|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/775 |
24.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/775
tad-29 ta’ April 2024
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59344 — 2021/C (ex 2021/N, ex 2020PN) — Għajnuna għar-ristrutturar lil TAROM
(notifikata bid-dokument C(2024) 2968)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti li waslu mingħand partijiet terzi matul il-proċedura,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara kuntatti ta’ qabel in-notifika (2), fit-28 ta’ Mejju 2021, l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħtu għajnuna għar-ristrutturar lil TAROM S.A. (“TAROM”). |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Rumeni li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar. L-awtoritajiet Rumeni ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet li jinsabu f’dik l-ittra fil-11 ta’ Awwissu 2021. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fit-3 ta’ Settembru 2021. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom. |
|
(4) |
Minbarra l-kummenti li waslu mingħand l-awtoritajiet Rumeni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti fil-perjodu preskritt minn parti interessata waħda, jiġifieri Wizz Air Hungary Zrt. (“Wizz Air”) (4). Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Rumeni, li ngħataw l-opportunità jirreaġixxu. Il-kummenti tal-awtoritajiet Rumeni waslu permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Novembru 2021. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Rumeni bagħtu aktar informazzjoni lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Lulju 2021, fl-14 ta’ Frar 2022, fis-27 ta’ Mejju 2022, fit-23 ta’ Settembru 2022, fil-21 ta’ Novembru 2022 u fil-21 ta’ Diċembru 2022, fl-24 ta’ Frar 2023, fis-27 ta’ Marzu 2023, fil-5 ta’ April 2023, fit-12 ta’ April 2023, fl-20 ta’ April 2023, fit-30 ta’ Mejju 2023, fit-28 ta’ Ġunju 2023, fit-13 ta’ Lulju 2023, fit-18 ta’ Lulju 2023, fil-21 ta’ Lulju 2023, fl-24 ta’ Lulju 2023, fit-28 ta’ Lulju 2023, fil-31 ta’ Lulju 2023, fit-3 ta’ Awwissu 2023, fit-22 ta’ Awwissu 2023, fis-7 ta’ Settembru 2023, fit-13 ta’ Settembru 2023, fit-28 ta’ Settembru 2023, fis-7 ta’ Novembru 2023, fit-12 ta’ Diċembru 2023, fit-12 ta’ Jannar 2024, fis-17 ta’ Jannar 2024, fl-1 ta’ Frar 2024, fit-8 ta’ Frar 2024, fil-15 ta’ Frar 2024, fis-7 ta’ Marzu 2024, fid-19 ta’ Marzu 2024, fil-21 ta’ Marzu 2024, fil-25 ta’ Marzu 2024, fis-26 ta’ Marzu 2024 , fid-29 ta’ Marzu 2024, fl-4 ta’ April 2024, fit-12 ta’ April 2024, fil-15 ta’ April 2024, fis-16 ta’ April 2024, fis-17 ta’ April 2024, fid-19 ta’ April 2024 u fil-25 ta’ April 2024. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet ilment (5) mingħand Wizz Air Malta Limited (“Wizz Air Malta”), li dwaru r-Rumanija ssottomettiet osservazzjonijiet fit-28 ta’ Marzu 2024, fl-4 ta’ April 2024, fis-16 ta’ April 2024, fid-19 ta’ April 2024, u fl-24 ta’ April 2024. |
|
(7) |
Fil-11 ta’ Lulju 2023, l-awtoritajiet Rumeni qablu b’mod eċċezzjonali li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/1958 (6), u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 tat-TFUE bl-Ingliż (7). |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
2.1. Il-benefiċjarju
|
(8) |
TAROM hija linja tal-ajru Rumena li twaqqfet bħala kumpanija tal-Istat fl-1954. Din ġiet organizzata mill-ġdid skont l-Ordinanza tal-Gvern tal-1997 (8) u ġiet stabbilita bħala kumpanija b’ishma konġunti skont il-Liġi Nru 136/1998 (9) bħala l-kumpanija nazzjonali tat-trasport bl-ajru tar-Rumanija. L-Istat Rumen, irrappreżentat mill-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Komunikazzjonijiet (“il-Ministeru tat-Trasport”), għandu direttament 97,25 % tal-ishma. Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji minoritarji li jifdal huma miżmuma minn żewġ kumpaniji pubbliċi: Il-Kumpanija Nazzjonali tal-Ajruporti ta’ Bucharest (“CNAB, Compania Nationala Aeroporturi Bucuresti”) 1,44 % u Romatsa RA (l-Amministrazzjoni Rumena tas-Servizz tat-Traffiku tal-Ajru) 1,23 %, u minn azzjonist privat wieħed, il-Fond ta’ Investiment Muntenia, li għandu 0,08 % tal-ishma. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li TAROM mhijiex parti minn grupp kummerċjali akbar peress li hija ċentru indipendenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, mhux ġestit flimkien ma’ azjendi oħra tal-Istat. TAROM għandha […] – u hija azzjonista minoritarja f’diversi kumpaniji oħra, bħal […] jew […] (10). |
|
(9) |
TAROM hija prinċipalment attiva fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta. Mid-19 ta’ Diċembru 2023, wara r-ristrutturar organizzazzjonali, TAROM għandha 1 156 impjegat, li minnhom madwar […] jinsabu fid-Diviżjoni Teknika (operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u tiswija). Ilha membru ta’ SkyTeam Alliance mill-2010. TAROM hija linja tal-ajru b’ċentru wieħed, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-ajruport ta’ OTP fir-reġjun ta’ Ilfov. F’Diċembru 2023, il-flotta ta’ TAROM kienet tinkludi 18-il inġenju tal-ajru li joperaw fuq 28 rotta, li minnhom 21 huma internazzjonali u 7 huma domestiċi. Fuq ir-rotot internazzjonali tagħha, TAROM tgħaqqad lil Bucharest ma’ bliet kapitali fl-Ewropa u lil hinn minnha, kif ukoll ma’ ċentri oħra fl-Ewropa. Minbarra t-titjiriet skedati, TAROM toffri wkoll servizzi ta’ trasport lill-operaturi turistiċi; fl-2023, is-sehem stmat ta’ noleġġi fid-dħul nett totali ta’ TAROM kien ta’ […] %. Bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, TAROM tilfet 73 % tat-traffiku tagħha ta’ qabel il-pandemija fl-2020, u marret mill-ġarr ta’ 3,1 miljun passiġġier fl-2019 għall-ġarr ta’ 900 000 passiġġier fl-2020. L-irkupru beda fl-2021, meta ċ-ċifri tal-passiġġieri żdiedu għal 1,6 miljun u aċċelleraw fl-2022, meta TAROM ittrasportat madwar 2,2 miljun passiġġier. L-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati fl-2023 huwa stmat għal […] miljun, li għadu […] % taħt il-livell ta’ qabel il-pandemija tat-traffiku ta’ TAROM, jiġifieri l-livell fl-2019. |
|
(10) |
Fl-2019, is-sehem ta’ TAROM fis-suq Rumen tat-traffiku tal-ajru kien ta’ […] %, filwaqt li l-akbar linja tal-ajru f’dak is-suq, it-trasportatur bi prezzijiet baxxi (“LCC, low-cost-carrier”) Wizz Air, kellha sehem ta’ 25,7 %. Blue Air, it-tieni l-akbar attur kellha sehem ta’ 17,1 % u Lufthansa kienet ir-raba’ l-akbar linja tal-ajru, issegwi mill-qrib lil TAROM b’sehem ta’ 12,3 %. Dawk l-ishma mis-suq baqgħu bejn wieħed u ieħor stabbli matul l-aħħar snin, b’Wizz Air tilħaq 25,2 %, Blue Air 18,6 %, TAROM […] % u Lufthansa 10,6 % fl-2022. Fl-2023, is-sitwazzjoni nbidlet, inkluż minħabba l-insolvenza ta’ Blue Air, b’Wizz Air iżżid is-sehem tagħha għal 37,5 %, TAROM tiġi t-tieni b’[…] % u Ryanair issir it-tielet l-akbar kompetitur fis-suq, b’sehem ta’ 13,7 %, qrib dak ta’ TAROM. Lufthansa b’5,6 % u parteċipant ġdid, HiSky (11), li laħaq 5,3 % kienu r-raba’ u l-ħames l-akbar kompetituri fl-2023. Il-kompetituri ewlenin attwali ta’ TAROM fis-suq Rumen huma għalhekk Wizz Air, li hija l-attur dominanti bi 30 inġenju tal-ajru bbażat fir-Rumanija, li tipprovdi madwar 170 rotta minn sitt bażijiet (OTP, Cluj, Craiova, Iași, Sibiu, Timișoara) u t-tieni LCC, Ryanair. Din tal-aħħar saret it-tielet l-akbar linja tal-ajru fis-suq Rumen, li toffri konnessjonijiet minn tliet ajruporti (OTP, Cluj u Iași) fuq madwar 44 rotta. Kif jissottomettu l-awtoritajiet Rumeni, is-suq tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni u rivalità bejn l-ewwel ħames sa sitt trasportaturi li jiddominaw is-suq. Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-aqwa ħames linji tal-ajru kiber għal 78 % fl-2023. L-industrija tat-trasport bl-ajru hija relattivament kompetittiva u fi tmiem l-2023 kien hemm 20 linja tal-ajru rreġistrati li joperaw titjiriet skedati u noleġġati fis-suq Rumen. Is-suq huwa ddominat minn LCCs, attwalment Wizz Air, Ryanair u HiSky (madwar 57 % tal-bejgħ fl-2023 u f’termini ta’ passiġġieri ttrasportaw madwar 70 % tas-sehem mis-suq fl-2022 (it-tliet LCCs u Blue Air imsemmija hawn fuq)). Mil-linji tal-ajru li jwettqu titjiriet regolari lejn u mill-ajruporti Rumeni, erba’ kumpaniji biss għandhom bażijiet madwar ir-Rumanija, jiġifieri tliet LCCs (Wizz Air, Ryanair, HiSky) u TAROM. |
2.2. L-isfond tal-miżuri
2.2.1. Għajnuna għas-salvataġġ
|
(11) |
Fid-19 ta’ Frar 2020, l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tagħhom li jagħtu għajnuna għas-salvataġġ favur TAROM. Fiż-żmien ta’ dik in-notifika, skont l-awtoritajiet Rumeni, TAROM kienet f’diffikultà finanzjarja minħabba t-telf akkumulat tagħha prinċipalment minħabba flotta li qed teqdiem u mhux omoġenja li tinvolvi kostijiet għoljin ta’ manutenzjoni u tariffi għoljin tal-fjuwil, li, min-naħa tagħhom, kienu qed jaffettwaw b’mod negattiv il-profitt, il-fluss tal-flus operazzjonali u r-riżorsi ta’ flus ta’ TAROM. Permezz tad-Deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2020 (12) (“id-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ”), il-Kummissjoni approvat self ta’ RON 175 952 000 (madwar EUR 36,66 miljun bir-rati tal-kambju applikabbli dak iż-żmien) favur TAROM (“is-self għas-salvataġġ”) abbażi tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE kif interpretat mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (“il-Linji Gwida R&R”) (13). L-awtoritajiet Rumeni jikkonfermaw li, ħlief għall-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija skont id-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, la TAROM u lanqas xi sussidjarja kkontrollata minnha ma rċevew għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji Gwida R&R f’ dawn l-aħħar 10 snin u li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ TAROM ma jinvolvi l-ebda injezzjonijiet ta’ kapital jew investimenti f’entitajiet li fihom TAROM għandha parteċipazzjonijiet. |
|
(12) |
Fl-4 ta’ Mejju 2022, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba ta’ Wizz Air għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ (14). Permezz tas-sentenza tagħha tal-11 ta’ Jannar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) ċaħdet l-appell ta’ Wizz Air kontra s-sentenza tal-2022 tal-Qorti Ġenerali (15). B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju ta’ tfixkil ta’ servizz importanti li huwa diffiċli li jiġi replikat, fis-sens tal-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tieħu inkunsiderazzjoni d-daqs tas-suq li fih topera TAROM u lanqas is-sehem ta’ din il-kumpannija tal-ajru f’dan is-suq (16). |
2.2.2. Diffikultajiet finanzjarji ta’ TAROM
|
(13) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li TAROM hija impriża f’diffikultà peress li aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha sparixxa bħala riżultat ta’ telf akkumulat, skont il-punt 20(a) tal-Linji Gwida R&R. TAROM ilha takkumula telf mill-2004 u rreġistrat telf sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. Il-kapital azzjonarju sottoskritt ta’ TAROM fl-2021 kien ta’ madwar RON 3,57 biljun (17) (madwar EUR 717,21 miljun (18)). TAROM irreġistrat telf ta’ EUR 90,3 miljun fl-2020, EUR 66,6 miljun fl-2021 u EUR 55,7 miljun fl-2022, telf akkumulat ta’ RON 3 623 825 813 fl-2020 (madwar EUR 728,03 miljun) u ta’ RON 3 951 281 534 fl-2021, li jirrappreżenta madwar EUR 793,81 miljun. L-ekwità ta’ TAROM qalbet negattiva fl-2021 u kienet ta’ EUR -51 283 857 fi tmiem l-2021, EUR - 90 884 124 fi tmiem l-2022; Ir-riżultati preliminari ta’ TAROM għall-2023 juru ekwità ta’ EUR […] fil-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(14) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu wkoll li TAROM tissodisfa l-kriterji skont il-liġi nazzjonali biex titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha, skont il-punt 20(c) tal-Linji Gwida R&R. Skont il-liġi nazzjonali Rumena, kwalunkwe kreditur b’riċevibbli kontra d-debitur tiegħu li jaqbżu RON 50 000 (madwar EUR 10 045) li jkunu ilhom dovuti għal aktar minn 60 jum jista’ jippreżenta rikors għal insolvenza fil-qorti. Madankollu, id-debitur jista’ jiddefendi kontra l-petizzjoni tal-kreditur filwaqt li jindika li anke jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, ikollu biżżejjed likwidità. TAROM tinsab f’riskju li ċerti kredituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħżlu li japplikaw għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. |
|
(15) |
L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li hemm diversi raġunijiet għad-diffikultajiet finanzjarji ta’ TAROM; kemm il-fatturi interni kif ukoll dawk esterni wasslu għal tnaqqis fil-kompetittività ta’ TAROM u għal żieda fil-kostijiet operatorji. L-ewwel nett, TAROM ilha topera flotta antika (l-età medja tal-inġenji tal-ajru ġett ta’ TAROM hija bejn 13 u 18-il sena, u erbgħa mill-Boeing 737–300 tagħha għandhom medja ta’ 25 sena), li kienet diversifikata ħafna (jiġifieri, Avion de Transport Régional G.I.E. (“ATR”), Boeing u Airbus) u kienet teħtieġ kostijiet għoljin ta’ manutenzjoni, titjib tekniku u modernizzazzjoni. Barra minn hekk, TAROM kienet qed topera għadd sinifikanti ta’ rotot mhux profittabbli (19) u fl-2019 kellha biss tliet rotot li laħqu l-livell ta’ profittabbiltà (20) C3. It-tieni, id-dħul fis-suq ta’ atturi oħra, b’mod partikolari l-LCCs wassal għal pressjoni dejjem akbar fuq l-ipprezzar ta’ TAROM. It-tielet, il-kwistjonijiet tal-forza tax-xogħol kienu preżenti fil-forma ta’ ammont ta’ xogħol baxx, kost tax-xogħol ogħla milli meħtieġ, żieda fil-burokrazija, demotivazzjoni tal-impjegati, u diffikultajiet biex jiġu attirati u miżmuma persuni tas-sengħa. Ir-raba’, kien hemm ineffiċjenzi fl-operazzjonijiet, li kienu jinkludu ineffiċjenzi fid-Diviżjoni Teknika (bħal produttività baxxa, nuqqas ta’ ċertifikazzjonijiet u ħiliet tekniċi, livelli ta’ ġestjoni eċċessivi, nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni) u fid-dipartiment tal-Akkwist (proċess ta’ akkwist mhux standardizzat, manwali, mhux ippjanat u deċentralizzat, produttività baxxa, nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni) u aġenziji tal-biljetti mhux profittabbli (domestiċi u internazzjonali). Barra minn hekk, iż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil u kostijiet oħra u dħul addizzjonali limitat naqqsu l-profittabbiltà ta’ TAROM. Il-kawża ewlenija għad-deterjorament tal-prestazzjoni operattiva hija l-evoluzzjoni allinjata ħażin tal-ispejjeż operatorji meta mqabbla mad-dħul; il-kostijiet operatorji bl-ogħla impatt negattiv huma l-kostijiet tal-fjuwil, il-kostijiet tal-manutenzjoni għall-flotta li qed teqdiem , kif ukoll il-kostijiet li jirriżultaw mill-ineffiċjenzi fl-operazzjonijiet. |
