina żdied bejn l-2020 u l-2022 b’ 199 % (ara t-Tabella 2) bi prezzijiet sinifikament taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (ara t-Tabella 3). Din il-pressjoni fuq il-prezzijiet ipprevjeniet lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet biex tirrifletti ż-żieda fil-kostijiet. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livell baxx b’mod mhux sostenibbli sabiex ma titlifx wisq sehem mis-suq. Għalhekk, għalkemm mhux direttament viżibbli mit-Tabella 7 minħabba l-firxiet, bħala medja, il-kostijiet tal-produzzjoni kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kollu. Għaldaqstant, fil-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kompliet topera b’telf (ara t-Tabella 10), anki f’sitwazzjoni ta’ suq li qed jikber u ta’ żieda fil-bejgħ. F’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li qed jiżdiedu b’mod qawwi bi prezzijiet inġustament baxxi, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista’ tibbenefika u terġa’ lura għal sitwazzjoni profittabbli. |
(470) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdiedu b’ 16 % u l-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’ 14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fattur ewlieni li influwenza ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kien iż-żieda fil-prezz tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, il-kostijiet tal-produzzjoni kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.3.2.
(471) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat
|
(472) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’ 7 %. |
4.6.3.3.
(473) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
(474) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, varja l-livell tal-istokkijiet tal-għeluq. Fil-PI, kien 30 % ogħla meta mqabbel mal-2020. L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(475) |
Il-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ prodott simili huma manifatturati mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet mhumiex ikkunsidrati bħala indikatur sinifikanti ta’ dannu għal din l-industrija. |
4.6.3.4.
(476) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profitabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
(477) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
(478) |
Fl-2020, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà affettwata miż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi li bdiet fl-2018. Kif spjegat fit-Taqsima 4.6.3.1, il-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet inġusti fis-suq tal-Unjoni pprevjeniet lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet biex tirrifletti ż-żieda fil-kostijiet. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha f’livell baxx b’mod mhux sostenibbli biex iżżomm volum suffiċjenti. Peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx, taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, iżżid il-produzzjoni tagħha, dan kien rifless f’użu tal-kapaċità baxxa, li żdied minn 25 % fl-2020 għal 47 % fil-PI, iżda baqa’ taħt il-50 % meta mqabbel mal-użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li, skont il-kumpanija u s-sena, kien bejn 53 % u 99 %. |
(479) |
Għalkemm fl-2021, il-profittabbiltà tjiebet b’27 %, l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel it-telf. Fl-2022, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar, billi l-profittabbiltà naqset b’185 %. It-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2022 kien ikkawżat miż-żieda anormali fil-kostijiet tal-produzzjoni xprunata minn żieda fil-prezzijiet tal-materja prima flimkien mal-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ baqgħu ffissati għal ċertu perjodu ta’ żmien. Għalhekk, il-prezzijiet tal-bejgħ ma setgħux jiżdiedu kif xieraq u dan issarraf f’telf kbir. Għalhekk, minkejja s-suq li qed jespandi u ż-żieda massiva fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tlaħħaq maż-żieda kontinwa fil-kost. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2022. B’riżultat ta’ dan, matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabbiltà kumplessiva żdiedet iżda baqgħet negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni – bejn [(– 5 %) –0 %]. Il-fluss tal-flus naqas b’mod konsiderevoli (b’146 %) u b’mod parallel, il-livell tal-investimenti annwali naqas b’ 64 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investimenti segwa l-istess xejra ’l isfel, billi naqas b’440 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.3.5.
(480) |
Is-sena 2020 li ttieħdet bħala l-punt ta’ referenza għall-analiżi tax-xejriet kienet affettwata ħafna mis-sitwazzjoni tal-pandemija skont l-ilmentatur u l-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni kienu l-aktar baxxi matul l-aħħar deċennju. Għalhekk, iż-żieda fl-indikaturi mill-2020 ma kinitx indikazzjoni ta’ industrija li qed tikber iżda pjuttost kienet tfisser irkupru lura għal-livell preċedenti ta’ attivitajiet. |
(481) |
Fil-fatt, id-data ppreżentata għall-2019 mill-ilmentatur ikkonfermat li fl-2020, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu eċċezzjonalment baxxi – fl-2019, il-volum tal-produzzjoni tal-manifatturi tal-Unjoni kien simili għal-livell tal-produzzjoni fil-PI, u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni bejn l-2019 u l-PI naqas b’14 %. Madankollu, peress li s-sena ta’ referenza 2020 kienet affettwata mis-sitwazzjoni tal-pandemija, għadd ta’ indikaturi wrew żieda fil-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’100 % u l-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni żdied bi 62 %. |
(482) |
Minkejja ż-żieda konsiderevoli fil-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat (b’122 %), l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-bejgħ tagħha b’mod korrispondenti sabiex mill-inqas iżżomm is-sehem tagħha mis-suq. Għall-kuntrarju, minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet sussidjati sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 52 % għal 38 %. B’mod parallel, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod sostanzjali, b’214 %, fl-istess perjodu u s-sehem tagħhom mis-suq żdied minn 29 % għal 41 %. Minbarra t-telfiet imġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, indikaturi oħrajn tad-dannu bħall-fluss ta’ flus, il-livell tal-investimenti u r-redditu tal-investimenti żviluppaw b’mod negattiv ukoll. |
(483) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
(484) |
F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. Il-Kummissjoni eżaminat l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-importazzjonijiet mhux sussidjati mir-RPĊ u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Ma kien magħruf li jeżisti l-ebda fattur ieħor li seta’ jikkawża d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati
(485) |
Kif stabbilit fit-Taqsima 4.5.1, il-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet waqqgħu wkoll lill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 21 %. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm jew iżżid is-sehem tagħha mis-suq u tibbenefika miż-żieda fil-konsum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Din is-sitwazzjoni kellha impatt serju fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, li kienet negattiva matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
(486) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
(487) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra, individwalment jew kollettivament, setgħux inaqqsu r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati fis-sens li tali rabta ma tibqax ġenwina u sostanzjali. |
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u importazzjonijiet mhux sussidjati
5.2.1.1.
(488) |
Il-Kummissjoni stabbiliet l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Peress li d-data għal dawn l-importazzjonijiet taħt xi wħud mill-kodiċijiet NM ġiet irrapportata biss f’tunnellati (u mhux f’unitajiet), il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-volumi u l-prezzijiet għal kull unità, kif sar għall-industrija tal-Unjoni u għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma setgħux jitqabblu b’mod dirett ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet miċ-Ċina u, għaldaqstant, kienu indikattivi biss, għalkemm kienu preċiżi x-xejriet ibbażati fuq dawn il-volumi u l-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, biex tistabbilixxi l-ishma mis-suq, il-Kummissjoni użat fattur ta’ konverżjoni minn tunnellati għal unitajiet abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw (160). Fir-rigward tal-prezzijiet, il-Kummissjoni ma qisitx dan bħala preċiż, peress li bil-ħsieb tad-differenzi fit-taħlita tal-prodott l-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni ma jwassalx għal prezzijiet preċiżi għal kull unità. |
(489) |
Minbarra r-RPĊ, il-prodott ikkonċernat ġie importat lejn l-Unjoni minn diversi pajjiżi oħrajn li flimkien kienu jammontaw għal 8 % tas-sehem mis-suq fil-PI: Tabella 11 Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn (f’tunnellati)
|
(490) |
Minbarra ċ-Ċina, l-akbar żewġ pajjiżi importaturi lejn l-Unjoni li jmiss kienu l-Istati Uniti u r-Renju Unit, b’kull wieħed ikollu sehem mis-suq ta’ 3 % fil-PI. Il-bqija tal-pajjiżi (minbarra ċ-Ċina) flimkien irrappreżentaw sehem mis-suq ta’ madwar 3 % fil-PI. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdiedu bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(491) |
F’termini assoluti, il-livell tal-importazzjonijiet mit-total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief ir-RPĊ żdied b’57 %, madankollu, minħabba ż-żieda fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq ta’ dawn il-pajjiżi kollha naqas b’4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u kien ferm aktar baxx mis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
(492) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.1.2.
