|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/794 |
16.4.2025 |
DIRETTIVA (UE) 2025/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ April 2025
li temenda d-Direttivi (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 fir-rigward tad-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ċerti rekwiżiti ta’ rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u ta’ diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 50 u 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni”, il-Kummissjoni stabbiliet viżjoni għal aġenda ta’ implimentazzjoni u simplifikazzjoni li twassal għal titjib rapidu u viżibbli għan-nies u għan-negozji fil-prattika. Dan jirrikjedi aktar minn approċċ inkrementali u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni kuraġġuża biex tilħaq dak l-għan. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livelli kollha u l-partijiet ikkonċernati jeħtieġu jaħdmu id f’id biex jirrazzjonalizzaw u jissimplifikaw ir-regoli tal-UE, ir-regoli nazzjonali u dawk reġjonali u biex jimplimentaw il-politiki b’mod aktar effettiv. |
|
(2) |
Fil-kuntest tal-impenn tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piżijiet tar-rapportar u li ssaħħaħ il-kompetittività, huwa meħtieġ li jiġu introdotti emendi mmirati għad-Direttivi (UE) 2022/2464 (3) u (UE) 2024/1760 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, filwaqt li jinżammu l-objettivi ta’ politika tal-Patt Ekoloġiku kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” u tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2018 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli”. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tispeċifika d-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b’dati differenti skont id-daqs tal-impriża kkonċernata. Impriżi kbar li huma entitajiet ta’ interess pubbliku b’medja ta’ aktar minn 500 impjegat matul is-sena finanzjarja u entitajiet ta’ interess pubbliku li huma impriżi omm ta’ grupp kbir b’medja ta’ aktar minn 500 impjegat fid-dati tal-karta bilanċjali tiegħu, fuq bażi konsolidata, matul is-sena finanzjarja għandhom jirrapportaw fl-2025 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara. Impriżi kbar oħra u impriżi omm oħra ta’ grupp kbir, għandhom jirrapportaw fl-2026 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara. L-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ħlief il-mikroimpriżi, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, l-impriżi ta’ assigurazzjoni captive u l-impriżi ta’ riassigurazzjoni captive għandhom jirrapportaw fl-2027 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara. Meta jitqiesu l-inizjattivi tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa li għandhom l-għan li jissimplifikaw ċerti obbligi eżistenti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u li jnaqqsu l-piż amministrattiv relatat fuq l-impriżi, u sabiex jipprevedu ċarezza legali u jevitaw li l-impriżi li bħalissa huma meħtieġa jirrapportaw għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara u fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara jġarrbu kostijiet bla bżonn u li jistgħu jiġu evitati, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għal dawk l-impriżi jiġu posposti b’sentejn. |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tispeċifika d-dati minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’dati differenti skont id-daqs tal-emittent ikkonċernat. Emittenti li huma impriżi kbar b’medja ta’ aktar minn 500 impjegat matul is-sena finanzjarja u emittenti li huma impriżi omm ta’ grupp kbir b’medja ta’ aktar minn 500 impjegat fid-dati tal-karta bilanċjali tiegħu, fuq bażi konsolidata, matul is-sena finanzjarja, għandhom jirrapportaw fl-2025 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara. Emittenti oħrajn li huma impriżi kbar u emittenti oħrajn li huma impriżi omm ta’ grupp kbir, għandhom jirrapportaw fl-2026 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara. L-emittenti li huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ħlief il-mikroimpriżi, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, l-impriżi ta’ assigurazzjoni captive u l-impriżi ta’ riassigurazzjoni captive għandhom jirrapportaw fl-2027 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara. Meta jitqiesu l-inizjattivi tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa li għandhom l-għan li jissimplifikaw ċerti obbligi eżistenti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u li jnaqqsu l-piż amministrattiv relatat fuq l-impriżi, u sabiex jipprevedu ċarezza legali u li jevitaw li l-emittenti li bħalissa huma meħtieġa jirrapportaw għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara u fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara jġarrbu kostijiet bla bżonn u li jistgħu jiġu evitati, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għal dawk l-emittenti jiġu posposti b’sentejn. |
|
(5) |
Jenħtieġ li d-data minn meta l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva (UE) 2024/1760 tiġi posposta b’sena għall-ewwel sett ta’ kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva sabiex il-kumpaniji jingħataw aktar żmien biex iħejju għar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva u biex jingħataw l-opportunità li jqisu l-linji gwida li għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni dwar kif jenħtieġ li jissodisfaw l-obbligi ta’ diliġenza dovuta tagħhom b’mod prattiku. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2029 għall-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2024/1760 fir-rigward tat-tielet sett ta’ kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva tiġi emendata sabiex tiġi żgurata l-koerenza mad-dati tal-applikazzjoni rispettivi għas-settijiet l-oħra ta’ kumpaniji. |
|
(6) |
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ proposta leġiżlattiva parallela li għandha l-għan li tissimplifika l-qafas ta’ sostenibbiltà u tnaqqas il-piż fuq il-kumpaniji, l-iskadenza għall-Istati Membri biex jittrasponu d-Direttiva (UE) 2024/1760 jenħtieġ li tiġi estiża b’sena sabiex jitqies id-dewmien possibbli fl-isforzi ta’ traspożizzjoni tagħhom li għaddejjin bħalissa minħabba emendi possibbli għal dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttivi (UE) 2022/2464 u (UE) 2024/1760 jiġu emendati skont dan. Billi l-emenda għad-Direttiva (UE) 2024/1760 tbiddel id-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni u ċerti dati ta’ applikazzjoni, li kollha jaqgħu fil-futur, l-Istati Membri jkollhom bżonn biss li jipposponu d-dati ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva fil-każ li jkunu diġà ttrasponew id-Direttiva (UE) 2024/1760. |
|
(9) |
Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni u biex tiġi pprovduta ċertezza legali mill-aktar fis possibbli, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. |
|
(10) |
Għal raġunijiet ta’ urġenza u biex tiġi pprovduta ċertezza legali mill-aktar fis possibbli, jenħtieġ li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva (UE) 2022/2464
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
it-tielet subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emenda għad-Direttiva (UE) 2024/1760
Fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva (UE) 2024/1760, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:
“1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sas-26 ta’ Lulju 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri:
|
(a) |
mis-26 ta’ Lulju 2028 fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) u (b), li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru u li kellhom medja ta’ aktar minn 3 000 impjegat u ġġeneraw fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 900 000 000 fl-aħħar sena finanzjarja ta’ qabel is-26 ta’ Lulju 2028 li għalihom kienu ġew jew kellhom jiġu adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, bl-eċċezzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 16, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għal dawk il-kumpaniji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2029 jew wara; |
|
(b) |
mis-26 ta’ Lulju 2028 fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) u (b), li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz u li ġġeneraw fatturat nett ta’ aktar minn EUR 900 000 000 fl-Unjoni, fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja ta’ qabel is-26 ta’ Lulju 2028, bl-eċċezzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 16, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għal dawk il-kumpaniji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2029 jew wara; |
|
(c) |
mis-26 ta’ Lulju 2029 fir-rigward tal-kumpaniji l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 2(2), il-punti (a) u (b), u l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), u l-Artikolu 2(2), il-punt (c), bl-eċċezzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 16, li l-Istati Membri għandhom japplikaw għal dawk il-kumpaniji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2030 jew wara.”. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2025. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) L-opinjoni tas-26 ta’ Marzu 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025.
(3) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2464/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).
(5) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj).
(6) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/109/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/794/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)