|
(16) |
Dan wassal għal akkumulazzjoni sinifikanti ta’ telf, li wassal biex TAROM ikollha ekwità negattiva, u għal akkumulazzjoni ta’ dejn u tnaqqis fir-riżervi ta’ flus, li wassal biex TAROM ikollha flussi ta’ flus negattivi. Fl-aħħar nett, il-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19 intensifika t-telf fl-2020 u fl-2021 minħabba tnaqqis sinifikanti fl-attività tat-titjiriet u konsegwentement fid-dħul. Filwaqt li TAROM irċeviet darbtejn għajnuna għall-kumpens għad-danni skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE (21) għad-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta tal-miżuri governattivi li għandhom l-għan li jipprevjenu t-tixrid tal-COVID-19, dawk il-miżuri ta’ għajnuna ma kinux immirati biex jindirizzaw jew inaqqsu d-diffikultajiet finanzjarji ta’ TAROM li kienu jeżistu diġà qabel it-tifqigħa tal-pandemija iżda sempliċiment biex jikkumpensaw lil-linja tal-ajru għat-telf ikkawżat direttament miċ-ċirkostanza eċċezzjonali tal-pandemija u tar-restrizzjonijiet tat-traffiku relatati. |
|
(17) |
Kif jissottomettu l-awtoritajiet Rumeni, l-assi kollha ta’ TAROM li għandhom ċertu valur, u b’mod partikolari l-inġenji tal-ajru kollha li huma proprjetà ta’ TAROM, huma mirhuna bħala parti mill-ftehimiet ta’ finanzjament attwali jew bħala garanziji kontra dejn pendenti (bħal, pereżempju, l-inġenji tal-ajru Airbus 318 huma mirhuna għas-self għas-salvataġġ imsemmi fil-premessa (11); barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat li TAROM irċeviet skont l-ewwel deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni ngħatat fil-forma ta’ garanzija għal self li TAROM kellha tiggarantixxi kontra l-assi tagħha). Barra minn hekk, l-inġenji tal-ajru li se jidħlu fil-flotta ta’ TAROM bħala parti mill-programm tat-tiġdid tal-flotta, jirriżultaw minn ftehimiet ta’ lokazzjoni u għalhekk ma jkunux disponibbli bħala titoli (ara l-premessa (61)). Għalhekk, skont l-awtoritajiet Rumeni, TAROM mhux se jkollha biżżejjed assi fil-futur biex tikseb self. Minħabba n-nuqqas ta’ assi biex iservu bħala kollateral, l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li TAROM mhux se tkun tista’ tiżgura finanzjament bankarju u ma ġiet identifikata l-ebda alternattiva ta’ finanzjament fuq terminu qasir. |
2.3. Miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar
|
(18) |
L-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw lill-Kummissjoni ż-żewġ miżuri li ġejjin bħala għajnuna għar-ristrutturar favur TAROM: (i) serje ta’ żidiet fil-kapital azzjonarju (22) permezz tal-injezzjoni ta’ kapital tal-Istat ekwivalenti għal total ta’ madwar EUR 45,77 miljun (li minnhom RON 12 518 000 jew madwar EUR 2,7 miljun diġà twettqu fl-2023 (23) u l-EUR 43,07 miljun li jifdal se jitwettqu mill-2024; iż-żidiet kollha mwettqa u li għandhom jitwettqu f’RON) u (ii) tħassir tad-dejn fl-ammont tas-self għas-salvataġġ b’imgħax li jammonta għal total ta’ EUR 49,53 miljun (flimkien “il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar”). L-ammont taħt (i) hawn fuq ikopri d-defiċit tal-flus ta’ TAROM matul il-perjodu ta’ ristrutturar, inkluż ammont ta’ EUR 5,99 miljun għall-ħlas lura ta’ pagamenti parzjali tas-self garantit skont l-ewwel deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni (“is-self tal-COVID-19”). L-ammont tat-tħassir tad-dejn jikkonsisti mill-kapital tas-self għas-salvataġġ ta’ madwar EUR 36,7 miljun, imgħax kapitalizzat għall-perjodu Mejju 2020 (24) - April 2024 u kwalunkwe differenza fir-rata tal-kambju li seħħet matul dak il-perjodu. L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li wara li l-ammont korrispondenti jitħassar, l-obbligu ta’ TAROM li tħallas lura s-self għas-salvataġġ u l-kostijiet relatati se jiġi kkanċellat. Flimkien, iż-żewġ miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar jammontaw għal madwar EUR 95,3 miljun. |
|
(19) |
Il-finanzjament għall-miżuri se jiġi pprovdut mill-baġit tal-Ministeru tat-Trasport. L-għajnuna għar-ristrutturar se tiġi pprovduta fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tal-Ordinanza tal-Gvern Nru 45/1997 dwar l-istabbiliment tal-Kumpanija Kummerċjali “Kumpanija Nazzjonali Rumena tat-Trasport bl-Ajru - TAROM” S.A., kif modifikata mill-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 113/2021 tal-10 ta’ Ottubru 2021 (“il-GEO”), li abbażi tagħha tinħareġ deċiżjoni governattiva li tapprova l-ammont u l-forma ta’ għajnuna mill-Istat wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna għar-ristrutturar għal TAROM u f’konformità ma’ tali deċiżjoni. L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li l-GEO għalhekk fih obbligu ta’ sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, li bih l-għajnuna se tingħata lil TAROM biss wara li l-Kummissjoni tkun awtorizzat l-għajnuna, u d-data tal-għoti tal-għajnuna se tkun id-data tal-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali li jagħtu l-għajnuna, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-Rumanija sostniet li l-obbligu ta’ sospensjoni ma ġiex applikat għal madwar EUR 2,7 miljun mogħtija f’diversi pagamenti parzjali f’RON f’Marzu 2023, f’Ġunju 2023 u f’Settembru 2023 għall-ħlas lura ta’ pagamenti parzjali ta’ self għall-COVID-19. |
2.4. Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali għal TAROM
|
(20) |
Fit-28 ta’ Mejju 2021, l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (“il-pjan ta’ ristrutturar inizjali”) appoġġjat minn għajnuna għar-ristrutturar ta’ EUR 190,7 miljun magħmula minn (i) tħassir tad-dejn ta’ EUR 40,6 miljun mir-Rumanija tas-self mogħti bħala għajnuna għas-salvataġġ (kapital ta’ EUR 36,7 miljun u imgħax korrispondenti); (ii) injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 92,9 miljun mir-Rumanija, u (iii) għotja ta’ EUR 57,2 miljun. |
|
(21) |
Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien jinkludi l-perjodu mill-2021 sal-2025. Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali pprojetta li TAROM kellha tagħmel profitti fl-2024, u b’hekk tikseb redditu mill-kapital investit (“ROCE, return on capital employed”) ta’ 7,38 % fl-2024. Il-kostijiet totali għar-ristrutturar li kienu mistennija li jinqalgħu fil-perjodu ta’ ristrutturar inizjali ta’ 5 snin ammontaw għal EUR 408,5 miljun. |
|
(22) |
Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien jinkludi s-serje ta’ miżuri li ġejja:
|
|
(23) |
La l-azzjonist minoritarju privat ta’ TAROM (il-Fond tal-Investiment Muntenia) u lanqas il-kredituri ta’ TAROM ma kellhom jipprovdu kondiviżjoni tal-piżijiet fi kwalunkwe forma u ma kienx ċar jekk l-azzjonisti minoritarji li ma jikkontribwixxux għall-kondiviżjoni tal-piżijiet kinux se jintalbu jċedu l-ishma rispettivi tagħhom lill-Istat. |
|
(24) |
Kienu previsti l-miżuri li ġejjin sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: (a) il-waqfien tal-operat ta’ titjiriet lejn 10 destinazzjonijiet, kemm internazzjonali kif ukoll domestiċi, u t-tneħħija ta’ slots korrispondenti; (b) iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ TAROM f’kumpaniji […], […] u […]; u (c) l-esternalizzazzjoni ta’ parti mill-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ TAROM (Diviżjoni Teknika) permezz ta’ impriża konġunta ma’ […], fornitur privat estern. Bħala miżuri ta’ mġiba, l-awtoritajiet Rumeni pproponew li TAROM tastjeni milli tixtri parteċipazzjonijiet azzjonarji f’intrapriżi oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar inizjali, ħlief fejn dan ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha, u milli tuża l-għajnuna bħala pubbliċità meta tbigħ il-prodotti tagħha. |
2.5. Raġunijiet biex tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(25) |
Peress li kellha dubji dwar jekk l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata kinitx se tinstab kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE kif interpretat mil-Linji Gwida R&R, fil-5 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali għar-raġunijiet li ġejjin: il-firxa tal-kontribuzzjoni proprja, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, ir-ritorn għall-vijabbiltà, u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet ċertu tħassib fir-rigward tal-adegwatezza tal-għajnuna. |
2.5.1. Adegwatezza tal-għajnuna
|
(26) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-istrumenti u l-ammonti ta’ għajnuna ppjanati dehru li kienu adegwati biex jindirizzaw il-problemi ta’ solvenza u likwidità ta’ TAROM u għalhekk setgħu jitqiesu xierqa; jiġifieri, l-għotja u t-tħassir tad-dejn tqiesu li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ TAROM filwaqt li ż-żieda fil-kapital kienet immirata lejn it-titjib tas-solvenza tagħha (26). |
|
(27) |
Kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (27), l-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar fil-forma ta’ għotja (mhux remunerata) ta’ EUR 40,6 miljun u tħassir tad-dejn ta’ EUR 57,2 miljun, madankollu, ma jippermettix lill-Istat li jaġixxi bħala konċedent tal-għajnuna li jikseb xi benefiċċji minn ristrutturar b’suċċess minkejja li, wara t-tmiem tal-perjodu inizjali ta’ ristrutturar, TAROM kienet mistennija li tagħti riżultati netti pożittivi. |
2.5.2. Kontribuzzjoni proprja
|
(28) |
Deher li l-allegata kontribuzzjoni proprja minn TAROM imressqa mill-awtoritajiet Rumeni fl-ammont ta’ EUR 217,8 miljun la kienet reali, u lanqas attwali (28). Għall-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjoni proprja, l-awtoritajiet Rumeni qagħdu fuq negozjati għal kuntratt(i) ta’ lokazzjoni finanzjarja ma’ lokaturi jew banek potenzjali. Madankollu, mingħajr impenn sod għall-finanzjament minn lokatur jew bank, il-EUR 150,9 miljun tal-lokazzjoni finanzjarja ma setgħux jitqiesu bħala kontribuzzjoni proprja reali u attwali (29). Barra minn hekk, l-ebda investitur tas-suq jew mutwanti ma kien qed jappoġġja bis-sħiħ il-pjan ta’ ristrutturar inizjali (30). Il-proċedura ta’ bejgħ għall-assi ta’ TAROM (inġenji tal-ajru u parteċipazzjonijiet minoritarji f’kumpaniji relatati vertikalment), li tressqet bħala sors ieħor ta’ finanzjament, ma kinitx bdiet u la kien hemm xerrej bil-quddiem għall-parteċipazzjonijiet minoritarji ta’ TAROM, u lanqas ma kienu lesti r-rapporti ta’ valwazzjoni korrispondenti (31). Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkonfermat jekk ix-xiri tal-assi ta’ TAROM mis-CNAB jitwettaqx b’kundizzjonijiet li operatur f’ekonomija tas-suq kien jaċċetta, peress li s-CNAB huwa proprjetà tal-Istat (32). |
|
(29) |
Il-valutazzjoni preliminari tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali wriet li sa 25 % biss tal-kostijiet għar-ristrutturar setgħu jitqiesu bħala ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjoni proprja reali, attwali u mingħajr għajnuna (33), filwaqt li l-punt 64 tal-Linji Gwida R&R kien jirrikjedi parteċipazzjoni proprja ta’ mill-inqas 50 % ta’ dawn il-kostijiet, u l-awtoritajiet Rumeni ma ressqu l-ebda argument li juri diffikultà partikolari jew ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li l-proporzjon tal-kontribuzzjoni proprja ta’ TAROM ikun inqas minn 50 % tal-kostijiet għar-ristrutturar. |
2.5.3. Kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(30) |
L-awtoritajiet Rumeni rrikonoxxew li la l-azzjonist minoritarju privat ta’ TAROM (il-Fond tal-Investiment Muntenia) u lanqas il-kredituri ta’ TAROM ma jipprovdu kondiviżjoni tal-piżijiet fi kwalunkwe forma, u ma kienx ċar jekk l-azzjonisti minoritarji li ma jikkontribwixxux għall-kondiviżjoni tal-piżijiet kinux se jintalbu jċedu s-sehem tagħhom lill-Istat (34). Il-Kummissjoni għalhekk iddubitat jekk l-għajnuna tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-punti 65 sa 67 tal-Linji Gwida R&R, li skonthom l-għajnuna biex tkopri t-telf jenħtieġ li tingħata biss b’termini li jinvolvu kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata minn investituri eżistenti, li normalment ikun ifisser li l-azzjonisti stabbiliti u l-kredituri subordinati jridu jassorbu t-telf kollu qabel ma jkun seħħ kwalunkwe intervent mill-Istat. |
2.5.4. Ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u r-ristrutturar fi żmien raġonevoli
|
(31) |
Kif innotat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (35), il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien fih stimi bbażati fuq it-tbassir ta’ 5 snin tal-Eurocontrol Ewropa 2020-2024 u, għalhekk, fuq ipoteżijiet kredibbli li jikkonċernaw xenarji ta’ kampanja ta’ tilqim kontra l-COVID-19. Skont ix-xenarju ta’ referenza , ir-ritorn għall-profittabbiltà jseħħ sal-2025. Barra minn hekk, il-proporzjonijiet finanzjarji ta’ TAROM tal-2025 (redditu fuq l-assi (“ROA, return on assets”), ROCE u marġni tal-profitt nett) ikunu f’konformità mal-proporzjonijiet finanzjarji storiċi tal-grupp ta’ pari ta’ TAROM. Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar ma kien fih l-ebda spjegazzjoni tar-raġonevolezza tal-livell ta’ profittabbiltà li TAROM allegatament tikseb fl-2025 u kienu meħtieġa aktar kjarifiki dwar it-testijiet, il-komponenti tal-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC, weighted average cost of capital”) (36) u l-għażla tal-grupp ta’ pari. Il-livell mistenni ta’ profittabbiltà deher ottimist, meta titqies il-prestazzjoni storika ta’ TAROM. Barra minn hekk, fix-xenarju pessimist, ir-ritorn għall-profittabbiltà jinkiseb biss mill-2027, jiġifieri barra mid-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar li kellu jibqa’ għaddej sal-2025. Ir-rekwiżit tal-punt 47 tal-Linji Gwida R&R, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar irid jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fi żmien raġonevoli kemm fix-xenarju ta’ referenza kif ukoll fix-xenarju pessimist, għalhekk ma ġiex issodisfat. Kemm fix-xenarju ta’ referenza kif ukoll fix-xenarju pessimist, l-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx biżżejjed informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp ta’ pari, u lanqas iċ-ċifri sottostanti għad-data tal-grupp ta’ pari. |
|