(493) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 4.1, ir-rata ta’ sussidju tal-JLG Group instabet li kienet taħt il-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku, u għalhekk, il-Kummissjoni qieset dawn l-importazzjonijiet fost fatturi oħra biex tivvaluta jekk dawn l-importazzjonijiet setgħux ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Tabella 12 Importazzjonijiet mhux sussidjati (f’unitajiet)
|
(494) |
L-importazzjonijiet mhux sussidjati żdiedu b’272 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn [2 000 - 3 000] unità fl-2020 għal [8 000 - 9 000] unità fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’ 68 % minn [5 – 10 %] fl-2020 għal [10–15 %] fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif imsemmi fit-Taqsima 4.1, fil-PI, il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF tal-Grupp JLG kien [25 – 30 %] ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħrajn inklużi fil-kampjun. Fl-istess perjodu, il-prezz medju tal-esportazzjoni CIF tal-JLG Group kien [40 - 45 %] ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha abbażi tat-tweġibiet għall-kampjunar. Madankollu, il-prezzijiet tal-Grupp JLG baqgħu matul il-perjodu kkunsidrat ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk, dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx u ż-żieda tagħhom fil-volum tal-importazzjoni tqiesu li kellhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u għalhekk, setgħu kkontribwew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba li l-prezzijiet medji tagħhom huma ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet sussidjati, li l-volumi huma iżgħar u s-sehem mis-suq limitat li jirrappreżentaw dawn l-importazzjonijiet mhux sussidjati, il-Kummissjoni qieset li dawk l-importazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta kawżali stabbilita bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(495) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-volum tal-esportazzjoni abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mis-CMAE. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew determinati abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
(496) |
Il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(497) |
Fil-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-volum tal-esportazzjoni tagħha b’188 %. Madankollu, kif imsemmi fit-Taqsima 4.6.3.5, fl-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b’mod qawwi mis-sitwazzjoni tal-pandemija li kellha impatt fuq il-livell tal-esportazzjonijiet tagħha. Qabel il-pandemija, il-livell tal-esportazzjonijiet tagħha kien simili għal-livell milħuq fl-2021. |
(498) |
Il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni naqsu, fil-perjodu kkunsidrat, b’7 %, u kienu, fil-PI, taħt il-kost medja tal-produzzjoni. Madankollu, dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni għal kull unità varjaw minn madwar EUR 13 000/unità sa EUR 49 000/unità. |
(499) |
B’mod ġenerali, l-investigazzjoni żvelat li kienet profitabbli l-maġġoranza tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet pożittiva u ma setgħetx tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(500) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effett tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati. Madankollu, kien limitat l-effett ta’ dawn il-fatturi l-oħrajn, jekk kien hemm, fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(501) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina, li ma kinitx imnaqqsa mill-fatturi msemmija hawn fuq. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
(502) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja d-determinazzjoni ta’ sussidju dannuż, l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-fornituri upstream, tal-utenti, tad-distributuri u tal-importaturi mhux relatati. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
(503) |
L-industrija tal-Unjoni li tipproduċi l-pjattaformi mobbli fl-ajru hija magħmula, skont l-ilmentatur, minn 22 kumpanija u timpjega, skont l-informazzjoni tiegħu, aktar minn 3 000 membru tal-persunal. Ħadd mill-produtturi ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. |
(504) |
Kif konkluż fit-Taqsima 4.6.3.5, l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat: minkejja ż-żieda fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, ma żdiedx is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni, u naqset il-profittabilità tagħhom. |
(505) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji se treġġa’ lura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u se tippermetti lill-industrija tal-Unjoni ttejjeb il-profittabbiltà tagħha u tirkupra. |
(506) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-fornituri upstream
(507) |
Lil hinn mill-impjiegi diretti, l-industrija tal-MAE bbażat ukoll fuq network komprensiv ta’ fornituri upstream tal-komponenti differenti tal-MAE li mbagħad jiġu magħqudin fuq il-linji ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmentaturi waħedhom ibbażaw skont l-informazzjoni tagħhom fuq mill-inqas 280 fornitur, li minnhom madwar 260 joperaw fl-Unjoni. Skont l-istima tal-industrija tal-Unjoni dan ifisser madwar 32 000 impjieg fl-UE f’mill-inqas 14-il Stat Membru differenti: L-Italja, il-Polonja, Franza, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Ungerija, is-Slovenja, l-Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja, Spanja, in-Netherlands, l-Irlanda u r-Rumanija. Skont l-ilmentatur, ħafna minn dawn il-fornituri kienu SMEs f’reġjuni remoti jew vulnerabbli tal-Unjoni. Fil-fehma tagħha xi SMEs kienu wkoll dipendenti ħafna fuq id-domanda mill-industrija tal-MAE tal-Unjoni. |
(508) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-Kummissjoni, abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li minbarra l-effett pożittiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji jista’ jkollha impatt pożittiv fuq il-fornituri tal-MAE, li jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ Stati Membri. |
6.3. L-interess tal-utenti, tad-distributuri u tal-importaturi mhux relatati
6.3.1. Kumpaniji tal-kiri
(509) |
Skont l-ilmentatur, il-maġġoranza l-kbira tal-utenti (bejn 75–90 %) huma kumpaniji tal-kiri. L-ebda utent ma pparteċipa fl-investigazzjoni. |
(510) |
Skont l-ilmentatur, it-tul tal-ħajja tal-magni kien twil u peress li kull magna nkriet u ntużat ħafna drabi, il-fluttwazzjoni fil-prezz ġiet dilwita. Barra minn hekk, bi prezz medju tal-makkinarju ta’ madwar EUR [35 000 - 40 000], kwalunkwe fluttwazzjoni tal-prezzijiet tinqasam fuq diversi snin u diversi każijiet ta’ użu, u fuq klijenti differenti. Fil-fehma tiegħu, id-daqs tal-flotta tal-kumpaniji l-kbar tal-kiri huwa wkoll relattivament kbir meta mqabbel mal-konsum annwali tal-Unjoni. Dawn kollha f’daqqa, id-daqs ta’ dawn il-flotot, u r-rata ta’ sostituzzjoni relattivament bil-mod, jagħmlu lill-utenti ħafna inqas vulnerabbli għall-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet. Il-kumpaniji tal-kiri fil-fehma tiegħu huma protetti wkoll minn żidiet potenzjali fil-prezz li jirriżultaw mill-miżura bil-kapaċità tagħhom li jgħaddu dawn l-effetti lill-klijenti tagħhom, li jippermettilhom iżommu l-marġnijiet tagħhom. |
(511) |
L-ilmentatur argumenta wkoll li l-makkinarju normalment jinbiegħ mill-ġdid mill-kumpaniji tal-kiri jew minn xerrejja oħrajn. Dan il-bejgħ mill-ġdid, anki wara diversi snin ta’ użu, jista’ jsir b’porzjon konsiderevoli mill-prezz tax-xiri. Għalhekk, kwalunkwe żieda fil-prezz li tirriżulta mill-miżura, min-naħa tagħha, ukoll iżżid il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-makkinarju użat. |
(512) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impatt fuq il-kumpaniji tal-kiri kien fil-fatt inqas sinifikanti milli kieku kienu qed ikomplu “jipproċessaw” il-prodott ikkonċernat. Peress li l-makkinarju jibqa’ b’mod ġenerali l-proprjetà tal-kumpaniji tal-kiri, kwalunkwe żieda fil-prezz tiegħu tirrifletti direttament f’żieda tal-assi tagħhom. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fatt li l-makkinarju jintuża fuq perjodu itwal ukoll inaqqas l-effett negattiv ta’ żieda potenzjali fil-prezz. |
(513) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma jkollhomx effett sproporzjonat fuq il-kumpaniji tal-kiri. |
6.3.2. Utenti oħrajn
(514) |