(32) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kien ta’ tul ta’ żmien xieraq u kien se jwassal għar-restawr tal-vijabbiltà ta’ TAROM fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar inizjali minħabba li ma kienx jidher li TAROM kienet se tipprovdi redditu suffiċjenti u kienet se tkun kapaċi tibqa’ fis-suq mingħajr għajnuna ulterjuri (37). |
2.5.5. Il-preżenza u l-effettività ta’ miżuri sinifikanti biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(33) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (38), il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li ma kienx stabbilit biżżejjed li kienu previsti miżuri strutturali reali biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-ewwel nett, mir-rilaxxi ta’ slots proposti, għadd limitat biss kien jikkonċerna ajruporti potenzjalment konġestjonati, u l-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-ħinijiet tat-titjiriet proposti għas-slots rilaxxati tabilħaqq jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet tal-ajruport konġestjonati ħafna. L-awtoritajiet Rumeni pproponew li jċedu parteċipazzjonijiet azzjonarji minoritarji f’kumpaniji b’attivitajiet anċillari għat-trasport tal-ajru, iżda l-pjanijiet ta’ ċessjoni kienu vagi, b’mod partikolari neqsin minn rapporti ta’ valutazzjoni tal-assi u informazzjoni dwar il-profittabbiltà tal-kumpaniji kkonċernati. Il-Kummissjoni qieset li d-dubji serji li kellha dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna u dwar il-kontribuzzjoni proprja ta’ TAROM għamluha neċessarja li r-rikavati mill-bejgħ ibbażat fuq is-suq u ċ-ċessjonijiet tal-assi jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar, filwaqt li jnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq trasportaturi tal-ajru oħrajn. Barra minn hekk, minkejja t-tnaqqis konsiderevoli fl-għadd ta’ inġenji tal-ajru, il-kapaċità globali tat-titjiriet ta’ TAROM espressa f’termini ta’ ASK ma tinbidilx materjalment sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(34) |
Fl-aħħar nett, minbarra li tipprojbixxi lil TAROM milli tixtri parteċipazzjonijiet azzjonarji f’intrapriżi oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief fejn dan ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha, u milli tuża l-għajnuna bħala pubbliċità meta tbigħ il-prodotti tagħha, l-awtoritajiet Rumeni ma pproponew l-ebda miżura oħra ta’ mġiba. |
|
(35) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk, fin-nuqqas ta’ miżuri strutturali u ta’ mġiba sodi u ċari, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni tnaqqsux b’mod sodisfaċenti. |
3. OSSERVAZZJONIJIET TAR-RUMANIJA
|
(36) |
L-awtoritajiet Rumeni pprovdew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz ta’ ittra datata l-11 ta’ Awwissu 2021 (39). |
|
(37) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja ta’ TAROM, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li d-diskussjonijiet mal-lokaturi tal-inġenji tal-ajru kienu għadhom għaddejjin fiż-żmien tat-tweġiba tagħhom u żiedu li, b’mod parallel, kienu nbdew diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li TAROM tikseb faċilità korporattiva ta’ USD […] miljun minn kumpanija finanzjarja tal-inġenji tal-ajru […]. |
|
(38) |
Fir-rigward tal-bejgħ ippjanat tal-parteċipazzjonijiet minoritarji ta’ TAROM fi […], l-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw żewġ rapporti ta’ valwazzjoni aġġornati għal […] u għal […], li kien fihom valuri aktar baxxi minn dawk ikkunsidrati fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali u ħabbru s-sottomissjoni ta’ rapport aġġornat għal […]. […]. |
|
(39) |
Fir-rigward tal-bejgħ tal-inġenji tal-ajru, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li żewġ Boeing 737-300 kienu mistennija li jinbiegħu sa Settembru/Ottubru 2021 u li seba’ ATR 42-500 kienu se jinbiegħu lura lil ATR matul ir-raba’ trimestru tal-2021. Ir-Rumanija ħabbret ukoll li żewġ inġenji tal-ajru oħra Boeing 737-300 se jiġu offruti għall-bejgħ qabel tmiem l-2021. |
|
(40) |
Fir-rigward tat-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li tali tħassib kien ġie mifhum sew iżda li l-approċċ għas-soluzzjoni tiegħu għad irid jiġi deċiż. |
|
(41) |
L-awtoritajiet Rumeni indikaw ukoll li t-tħassib tal-Kummissjoni dwar ir-restawr tal-vijabbiltà ta’ TAROM u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kien ġie nnotat u li pjan ta’ negozju aġġornat li jindirizza dak it-tħassib se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi stadju aktar tard. L-awtoritajiet Rumeni pprovdew data dwar il-grupp ta’ pari u l-iskeda tar-rilaxxi tas-slots. |
|
(42) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri proposti minn TAROM fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali, l-awtoritajiet Rumeni spjegaw li l-Kunsill Amministrattiv ta’ TAROM fit-30 ta’ Lulju 2021 kien approva l-bidu tal-fażi li jmiss tal-programm ta’ ristrutturar tal-persunal u li kienet saret laqgħa formali mat-trade unions fit-3 ta’ Awwissu 2021. |
4. KUMMENTI MILL-PARTI TERZA
|
(43) |
Fl-4 ta’ Ottubru 2021, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Wizz Air. |
|
(44) |
Wizz Air qieset li d-drittijiet proċedurali tagħha kienu nkisru minħabba l-livell għoli ta’ informazzjoni redatta fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li allegatament impedixxiet lil Wizz Air milli tissottometti kummenti sinifikanti. |
|
(45) |
Wizz Air qablet mal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet ta’ proporzjonalità tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet ma kinux issodisfatti. Skont Wizz Air, TAROM kienet ilha f’diffikultà għal ħafna snin u l-pjan ta’ ristrutturar ma indirizzax il-problema ta’ ġestjoni ħażina. Wizz Air sostniet ukoll li l-previżjonijiet tat-traffiku tal-ajru kienu bbażati fuq data skaduta u jenħtieġ li jiġu riveduti ’l isfel. Wizz Air qieset li l-għażla tal-grupp ta’ pari ta’ TAROM ma kinitx xierqa, peress li kien fiha fil-biċċa l-kbira trasportaturi tal-bandiera u xi linji tal-ajru li setgħu kienu f’diffikultà finanzjarja matul il-perjodu ta’ tqabbil. Barra minn hekk, Wizz Air qieset li l-għajnuna la kienet xierqa u lanqas proporzjonata, iżda sostniet li minħabba redazzjoni qawwija ta’ informazzjoni finanzjarja fid-deċiżjoni tal-ftuħ kien impossibbli li jsiru kummenti aktar dettaljati. |
|
(46) |
Wizz Air sostniet ukoll li l-għajnuna għar-ristrutturar ma kinitx tirrispetta l-kundizzjoni ta’ “ta’ darba u tal-aħħar” tal-Linji Gwida R&R, minħabba li TAROM kienet fi stat kostanti ta’ ristrutturar minħabba diffikultajiet finanzjarji fuq aktar minn 10 snin mill-għoti ta’ għajnuna preċedenti approvata mill-Kunsill tal-Kompetizzjoni Rumen fl-2004. |
|
(47) |
Fir-rigward tal-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, Wizz Air innotat li l-pjan ta’ ristrutturar ma kienx jinkludi tnaqqis fil-kapaċitajiet u lanqas tnaqqis fl-attivitajiet, li kienu meħtieġa fil-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni fir-ristrutturar tal-linji tal-ajru. Wizz Air sostniet li TAROM kellha tnaqqas l-attivitajiet tagħha tal-inqas bl-istess proporzjon li għamlu bħala medja l-kompetituri mingħajr għajnuna. Wizz Air qieset ukoll li ċ-ċessjonijiet tas-slots jenħtieġ li tal-anqas ikunu fi proporzjon ugwali għat-tnaqqis fil-flotta ta’ TAROM. Wizz Air qieset ukoll l-impenji relatati mal-imġiba proposti bħala insuffiċjenti minħabba l-ammont sinifikanti ta’ għajnuna għar-ristrutturar mitluba minn TAROM. B’mod partikolari, Wizz Air issuġġeriet li jkun xieraq li jiġu imposti fuq TAROM ir-restrizzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni tal-ġestjoni imposti fuq xi linji tal-ajru fil-kuntest tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19, minħabba li (i) TAROM kienet f’diffikultà finanzjarja qabel il-31 ta’ Diċembru 2019 għall-kuntrarju ta’ riċevituri oħra tal-għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 u (ii) is-sitwazzjoni finanzjarja li qed tiddeterjora ta’ TAROM kienet parzjalment dovuta għal ġestjoni ħażina. |
|
(48) |
Fl-aħħar nett, Wizz Air qajmet il-kwistjoni tal-konformità mal-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R, li dwarhom il-Kummissjoni ma kinitx qajmet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ. F’dan ir-rigward, Wizz Air sostniet li TAROM kienet ġiet imbuttata b’mod kostanti mis-swieq li kienet isservi u għalhekk kienet tilfet ir-rwol tagħha fil-passat fil-provvista ta’ konnettività essenzjali lir-Rumanija. Wizz Air sostniet li s-servizzi ta’ TAROM kienu diġà qed jiġu replikati minn kompetituri, fosthom Wizz Air, l-akbar operatur fuq ir-rotot Rumeni (madwar 40 % tal-kapaċità) kif ukoll Blue Air bi 13 % tas-suq domestiku u li, konsegwentement, is-servizz ta’ TAROM ma kienx jammonta għal dak ta’ fornitur tal-infrastruttura nazzjonali kif issuġġerit fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Skont Wizz Air, is-suq domestiku, li fih il-Kummissjoni ssostni li TAROM tissodisfa servizz importanti, huwa estremament żgħir (inqas minn 10 % tat-traffiku tal-ajru totali lejn, minn u fir-Rumanija) u s-sehem ta’ TAROM fis-suq domestiku huwa ta’ 63 %, li konsegwentement huwa biss 6,3 % tal-kapaċità totali tas-suq Rumen (jiġifieri domestiku u internazzjonali) u għalhekk is-servizzi ta’ TAROM fis-suq domestiku mhumiex importanti. Wizz Air tqis li, fid-dawl tal-għadd limitat ta’ rotot domestiċi esklużivi ta’ TAROM, l-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar ikun sproporzjonat meta mqabbel mal-għan tal-preservazzjoni ta’ dawn ir-rotot, b’tali mod li jenħtieġ li l-Kummissjoni ssir taf jekk l-obbligi ta’ servizz pubbliku setgħux minflok jiġu implimentati fuq dawn ir-rotot. Fl-aħħar nett, Wizz Air sostniet li aktar minn 3 000 ajruplan kienu waqfu jittajru fl-UE minn Lulju 2021, u li kapaċità żejda sinifikanti, fil-każ tal-ħruġ mis-suq ta’ TAROM, ċertament u malajr tiskatta dħul ġdid fir-rotot tagħha f’ambjent tas-suq ta’ wara l-COVID ikkaratterizzat minn domanda aktar baxxa u restrizzjonijiet residwi fuq l-ivvjaġġar. |
|
(49) |
Wizz Air allegat ukoll li ma kien hemm l-ebda evidenza li TAROM kienet eżawriet l-għażliet tas-suq biex tikseb finanzjament qabel ma talbet l-għajnuna mill-Istat Rumen u li tali finanzjament kien disponibbli fis-suq għal linji tal-ajru oħrajn. Barra minn hekk, Wizz Air allegat li n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ finanzjament mill-kredituri ta’ TAROM wera li dawk il-kredituri ma kinux jemmnu fil-vijabbiltà ta’ TAROM, għax inkella ma kinux jirriskjaw likwidazzjoni ta’ TAROM, li kien probabbli fin-nuqqas ta’ kwalunkwe finanzjament iġġenerat. |
5. OSSERVAZZJONIJIET TAR-RUMANIJA DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTI TERZA
|
(50) |
Bi tweġiba għall-kummenti ta’ Wizz Air li rċevew fit-12 ta’ Ottubru 2021, l-awtoritajiet Rumeni ssottomettew l-osservazzjonijiet li ġejjin fit-12 ta’ Novembru 2021:
|
6. PJAN TA’ RISTRUTTURAR AĠĠORNAT
|
(51) |
Fid-19 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Rumeni ssottomettew lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar aġġornat datat t-18 ta’ April 2024 (40) (“il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat”) u sussegwentement ipprovdew informazzjoni addizzjonali li tifforma wkoll parti mill-pjan ta’ ristrutturar aġġornat. |
|
(52) |
Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jidentifika d-dgħufijiet li kkawżaw id-diffikultajiet ta’ TAROM (kif deskritt fil-premessi (15) sa (17)), jiddeskrivi x-xenarju kontrofattwali li fih TAROM ma tirċevix l-għajnuna (ara t-taqsima 6.1) u jistabbilixxi sett komprensiv ta’ miżuri li TAROM se timplimenta biex tirrimedja d-diffikultajiet tagħha u ssir vijabbli fit-tul (it-Taqsima 6.2). |
6.1. Xenarju alternattiv mingħajr l-għajnuna
|
(53) |
Ir-Rumanija ssostni li minn Diċembru 2023, TAROM kellha dejn arretrat li jammonta għal madwar EUR […] miljun u l-flus disponibbli tagħha kienu limitati għal […] miljun. Minħabba d-differiment ripetut ta’ ċerti djun, ir-Rumanija ssostni li hemm nuqqas ta’ paċenzja li qed tikber fost il-kredituri ewlenin ta’ TAROM li għandhom jitħallsu. Skont l-informazzjoni sottomessa mir-Rumanija, TAROM għandha b’mod partikolari rati ta’ lokazzjoni mhux imħallsa lejn tliet lokaturi tal-inġenji tal-ajru kif ukoll dejn sinifikanti lejn is-CNAB, il-kumpanija tal-immaniġġjar fl-ajruport OTP. Id-dejn tal-aħħar huwa garantit b’ipoteki fuq proprjetà immobbli proprjetà ta’ TAROM, żewġ inġenji tal-ajru ATR 72-500, ipoteki fuq il-parteċipazzjonijiet ta’ TAROM fi […], […], kif ukoll ipoteka fuq ir-riċevibbli fuq il-bejgħ futur tas-slot […] (ara l-premessa (119)). Peress li l-assi kollha ta’ TAROM li għandhom ċertu valur jew inbiegħu biex jiffinanzjaw il-kost tar-ristrutturar (ara l-premessi (60) u (77)) jew huma mirhuna taħt arranġamenti ta’ finanzjament li għaddejjin, bħas-self għas-salvataġġ u s-self għall-COVID-19 garantit skont l-ewwel deċiżjoni dwar il-kumpens għad-danni (ara l-premessi (17) u (54)) jew għal dejn eżistenti, l-ebda mezz ta’ finanzjament alternattiv fuq terminu qasir ma huwa miftuħ għal-linja tal-ajru. |
|
(54) |
L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar, TAROM malajr tispiċċa mingħajr flus kontanti u ma tkunx tista’ ssostni l-operazzjonijiet ta’ kuljum. Jekk il-linja tal-ajru bdiet tħallas lura ftit mid-dejn tagħha fl-2024, il-fluss tal-flus tagħha jkun negattiv. Il-miżuri ta’ ristrutturar ippjanati ma setgħux jitwettqu, minħabba nuqqas ta’ finanzjament, li jkompli jaffettwa d-dħul ta’ TAROM. Barra minn hekk, l-għajnuna għas-salvataġġ, li għaliha TAROM wiegħdet parti mill-inġenju tal-ajru tagħha bħala kollateral, tkun dovuta u trid titħallas lura, li tirriżulta fl-infurzar tal-kollateral. Barra minn hekk, TAROM ma tkunx tista’ tħallas ir-rati ta’ lokazzjoni għall-inġenji tal-ajru eżistenti, li waqfu jittajru. |
|
(55) |
L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li l-kredituri b’dejn li ilu dovut jibdew azzjonijiet ta’ infurzar u, jekk ma jitħallsux, jistgħu jitolbu li TAROM titqiegħed fi proċedimenti ta’ insolvenza. Jekk titpoġġa f’insolvenza (li hija probabbli ħafna fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ TAROM kemm f’termini ta’ solvenza kif ukoll ta’ likwidità), il-liċenzja operattiva ta’ TAROM tiġi rtirata, li jkun ifisser li l-ajruplani tagħha (sal-punt li ma jkunux diġà ġew sekwestrati u/jew ibbażati fuq infurzar individwali, ara l-premessi (53) u (54)) ikunu waqfu jittajru u li jkollha twaqqaf l-operazzjonijiet. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (41) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ebda kumpanija stabbilita fl-Unjoni ma tista’ ġġorr passiġġieri tat-titjiriet fit-trasport kummerċjali bl-ajru mingħajr liċenzja operattiva. Skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità tal-liċenzji għandha tissospendi jew tirtira l-liċenzja ta’ trasportatur tal-ajru jekk ma tibqax sodisfatta li tista’ tissodisfa l-obbligi attwali u potenzjali tagħha għal perjodu ta’ 12-il xahar. L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ liċenzja temporanja biss jekk ikun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti f’dak il-perjodu ta’ żmien. Skont l-awtoritajiet Rumeni, fid-dawl tad-dejn eċċessiv ta’ TAROM u n-nuqqas ta’ likwidità, tali prospett ikun jeżisti biss jekk il-miżuri notifikati jingħataw. Kieku dan ma kienx il-każ, il-liċenzja operattiva ta’ TAROM ikollha tiġi sospiża jew revokata, u dan ikun jinvolvi waqfien immedjat tal-inġenji tal-ajru kollha ta’ TAROM. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistipula li kull meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li jeżistu problemi finanzjarji jew meta jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza jew proċedimenti simili kontra linja tal-ajru liċenzjata mill-Unjoni, l-awtorità tal-liċenzjar għandha mingħajr dewmien tagħmel valutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-linja tal-ajru u abbażi tal-konstatazzjonijiet tagħha tirrevedi l-istatus tal-liċenzja operattiva fi żmien 3 xhur. Il-konsegwenzi li l-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ TAROM ikollu, skont l-awtoritajiet Rumeni, fuq is-suq Rumen tat-trasport bl-ajru huma stabbiliti fit-taqsima 6.6. |
|
(56) |
Skont l-awtoritajiet Rumeni, anke jekk TAROM setgħet tibqa’ għaddejja fl-2024, li ma jistax jiġi preżunt, in-negozju tagħha ma jkunx sostenibbli mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar. Dan għaliex fin-nuqqas tal-għajnuna, TAROM ma tkunx tista’ timplimenta t-tiġdid tal-flotta kif ippjanat u għalhekk ikollha twettaq negozju bit-taħlita ineffiċjenti tagħha ta’ inġenji tal-ajru qodma, li hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għad-diffikultajiet attwali tagħha. Barra minn hekk, parti mill-flotta titwaqqaf milli titajjar minħabba rati ta’ lokazzjoni mhux imħallsa jew infurzar ta’ assi mirhuna bħala kollateral (ara l-premessi (53) u (54)). Barra minn hekk, partijiet oħra tal-miżuri ta’ ristrutturar ukoll ma setgħux jitwettqu minħabba nuqqas ta’ finanzjament, li jipperpetwa l-problemi li kkawżaw id-diffikultajiet ta’ TAROM u għandhom impatt negattiv ulterjuri fuq l-operazzjonijiet tagħha. |
|
(57) |
Ir-Rumanija ssostni li TAROM ma għandhiex possibbiltajiet oħra biex tiġbor finanzjament suffiċjenti biex tibqa’ fin-negozju tagħha matul it-3 snin li ġejjin. Kif stabbilit fil-premessa (53), TAROM ma għandha l-ebda assi li kontrihom setgħet tikseb finanzjament fuq terminu qasir u għad għandha ekwità negattiva fl-2024 (ara l-premessa (88)). Għaddej tnaqqis limitat fl-attivitajiet fil-forma ta’ bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet iżda jikkostitwixxi proċess twil u ma jġibx biżżejjed rikavati fil-ħin biex tiġi evitata preżentazzjoni ta’ insolvenza. L-istess japplika għall-bejgħ tas-slot […], li huwa […] (kif spjegat fil-premessa (119)). TAROM irnexxielha tikseb lokazzjoni finanzjarja għall-konsenja ta’ Boeing 737-8 MAX wieħed b’valur ta’ EUR […] miljun, eskluż l-imgħax; […]. |
6.2. Miżuri ta’ ristrutturar
|
(58) |
Il-perjodu ta’ ristrutturar fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jestendi minn Jannar 2021 sa Diċembru 2026. Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat huwa bbażat fuq diversi pilastri ewlenin, li jinkludu t-tiġdid tal-flotta, pjan ottimizzat tar-rotot u diversi miżuri ta’ effiċjenza operazzjonali li ġew implimentati jew li se jiġu implimentati matul il-perjodu ta’ ristrutturar. |
6.2.1. It-tiġdid tal-flotta
|
(59) |
It-tfassil mill-ġdid tal-flotta għandu l-għan li juża inġenji tal-ajru li huma adattati għall-ħtiġijiet ta’ TAROM u li jnaqqas il-kostijiet (għall-manutenzjoni, il-lokazzjoni, il-fjuwil, eċċ.). Minn flotta ta’ 29 inġenju tal-ajru ta’ seba’ tipi differenti (42) fl-2021, il-flotta ta’ TAROM se titnaqqas għal 14-il inġenju tal-ajru ta’ erba’ tipi differenti biss (43) sal-2025. L-għadd ta’ inġenji tal-ajru mbagħad jibqa’ 14 mill-inqas sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(60) |
Minn Diċembru 2023, il-flotta ta’ TAROM kienet tinkludi 12-il inġenju tal-ajru ġett u sitt ATRs. L-isforzi għat-tiġdid tal-flotta jinsabu għaddejjin u huma ppjanati li jiġu ffinalizzati sa […]. Fl-2022, TAROM biegħet l-erba’ inġenji tal-ajru Boeing 737-300 flimkien ma’ magna waħda Boeing 737-300 għal total ta’ EUR […]. Fl-2023, TAROM biegħet is-seba’ inġenji tal-ajru ATR 42-500 kollha għal EUR […]. B’kollox, ir-rikavati mill-inġenji tal-ajru mibjugħa fl-2022 u fl-2023 jammonta għal madwar EUR […] miljun. Il-proċess tal-bejgħ għall-erba’ inġenji tal-ajru Airbus 318 beda u sa Jannar 2024, […] kienu waslu offerti preliminari. Fis-7 ta’ Marzu 2024, l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-Kummissjoni li TAROM kienet għażlet […] bħala xerrej b’suċċess fil-proċedura tal-bejgħ, b’offerta fl-ammont ta’ USD […] miljun (madwar EUR […] miljun) għall-erba’ inġenji tal-ajru Airbus 318; […]. Fl-1 ta’ April 2024, ġiet iffirmata ittra ta’ intenzjoni bejn TAROM u x-xerrej prospettiv. L-erba’ inġenji tal-ajru Boeing 737-700 se jitilqu mis-servizz gradwalment, li kollha se jinbiegħu b’mod indikattiv fi […]. |
|
(61) |
L-eliminazzjoni gradwali tal-inġenji tal-ajru se tkun akkumpanjata mill-introduzzjoni gradwali ta’ erba’ Boeing 737-8 MAX ġodda li huma ppjanati li jidħlu fil-flotta ta’ TAROM fi […], wieħed minnhom taħt ftehim ta’ lokazzjoni finanzjarju u tlieta taħt ftehmiet ta’ lokazzjoni operazzjonali , li għalihom saru negozjati […]. Sa issa, ġie konkluż il-ftehim ta’ lokazzjoni finanzjarja għal Boeing 737-8 MAX wieħed (ara l-premessa (57)) u l-kuntratt ta’ lokazzjoni operazzjonali għal Boeing 737-8 MAX wieħed fi […] ma’ […] bħala lokatur u TAROM bħala lokatarju. L-effett ekonomiku ewlieni tat-tiġdid tal-flotta għalhekk se jsir evidenti fi […], filwaqt li t-tkabbir se jibqa’ aktar modest fl-2024, minħabba operazzjonijiet kontinwi b’inġenji tal-ajru qodma. |
|
(62) |
Il-flotta ta’ TAROM se tkun aktar simplifikata u uniformi, li tippermettilha jkollha struttura tal-prezzijiet aktar kompetittiva u topera b’mod aktar effiċjenti, filwaqt li toħloq iffrankar li jirriżulta minn flotta moderna u armonizzata. Minbarra t-tnaqqis tal-kostijiet operattivi, dan huwa mistenni li jikseb flotta aktar uniformi li twassal għal aktar titjib fl-effiċjenza; li joffru servizzi aħjar b’inġenji tal-ajru moderni, f’konformità mad-domanda tal-klijenti; u biex il-flotta tiġi ssimplifikata permezz ta’ tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ inġenji tal-ajru. |
6.2.2. Ottimizzazzjoni kummerċjali
|
(63) |
Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jipprevedi miżuri li jikkonċernaw: (a) l-ottimizzazzjoni tar-rotot (ara l-premessa (64)); (b) id-dħul anċillari (ara l-premessa (65)); u (c) l-għeluq tal-aġenziji, l-azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni (ara l-premessi (66) u (67)). |
Pjan tar-rotot ottimizzati
|
(64) |
TAROM wettqet analiżi fil-fond tar-rotot eżistenti tagħha, biex tiddetermina l-prestazzjoni tagħhom, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tad-domanda wara l-pandemija tal-COVID-19, u biex tiddefinixxi u timplimenta miżuri ta’ effiċjenza operazzjonali. B’riżultat ta’ dan, TAROM qed tissimplifika l-attivitajiet tagħha permezz tal-għeluq ta’ għadd ta’ rotot u t-tnaqqis tal-frekwenza fuq ir-rotot eżistenti. Filwaqt li l-ebda waħda mir-rotot li kellhom jinżammu ma kienet profittabbli C3 fl-2019, kull waħda minnhom se ssir profittabbli C3 sal-2029 u 23 mir-rotot se jkunu profittabbli C2 diġà fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026. Kull rotta li jifdal, bl-eċċezzjoni ta’ dawk lejn/minn […], hija ppjanata li tiġi operata […]. Dan, flimkien mar-ristrutturar tal-flotta, huwa mistenni li jżid il-fattur tat-tagħbija ta’ TAROM minn madwar […] % fl-2019 għal madwar […] % fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar u aktar minn […] % wara dak il-perjodu (ara l-premessa (101) u t-Tabella 5). Iċ-ċifri attwali għall-2022 juru fattur tat-tagħbija ta’ […] %. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li filwaqt li TAROM (għadha) ma laħqitx il-livelli tal-fattur tat-tagħbija tal-kompetituri tagħha (li tipikament huma bejn 80 % u 90 % skont il-linja tal-ajru, ara wkoll l-Illustrazzjoni 2 fil-premessa (217)), hija l-unika waħda mill-ħames linji tal-ajru ewlenin attivi fis-suq Rumen (Wizz Air, Ryanair, Lufthansa, Air France-KLM, TAROM) li kienet kapaċi żżid il-fattur tat-tagħbija tagħha fl-2022 meta mqabbel mal-2019. |
Dħul anċillari
|
(65) |
TAROM għandha l-ħsieb li tiġġenera dħul anċillari minn diversi sorsi. Is-servizzi offruti b’kost żejda jinkludu […]. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li d-dħul anċillari huwa stmat għal madwar […] % tad-dħul totali fit-tul. TAROM targumenta li din hija stima konservattiva meta mqabbla mal-parametri referenzjarji tal-industrija għal-linji tal-ajru tradizzjonali (medja ta’ 4,5 % miksuba fl-aħħar snin) u aktar u aktar għal-LCCs (li kienu jiġġeneraw madwar 12,5 % tad-dħul minn tali servizzi anċillari, jew saħansitra 31,1 % fil-każ ta’ Ryanair fl-2019). Skont l-awtoritajiet Rumeni, is-servizzi anċillari bdew jiġġeneraw dħul bil-mod fi tmiem l-2021 u kibru fl-2022. L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li […]. B’riżultat ta’ dan, abbażi taċ-ċifri preliminari (mhux awditjati) għall-2023, id-dħul minn servizzi anċillari żdied bejn l-2022 u l-2023 b’madwar […] darbiet u għall-2023 ammonta għal madwar EUR […] miljun, li kien madwar […] % tad-dħul totali. |
Għeluq tal-aġenziji, Azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni
|
(66) |
Peress li l-kost tal-aġenziji tal-biljetti interni kompla jkun għoli meta mqabbel mal-kontribuzzjoni tagħhom għad-dħul u l-bejgħ ta’ TAROM permezz ta’ dawk l-aġenziji – li naqas kontinwament u naqas għal sempliċi […] % fl-2023 – TAROM iddeċidiet li tirristruttura n-network tal-biljetti tagħha. Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jipprevedi l-għeluq ta’ diversi aġenziji li jinsabu fir-Rumanija, filwaqt li dawk li jifdal isiru aġenziji reġjonali li jieħdu f’idejhom l-attivitajiet tal-aġenziji l-oħra fir-reġjun. Barra minn hekk, żewġ aġenziji tal-biljetti internazzjonali biss se jkomplu joperaw, fi Brussell u f’Chisinau, filwaqt li t-12-il aġenzija internazzjonali li jifdal se jingħalqu. L-awtoritajiet Rumeni jinfurmaw lill-Kummissjoni li 12-il aġenzija domestika u 12-il aġenzija internazzjonali ngħalqu b’suċċess, b’erba’ aġenziji domestiċi u żewġ aġenziji internazzjonali biss li għadhom joperaw. L-għeluq tal-aġenziji domestiċi kien mistenni li jiġġenera ffrankar ta’ madwar EUR […] fis-sena, b’bejgħ simili għal dak tal-2019. Abbażi taċ-ċifri attwali tal-2022, l-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li dawk l-istimi nqabżu fil-biċċa l-kbira, u dan wassal għal iffrankar ta’ madwar EUR […] miljun fl-2022. L-għeluq tal-aġenziji internazzjonali kien mistenni li jiġġenera ffrankar ta’ madwar EUR […] miljun fis-sena b’bejgħ bejn wieħed u ieħor kostanti meta mqabbel mal-2019. |
|
(67) |
Barra minn hekk, il-proċess ta’ ristrutturar se jkun akkumpanjat minn azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni appoġġjati mill-użu ta’ għodod diġitali u minn strateġija ta’ komunikazzjoni mtejba. |
6.2.3. Effiċjenza organizzazzjonali
|
(68) |
Bħala parti mill-miżuri ta’ effiċjenza organizzazzjonali, TAROM qed twettaq ristrutturar tal-persunal. L-għadd ta’ impjegati tnaqqas minn 1 765 f’Lulju 2020 għal 1 154 f’Diċembru 2023, parzjalment abbażi ta’ programm ta’ liv volontarju, u qed jiġi implimentat titjib organizzazzjonali. L-għadd ta’ impjegati fil-mira qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ esternalizzazzjoni huwa ta’ 1 316-il impjegat. TAROM bdiet timla l-pożizzjonijiet vakanti u qed taħdem biex tilħaq din il-mira. Dan huwa mistenni li jwassal għal iffrankar fis-salarji ta’ madwar EUR […] miljun fis-sena (44). |
|
(69) |
Biex tkompli ttejjeb il-pożizzjoni tal-kostijiet tagħha, TAROM beħsiebha torganizza mill-ġdid id-Diviżjoni Teknika tagħha u tiżviluppa strateġija ġdida ta’ manutenzjoni, tiswija u reviżjoni totali (“MRO, maintenance, repair, and overhaul”), inkluża l-possibbiltà ta’ esternalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-MRO. Madankollu, wara diversi provi li ma rnexxewx, TAROM għadha qed tfittex sieħeb xieraq għal dik l-esternalizzazzjoni. Filwaqt li TAROM qed issegwi b’mod attiv titjib intern fid-Diviżjoni Teknika u r-riċerka u n-negozjati tagħha biex tikseb l-esternalizzazzjoni tal-MRO, l-effetti tal-kostijiet ta’ dawk il-miżuri ma ġewx inklużi fil-projezzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat. |
6.2.4. Ottimizzazzjoni tal-kostijiet
Tnaqqis fil-kost tal-fjuwil
|
(70) |
TAROM għandha l-għan li tnaqqas il-konsum tal-fjuwil permezz ta’ sensiela ta’ miżuri, inkluż […]. Jenħtieġ li dan iwassal għal iffrankar ta’ madwar […] % fl-2024 u […] % mill-2025. Huwa mistenni aktar iffrankar mill-użu tal-inġenju tal-ajru Boeing 737-8 MAX aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. L-iffrankar akkumulat huwa stmat għal madwar EUR […] miljun sal-2029, u l-benefiċċji se jinqabdu fil-projezzjonijiet finanzjarji li jibdew mill-2025. B’mod ġenerali, sal-2025 l-inġenji tal-ajru l-ġodda se jiġġeneraw tnaqqis totali fil-konsum tal-fjuwil ta’ madwar […] %, u sistema aħjar ta’ ġestjoni tal-fjuwil se tirriżulta fi tnaqqis addizzjonali fil-konsum tal-fjuwil sa madwar […] % li flimkien se jkunu ekwivalenti għal iffrankar ta’ EUR […] miljun fl-2025. […]. |
Tnaqqis fil-kostijiet tal-immaniġġjar
|
(71) |
Skont ir-Rumanija, l-ajruport OTP qed jimplimenta programm ta’ modernizzazzjoni u awtomatizzazzjoni, li beda f’Ottubru 2023 u huwa mistenni li jiġi ffinalizzat sa Awwissu 2024. Filwaqt li dan huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq il-kostijiet tal-immaniġġjar intern, il-proċess jibqa’ barra mill-kontroll ta’ TAROM. Għalhekk, l-awtoritajiet Rumeni ħadu approċċ prudenti u ma inkludewx iffrankar relatat ma’ dan il-proċess ta’ modernizzazzjoni fil-projezzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat. |