L-utenti l-oħrajn tal-MAE huma fil-biċċa l-kbira tagħhom kumpaniji tal-kostruzzjoni, industrijali u agrikoli jew kumpaniji li regolarment jeħtieġu l-użu ta’ dan il-makkinarju bħal ċentri loġistiċi u ajruporti. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn huma kumpaniji kbar. |
(515) |
Fil-fehma tal-ilmentatur, l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet fuq dawn il-kumpaniji huwa limitat peress li l-pjattaformi mobbli fl-ajru jirrappreżentaw biss porzjon marġinali tat-tagħmir tagħhom u tal-kostijiet tagħhom. Dawn l-utenti finali huma kumpaniji b’volum suffiċjenti ta’ attivitajiet li jagħmlu l-investimenti fil-pjattaformi porzjon limitat tal-kostijiet tagħhom. |
(516) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji li jixtru l-MAE għandhom attivitajiet ewlenin differenti u l-kost tal-MAE ġeneralment ikun marġinali meta mqabbel mal-kostijiet totali ta’ dawn il-kumpaniji. Kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezz tal-MAE iżżid il-kostijiet tagħhom iżda mhux sal-punt li jkollha impatt finanzjarju serju fuq l-operat tagħhom. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien limitat l-impatt tal-miżuri fuq dawn l-utenti l-oħrajn. |
6.3.3. Importaturi mhux relatati u negozjanti
(517) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-importaturi u n-negozjanti, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati jistgħu jkomplu jakkwistaw it-tagħmir għall-aċċess mobbli minn diversi sorsi, u jistgħu jbigħuh mill-ġdid bi prezzijiet li jippermettulhom iżommu l-marġnijiet tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li f’każ li jiġu imposti l-miżuri kumpensatorji, l-impatt fuq l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati kien limitat. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(518) |
Għalkemm il-livell ġenerali tal-prezz tal-MAE huwa mistenni li jiżdied, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-benefiċċji ġenerali tal-miżuri jegħlbu l-impatt negattiv potenzjali fuq l-importaturi u l-utenti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa importanti wkoll għall-utenti ewlenin – il-kumpaniji tal-kiri – li l-produzzjoni tal-MAE tkompli sseħħ fis-suq tal-Unjoni, biex jiddiversifikaw il-flotot tagħhom. F’każ li l-kumpaniji tal-kiri kellhom jiddependu kompletament fuq l-importazzjonijiet, ikollhom jiffaċċjaw il-possibbiltà ta’ estensjoni taż-żmien meħtieġ u tfixkil fil-provvista u żidiet fil-prezzijiet fuq żmien itwal. |
7. MIŻURI KUMPENSATORJI DEFINITTIVI
(519) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tas-sussidjar, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti dazji kumpensatorji definittivi biex jitneħħa d-dannu materjali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
7.1. Il-livell tal-miżuri kumpensatorji definittivi
(520) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-ammont tad-dazju kumpensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti. |
(521) |
Imbagħad, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jiddikjara li “Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni sottomessa, tkun tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni.” |
(522) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni u, għalhekk, il-livell tal-miżuri kumpensatorji se jiġi stabbilit b’referenza għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1). |
(523) |
Minħabba li, f’dan il-każ, il-miżuri definittivi ser ikunu bbażati fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti, il-marġini tad-dannu ma ġiex stabbilit. |
(524) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv, espressi skont il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
(525) |
L-investigazzjoni antisussidji twettqet b’mod parallel ma’ investigazzjoni anti-dumping separata li tikkonċerna l-istess prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ, li fiha l-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping fil-livell tal-marġni tad-dumping għal Sinoboom u Dingli u fil-livell tal-marġni tad-dannu għal Dingli. Il-kumpanija Zoomlion ma kinitx parti mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-investigazzjoni anti-dumping u l-marġni tad-dumping tagħha kien ibbażat fuq il-marġni tad-dannu tal-kumpaniji l-oħra kollha li kkooperaw. |
(526) |
I l-valur normali fl-investigazzjoni anti-dumping inħadem f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (161) b’referenza għall-kostijiet u għall-profitti mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv estern xieraq. Konsegwentement, skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku u sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni l-ewwel imponiet id-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-ammont definittiv stabbilit ta’ sussidjar u mbagħad imponiet id-dazju anti-dumping definittiv li kien fadal, li jikkorrispondi għall-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont tad-dazju kompensatorju u sal-livell rilevanti ta’ eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping separata. Billi l-Kummissjoni naqqset il-marġni tad-dumping li nstab bl-ammont sħiħ ta’ sussidjar stabbilit fir-RPĊ, ma kien hemm l-ebda kwistjoni ta’ għadd doppju skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku. |
(527) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCME argumentat li madankollu kien hemm kwistjoni ta’ għadd doppju, anki f’sitwazzjoni fejn id-dazji anti-dumping definittivi ġew imposti fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, id-dazji anti-dumping definittivi stabbiliti fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu jkollhom l-effett li diġà jikkumpensaw is-sussidjar inkorporat fil-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż aktar baxx. It-tieni, il-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun fil-proċediment anti-dumping irċevew marġni ta’ dumping li kien il-livell medju ponderat tal-produtturi fil-kampjun. Il-marġnijiet tad-dumping ta’ tnejn mill-erba’ kumpaniji fil-kampjun kienu għoljin ħafna bħala riżultat tal-applikazzjoni parzjali tal-fatti disponibbli. Fil-fehma tas-CCCME, dan wassal għal livell medju ponderat mhux raġonevoli ta’ marġni tad-dumping li rrestrinġa b’mod inġust l-iffissar tad-dazju finali tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun. |
(528) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-argumenti. L-ewwel nett, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (526) hawn fuq, peress li l-Kummissjoni naqqset il-marġni tad-dumping misjub bl-ammont kollu ta’ sussidjar stabbilit fir-RPĊ, kwalunkwe riskju ta’ għadd doppju ġie eliminat. L-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huwa wieħed differenti, jiġifieri li jiġi vvalutat jekk marġni aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx adegwat biex jitneħħa d-dannu. Għaldaqstant, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ma għandu l-ebda rabta ma’ xi kwistjoni ta’ għadd doppju, li tikkonċerna l-valutazzjoni jekk (parti minn) il-marġni tad-dumping hijiex ikkawżata minn sussidjar u mhux liema livell ta’ dazju huwa adegwat biex jitneħħa d-dannu. Dawn l-hekk imsejħa regoli tad-dazju inferjuri japplikaw biss fi proċedimenti anti-dumping u mhux fi proċedimenti antisussidji. Il-limitu massimu tal-livell ikkombinat ta’ dazji anti-dumping u antisussidji mil-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, kif issuġġerit mis-CCCME, jirriżulta de facto fl-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri fi proċediment antisussidji, li mhuwiex permess mir-Regolament antisussidji bażiku. |
(529) |
It-tieni, fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset li d-dazju anti-dumping tagħhom kien ibbażat fuq il-livell medju (aktar baxx) ta’ eliminazzjoni tad-dannu fil-kampjun, u għalhekk id-dazju kumpensatorju medju fil-kampjun seta’ jiżdied mad-dazju tagħhom. L-affermazzjoni tas-CCCME li l-marġni medju tad-dumping fil-kampjun kien artifiċjalment għoli, la kienet fattwalment korretta u lanqas sostanzjata. Għall-kuntrarju ta’ dak li affermat is-CCCME, l-aħjar fatti disponibbli ma ġewx applikati għal żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun, iżda għal kumpanija waħda biss, u sa ċertu punt biss. L-applikazzjoni tal-aħjar fatti disponibbli kellha biss impatt żgħir fuq il-marġnijiet tad-dumping. Fi kwalunkwe każ, is-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li l-applikazzjoni parzjali tal-aħjar fatti disponibbli għal kumpanija waħda rriżultat f’marġni medju tad-dumping artifiċjalment għoli fil-kampjun. |