Ir-rilokazzjoni tal-impjegati u l-kera tal-bini tal-uffiċċju prinċipali
|
(72) |
Il-kiri tal-bini tal-uffiċċju prinċipali ta’ TAROM, li jinsab qrib l-ajruport OTP ta’ Bucharest u r-rilokazzjoni tal-impjegati lejn bini ta’ uffiċċji mikri jenħtieġ li jiġġeneraw dħul nett u flussi ta’ flus ta’ madwar EUR […] sa […] miljun fis-sena, mill-2025. |
6.3. Finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar
6.3.1. Kostijiet għar-ristrutturar
|
(73) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li l-kost totali tar-ristrutturar ta’ TAROM jammonta għal EUR 172,96 miljun. L-element ewlieni tal-kostijiet tal-miżuri ta’ ristrutturar huwa t-tiġdid tal-flotta għal EUR […] miljun. Barra minn hekk, TAROM qed tippjana li jkollha nuqqas ta’ flus ta’ madwar EUR 43 miljun matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Kostijiet oħra għar-ristrutturar jikkonċernaw b’mod partikolari l-pagamenti għall-għoti tas-sensji għall-persunal li ngħata s-sensja, l-għeluq tal-aġenziji tal-biljetti, il-kostijiet tal-komunikazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, ir-rilokazzjoni tal-impjegati, is-servizzi ta’ konsulenza. Il-kost tar-ristrutturar se jiġi ffinanzjat parzjalment minn għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 95,3 miljun, u parzjalment minn kontribuzzjoni proprja minn TAROM, li tammonta għal EUR 77,66 miljun (ara l-premessi (75) sa (79)). |
6.3.2. Sorsi ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ ristrutturar
(a) Finanzjament pubbliku
|
(74) |
L-Istat Rumen jappoġġja r-ristrutturar ta’ TAROM b’għajnuna għar-ristrutturar ta’ madwar EUR 95,3 miljun (ara l-premessa (18)). |
(b) Kontribuzzjoni proprja
|
(75) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li s-sorsi tal-kontribuzzjoni proprja ta’ TAROM għall-kostijiet tal-miżuri ta’ ristrutturar huma mistennija li jikkonsistu fil-lokazzjoni finanzjarja konkluża għal inġenju tal-ajru wieħed ġdid Boeing 737-8 MAX, u l-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru. |
Lokazzjoni finanzjarja
|
(76) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li, fi […], TAROM ikkonkludiet ftehim ta’ lokazzjoni finanzjarja tal-inġenji tal-ajru għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Boeing 737-8 MAX ma’ lokatur privat […]. It-tul tal-kirja huwa ta’ […] snin, u l-valur globali jammonta għal EUR […] miljun bħala kapital u għal EUR […] miljun oħra f’imgħax, li jagħmel total li għandu jitħallas minn TAROM lil-lokatur ta’ EUR […] miljun. L-awtoritajiet Rumeni jqisu li l-kontribuzzjoni proprja attribwibbli għal-lokazzjoni finanzjarja tammonta għal madwar USD […] miljun (madwar EUR […] miljun), li tikkorrispondi għall-kapital, eskluż l-imgħax, pagabbli skont il-ftehim ta’ lokazzjoni. |
Bejgħ ta’ ajruplani
|
(77) |
Kif iddikjarat fil-premessa (60), l-inġenji tal-ajru ta’ TAROM li għandhom jinbiegħu jinkludu erba’ Boeing 737-300, erba’ Boeing 737-700, erba’ Airbus 318, u seba’ ATR 42-500. L-erba’ inġenji tal-ajru Boeing 737-300 inbiegħu lil […] u magna waħda Boeing 737-300 inbiegħet lil […] fl-2022 għal total ta’ EUR […] miljun. Is-seba’ inġenji tal-ajru ATR 42-500 inbiegħu lil […] abbażi ta’ kuntratt iffirmat f’Mejju 2023, bi prezz tal-bejgħ ta’ EUR […] miljun. Intgħażel ix-xerrej għall-erba’ Airbus 318, bl-offerta b’suċċess tammonta għal USD […] miljun (madwar EUR […] miljun) (ara l-premessa (60)). Il-bejgħ tal-inġenju tal-ajru li jifdal jinsab għaddej, iżda l-għażla tax-xerrej(a) għadha ma saritx għall-erba’ Boeing 737-700 (EUR […] miljun fi dħul mistenni). Il-bejgħ kollu sar permezz ta’ proċessi kompetittivi ta’ sejħiet għall-offerti, wara valutazzjonijiet esperti tal-inġenju tal-ajru. |
|
(78) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Rumeni ressqu ammont ta’ EUR […] miljun ta’ kontribuzzjoni proprja minn TAROM mill-bejgħ tal-inġenji tal-ajru, li jikkorrispondi għar-rikavati mill-bejgħ tal-inġenji tal-ajru li diġà tlesta. |
Kontribuzzjoni proprja totali
|
(79) |
L-awtoritajiet Rumeni jqisu li abbażi taċ-ċifri ta’ hawn fuq għall-bejgħ u l-lokazzjoni finanzjarja tal-inġenji tal-ajru, il-kontribuzzjoni proprja ta’ TAROM tammonta għal EUR 77,66 miljun, li hija ekwivalenti għal 44,9 % tal-kostijiet totali għar-ristrutturar ta’ EUR 172,96 miljun. |
(c) Sorsi oħra mistennija ta’ dħul
|
(80) |
Skont l-awtoritajiet Rumeni, TAROM tista’ taqla’ dħul ieħor matul il-perjodu ta’ ristrutturar (bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji eżistenti, esternalizzazzjoni ta’ MRO, skont il-premessi (124) u (125)), aktar bejgħ tal-inġenji tal-ajru (erba’ inġenji tal-ajru Airbus 318 u erba’ Boeing 737-700, ara l-premessa (77)), u l-bejgħ tas-slot […] (ara l-premessa (119)) li se jikkontribwixxi wkoll għall-finanzi tagħha. Madankollu, ma ġiet approvata l-ebda offerta vinkolanti għal dak il-bejgħ, b’tali mod li d-dħul possibbli għadu mhux ċert u għalhekk ma ġiex ippreżentat mir-Rumanija bħala kontribuzzjoni proprja minn TAROM. |
6.3.3. Kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(81) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li, filwaqt li huwa inċert jekk l-azzjonisti minoritarji (45) jipparteċipawx fiż-żieda fil-kapital azzjonarju ta’ EUR 43,07 miljun li għandha titwettaq bħala parti mill-għajnuna għar-ristrutturar, il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom tiġi dilwita permezz ta’ dik iż-żieda minn attwalment 2,75 % għal madwar […] % wara ż-żieda (u l-Ministeru tat-Trasport se jkollu kapital azzjonarju ta’ madwar 98,5 % wara ż-żieda fil-kapital azzjonarju). Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 46 % tas-sehem tal-azzjonisti minoritarji f’TAROM. Skont l-awtoritajiet Rumeni, dan se jiżgura li l-azzjonisti minoritarji jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u mhux se jaħsdu l-benefiċċji tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
|
(82) |
Iż-żieda fil-kapital azzjonarju se tkun preċeduta minn tnaqqis fil-kapital azzjonarju ta’ RON […] biljun (bejn wieħed u ieħor EUR […] miljun) filwaqt li l-kapital azzjonarju attwali huwa ta’ madwar RON 2,26 biljun (madwar EUR 454,65 miljun). L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li, peress li t-telf akkumulat ta’ TAROM fil-31 ta’ Diċembru 2022 kien jammonta għal RON 4,16-il biljun, it-tnaqqis fil-kapital azzjonarju ta’ RON […] miljun mhux se jirriżulta f’assorbiment sħiħ tat-telf. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li skont il-liġi Rumena, il-kumpaniji huma obbligati jżommu kapital azzjonarju minimu (jiġifieri l-kapital azzjonarju minimu għall-kumpaniji b’ishma konġunti, li huwa rilevanti għal TAROM, huwa RON 90 000). Konsegwentement, tnaqqis fil-kapital azzjonarju biex jassorbi t-telf kollu mhuwiex materjalment fattibbli għal TAROM. |
|
(83) |
Madankollu, skont l-awtoritajiet Rumeni, il-kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet tal-azzjonisti se tiġi żgurata permezz taż-żieda fil-kapital azzjonarju wara t-tnaqqis fil-kapital azzjonarju (ara l-premessa (81)). |
|
(84) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ TAROM, l-Istat, bħala azzjonist ewlieni, kien qed jissorvelja d-deċiżjonijiet strateġiċi u kummerċjali ta’ TAROM. L-operazzjoni tal-kumpanija lanqas ma ġiet iffinanzjata b’dejn subordinat jew finanzjament ibridu (assorbiment tat-telf) li x’aktarx jitħassar parzjalment f’konformità mar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-Linji Gwida R&R. |
|
(85) |
Fir-rigward tal-kredituri ta’ TAROM, TAROM ma rnexxilhiex tikseb kanċellazzjonijiet ta’ dejn iżda madankollu kisbet differiment tad-dejn minn tnejn mill-kredituri ewlenin tagħha: […] u […] kif ukoll minn diversi fornituri oħra li għalihom ġew differiti l-pagamenti. Barra minn hekk, il-lokaturi kollha ta’ TAROM […], qablu li ma jeżerċitawx id-dritt tagħhom li jirreklamaw l-inġenju tal-ajru b’lokazzjoni meta TAROM ma setgħetx tħallas ċerti pagamenti ta’ lokazzjoni. |
6.4. Projezzjonijiet finanzjarji
|
(86) |
L-awtoritajiet Rumeni pprovdew projezzjonijiet finanzjarji kemm f’xenarju ta’ Referenza kif ukoll f’xenarju pessimist (“Pessimist”). |
|
(87) |
Minħabba li l-bejgħ tas-slot […], u r-rikavati minnu, huma inċerti (ara l-premessa (119), TAROM ipprovdiet projezzjonijiet finanzjarji kemm fix-xenarju ta’ Referenza kif ukoll fix-xenarju Pessimist, f’kull xenarju, b’varjant li jinkludi l-introjtu mistenni mill-bejgħ tas-slot […] u varjant ieħor li jeskludi tali introjtu iżda minflok iqis id-dħul mill-kiri ta’ dak is-slot. Ix-xenarju ta’ Referenza, fil-varjant inkluż il-bejgħ tas-slot […] fl-ajruport , huwa influwenzat fi […] mid-dħul mill-bejgħ ta’ dak is-slot (46). Fid-dawl tal-inċertezza rigward il-bejgħ, iż-żewġ varjanti se jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni kemm tax-xenarju ta’ Referenza kif ukoll tax-xenarju Pessimist, jiġifieri kemm dak bil-bejgħ kif ukoll dak bil-lokazzjoni tas-slot aktar milli l-bejgħ. |
|
(88) |
It-tabelli li ġejjin jippreżentaw ħarsa ġenerali lejn il-projezzjonijiet finanzjarji fix-xenarju ta’ Referenza: Tabella 1 Indikaturi finanzjarji magħżula - xenarju ta’ Referenza, inkluż il-bejgħ ta’ slots […] (47)
Tabella 2 Indikaturi finanzjarji magħżula – xenarju ta’ Referenza, eskluż[…] il-bejgħ tas-slots
|
|
(89) |
L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li l-projezzjonijiet finanzjarji fix-xenarju ta’ Referenza jqisu żvilupp tas-suq mitigat, allinjat mal-previżjonijiet tat-traffiku tal-Eurocontrol ippubblikati f’Ottubru 2023 (48). |
|
(90) |
Il-mekkaniżmu użat fil-mudell biex jiġi stmat l-għadd ta’ passiġġieri huwa bbażat fuq approċċ axxendenti, filwaqt li jitqies is-sehem mis-suq ta’ TAROM fuq kull rotta, abbażi tal-kapaċità u l-frekwenza attwali tat-titjiriet, kif ukoll l-evoluzzjoni storika tal-passiġġieri, il-bidliet perċepiti fid-domanda u l-kompetizzjoni fuq ir-rotta. Iċ-ċifri huma bbażati fuq għadd ta’ parametri fissi u varjabbli derivati mill-valuri storiċi ta’ TAROM, inklużi l-varjazzjonijiet mill-2020 ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, il-prospetti futuri u l-impatt tal-miżuri ta’ effiċjenza, fejn rilevanti. Dak l-impatt huwa espress bħala perċentwal tal-iffrankar li huwa rifless fil-profittabbiltà ta’ kull rotta. Il-valuri jirrappreżentaw medja annwali. |
|
(91) |
Kif muri fl-Illustrazzjoni 1 u stabbilit fit-Tabella 3 għall-2024 u l-2025, il-projezzjonijiet għall-għadd ta’ passiġġieri huma kemm taħt il-kurvi ta’ rkupru baxxi tal-Eurocontrol kif ukoll tal-linja ta’ referenza u jibqgħu ferm taħt il-kurva tal-linja ta’ referenza sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar u lil hinn. Barra minn hekk, ir-Rumanija indikat li TAROM wettqet valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-eżitu, billi rrieżaminat il-fattur tat-tagħbija għal kull rotta u aġġustat, fejn xieraq, l-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati (“PAX, number of passengers carried”) (pereżempju, naqset f’każijiet fejn it-tkabbir tal-PAX ma setax jintlaħaq mill-kapaċità disponibbli fuq ir-rotta). Fl-aħħar nett, l-eżitu totali (is-somma tal-passiġġieri fuq ir-rotot kollha) ġie vverifikat kontra l-kurvi ta’ rkupru stmati abbażi tar-rati ta’ tkabbir tal-Eurocontrol. Illustrazzjoni 1 Xenarji għall-irkupru tad-domanda tal-passiġġieri tal-ajru (speċifiku għar-Rumanija) (indiċi 2019 = 100) [...]
Tabella 3 L-għadd ta’ passiġġieri vs il-kurvi mmexxija mill-irkupru tal-Eurocontrol, biss għar-rotot li għandhom jiġu operati skont il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat (f’miljuni ta’ PAX)
|
|
(92) |
Il-projezzjonijiet tad-dħul huma bbażati fuq l-immudellar taċ-ċifri tal-passiġġieri deskritti fil-premessi (90) u (91). Kif jidher mit-Tabella 1, id-dħul operatorju ta’ TAROM fix-xenarju ta’ Referenza (inkluż il-bejgħ tas-slots […]) huwa mistenni li jiżdied gradwalment matul is-snin li ġejjin, li jaqbeż il-livelli ta’ qabel il-COVID-19 fl-2024 u li jilħaq EUR […] miljun fl-2026, fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(93) |
Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet dwar l-ipprezzar u d-dħul medju mistenni mill-passiġġieri, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li TAROM żviluppat strateġija kummerċjali espliċita li tissarraf f’azzjonijiet ċari u sinifikanti għall-ipprezzar u l-ġestjoni tad-dħul fejn, għal kull rotta speċifika, TAROM issa għandha strateġija li tallinja mal-objettivi kummerċjali wiesgħa tagħha f’termini tal-ippjanar tal-flotta u tal-kapaċità, il-pożizzjonament tas-suq u l-offerti kompetittivi. F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li TAROM tuża għodod u sistemi ġodda sabiex tkun tista’ tirrispondi malajr għall-imġiba tas-suq u tkun konxja mill-istrateġiji tal-ipprezzar tal-kompetituri ta’ referenza fuq kull rotta bil-ħsieb li żżomm enfasi fuq l-istruttura tat-tariffi u l-prezzijiet f’kull livell ta’ noll. |
|
(94) |
L-awtoritajiet Rumeni jindikaw ukoll li, bħala parti mill-istrateġija kummerċjali l-ġdida tagħha, […]. |
|
(95) |
F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li permezz tas-sistema l-ġdida tal-Ġestjoni tad-Dħul, TAROM […]. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li TAROM se […]. |
|
(96) |
Minbarra l-adozzjoni ta’ dan […], l-awtoritajiet Rumeni jindikaw li […]. L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li […], kif jidher fit-Tabella 4. Tabella 4 Evoluzzjoni tad-dħul medju mill-passiġġieri (2019-2026) (49)
|
|
(97) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li TAROM qed tippjana li tkabbar l-aspettattivi tal-passiġġieri f’termini ta’ servizzi u flessibbiltà u hija […]. Dan se jiġġenera dħul anċillari addizzjonali. |
|
(98) |
F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li d-dħul medju mis-servizzi anċillari mistennija jvarja bejn EUR […] sa EUR […] għal kull passiġġier (fuq rotot domestiċi) u huwa pproġettat li jilħaq EUR […] għal kull passiġġier (fuq rotot internazzjonali, b’[…] mistenni jiġġenera EUR […] sa […] għal kull passiġġier). L-awtoritajiet Rumeni jindikaw li fil-projezzjonijiet tad-dħul tagħhom, huma ħadu pożizzjoni prudenti fir-rigward tad-dħul globali mistenni mis-servizzi anċillari, peress li - abbażi tal-prestazzjoni tal-passat - TAROM għadha mhijiex f’pożizzjoni li tikseb l-istess livelli ta’ dħul bħal-linji tal-ajru tradizzjonali għal servizzi bħal dawn. Għalhekk, id-dħul mistenni huwa stabbilit għal massimu ta’ […] % tad-dħul totali, filwaqt li t-trasportaturi tradizzjonali fis-suq kisbu medja ta’ 4,5 % minn prodotti u/jew servizzi anċillari f’dawn l-aħħar snin, filwaqt li t-trasportaturi bi prezzijiet baxxi ġġeneraw madwar 12,5 % tad-dħul, b’Ryanair tikseb 31,1 % fl-2019. |
|
(99) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li ż-żieda kostanti fid-dħul u fir-riżultati netti tirrappreżenta l-kontinwazzjoni ta’ żvilupp li kien diġà beda fl-2018 u fl-2019, meta TAROM kienet kapaċi żżid b’mod sinifikanti l-għadd ta’ passiġġieri tagħha minn 2,41 miljun fl-2017 għal 3,13-il miljun fl-2019, u li twaqqfet biss fl-2020 bl-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(100) |
TAROM wettqet analiżi fil-fond tar-rotot, tal-frekwenzi u tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru użati, sabiex tottimizza l-profittabbiltà tan-network tagħha. Flimkien mal-miżuri ta’ effiċjenza operazzjonali fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, […]. |
|
(101) |
L-aktar element ta’ kost sinifikanti għal linja tal-ajru huwa l-inġenju tal-ajru tagħha. TAROM wettqet ristrutturar fil-fond tal-flotta tagħha, li jikkonsisti fi: (i) l-eliminazzjoni tal-aktar inġenji tal-ajru antiki fil-flotta, li ġġeneraw l-ogħla kostijiet tal-manutenzjoni u tal-fjuwil (ii) l-armonizzazzjoni tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru operati biex ikomplu jitnaqqsu l-kostijiet tekniċi (l-inġenji tal-ajru kif ukoll l-ekwipaġġ); (iii) it-titjir tal-aktar inġenju tal-ajru adattat fuq kull rotta abbażi ta’ testijiet estensivi; (iv) l-ottimizzazzjoni tal-frekwenzi għal kull rotta abbażi tat-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-fattur tat-tagħbija. Dawk il-miżuri qed ikollhom impatt pożittiv fuq in-negozju ta’ TAROM, kif muri mit-tkabbir kostanti fil-fattur tat-tagħbija tal-linja tal-ajru matul l-aħħar ħames snin. Tabilħaqq, il-fattur tat-tagħbija żdied minn […] % fl-2019 għal […] % fl-2023 u huwa mistenni li jkompli jikber wara l-perjodu ta’ ristrutturar kif jidher fit-Tabella 5 (livelli mistennija aktar baxxi 2025/2026 minħabba l-implimentazzjoni tar-ristrutturar tal-flotta). L-istimi fit-Tabella 5 jikkonċernaw biss rotot regolari, esklużi r-rotot noleġġati. Tabella 5 Fattur tat-tagħbija annwali mistenni fuq rotot regolari (2023 – 2029)
|
|
(102) |
TAROM implimentat ukoll programm ta’ ottimizzazzjoni tal-kostijiet estensiv, inkluż l-għeluq tal-aġenziji tal-biljetti, ir-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali tagħha, ir-riorganizzazzjoni tal-persunal, eċċ. (ara t-taqsimiet 6.2.3 u 6.2.4). |
|
(103) |
Kif indikat fil-premessi (86) u (87), sabiex jitqiesu l-iżviluppi mhux favorevoli possibbli fis-suq, l-awtoritajiet Rumeni ssottomettew projezzjonijiet tan-negozju għal TAROM f’xenarju “Pessimist”. Peress li d-dħul ta’ TAROM huwa prinċipalment iġġenerat mill-operat ta’ titjiriet regolari tal-passiġġieri, żvilupp tas-suq aktar baxx li jirriżulta f’inqas passiġġieri jkollu l-ogħla impatt fuq il-projezzjonijiet tan-negozju. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni jsostnu li l-fjuwil jirrappreżenta kost sinifikanti ħafna għal-linji tal-ajru, u li l-prezzijiet tal-fjuwil urew varjazzjonijiet f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk, ix-xenarju Pessimist jieħu inkunsiderazzjoni dawn iż-żewġ sensittivitajiet. |
|
(104) |
Ix-xenarju Pessimist jassumi li l-parametri ewlenin li jinfluwenzaw il-profitti ta’ TAROM, jiġifieri l-għadd ta’ passiġġieri u l-prezzijiet tal-fjuwil, it-tnejn li huma se jiżviluppaw taħt l-aspettattivi, biex titqies l-evoluzzjoni negattiva potenzjali tas-suq. B’mod partikolari, fix-xenarju Pessimist, l-awtoritajiet Rumeni jassumu kemm żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil ta’ […] % fir-rigward tax-xenarju ta’ Referenza, kif ukoll tnaqqis fil-“PAX” ta’ 2 % fir-rigward tax-Xenarju ta’ Referenza, mill-2024 (peress li ċ-ċifri reali huma magħrufa sal-2023). Fir-rigward tal-għadd ta’ passiġġieri, l-istimi fix-xenarju Pessimist għadhom ferm taħt il-kurva ta’ rkupru baxxa tal-Eurocontrol matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar u qabżuha ftit biss għall-ewwel darba fl-2027 (50). Ir-Rumanija ssostni li ċ-ċifri reali għall-2022 juru li l-previżjonijiet tal-passiġġieri ta’ TAROM inqabżu għal titjiriet internazzjonali u domestiċi bi 8,35 % u 6,86 % rispettivament. Filwaqt li ċ-ċifri attwali tal-2023 kienu aktar baxxi mill-istimi ta’ TAROM, ir-Rumanija ssostni li dan huwa dovut l-aktar għall-avvenimenti fil-Lvant Nofsani, li affettwaw ir-rotot lejn Tel Aviv, Amman u l-Kajr, u sehem konsiderevoli ta’ titjiriet noleġġati, […]. |
|
(105) |
It-tabelli li ġejjin jippreżentaw ħarsa ġenerali lejn il-projezzjonijiet finanzjarji fix-xenarju Pessimist u jqisu l-fatt li l-bejgħ tas-slot […] huwa inċert (ara l-premessa (119)) jiġifieri, it-Tabella 6 tinkludi l-impatt tal-bejgħ tas-slot […] filwaqt li t-Tabella 7 ma tinkludix. Tabella 6 Indikaturi finanzjarji magħżula - ix-xenarju Pessimist, inkluż il-bejgħ tas-slots […]
Tabella 7 Indikaturi finanzjarji magħżula - xenarju Pessimist, eskluż il-bejgħ tas-slots […]
|
|
(106) |
Filwaqt li, kif muri fit-Tabelli 6 u 7, id-dħul operatorju ta’ TAROM fix-xenarju ta’ Referenza rkupra b’mod sinifikanti fl-2022 u huwa ppjanat li jerġa’ lura għal kważi livelli ta’ qabel il-COVID-19 fl-2023 biex jilħaq EUR […] miljun fl-2025 u EUR […] miljun fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026, fix-xenarju Pessimist, id-dħul jibqa’ kemxejn aktar baxx, u jilħaq EUR […] miljun fl-2026 (jew EUR […] miljun fil-każ li jiġi kkunsidrat il-lokazzjoni aktar milli l-bejgħ tas-slot […]). |
|
(107) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu wkoll li kemm ix-xenarju ta’ Referenza kif ukoll ix-xenarju Pessimist jipprevedu li l-EBITDA ta’ TAROM issir pożittiva fl-2023. |
|
(108) |
Għaldaqstant, wara s-suppożizzjonijiet tat-traffiku aktar pessimisti fix-xenarju Pessimist, id-dħul ta’ TAROM se jikber inqas, filwaqt li l-prezzijiet tal-fjuwil ogħla preżunti meta mqabbla max-xenarju ta’ Referenza se jżidu l-kostijiet tagħha. Dan iwassal għal dħul ta’ EUR […] miljun fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, meta mqabbel ma’ EUR […] miljun fix-xenarju ta’ Referenza (inkluż il-bejgħ tas-slot […]). Il-kostijiet ogħla tal-fjuwil preżunti fix-xenarju Pessimist, l-istess bħad-dħul aktar baxx (iżda sa ċertu punt, minħabba l-livell aktar baxx preżunt ta’ operazzjonijiet ta’ titjir), se jikkontribwixxu għal livell aktar baxx ta’ EBITDA (ta’ EUR […] miljun) fix-xenarju Pessimist (inkluż il-bejgħ tas-slot […]) milli fix-xenarju ta’ Referenza (b’EUR […] miljun). |
|
(109) |
F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li l-introjtu nett ta’ TAROM huwa ppjanat li jsir pożittiv fl-2024 fix-xenarju ta’ Referenza (EUR […] miljun) u, skont il-previżjonijiet aktar baxxi tal-iżvilupp tas-suq, huwa mistenni li jsir pożittiv sena wara (2025) fix-xenarju Pessimist (EUR […] miljun eskluż il-bejgħ tas-slot […] li huwa mistenni li jseħħ fi […]). Ta’ min jinnota li d-data għal […] tinkludi wkoll l-introjtu ġġenerat mill-bejgħ ta’ inġenju tal-ajru pproġettat għal dik is-sena (ara l-premessi (60) u (61)), li mingħajrhom l-introjtu nett għal dik is-sena ma jkunx pożittiv fix-xenarju Pessimist. Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li l-introjtu nett huwa ppjanat li jiżdied sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar għal EUR […] miljun fix-xenarju ta’ Referenza u EUR […] miljun fix-xenarju Pessimist (jew EUR […] jekk jiġi kkunsidrat il-lokazzjoni minflok il-bejgħ tas-slot […]) u li l-introjtu nett fl-2026 mhuwiex affettwat minn xi bejgħ ta’ assi, kemm jekk inġenji tal-ajru kif ukoll slots. |
|
(110) |
Fix-xenarju ta’ Referenza, il-marġni tal-introjtu nett ta’ TAROM fuq il-bejgħ jiżdied gradwalment lejn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, b’livell mistenni ta’ […] % sal-2026 kif muri fit-Tabella 8. Is-sena […] tinkludi l-impatt tal-bejgħ tal-assi. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li tali livell huwa mistenni li jkun f’konformità ma’ jew kemxejn ogħla mill-proporzjon miksub mill-grupp magħżul ta’ kumpaniji pari ta’ TAROM (51) qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (valuri medji) u li huwa mistenni li jinkiseb permezz tal-miżuri ta’ ristrutturar meħuda. Tabella 8 Marġni tal-Profitt Nett fuq il-Bejgħ (mix-xenarju ta’ Referenza aġġornat tal-Pjan ta’ Ristrutturar)
|
|
(111) |
L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar l-ekwità ta’ TAROM hija mistennija li tkun pożittiva kemm fix-xenarju ta’ Referenza (EUR […] miljun fl-2026) kif ukoll fix-xenarji Pessimist, kemm inkluż kif ukoll eskluż il-bejgħ tas-slot […]. Il-bejgħ tas-slot […] huwa ppjanat li jsir fi […] u li jikkontribwixxi madwar EUR […] miljun għall-pożizzjoni ta’ ekwità ta’ TAROM. L-awtoritajiet Rumeni jindikaw ukoll li, jekk is-slot […] ma jinbigħx, dan jingħata b’lokazzjoni u għalhekk jiġġenera dħul, li jikkumpensa parzjalment l-introjtu mhux miksub mill-bejgħ u b’hekk jikkontribwixxi għall-pożizzjoni pożittiva ta’ ekwità fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fix-xenarju ta’ Referenza u Pessimist. Kif jidher fit-Tabella 6, fix-xenarju Pessimist, jekk is-slot […] jinbiegħ, il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ TAROM hija mistennija li ssir pożittiva fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar b’ekwità totali ta’ EUR […] miljun. Jekk is-slot jingħata b’lokazzjoni, l-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li l-pożizzjoni tal-ekwità ta’ TAROM xorta waħda tkun mistennija li ssir pożittiva fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar b’ekwità totali ta’ EUR […] miljun fix-xenarju Pessimist. |
|
(112) |
Ir-ROCE jħares lejn ir-redditu mill-attivitajiet operattivi li jimpjegaw l-assi li ġew iffinanzjati mill-kapital tad-dejn u tal-ekwità investit fil-kumpanija. L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li, fix-xenarju ta’ Referenza, bi proporzjon projettat ta’ ROCE ta’ […] % fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, TAROM hija mistennija tikseb riżultat f’konformità mal-medja tal-grupp ta’ pari magħżul (52) ta’ 12 % fl-2019, jiġifieri l-aħħar sena sħiħa qabel il-pandemija tal-COVID-19. Huma jindikaw ukoll li r-ROCE ta’ TAROM fi tmiem l-2026 jirriżulta mill-proġetti tagħha biex iżżid strutturalment il-profittabbiltà tagħha (permezz ta’ tnaqqis fil-kostijiet u miżuri ta’ ristrutturar inkluż fil-livell ta’ dħul) flimkien ma’ tnaqqis fil-livell ta’ kapital użat bħala riżultat tal-użu ta’ strumenti ta’ lokazzjoni finanzjarja. L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li influwenza oħra ‘l isfel fuq il-livell ta’ kapital użat tirriżulta mill-fatt li TAROM mhux se jibqa’ jkollha sjieda sinifikanti tal-inġenji tal-ajru (żewġ ATR 72-500 biss), li jfisser li mhux se ssir nefqa kapitali kbira f’dak ir-rigward. |
|
(113) |
L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li l-livell proġettat ta’ profittabbiltà u r-ROCE li jirriżulta huma mistennija li jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul ta’ TAROM. Barra minn hekk, huma jsostnu li, fix-xenarju ta’ Referenza, ir-ROCE mistenni ta’ TAROM se jkun ogħla mid-WACC (53) tagħha (ta’ […] % kif ikkalkulat fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 (54)) u li, bħala tali, TAROM hija mistennija li toħloq valur għall-azzjonisti tagħha u għal fornituri oħra ta’ kapital. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li din il-konklużjoni tibqa’ saħansitra aktar valida fis-sitwazzjoni reċenti (mill-inqas l-ewwel trimestru tal-2024) ta’ xejra ‘l isfel fir-rati tal-imgħax. |
|
(114) |
Fir-rigward tal-proporzjon tad-dejn nett għall-EBITDA, l-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li huwa pproġettat li jitjieb għal livell ta’ grad ta’ investiment ta’ ferm inqas minn tlieta sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (kif muri fit-Tabella 9) essenzjalment bħala riżultat tal-livell ogħla ta’ EBITDA pproġettata li huwa mistenni li jiżdied minn madwar EUR […] miljun fl-2023 għal EUR […] miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (jew aktar minn EUR […] miljun fix-xenarju Pessimist). Tabella 9 Dejn Nett / EBITDA (mix-xenarju ta’ Referenza aġġornat tal-Pjan ta’ Ristrutturar)
|
|
(115) |
Minħabba li, skont ix-xenarju ta’ Referenza, l-2025 hija ppjanata li tkun l-ewwel sena bi profitti u flussi ta’ flus konsistenti, il-proporzjonijiet tal-kopertura tal-imgħax ikkalkulati fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, li jkejlu l-kapaċità ta’ TAROM li tħallas id-djun tagħha, huma pożittivi iżda pjuttost baxxi speċjalment meta mqabbla mal-pari ta’ TAROM (55) (kif muri fit-Tabella 10). Tabella 10 Il-proporzjon tal-EBITDA għall-imgħax (mix-xenarju ta’ Referenza tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat)
|
|
(116) |
L-awtoritajiet Rumeni jirrikonoxxu li l-proporzjon imsemmi fil-premessa (115) huwa pjuttost modest iżda jenfasizzaw li huwa pproġettat li jinkiseb f’perjodu relattivament qasir ta’ 3 snin sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Huma jsostnu wkoll li d-differenzi fil-proporzjonijiet miksuba mil-linji tal-ajru ewlenin bħal Ryanair, Wizz Air jew Lufthansa huma mistennija peress li dawk il-linji tal-ajru ħafna akbar jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala akbar u jsegwu tnaqqis aktar aggressiv tal-ispejjeż operatorji, flimkien mas-simplifikazzjonijiet tal-flotta u tan-network. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Rumeni jargumentaw li, skont l-esperti tal-avjazzjoni, il-livelli ġenerali tad-dejn fl-industrija tal-linji tal-ajru se jibqgħu għoljin fuq diversi snin oħra u li, bħala konsegwenza, id-differenzi bejn il-proporzjonijiet tal-2019 u l-2026 għandhom ikunu mistennija fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq wara pandemija severa u diversi sfidi makroekonomiċi (56). |
6.5. Miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(117) |
L-awtoritajiet Rumeni ressqu miżuri strutturali u ta’ mġiba bl-għan li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ġġenerati mill-għajnuna għar-ristrutturar. |
6.5.1. Miżuri strutturali
Tnaqqis fid-daqs u tnaqqis fil-kapaċità