(530) |
Is-CMAE argumentat, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni ma kellhiex tnaqqas il-marġni tad-dumping misjub bl-ammont kollu ta’ sussidjar, peress li mill-inqas parti mis-sussidjar ma kinitx koperta fil-marġni tad-dumping. Skont is-CMAE, għal għadd ta’ sussidji bħal għotjiet, finanzjament preferenzjali, eżenzjoni mit-taxxa u tnaqqis identifikati mill-Kummissjoni, ma jseħħ l-ebda rimedju doppju meta titqies l-ispeċifiċità tad-data użata fl-investigazzjoni anti-dumping parallela biex jinbena l-valur normali. Skont l-ilmentatur, fl-investigazzjoni anti-dumping parallela, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali billi ssostitwiet il-valur tal-inputs u tal-fatturi tal-produzzjoni. Madankollu, hija ma vvalutatx l-eżistenza ta’ sussidji fuq xi wieħed mill-inputs jew fuq l-elettriku fl-investigazzjoni antisussidji. Dan ifisser li ma hemm l-ebda riskju ta’ rimedju doppju bejn is-sussidji u l-marġni tad-dumping li jirriżulta mis-sostituzzjoni tal-valur tal-inputs jew tal-elettriku skont il-metodoloġija tad-dumping użata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, is-CMAE ssostni li l-akkumulazzjoni tal-miżuri kumpensatorji mad-dazji anti-dumping hija possibbli sa 14,25 % għal Dingli u 7,31 % għal Sinoboom. |
(531) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-approċċ tagħha li tnaqqas bis-sħiħ l-ammont ta’ sussidju mill-marġni tad-dumping peress li applikat il-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku meta ħadmet il-valur normali kien kompletament konformi mar-regolament anti-dumping u antisussidji bażiku kif ukoll mat-testi rilevanti tad-WTO. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-argument tal-ilmentatur li anki fil-kuntest tal-metodoloġija biex jinħadem il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni, fil-prinċipju jkun possibbli li jiġu akkumulati dazji kumpensatorji u anti-dumping, ħlief għas-sussidji tal-esportazzjoni. Dan ġie rikonoxxut b’mod espliċitu mill-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO (162) dwar din il-kwistjoni soġġett għal ċerti kundizzjonijiet rilevanti. Madankollu, fir-rigward tas-sussidji li jaffettwaw ir-riżultati finanzjarji tal-produtturi esportaturi, bħal għotjiet, finanzjament preferenzjali, u reġimi tat-taxxa preferenzjali, il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-argumenti u l-evidenza tal-ilmentatur li r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija użata fil-pajjiż rappreżentattiv setgħu jkunu aktar baxxi minn dak li kien ikun li kieku din il-kumpanija rċeviet tali sussidji fil-Brażil. Madankollu, peress li dawn l-argumenti u l-evidenza rilevanti ġew sottomessi fi stadju tard ħafna tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiġbor informazzjoni addizzjonali u tindirizza kif xieraq l-informazzjoni sottomessa, u għalhekk ma setgħetx tasal għal sejba dwar il-mertu ta’ din l-affermazzjoni. Għalhekk, f’sitwazzjoni fejn mhuwiex ċar jekk l-approċċ meħud fl-investigazzjoni anti-dumping biex jinbena l-valur normali jfissirx li xi sussidji misjuba f’din l-investigazzjoni kienu kompletament newtralizzati, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha, iddeċidiet li żżomm l-approċċ tagħha kif diġà żvelat lill-partijiet interessati f’dan il-każ. Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-kwistjoni tiġi riveduta fil-futur. |
(532) |
Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni sabet li l-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji fil-kampjun ikun rappreżentattiv bħala r-rata tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji, li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni. |
(533) |
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont totali ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kumpensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw. |
(534) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:
|
(535) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u ffabbrikat mill-entitajiet legali msemmija. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(536) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
7.2. Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ
(537) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenzi fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kumpensatorji individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(538) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
(539) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkustanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
(540) |
L-istatistika tal-MAE ta’ spiss tiġi espressa f’biċċiet. Madankollu, ma hemm l-ebda unità supplimentari bħal din għall-MAE speċifikata fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (163). Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stipulat li mhux biss il-piż f’kg jew tunnellati iżda wkoll il-biċċiet għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat iridu jiddaħħlu fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jenħtieġ li l-biċċiet jiġu indikati għall-kodiċijiet NM ex 8427 10 10 , ex 8427 20 19 , ex 8428 90 90 , ex 8431 20 00 u ex 8431 39 00 (kodiċijiet TARIC: 8427 10 10 10, 8427 20 19 10, 8428 90 90 20, 8431 20 00 60 u 8431 39 00 10). |
8. REĠISTRAZZJONI
(541) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-MAE soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-ħsieb li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku. |
(542) |
Peress li ma ġie impost l-ebda dazju provviżorju, ma seta’ jseħħ l-ebda ġbir retroattiv. Għalhekk, jenħtieġ li titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
9. ŻVELAR
(543) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jipprovdu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli speċifikament żvelati lilhom. |
(544) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (164), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
(545) |
Kif spjegat fil-premessi (526) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni naqqset mill-parti tal-marġni tad-dumping tal-ammont ta’ sussidju sabiex jiġi evitat l-għadd doppju. B’hekk, jekk isseħħ xi modifika jew tneħħija tad-dazji kumpensatorji definittivi, il-livell tad-dazji anti-dumping jenħtieġ li jiżdied awtomatikament bl-istess proporzjon sabiex ikun jirrifletti l-firxa attwali tal-għadd doppju bħala riżultat ta’ din il-modifika jew it-tneħħija. Din il-bidla tad-dazji anti-dumping jenħtieġ li sseħħ sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. |
(546) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju kumpensatorju definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ aċċess mobbli ddisinjat għall-irfigħ ta’ persuni, awtopropulsiv, b’għoli massimu ta’ tħaddim ta’ 6 metri jew aktar, u importazzjonijiet ta’ sezzjonijiet tagħhom immuntati minn qabel jew lesti biex jiġu assemblati, li jikkonsistu f’ (1) xażi, (2) turreta jew nagħla, (3) pjattaforma jew basktijiet, (4) mekkaniżmu ta’ rfigħ għal tagħmir ta’ aċċess mobbli (inklużi dirgħajn twal (teleskopiċi u jew artikolati, b’dirgħajn tal-krejn jew mingħajrhom) għal lift bid-driegħ twil teleskopiku, lift bid-driegħ twil artikolat jew arblu vertikali u dirgħajn ta’ mqass għal lift imqass), esklużi komponenti individwali tas-sezzjonijiet meta ppreżentati separatament, u eskluż tagħmir għall-irfigħ ta’ persuni mmuntat fuq vetturi tal-Kapitolu 86 u l-Kapitolu 87 tas-Sistema Armonizzata, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 10 10 , ex 8427 20 19 , ex 8428 90 90 , ex 8431 20 00 u ex 8431 39 00 (kodiċijiet TARIC: 8427 10 10 10, 8427 20 19 10, 8428 90 90 20, 8431 20 00 60 u 8431 39 00 10), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Hunan Sinoboom Intelligent Equipment Co., Ltd. |
7,3 |
89DL |
Zoomlion Intelligent Access Machinery Co., Ltd. |
11,6 |
89DQ |
Zhejiang Dingli Machinery Co., Ltd. |
14,2 |
89DO |
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
12,1 |
Ara l-Anness I |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II |
14,2 |
Ara l-Anness II |
Kumpaniji oħra li ma kkooperawx fl-investigazzjoni anti-dumping iżda li kkooperaw fl-investigazzjoni antisussidji elenkata fl-Anness III |
12,1 |
Ara l-Anness III |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
14,2 |
8999 |
3. Id-dazji kumpensatorji mhumiex applikabbli għal Oshkosh JLG (Tianjin) Equipment Technology Co., Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC 89DM).
4. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kumpensatorju speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum f’unità li qed nużaw) tal- (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi preżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw fir-RPĊ.
5. Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, l-għadd ta’ oġġetti tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni, sakemm din l-indikazzjoni tkun kompatibbli mal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-massa netta u n-numru ta’ oġġetti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera taħt il-kodiċijiet TARIC: 8427 10 10 10, 8427 20 19 10, 8428 90 90 20, 8431 20 00 60 u 8431 39 00 10.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.
7. F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom jiskattaw ukoll il-valutazzjoni tal-marġni tad-dumping għall-produttur esportatur prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
2. |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħal paragrafu 6 ġdid: “6. Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/796 (*1) jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 għandhom jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping attwali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/796 tal-24 ta’ April 2025 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/45 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/796, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/796/oj)” " |
3. |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħal paragrafu 7 ġdid: “7. F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom jiskattaw ukoll il-valutazzjoni tal-marġni tad-dumping għall-produttur esportatur prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.” |
4. |
L-Anness huwa sostitwit bl-Anness I, l-Anness II u l-Anness III. |
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jibqgħux jirreġistraw l-importazzjonijiet kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2725.
2. L-ebda dazju anti-dumping definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv għall-importazzjonijiet irreġistrati.
3. Id-data miġbura f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2725 ma għandhiex tibqa’ tinżamm.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(2) Notifika tal-bidu ta’ proċediment antisussidji dwar importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli (MAE) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/2362, 27.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2362/oj).
(3) F’dan ir-Regolament, it-terminu “GTĊ” jintuża f’sens wiesa’, u jinkludi l-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/45 tat-8 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir għall-aċċess mobbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/45, 9.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/45/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2725 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 2024/2725, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2725/oj).
(6) Ara t24.002997.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1915 tal-11 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir tal-aċċess mobbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1915, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1915/oj).
(8) Il-Kostituzzjoni tar-RPĊ, adottata fl-4 ta’ Diċembru 1982, kif emendata; disponibbli fuq: http://en.moj.gov.cn/2021-06/22/c_634901.htm.
(9) Ara pereżempju l-Artikoli 1 u 206 tal-Kodiċi Ċivili tar-RPĊ, li skonthom: “Din il-Liġi hija fformulata […] għall-finijiet tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi legali tal-persuni ċivili li qed jiżviluppaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, u t-tmexxija ’l quddiem tal-valuri soċjalisti ewlenin” u “[l-]Istat isostni u jtejjeb is-sistemi ekonomiċi soċjalisti fundamentali, bħas-sistema ta’ sjieda li taħtha diversi forom ta’ sjieda jiżviluppaw b’mod konġunt mas-sjieda pubblika bħala l-pedament, is-sistema ta’ distribuzzjoni li taħtha jeżistu flimkien diversi forom ta’ distribuzzjoni mad-distribuzzjoni skont ix-xogħol bħala l-pedament, kif ukoll is-sistema tal-ekonomija tas-suq soċjalista. L-Istat jikkonsolida u jiżviluppa s-settur pubbliku tal-ekonomija, u jinkoraġġixxi, jappoġġa u jiggwida l-iżvilupp tas-settur mhux pubbliku tal-ekonomija. L-Istat jimplimenta ekonomija tas-suq soċjalista […]”; disponibbli fuq: https://www.trans-lex.org/601705/_/civil-code-of-the-peoples-republic-of-china-/. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-Kumpaniji tar-RPĊ: “Il-Liġi tal-Kumpaniji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina […] ġiet ippromulgata sabiex tistandardizza l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tal-kumpaniji, tipproteġi d-drittijiet u l-interessi legali tal-kumpaniji, tal-azzjonisti u tal-kredituri, tissalvagwardja l-ordni soċjali u ekonomiku u tippromwovi l-iżvilupp tal-ekonomija tas-suq soċjalista”; disponibbli fuq: http://mg.mofcom.gov.cn/article/policy/201910/20191002905610.shtml.
(10) Ara l-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni: “Is-sistema soċjalista hija s-sistema fundamentali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. It-tmexxija mill-Partit Komunista Ċiniż hija l-karatteristika definittiva tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi. Kwalunkwe organizzazzjoni jew individwu huma pprojbiti milli jagħmlu ħsara lis-sistema soċjalista.”
(11) Ara l-Programm Ġenerali tal-Kostituzzjoni tas-CCP, li skontu: “It-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż hija l-aktar attribut essenzjali tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, u l-akbar saħħa ta’ din is-sistema. Il-Partit huwa l-ogħla forza għat-tmexxija politika. Il-Partit jeżerċita tmexxija ġenerali fuq l-oqsma kollha ta’ sforz f’kull parti tal-pajjiż”; disponibbli fuq: https://english.news.cn/20221026/d7fff914d44f4100b6e586372d4060a4/c.html (aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2024).
(12) Dwar il-kompożizzjoni tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu u r-relazzjoni tiegħu mal-Partit Komunista Ċiniż, ara pereżempju fuq: https://npcobserver.com/about-npc/.
(13) Ara: https://www.gov.cn/.
(14) Ara l-Artikolu 12 tal-Liġi dwar l-Imħallfin tar-RPĊ li jipprevedi li l-imħallfin iridu “[j]araw li tiġi osservata [...] il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina, u s-sistema soċjalista” ; disponibbli fuq: www.npc.gov.cn/englishnpc/c23934/202012/9c82d5dbefbc4ffa98f3dd815af62dfb.shtml#:~:text=Article%201%3A%20This%20Law%20is,in%20accordance%20with%20the%20law.
(15) Ara l-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni tas-CCP: “ Għandha tiġi ffurmata organizzazzjoni tal-Partit fil-livell primarju fi kwalunkwe impriża, […], organu tal-gvern, […] u kwalunkwe livell primarju [organizzazzjoni fejn jaħdmu n-nies] ieħor fejn hemm tliet membri sħaħ tal-Partit jew iktar”.
(16) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2 (ir-“Rapport dwar iċ-Ċina tal-2017”) — il-Kapitolu 4, p. 41–42, 83. Ara wkoll id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni aġġornat dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final (ir-“Rapport dwar iċ-Ċina”) – il-Kapitolu 4, pp. 57-59, 99.
(17) L-Artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-ICBC, il-Kapitolu 6, l-Artikoli 52-53; disponibbli fuq: http://v.icbc.com.cn/userfiles/Resources/ICBCLTD/download/2017/gszc_en.pdf. (iċċekkjat l-aħħar fid-29.1.2025)
(18) Ibid., l-Artikolu 52.
(19) Ibid., l-Artikolu 53 (3).
(20) Ibid., l-Artikolu 144.
(21) L-Artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-ABC; disponibbli fuq: https://www.abchina.com/en/investor-relations/corporate-announcements/announcements/201811/W020181126632885896610.pdf. (iċċekkjat l-aħħar fid-29.1.2025)
(22) www.cncma.org/upfile/file/20210713/1626143544661031384.pdf.
(23) Seetao, 'Construction Machinery 14th Five-Year Development Plan Released', 19 ta’ Lulju 2021, https://www.seetao.com/details/97137.html.