|
(118) |
Il-perjodu ta’ ristrutturar ta’ TAROM beda f’Jannar 2021. Filwaqt li l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li r-Rumanija offriet jenħtieġ li fil-prinċipju jiġu evalwati skont is-sitwazzjoni kompetittiva prevalenti fl-2020, tqabbil bħal dan man-network ta’ rotot tal-2020 ta’ TAROM u ASK juri stampa distorta ħafna. Dan minħabba li, bħala riżultat tal-miżuri restrittivi meħuda fl-2020 mill-gvernijiet madwar id-dinja kollha biex jipprevjenu t-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19, il-linji tal-ajru kienu mġiegħla jabbandunaw il-biċċa l-kbira tal-ajruplani tagħhom jekk mhux kollha kemm huma matul diversi xhur minħabba l-għeluq ta’ mijiet ta’ rotot fl-ispazju tal-ajru Ewropew u globali. Anke wara Ġunju 2020, meta l-miżuri restrittivi ġew parzjalment u temporanjament illaxkati fir-Rumanija u f’pajjiżi oħra, ħafna rotot, speċjalment fil-livell internazzjonali, baqgħu affettwati minn restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq it-titjiriet u l-klijenti baqgħu avversi għall-ivvjaġġar minħabba inċertezza fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-pandemija u r-regoli applikabbli. Konsegwentement, il-paragun f’termini ta’ ASK, rotot u frekwenzi jsir abbażi taċ-ċifri tal-2019, li ma humiex affettwati mid-distorsjoni li seħħet minħabba l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(119) |
L-awtoritajiet Rumeni jissottomettu li TAROM se tagħlaq b’kollox 14-il rotta (57) meta mqabbla man-network tagħha ta’ qabel il-COVID-19 ta’ 41 rotta. 13 minn dawk ir-rotot diġà ngħalqu u oħra – bejn l-ajruport […], li huwa wieħed mill-aktar ajruporti konġestjonati, u l-ajruport OTP – se tingħalaq bħala riżultat tal-kiri tas-slot […] lil parti terza li tibda minn […], u wara dan huwa ppjanat li jinbiegħ is-slot. Tnieda proċess ta’ offerti fl-2023 skont ir-regoli rilevanti tar-Renju Unit u xerrej potenzjali ppreżenta offerta tentattiva għas-slot (li ġiet ivvalutata mill-kumpanija konsultattiva […] fis-17 ta’ Marzu 2023 għal madwar EUR […] miljun) ta’ madwar EUR […] miljun. Madankollu, ix-xerrej potenzjali rtira min-negozjati u l-proċess tal-offerti kompla. TAROM irċeviet […] offerti b’valutazzjonijiet ta’ madwar EUR […] miljun, b’offerenti interessati li jakkwistaw is-slot mill-istaġun tax-xitwa 2025. […]. L-awtoritajiet Rumeni żguraw lill-Kummissjoni li TAROM se tbigħ is-slot fl-ajruport […] lejn […] iżda mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(120) |
Bħala riżultat tal-għeluq tar-rotot, TAROM se topera fuq 27 rotta minflok fuq 41 meta mqabbla mal-2019. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 34 % fl-għadd ta’ rotot meta mqabbel mal-2019. Fl-2019, l-14-il rotta li kellhom jingħalqu kienu jirrappreżentaw […] % tal-fatturat ta’ TAROM (b’fatturat ta’ EUR 50,23 miljun fl-2019) u […] % tal-għadd totali ta’ titjiriet regolari. […] (58) […] (59) […]. Tmienja minn dawk ir-rotot jikkonċernaw ajruporti b’konġestjoni tal-livell 3 u rotta waħda tikkonċerna ajruport konġestjonat tal-livell 2 (60), b’kompetituri li joperaw fid-disa’ ajruporti kollha. Ir-Rumanija timpenja ruħha li tiżgura li l-ebda waħda mir-rotot magħluqa ma terġa’ tinfetaħ matul il-perjodu ta’ ristrutturar u li l-ebda rotta ġdida oħra ma tinfetaħ matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Għalhekk, l-għadd ta’ rotot operati minn TAROM matul il-perjodu ta’ ristrutturar, wara l-għeluq kollu ta’ rotot previst fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, mhux se jaqbeż s-27 rotta. |
|
(121) |
Barra minn hekk, TAROM se tnaqqas l-għadd ta’ titjiriet għal 19 mis-27 rotta li se jinżammu meta mqabbla mal-livell tal-2019; dak it-tnaqqis se jvarja ħafna skont id-destinazzjoni u se jkun fil-medda ta’ bejn 6 % u 76 % għat-titjiriet domestiċi meta mqabbel mal-2019. Fir-rigward tar-rotot domestiċi, it-tnaqqis fil-frekwenza se jkun bejn 6 % u 15 % (61) ħlief għal rotta waħda fejn it-tnaqqis jilħaq 76 % (62). Fuq rotta domestika waħda, il-frekwenza se tiżdied (63). Bħala medja, TAROM tistenna li tnaqqas l-għadd ta’ titjiriet tagħha fuq rotot domestiċi bejn l-2019 u l-2026 b’16 % ([…]). Fuq ir-rotot internazzjonali, it-tnaqqis tat-titjiriet se jkun bejn 9 % u 40 % meta mqabbel mal-livell tal-2019. Bħala medja, TAROM tistenna li tnaqqas l-għadd ta’ titjiriet tagħha fuq rotot internazzjonali bejn l-2019 u l-2026 b’34,7 % (dan jinkludi wkoll rotot magħluqa). Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 28 % fl-għadd totali ta’ titjiriet skedati (tnaqqis ta’ 27 % jekk jiġu inklużi titjiriet noleġġati) fl-2026 meta mqabbel mal-livelli tal-2019. L-awtoritajiet Rumeni jiddikjaraw li, fl-2022, kien hemm kompetizzjoni fuq ir-rotot kollha kkonċernati mit-tnaqqis fil-frekwenza bl-eċċezzjoni ta’ wieħed (Satu Mare), li skont l-awtoritajiet Rumeni jfisser li l-kompetituri ta’ TAROM se jkunu jistgħu jżidu l-frekwenzi tagħhom. Disgħa mir-rotot bi tnaqqis fil-frekwenza jikkonċernaw ajruporti konġestjonati. |
|
(122) |
Barra minn hekk, TAROM se tnaqqas gradwalment il-flotta tagħha billi telimina gradwalment l-inġenji tal-ajru eżistenti minn 29 inġenju tal-ajru operati fl-2020 u fl-2021 biex tilħaq livell kostanti ta’ 14-il inġenju tal-ajru mill-2025 (ara wkoll il-premessi (59) sa (61)). Dan ifisser li fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, TAROM se topera biss b’madwar nofs il-flotta tagħha tal-2019. Ir-Rumanija timpenja ruħha li tiżgura li sa tmiem l-2024, il-flotta ta’ TAROM ma taqbiżx 18-il inġenju tal-ajru u li minn tmiem l-2025 sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, il-flotta se tinkludi massimu ta’ 14-il inġenju tal-ajru. |
|
(123) |
Għalkemm mill-2025 TAROM se topera biss b’madwar nofs il-flotta tagħha tal-livell tal-2019, it-tnaqqis fil-kapaċità mkejjel f’termini ta’ ASK huwa aktar baxx mit-tnaqqis tal-flotta minħabba li serje ta’ inġenji tal-ajru iżgħar se jiġu sostitwiti b’inġenji tal-ajru akbar. Il-metrika “ASK” tkejjel il-provvista, u bħala tali tirrappreżenta indikatur tal-kapaċità ta’ linja tal-ajru, għall-kuntrarju tal-passiġġieri (PAX), li jirrappreżentaw kejl tad-domanda. It-tnaqqis fl-ASK huwa r-riżultat ta’ tnaqqis fil-flotta, l-għeluq tar-rotot u t-tnaqqis fil-frekwenza u jfisser tnaqqis tal-preżenza fis-suq tal-linja tal-ajru. L-ASK ta’ TAROM fl-2019 fuq rotot profittabbli C1 kienet […] u l-ASK ipproġettata fl-2026 fuq rotot profittabbli C1 hija […], li jfisser tnaqqis fir-rotot profittabbli C1 ta’ […] % fl-2026 meta mqabbel mal-2019. It-total ta’ ASK ta’ TAROM fl-2019 kien […] u t-total previst ta’ ASK tagħha fl-2026 huwa […], li għalhekk jirrappreżenta tnaqqis totali ta’ […] % f’dak il-perjodu. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li t-tnaqqis deskritt se jinżamm bħala tnaqqis minimu matul id-durata kollha tal-perjodu ta’ ristrutturar, filwaqt li f’xi snin it-tnaqqis meta mqabbel mal-2019 se jkun saħansitra ogħla. |
Ċessjonijiet
|
(124) |
TAROM qed tippjana li tbigħ il-parteċipazzjonijiet tagħha fi tliet entitajiet - […] (64). L-awtoritajiet Rumeni pprovdew data li, bl-eċċezzjoni tal-2020 li kienet affettwata b’mod negattiv b’mod sinifikanti mill-pandemija tal-COVID-19, […] u […] ilhom profittabbli fis-snin kollha mill-2018. Abbażi tar-rapporti ta’ valutazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet Rumeni, il-parteċipazzjoni ta’ TAROM fi […] ġiet ivvalutata għal EUR […] miljun u fi […] għal EUR […] miljun. Fil-każ tal-għajnuna […]. L-awtoritajiet Rumeni pprovdew impenn li TAROM se tbigħ il-parteċipazzjonijiet tagħha fi […] u […], iżda mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026. |
|
(125) |
TAROM esplorat ukoll modi kif testernalizza (parti minn) l-MRO tagħha (id-Diviżjoni Teknika), madankollu d-diskussjonijiet ma’ sħab potenzjali li setgħu jieħdu f’idejhom l-MRO ta’ TAROM jew jipparteċipaw f’impriża konġunta ma kinux ta’ suċċess u ma ntlaħaq l-ebda ftehim finali. Minħabba li l-pjanijiet għall-esternalizzazzjoni tal-MRO huma inċerti, minkejja d-determinazzjoni ta’ TAROM li ssegwi din l-azzjoni, l-impatt tagħha mhuwiex inkluż fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
6.5.2. Il-miżuri ta’ mġiba
|
(126) |
L-awtoritajiet Rumeni impenjaw ruħhom ukoll li jiżguraw li TAROM toqgħod lura milli:
|
6.6. Effetti tal-ħruġ mis-suq ta’ TAROM
|
(127) |
Ir-Rumanija sostniet li l-ħruġ mis-suq ta’ TAROM ikollu effett negattiv sinifikanti fuq il-konnettività fir-Rumanija u jaffettwa l-mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri fuq ir-rotot kollha li jiddependu fuq in-network ta’ TAROM għall-ivvjaġġar tagħhom, bl-akbar impatt fuq l-10 rotot li bħalissa huma operati biss minn TAROM (65). B’mod partikolari, ir-Rumanija tqis li eżempji preċedenti minn swieq fejn TAROM waqqfet l-operazzjonijiet juru li huwa improbabbli li trasportaturi oħra jieħdu f’idejhom xi rotot peress li ħafna rotot li ma tkomplewx għadhom ma ġewx operati llum: mill-25 rotta magħluqa minn TAROM matul l-aħħar 3 snin, disgħa (36 %) bħalissa mhumiex operati minn xi linja tal-ajru oħra u tlieta (12 %) huma operati minn LCCs lejn ajruporti sekondarji mbiegħda (66). Il-biċċa l-kbira minnhom ma kinux operati lanqas f’kundizzjonijiet normali tas-suq qabel il-pandemija tal-COVID-19. Pereżempju, ir-rotot magħluqa reċentement lejn Tbilisi u Erevan baqgħu ma ġewx moqdija u bħalissa mhumiex operati mir-Rumanija minn kwalunkwe trasportatur. Barra minn hekk, l-ebda waħda mir-rotot domestiċi magħluqa reċentement minn TAROM (67) mhu qed tiġi operata attwalment. Ir-Rumanija ssostni li dan x’aktarx iseħħ jekk TAROM toħroġ mis-suq għar-rotot tagħha lejn Bejrut u l-Kajr. Ir-Rumanija ssostni li, b’mod ġenerali, il-kompetituri jkollhom l-intenzjoni li jaqdu d-destinazzjonijiet ewlenin ta’ TAROM iżda mhux ir-rotot li huma inqas attraenti għalihom (minħabba diversi raġunijiet inkluża domanda aktar baxxa; nuqqas ta’ inġenji tal-ajru żgħar u xierqa; preferenza għal konnessjonijiet minn punt għal punt għall-kuntrarju tal-mudell hub-and-spoke operat minn TAROM; mudell ta’ negozju bbażat fuq il-konnettività; preferenza għal ajruporti sekondarji orħos, eċċ.). |
|
(128) |
Ir-Rumanija ssostni li l-mudell kummerċjali ta’ TAROM huwa bbażat fuq sistema hub-and-spoke, li l-karatteristika ewlenija tagħha hija li tgħaqqad iċ-ċentru proprju ma’ ċentri reġjonali jew Ewropej ewlenin u b’hekk tippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal rotot mhux moqdija mill-ajruport ta’ prossimità tagħhom. Barra minn hekk, dan jippermetti lil TAROM topera ċerti rotot b’densità baxxa li jistgħu ma jkunux profittabbli bħala konnessjonijiet minn punt għal punt, iżda li jikkontribwixxu għall-mudell hub-and-spoke tagħha. Ir-Rumanija ssostni li fil-każ ta’ falliment ta’ TAROM, il-mudell hub-and-spoke x’aktarx ma jiġix replikat mill-kompetituri, li jew joperaw prinċipalment rotot minn punt għal punt, li jgħaqqdu ajruport sekondarju ma’ ieħor, abbażi tal-imposti tal-ajruport l-aktar baxxi u s-slots operatorji li spiss ikunu inqas konvenjenti għall-konnessjoni jew għan-negozju tal-passiġġieri, iżda orħos, jew jittrasportaw passiġġieri lejn iċ-ċentri tagħhom stess. Skont ir-Rumanija, tal-ewwel huwa b’mod partikolari l-każ għaż-żewġ kompetituri ewlenin ta’ TAROM fis-suq Rumen, Wizz Air u Ryanair (ara l-premessa (10)). Il-parteċipant il-ġdid, HiSky, qed jopera wkoll bħala LCC, ħafna drabi bl-użu ta’ slots ta’ nofs il-jum, li mhumiex konvenjenti għall-vjaġġaturi li għalihom jgħodd ħafna l-ħin. Il-linja tal-ajru tradizzjonali bl-ogħla sehem fis-suq Rumen hija Lufthansa, li kellha sehem mis-suq ta’ madwar 11 % bejn l-2019 u l-2022, iżda li s-sehem tagħha minn dak iż-żmien niżel għal 5,6 % fl-2023. It-trasportaturi tal-bandiera li joperaw fis-suq Rumen, bħal Lufthansa u Air France-KLM, prinċipalment qed jittrasportaw passiġġieri lejn iċ-ċentri tagħhom stess u għalhekk x’aktarx li ma jgħaqqdux lil Bucharest ma’ bliet kapitali / bliet importanti oħra minbarra dawk fejn jinsabu ċ-ċentri tagħhom jew li jgħaqqdu l-ajruporti domestiċi Rumeni ma’ Bucharest. Skont ir-Rumanija, il-ħruġ ta’ TAROM għalhekk iwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-konnettività u l-mobbiltà għaċ-ċittadini u n-negozji Rumeni. |
|
(129) |
TAROM tradizzjonalment topera f’ajruporti primarji u għandha slots u frekwenzi konvenjenti biex tiżgura konnessjonijiet mal-passiġġieri tagħha. Dan spiss ma jkunx il-każ għal-LCCs, li pjuttost ikunu mmirati lejn ajruporti orħos, li spiss ikunu jinsabu f’xi distanza lejn iċ-ċentri ewlenin jew, jekk itiru lejn ajruporti primarji, ikunu qed jimmiraw lejn slots li huma inqas konvenjenti għal titjiriet konnessi (jew għal vjaġġi bir-ritorn) u għalhekk irħas. Barra minn hekk, tnaqqis sinifikanti fil-frekwenzi tat-titjiriet ikun mistenni li jkollu impatt dirett u sinifikanti fuq passiġġieri li għalihom jgħodd ħafna l-ħin bħal klijenti kummerċjali. Pereżempju, la Ryanair u lanqas Wizz Air ma jgħaqqdu l-ajruport OTP ma’ Brussell; minflok, huma jinżlu fl-ajruport reġjonali ta’ Charleroi, li jinsab madwar 60 km fin-Nofsinhar ta’ Brussell. HiSky, filwaqt li ttir direttament lejn Brussell, għandha frekwenzi ta’ kull ġimgħa ħafna aktar baxxi minn TAROM, bi tliet titjiriet fil-ġimgħa biss lejn Brussell, fejn TAROM għandha d-doppju ta’ dan, anki wara t-tnaqqis previst fil-frekwenza. Filwaqt li TAROM qed timplimenta tnaqqis sinifikanti fl-attivitajiet ewlenin tagħha, il-linja tal-ajru qed tkompli topera s-slots storiċi tagħha, konvenjenti għall-konnessjoni u n-negozju tal-passiġġieri, f’ħafna ajruporti internazzjonali primarji kif ukoll f’ajruporti reġjonali, filwaqt li żżomm livell għoli ta’ konnettività, kif muri mill-eżempju tar-rotta lejn Brussell. Skont ir-Rumanija, il-ħruġ mis-suq ta’ TAROM għalhekk jista’ jirriżulta f’konsegwenzi negattivi għall-iżvilupp reġjonali u għas-sitwazzjoni ekonomika fir-reġjuni kkonċernati. |
|
(130) |