(24) https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf.
(25) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm; Traduzzjoni bl-Ingliż hija disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0432_made_in_china_2025_EN.pdf.
(26) ISDP, 'Made in China 2025', Ġunju 2018, https://isdp.eu/publication/made-china-2025/.
(27) Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Pubblikazzjoni ta’ Made in China 2025 (tradott), paġna 16 (disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0432_made_in_china_2025_EN.pdf).
(28) Idem, paġna 12.
(29) Idem, paġna 23.
(30) Ara: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm. Traduzzjoni bl-Ingliż hija disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf.
(31) Ara l-Art. LXV, It-Taqsima 1 tal-Pjan.
(32) Ara l-Art. LXV, It-Taqsima 3 tal-Pjan.
(33) www.cncma.org/article/10579 (iċċekkjat l-aħħar fl-24.2.2025)
(34) L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni, paġna 16.
(35) Idem, paġni 139-140.
(36) Ara l-Appendiċi għal 14-il FYP għall-makkinarju tal-kostruzzjoni.
(37) Idem paġni 139–140.
(38) https://zjjcmspublic.oss-cn-hangzhou-zwynet-d01-a.internet.cloud.zj.gov.cn/jcms_files/jcms1/web1585/site/attach/0/157823f5651e42ea85038c86b74becca.pdf.
(39) https://www.ndrc.gov.cn/fzggw/jgsj/zxs/sjdt/202004/P020200401627898788135.pdf.
(40) Raggruppament tal-Makkinarju tal-Inġinerija ta’ Xuzhou: Il-konsolidazzjoni tal-“Industrija Nru 1” u s-Sejħa għall-“Kapital tal-Makkinarju tal-Inġinerija taċ-Ċina” (https://www.js.gov.cn/art/2022/11/14/art_63909_10663820.html )
(41) https://hnfzyjy.hnu.edu.cn/info/1109/6191.htm.
(42) http://cpc.people.com.cn/n1/2024/0529/c64387-40245669.html.
(43) http://www.yuelu.gov.cn/rdzt/1757360/qsh/plzl/202203/t20220323_10509367.html.
(44) https://stock.hnchasing.com/main/aboutUs/jtyw/detail/1600404406236819458.html.
(45) Il-NFRA ssostitwiet il-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (“CBIRC”) fl-2023.
(46) Panel Report, China – Broiler Products (Artikolu 21.5 – US), paras. 7.229-7.231. WT/DS427.
(47) Ara http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1239/oj, il-premessa (139) fil-ĠU L 325, 5.12.2013, p. 88 (Il-każ tal-pannelli solari) u http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1690/oj, il-premessa (48) fil-ĠU L, 283, 12.11.2018, p. 7 (Il-każ tat-tajers).
(48) Bħal, iżda mhux limitati għal: ftehimiet ta’ self, applikazzjonijiet għal self, valutazzjoni interna tal-bank fuq l-applikazzjoni għal self, dokumenti ta’ approvazzjoni ta’ self.
(49) Il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi tal-Intrapriżi tal-Istat, id-Digriet Nru 5 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-28 ta’ Ottubru 2008, l-Artikolu 11 u 12.
(50) Il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni tal-Industrija Bankarja, l-Ordni Nru 58 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-31 ta’ Ottubru 2006.
(51) Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti — Supercalendered Paper, para. 7.175; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, l-Istati Uniti — Supercalendered Paper, il-paragrafi 5.81.
(52) T25.000833 tal-15/01/2025.
(54) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-punt 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (US — Carbon Steel (India)), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 - 4.20 u WT/DS437/AB/R (US – Countervailing Duty Measures on Certain Products from China), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-punt 4.92.
(55) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-punt 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (US — Carbon Steel (India)), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 - 4.20 u WT/DS437/AB/R (United States – Countervailing Duty Measures on Certain Products from China) ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.
(56) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-punt 297.
(57) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 349.
(58) Ara r-Rapport Annwali tal-Bank of Beijing Y2022 (April 2023) https://pdf.valueonline.cn/web/viewer.html?v=20200509&file=https:// oss.valueonline.cn/cloud-irh-bucket/public/formal/0/167278f7-743a-4dca-be0f-bb065e3f8748.pdf.
(59) Ara China Minsheng Bank, Ir-Rapport Annwali 2022; disponibbli fuq: https://ir.cmbc.com.cn/media/mc3d2wm2/
%E4%B8%AD%E5%9B%BD%E6%B0%91%E7%94%9F%E9%93%B6%E8%A1%8C2022%E5%B9%B4%E5%B9%B4%E5% BA%A6%E6%8A%A5%E5%91%8A.pdf, p. 94.
(60) Ara Ping An Bank, Homepage – Investior Relations – Major Shareholders; disponibbli fuq: https://group.pingan.com/investor_relations/major_shareholders.html.
(61) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 283, 12/11/2018, p. 1 (rec.210 u 211))
(62) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni aġġornat dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final (ir- “Rapport dwar iċ-Ċina”) — il-Kapitolu 6.3 tas-Settur Bankarju, pp. 137–144.
(63) Ara wkoll M. Chorzempa, M. u Véron, N., Will China’s impending overhaul of its financial regulatory system make a difference? PIIE, Marzu 2023, p. 2; disponibbli fuq: https://www.piie.com/sites/default/files/2023-03/pb23-1.pdf.
(64) Ibidem nota f’qiegħ il-paġna 56.
(65) Id-digriet tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Nru 283).
(66) Ara pereżempju fuq: https://www.statista.com/statistics/434566/leading-banks-in-china-assets/ .
(67) Ara l-ICBC, ir-Rapport Annwali 2021; disponibbli fuq file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2022/2022-3/2022-03-31/7943541.PDF .
(68) Ara l-ABC, ir-Rapport Annwali 2021; disponibbli fuq: https://www.abchina.com/en/investor-relations/performance-reports/annual- reports/202204/P020220427580795705015.pdf .
(69) Ara China Minsheng Bank, Rapport Annwali 2022; disponibbli fuq: https://ir.cmbc.com.cn/media/mc3d2wm2/%E4%B8%AD%E5%9B%BD%E6%B0%91%E7%94%9F%E9%93%B6%E8%A1%8C2022%E5%B9%B4%E5%B9%B4%E5%BA%A6%E6%8A%A5%E5%91%8A.pdf, p. 94.
(70) Ara China Everbright Bank, ir-Rapport Semi-Annwali tal-2021; disponibbli fuq: https://vip.stock.finance.sina.com.cn/corp/view/vCB_AllBulletinDetail.php?stockid=601818&id=7512500.
(71) https://www.reuters.com/article/us-china-banks-party-idUSKBN1JN0XN.
(72) Skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzjar Amministrattiv għal Banek Kummerċjali ffinanzjati miċ-Ċina (Ordni tas-CBIRC [2017] Nru 1), il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzjar Amministrattiv relatati ma’ Banek b’Finanzjament Barrani (Ordni tas-CBIRC [2015] Nru 4) u l-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u l-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru 3). Wara li s-CBIRC ġie sostitwit mill-NFRA, il-Miżuri ta’ implimentazzjoni ma ġewx emendati.
(73) L-Artikolu 13 tal-Avviż dwar ir-Regolamenti ta’ Superviżjoni li jikkonċernaw l-imġiba ta’ azzjonisti kbar ta’ banek u istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni (CBIRC, [2021] Nru 43)
(74) Ara l-Avviż tas-CBIRC dwar il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm.
(75) Ara pereżempju l-każijiet HRF, Tyres u E-bikes.
(76) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (“il-każ HRF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ Tyres”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344) (“il-każ ACF”), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 33) (“il-każ GFF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34) (“il-każ OFC”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1866 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L, 4.7.2024 (“il-każ BEV”).
(77) http://www.pbc.gov.cn/zhengcehuobisi/125207/125213/125440/3876551/de24575c/index2.html.
(78) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (“il-każ HRF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ Tyres”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344) (“il-każ ACF”), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 33) (“il-każ GFF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34) (“il-każ OFC”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1866 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L, 4.7.2024 (“il-każ BEV”).
(79) WT/DS/296 (DS296 L-Istati Uniti – Investigazzjoni dwar id-dazju kumpensatorju fuq Memorja Dinamika b'Aċċess Każwali (DRAMS) mill-Korea) Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta’ Frar 2005, il-paragrafu. 116.
(80) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-paragrafu 116.
(81) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-paragrafu 115.
(82) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-paragrafu 114 li jaqbel mar-Rapport tal-Bord, DS 194, il-paragrafu 8.31. dwar dik il-kwistjoni.
(83) Ir-rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, il-paragrafu 115.
(84) Ara l-każijiet iċċitati qabel fin-nota 80 f’qiegħ il-paġna.
(85) Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(86) Livingston, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? A Study of the Chinese Bond Market and Credit Rating Industry, fil-: Journal of Banking & Finance, p. 24.
(87) Tagħrif dwar is-suq tal-bonds taċ-Ċina 2021, https://assets.bbhub.io/professional/sites/10/China-bond-market-booklet.pdf,.
(88) Tagħrif dwar is-suq tal-bonds taċ-Ċina tal-2021, in-Nota 59 f’qiegħ il-paġna, p. 31.
(89) Price, A.H., Brightbill T.C., DeFrancesco R.E., Claeys, S.J., Teslik, A. u Neelakantan, U. (2017). China’s broken promises: why it is not a market-economy, Wiley Rein LLP, p. 68.
(90) ĠU L 458, 22.12.2021, il-premessi (210) sa (214) (“il-każ tal-Fojl tal-aluminju”), ĠU L 146, 9.6.2017 il-premessi (159) sa (161), (“il-każ HRF”), ĠU L 283, 12.11.2018, il-premessi (239) sa (241) (“il-każ Tyres”),ĠU L 189, 15.6.2020 il-premessi (279) sa (284) (“il-każ GFF”), ĠU L 12, 19.1.2022, il-premessi (274) sa (279) (“il-każ OFC”) u ĠU L 208, 4.7.2024, il-premessi (474) sa (478) (“il-każ BEV”) .
(91) Ara n-Nota 71 f’qiegħ il-paġna fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(92) Disponibbli fuq https://ch.allianzgi.com/-/media/allianzgi/globalagi/china-microsite/9-things-to-know/9-things-to-know-about-chinas- bond-markets.pdf.
(93) Ara l-Istħarriġ Ekonomiku tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development): Iċ-Ċina, Marzu 2022, p. 34-35; disponibbli fuq: https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/b0e499cf-en.pdf.
(94) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final (ir-“Rapport dwar iċ-Ċina”) – Kapitolu 6, pp. 156-160.
(95) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L serje 29.10.2024, premessa (218).
(96) ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344 (il-premessa 237) (“il-Każ tal-fojl tal-aluminju”) ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17, il-premessi (152) sa (244) (“il-każ HRF”), ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1, il-premessa (236) (“il-każ tat-Tajers”), ĠU L 189, 15.6.2020, p. 33, il-premessa (300) (“il-każ tal-GFF”), ĠU L 12, 19.1.2022, p. 75, il-premessa 294 (“il-każ tal-OFC”) u ĠU L 208, p. 81, il-premessa (490), 4.7.2024, (“il-każ tal-BEV”).
(97) Ara l-premessa (453) hawn fuq.
(98) Fil-każ ta’ self b’imgħax fiss. Għal self b’rata tal-imgħax varjabbli, ittieħdet ir-rata normattiva tal-imgħax tal-PBOC matul il-PI.
(99) Il-każ HRF, il-premessa 175.
(100) https://www.icbc.com.cn/en/column/1438058389078163465.html.
(101) https://www.vorys.com/publication-365-360-Interest-Calculation-Latest-Developments-in-Ohio-Case-Law-Provide-Guidance-in-Interest-Calculation-Methods#:~:text=Banks%20most%20commonly%20use%20the,on%20a%2030%2Dday%20month.&text=To%20calculate%20the%20interest%20payment,365%2C%20then%20divide%20by%20360.
(102) https://www.bde.es/f/webbde/SES/Secciones/Publicaciones/PublicacionesSeriadas/DocumentosTrabajo/08/Fic/dt0821e.pdf.
(103) https://www.bankofcanada.ca/wp-content/uploads/2018/06/SDP-2018-6.pdf.
(104) Ara l-premessa (346) tal-każ tal-GFF u l-premessa (530) tal-każ tal-BEV (ir-Regolament provviżorju).
(105) Għal eżempju ara: https://en.wikipedia.org/wiki/Line_of_credit, https://users.ssc.wisc.edu/~jchoi266/Choi_Jason_JMP.pdf, https://pages.stern.nyu.edu/~sternfin/vacharya/public_html/pdfs/working-papers/ARFE_ContingentCredit_AJS.pdfARFE_ContingentCredit_AJS.pdf (nyu.edu), https://www.business.hsbc.uk/-/media/library/business-uk/pdfs/156-business-banking-price-list.pdf .
(106) https://pic.bankofchina.com/bocappd/report/202403/P020240328682010029214.pdf, p. 266.
(107) Ara l-eżempju tal-Bank of China: Linja ta’ Kreditu https://www.bankofchina.com/en/cbservice/cb2/cb22/200806/t20080630_1324055.html (bankofchina.com).
(108) https://www.metrobankonline.co.uk/business/borrowing/products/business-overdrafts/ ikkonsultat fl-24.02.2025.
(109) https://corporatefinanceinstitute.com/resources/commercial-lending/commitment-fee/; https://content.next.westlaw.com/Glossary/PracticalLaw/I03f4dae6eee311e28578f7ccc38dcbee?transitionType= Default&contextData=(sc.Default), https://en.wikipedia.org/wiki/Line_of_credit.
(110) Ara s-sit web tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina: https://www.boc.cn/en/cbservice/cncb6/cb61/200811/t20081112_1324239.html.
(111) Ibid.
(112) Ara s-sit web ta’ DBS Bank: https://www.dbs.com.cn/corporate/financing/working-capital/bank-acceptance-draft-bad-issuance.
(113) https://english.www.gov.cn/services/doingbusiness/202102/24/content_WS6035f46ec6d0719374af97ba.html.
(114) Ara l-każ tal-GFF, il-premessi (359) sa (370), il-każ tal-fojl tal-aluminju, il-premessi (334) sa (356), u l-każ tal-OFC, il-premessi (358) sa (370).
(115) Ara l-każ tal-GFF, il-premessa (381).
(116) Ara pereżempju l-każ tal-Kanada: https://www.bankofcanada.ca/wp-content/uploads/2018/06/SDP-2018-6.pdfm.
(117) F’konformità mar-rata stabbilita fil-Miżuri amministrattivi għall-pagament u s-saldu 393/1997, maħruġa mill-PBOC.
(118) Ara l-każ tal-GFF, il-premessa (385), il-Każ tal-foil tal-aluminju, il-premessa (353), u l-każ tal-OFC, il-premessa (373).
(119) Ara l-każ GFF il-premessa (399), u l-każ tal-Fojl tal-aluminju, il-premessa (356).
(120) https://www.newyorkfed.org/medialibrary/media/research/quarterly_review/1981v6/v6n2article6.pdf.
(121) Emendata l-aħħar fit-28 ta’ Diċembru 2019 bid-Digriet Presidenzjali Nru 37 b’effett mill-1 ta’ Marzu 2020.
(122) Ara l-każ tal-OFC, il-premessi (400) u (401).
(123) https://assets.bbhub.io/professional/sites/10/China-bond-market-booklet-2022.pdf, p. 15,
(124) Idem, p. 33.
(125) Studju tal-OECD dwar il-politiki u l-programmi Ċiniżi dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, paġna 7, il-paragrafu 32, disponibbli fuq https://www.oecd.org/(bankofchina.com)officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=TAD/ECG(2015)3&doclanguage=en, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(126) Ara s-sit web Sinosure, Profil tal-kumpanija, Appoġġ lil “Made in China”,, https://www.sinosure.com.cn/en/Resbonsiblity/smic/index. shtml, aċċessat l-aħħar fis-17 ta’ Awwissu 2021.
(127) Ara n-Nota f’Qiegħ il-Paġna 30, 14-il FYP Makkinarju għall-Kostruzzjoni EN, p 179, taħt il-punt 4 u 5.
(128) https://zjjcmspublic.oss-cn-hangzhou-zwynet-d01 a.internet.cloud.zj.gov.cn/jcms_files/jcms1/web1585/site/attach/0/157823f5651e42ea85038c86b74becca.pdf, it-taqsima IV.1 Kompiti ewlenin.
(129) Ara l-każ Tyres, iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 5, il-premessa 429.
(130) https://www.sinosure.com.cn/en/Sinosure/Profile/index.shtml, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(131) Il-Katalogu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti tat-Teknoloġija ta’ Livell Għoli taċ-Ċina, pereżempju, Nru. 775, 780, 781, 1035, 1098, 1100, 1104, 1107 u 1109.
(132) http://www.mMAEom.gov.cn/aarticle/b/g/200411/20041100300040.html, aċċessat l-aħħar fit-12 ta’ Awwissu 2021.
(133) Ir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2022, p. 10, www. sinosure.com.cn/images/xwzx/ndbd/2022/07/01/614A436D74F31027D0FF4290DBC964F8.pdf.
(134) Ir-rapport Annwali ta’ Sinosure tal-2023, p. 19, www.sinosure.com.cn/images/xwzx/ndbd/2024/07/09/961D4764432B71CF10660C000F29D9F9.pdf.
(135) Ir-rapport Annwali ta’ Sinosure tal-2023 p. 3, www.sinosure.com.cn/images/xwzx/ndbd/2024/07/09/961D4764432B71CF10660C000F29D9F9.pdf.
(136) 98/C 394/04 (ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6).
(137) G/SCM/W/Rev.2 *.
(138) Rapport IV tal-Bord tal-Injam Artab, il-paragrafi 7.23-7.24.
(139) Ir-rapport tal-Bord tad-WTO, l-Istati Uniti - Preliminary Determinations With Respect To Certain Softwood Lumber From Canada, WT/DS236/R, il-paragrafi 5.4 et seq, (adottat fl-1 ta’ Novembru 2002).
(140) Ara l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-RPĊ tal-25 ta’ Ġunju 1986, kif emendata, disponibbli fuq: https://www.fao.org/faolex/results/details/en/c/LEX-FAOC003560,.
(141) Ara r-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-RPĊ tas-27 ta’ Diċembru 1998, kif emendat, disponibbli fuq: https://www.fao.org/faolex/results/details/en/c/LEX-FAOC170451,.
(142) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/d8db5e659bc282b9bdfb.html .
(143) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/66cde758ad66f43bbdfb.html.
(144) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/6ef282863f024c04bdfb.html.
(145) Ara https://law.pkulaw.com/chinalaw/58891db210496a5fbdfb.html?keyword=%E5%9B%BD%E6%9C%89%E5%BB%BA%E8%AE%BE%E7%94%A8%E5%9C%B0%E4%BD%BF%E7%94%A8%E6%9D%83.
(146) Ara https://www.gov.cn/zwgk/2006-09/05/content_378186.htm.
(147) Ara l-premessi (295) sa (299) tal-każ HRF, il-premessi (488) sa (490) tal-każ Tyres, il-premessi (500) sa (502) tal-każ GFF, il-premessi (541) sa (543) tal-każ OFC, il-premessi (540) sa (548) tal-każ ACF, il-premessi (681) sa (683) tal-każ BEV.
(148) Ara l-każ Tyres, il-każ GFF, il-każ OFC, u l-każ ACF.
(149) Ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-444/11 Gold East Paper u Gold Huacheng Paper versus Council, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 ECLI:EU:T:2014:773.
(150) Ara l-każijiet GFF, OCS, tal-pannelli solari, OFC u BEV.
(151) https://lvr.land.moi.gov.tw.
(152) Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Riveduta fl-2019) - Ordni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru. 714.
(153) http://kj.quanzhou.gov.cn/wsbs/xgxz/201703/t20170322_431820.htm.
(154) Huwa meqjus li l-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw kważi 100 % tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ.
(155) L-istatistika tal-importazzjonijiet fil-Comext ġiet irrapportata f’tunnellati. Il-Kummissjoni qalbet it-tunnellati għal unitajiet abbażi ta’ proporzjon ta’ konverżjoni stabbilit abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.
(156) L-istatistika tal-importazzjonijiet fil-Comext ġiet irrapportata f’tunnellati. Il-Kummissjoni qalbet it-tunnellati għal unitajiet abbażi ta’ proporzjon ta’ konverżjoni stabbilit abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.
(157) Kif spjegat fit-Taqsima 4.1, l-importazzjonijiet tal-Grupp JLG lejn l-Unjoni ma tqisux bħala sussidjati u għalhekk ġew ittrattati bħala “importazzjonijiet oħra”.
(158) Id-data dwar il-volumi tal-importazzjoni hija ppreżentata f’firxiet sabiex ma tippermettix id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-JLG.
(159) Kif spjegat fit-Taqsima 4.1, l-importazzjonijiet tal-JLG Group lejn l-Unjoni ma tqisux bħala sussidjati u għalhekk ġew ittrattati bħala “importazzjonijiet oħra”.
(160) Il-Kummissjoni użat fattur ta’ konverżjoni ta’ 4 888 kg għal kull unità.
(161) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj).
(162) Ara WT/DS379/AB/R, il-paragrafi 541–542, 543, 599 u 602. Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1, rec (1135) et seq.; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/776/oj).
(163) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
(164) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS I
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ):
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
RPĊ |
Lingong Heavy Machinery Co., Ltd. |
89DP |
RPĊ |
Terex (Changzhou) Machinery Co. |
89DN |
RPĊ |
XCMG Fire Fighting Safety Equipment Co., Ltd. |
89DR |
RPĊ |
Haulotte Access Equipment Manufacturing (Changzhou) Co., Ltd. |
89DT |
RPĊ |
Fronteq (Changzhou) Machinery Co., Ltd. |
89DU |
RPĊ |
Jiangsu Liugong Machinery Co., Ltd. |
89DV |
RPĊ |
Hangcha Group Co., Ltd. |
89DW |
RPĊ |
Shandong Chufeng Heavy Industry Machinery Co., Ltd. |
89DX |
RPĊ |
Mantall Heavy Industry Co., Ltd |
89DZ |
RPĊ |
Jinan Juxin Machinery Co., Ltd |
89EB |
RPĊ |
Shandong Yuntian Intelligent Machinery Equipment Co., Ltd. |
89EC |
ANNESS II
Il-produtturi esportaturi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji:
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
RPĊ |
Reeslift Ltd. |
89DY |
RPĊ |
Shandong Qiyun Group Co., Ltd. |
89EA |
RPĊ |
Sunward Intelligent Equipment Co., Ltd. |
89DS |
ANNESS III
Il-produtturi esportaturi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) li kkooperaw fl-investigazzjoni antisussidji iżda mhux fl-investigazzjoni antidumping:
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
RPĊ |
Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd |
89MH |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/796/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)