Barra minn hekk, skont ir-Rumanija, jekk TAROM toħroġ mis-suq, dan x’aktarx iwassal għal żidiet fin-nollijiet fuq rotot li fihom hemm biss kompetitur wieħed ieħor (duwopolju) (68) u li jsir monopolju. Dan jintwera pereżempju mill-evoluzzjoni tan-nollijiet fuq żewġ rotot fejn TAROM ma baqgħetx topera u fejn kien hemm biss linja tal-ajru waħda li telqet (Stokkolma u Hamburg). Barra minn hekk, ir-Rumanija tipprovdi analiżi tal-prezzijiet bejn TAROM u kompetituri fuq rotot ewlenin li turi li l-biċċa l-kbira tal-prezzijiet offruti minn TAROM fuq ir-rotot rispettivi huma orħos minn dawk offruti minn trasportaturi storiċi oħra (pereżempju, Bucharest-Amsterdam, Bucharest-Frankfurt, Bucharest-Pariġi). Ir-Rumanija ssostni wkoll li l-eżistenza ta’ prezzijiet aktar baxxi minn dawk ta’ TAROM fuq tali rotot minn ċerti LCCs hija fil-fatt assoċjata ma’ livell aktar baxx tas-servizz ġenerali, u b’hekk ma tikkontradixxix il-fatt li TAROM konsistentement għandha prezzijiet orħos fuq servizzi komparabbli. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (129), TAROM għandha network ta’ slots u frekwenzi konvenjenti f’ċertu għadd ta’ ajruporti ewlenin. Ir-Rumanija għalhekk tqis li l-ħruġ mis-suq ta’ TAROM ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-passiġġieri f’termini ta’ prezzijiet tan-nollijiet, servizzi tal-linji tal-ajru u konnessjonijiet konvenjenti għal titjiriet ta’ trasferiment ‘l barra u ‘l ġewwa. |
|
(131) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija ssostni li ċerti żviluppi osservati wara l-pandemija tal-COVID-19 fir-rigward tal-konnettività reġjonali jidhru li jikkostitwixxu adattamenti fuq terminu qasir minn ċerti trasportaturi biex jaħtfu opportunitajiet biex ikopru l-kostijiet fissi. Skont ir-Rumanija, jidher ġust li wieħed jassumi li fuq terminu medju sa twil, tali trasportaturi se jmorru lura għall-istrateġiji tagħhom ta’ qabel il-COVID-19 sabiex jiżguraw il-vijabbiltà tar-rotot. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-LCC Blue Air li kienet bdiet taqdi ċerti ajruporti primarji bħal Amsterdam Schiphol, Londra Heathrow, Pariġi Charles de Gaulle jew Frankfurt, li kienet iffaċilitata wkoll mis-sospensjoni temporanja tar-regoli dwar l-użu tas-slots matul il-validità tar-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 (69). Madankollu, f’Settembru 2022, Blue Air waqqfet l-operazzjonijiet fuq dawk ir-rotot kollha, u b’hekk TAROM spiċċa l-uniku operatur lokali biex isservi tali ċentri. Fil-31 ta’ Marzu 2023, Blue Air bdiet proċeduri ta’ insolvenza u ma wettqet ebda operazzjoni kummerċjali minn din id-data. Fis-16 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li sabet għajnuna mogħtija mir-Rumanija lil Blue Air skont il-Linji Gwida R&R inkompatibbli mas-Suq Uniku u ordnat lir-Rumanija tirkupra madwar EUR 33,84 miljun mingħand Blue Air (70). |
|
(132) |
Il-konnettività reġjonali insuffiċjenti, speċjalment wara l-insolvenza ta’ Blue Air, hija aggravata mill-fatt li n-network tat-toroq u tal-ferroviji tar-Rumanija mhuwiex żviluppat sew u jinsab fi stat fqir ta’ manutenzjoni. |
|
(133) |
Kif diġà ġie deskritt fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ (71), ir-Rumanija għandha l-inqas kwalità tal-infrastruttura tat-toroq fost l-Istati Membri kollha u hija fost l-ifqar prestaturi fis-sikurezza fit-toroq fl-UE. L-awtostradi u t-toroq nazzjonali fir-Rumanija jirrappreżentaw biss madwar 20 % tan-network tat-toroq, u madwar 90 % tat-toroq nazzjonali għandhom korsija tat-traffiku waħda biss f’kull direzzjoni. Dawk l-elementi jfixklu l-mobbiltà u s-sikurezza fit-toroq. Fir-rigward tal-infrastruttura ferrovjarja, din tinsab fi stat avvanzat ta’ abbandun minħabba nuqqas kroniku ta’ manutenzjoni, fejn il-biċċa l-kbira tal-assi relatati mal-binarji jeħtieġu tiġdid. Dan inaqqas il-veloċità tal-ferrovija u jnaqqas l-effiċjenza tal-ferroviji (72). Jeħtieġ li tiġi żviluppata aktar il-parti Rumena tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport Ewlieni (TEN-T) għat-toroq u l-ferroviji. Ir-Rumanija ssostni li r-reġjuni Rumeni, u b’mod partikolari r-reġjuni tal-Grigal, mhumiex interkonnessi sew (73). |
|
(134) |
B’riżultat ta’ dan, it-trasport bl-ajru jibqa’ ta’ importanza kbira għall-iżvilupp reġjonali u l-konnettività taċ-ċittadini. B’mod partikolari, is-seba’ rotot ta’ titjiriet domestiċi kollha li topera TAROM (74), jgħaqqdu lil Bucharest fin-Nofsinhar tar-Rumanija ma’ bliet fir-Rumanija Ċentrali u tat-Tramuntana. Minħabba l-konnessjonijiet neqsin fil-konnessjonijiet bil-ferrovija u bit-triq, inkluż fuq rotot li jgħaqqdu l-partijiet tan-Nofsinhar tal-pajjiż mal-partijiet Ċentrali u tat-Tramuntana, il-konnessjonijiet bl-ajru jibqgħu vitali għal konnettività reġjonali effiċjenti. Skont l-awtoritajiet Rumeni, il-konnessjonijiet bl-ajru bejn l-ajruport OTP u l-ajruporti domestiċi jieħdu madwar siegħa u nofs, filwaqt li l-ivvjaġġar ta’ dawk ir-rotot bil-karozza jew bil-ferrovija jieħu l-aktar l-aktar qrib ħames darbiet itwal bil-karozza u aktar minn tmien darbiet bil-ferrovija. L-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li, pereżempju, vjaġġ bil-ferrovija minn Bucharest għal Satu Mare (ta’ madwar 617-il km) tipikament jieħu bejn 13 u 20 siegħa; vjaġġ bil-karozza ta’ bejn 7 u 10 sigħat. Skali simili japplikaw għall-ivvjaġġar lejn Oradea, Suceava, Baia Mare, Iasi, Cluj u Timisoara. Skont l-awtoritajiet Rumeni, fil-każ tal-ħruġ mis-suq ta’ TAROM, il-passiġġieri […] attwalment ittrasportati minn TAROM fuq il-ħames rotot domestiċi fejn l-ebda linja tal-ajru oħra ma tkun preżenti jkollhom jivvjaġġaw bit-triq, li jżid b’mod sinifikanti t-traffiku u l-inċidenti fuq rotot nazzjonali (10 % biss minnhom għandhom aktar minn karreġġata waħda għal kull direzzjoni) u jkompli jżid il-ħin tal-ivvjaġġar. Ir-Rumanija ssostni li huwa improbabbli li dawk ir-rotot jiġu operati minn kompetituri minħabba r-raġunijiet stabbiliti b’mod partikolari fil-premessa (128). |
6.7. Impenji pprovduti mir-Rumanija
|
(135) |
Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ċerti miżuri ta’ ristrutturar jew miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jseħħu fil-futur, ir-Rumanija pprovdiet l-impenji li ġejjin:
|
6.8. Ilment minn Wizz Air Malta
|
(136) |
Fl-14 ta’ Marzu 2024, Wizz Air Malta ppreżentat ilment lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar allegata għajnuna illegali mill-Istat lil TAROM. Wizz Air Malta ressqet tliet allegazzjonijiet distinti dwar għaliex l-għajnuna mill-Istat li rċeviet TAROM kienet illegali. |
|
(137) |
L-ewwel nett, skont Wizz Air Malta, bejn Ottubru 2022 u Diċembru 2023, l-Istat Rumen, permezz tal-Ministeru tat-Trasport, wettaq seba’ żidiet fil-kapital f’TAROM għal ammont totali ta’ madwar EUR 7,8 miljun, jiġifieri aktar minn EUR 6 miljun aktar mill-ammont ta’ żieda fil-kapital approvata mit-tieni deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni fl-ammont ta’ madwar EUR 1,9 miljun. Sal-punt li l-eċċess fuq iż-żieda fil-kapital approvata jkun attribwit għall-ewwel deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni, dan, skont Wizz Air Malta, jammonta għal bidla sostanzjali tal-għajnuna awtorizzata, peress li l-Kummissjoni awtorizzat garanzija mill-Istat fuq is-self għal ammont ta’ RON 93,88 miljun (madwar EUR 19,33 miljun), u mhux injezzjoni ta’ kapital. |
|
(138) |
It-tieni, Wizz Air Malta allegat li TAROM ibbenefikat minn għajnuna illegali mill-Istat, f’ammont li ma kkwantifikatx, li jikkonsisti f’TAROM tiggarantixxi biss b’mod ċar id-dejn tagħha dovut lis-CNAB għall-forniment tas-servizzi tagħha. Is-CNAB hija kumpanija tal-Istat ikkontrollata mill-Ministeru tat-Trasport, għall-forniment tas-servizzi tagħha. Wizz Air Malta ssostni li, skont dispożizzjoni ta’ garanzija kuntrattwali speċifika, il-Ministeru tat-Trasport (jiġifieri l-azzjonist prinċipali ta’ TAROM) ikollu jagħti l-kunsens tiegħu għall-infurzar tal-garanzija (jiġifieri l-assi mirhuna minn TAROM bħala kollateral f’każ ta’ inadempjenza). Dan effettivament ifisser li l-azzjonist tad-debitur, li huwa wkoll entità kkontrollata tal-kreditur, ikollu bżonn jagħti l-kunsens għall-attivazzjoni tal-kollateral, li hija kundizzjoni li kreditur privat ma jaċċettax. Wizz Air Malta ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni dwar jekk il-gvern Rumen fil-fatt eżerċitax id-diskrezzjoni tiegħu. |
|
(139) |
It-tielet, skont Wizz Air Malta, il-bejgħ propost minn TAROM ta’ slot wieħed jew aktar fl-ajruport […], li ġie approvat mill-azzjonisti ta’ TAROM f’Lulju 2023, seta’ jseħħ bi prezz li jista’ ma jirriflettix il-valur ġust tas-suq. Jekk il-prezz miftiehem ikun taħt il-valur tas-suq, dan jista’ jikkostitwixxi għajnuna lix-xerrej. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni pubblika, ma huwiex magħruf għal Wizz Air Malta jekk TAROM hijiex qed tippjana li tipproċedi bil-bejgħ u b’liema prezz. |
6.9. L-osservazzjonijiet tar-Rumanija dwar l-ilment ta’ Wizz Air Malta
|
(140) |
Fit-28 ta’ Marzu, fl-4 ta’ April, fis-16 ta’ April, fid-19 ta’ April u fl-24 ta’ April 2024, ir-Rumanija ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-ilment imressaq minn Wizz Air Malta. |
|
(141) |
Fir-rigward tal-ewwel allegazzjoni, dwar injezzjonijiet ta’ kapital illegali, ir-Rumanija l-ewwel tispjega li, skont il-bażi legali għall-għajnuna, kif irreġistrata mill-ewwel deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni li tapprova għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija pubblika, kif ukoll skont il-ftehim ta’ garanzija nnifsu, il-Ministeru tat-Trasport, bħala sid maġġoritarju ta’ TAROM, għandu l-obbligu li jipprovdi l-mezzi finanzjarji biex jiżgura l-ħlas lura tas-self garantit. Ir-Rumanija ssostni li, peress li ma hijiex parti fil-ftehim ta’ self, il-Ministeru tat-Trasport ma jistax iħallas lura direttament lill-bank tas-self u li, skont il-liġi Rumena, l-uniku mezz tiegħu sabiex jipprovdi lil TAROM bil-finanzjament meħtieġ huwa permezz ta’ żieda fil-kapital kontra ishma ġodda. |
|
(142) |
Ir-Rumanija tispjega wkoll li d-deċiżjonijiet tal-azzjonisti li japprovaw l-injezzjonijiet ta’ kapital mhux dejjem jiġu segwiti minn injezzjonijiet reali, kif jidher mid-deċiżjonijiet irreġistrati fil-laqgħat sussegwenti tal-azzjonisti, li jġibu l-ammont attwali ta’ injezzjonijiet ta’ kapital imwettqa abbażi tal-ewwel Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni għal RON 12 518 000 (madwar EUR 2,7 miljun) sal-lum, li jikkorrispondu għall-ewwel tliet pagamenti tas-self korrispondenti. |
|
(143) |
Dan l-ammont huwa inkluż fl-għajnuna għar-ristrutturar notifikata, u b’mod partikolari fiż-żieda fil-kapital ta’ EUR 45,77 miljun (ara l-premessa (18)), filwaqt li jitqies li l-ammont ta’ EUR 2,7 miljun kien meħtieġ biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ TAROM fl-2023. L-ammont injettat abbażi tat-tieni deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni jikkorrispondi preċiżament għall-ammont ta’ għajnuna approvat fil-forma ta’ żieda fil-kapital ta’ RON 9 439 155 (madwar EUR 1,9 miljun). Ir-Rumanija tispjega wkoll li sal-lum ma seħħet l-ebda żieda fil-kapital oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(144) |
Fir-rigward tat-tieni allegazzjoni dwar għajnuna illegali li tirriżulta minn garanziji addizzjonali ta’ dejn eżistenti lis-CNAB li jxekklu ċerti assi ta’ TAROM bħala kollateral f’każ ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet Rumeni jqisu li din hija ugwalment infondata. Dan huwa partikolarment minħabba li TAROM u CNAB huma żewġ impriżi indipendenti stabbiliti skont il-liġi tal-kumpaniji Rumena. Ir-Rumanija ssostni li d-dispożizzjoni kuntrattwali dwar il-garanzija inkwistjoni, li tissuġġetta l-eżekuzzjoni tal-kollateral addizzjonali għall-approvazzjoni tal-azzjonist prinċipali ġiet introdotta unilateralment mill-azzjonisti ta’ TAROM. Madankollu, filwaqt li l-Ministeru tat-Trasport huwa s-sid maġġoritarju kemm ta’ TAROM kif ukoll ta’ CNAB, huwa soġġett għall-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 109/2011 dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi pubbliċi. Dawk ir-regoli jispeċifikaw li l-awtorità superviżorja pubblika (jiġifieri l-Ministeru tat-Trasport) ma tistax tintervjeni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-ġestjoni u fl-operat attwali tal-intrapriżi pubbliċi u li kwalunkwe deċiżjoni meħuda bi ksur ta’ din il-limitazzjoni hija nulla u bla effett. L-awtoritajiet Rumeni jqisu li dawk id-dispożizzjonijiet jipprevjenu lill-Ministeru tat-Trasport milli jżomm il-kunsens tiegħu jekk is-CNAB jiddeċiedi li jinforza l-pretensjonijiet tiegħu dwar l-attivazzjoni tal-garanzija. Barra minn hekk, ir-Rumanija tenfasizza li TAROM u CNAB qed jaġixxu strettament bħala operaturi f’ekonomija tas-suq fir-rigward tal-obbligazzjonijiet eżistenti bejniethom, kif muri minn (i) diversi deċiżjonijiet tal-azzjonisti li jitolbu lill-ġestjoni tas-CNAB jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni kwalunkwe preġudizzju lejn is-CNAB u jagħti mandat lill-bord tad-diretturi biex jittratta estensjoni potenzjali tal-garanziji, mingħajr ma jirreferi għall-ħtieġa li tinkiseb l-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja (76); (ii) il-pagamenti kontinwi ta’ TAROM biex tnaqqas id-dejn tagħha lejn is-CNAB; (iii) id-deċiżjoni kummerċjali tas-CNAB li jiddifferixxi ċerti drittijiet sakemm ikun hemm avvjament ċar minn TAROM; (iv) l-estensjoni tal-garanziji favur is-CNAB b’impenn addizzjonali, pereżempju fuq riċevibbli mill-bejgħ tas-slot […] bħala konsegwenza tad-deċiżjoni tal-azzjonisti tas-CNAB li jirrikorru għall-mezzi legali kollha biex jevitaw preġudizzju għas-CNAB (77); (v) il-fatt li d-dejn ta’ TAROM huwa soġġett għal penali ta’ dewmien, sabiex is-CNAB jirċievi korrispettiv għall-estensjoni tat-termini ta’ ripagament; (vi) l-għarfien tas-CNAB dwar il-fatt li infurzar immedjat tat-titoli x’aktarx iwassal għall-insolvenza ta’ TAROM, filwaqt li l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar mill-Kummissjoni jippermetti lil TAROM tħallas lura d-dejn tagħha, akkumulat b’penali ta’ ħlas tard fil-futur qrib. Barra minn hekk, biex jiġi enfasizzat il-fatt li d-dispożizzjoni kuntrattwali inkwistjoni ma għandha l-ebda influwenza fuq l-imġiba kummerċjali ta’ TAROM, il-bord tad-diretturi ta’ TAROM talab lill-assemblea tal-azzjonisti biex tneħħiha mill-ftehim ta’ titoli rilevanti konkluż bejn CNAB u TAROM. Ir-Rumanija impenjat ruħha li tippreżenta l-ftehim emendat lill-Kummissjoni, ladarba dan ikun ġie ppromulgat. Fis-17 ta’ April 2024, ir-Rumanija ppreżentat id-Deċiżjoni Nru 9/16.04.2024 tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti, li tirrifjuta l-emenda tal-ftehim ta’ garanzija li introduċiet dispożizzjoni li tgħid li l-eżekuzzjoni tat-titoli tkun teħtieġ il-kunsens tal-awtorità superviżorja (il-Ministeru tat-Trasport) u li tagħti struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jelimina dik id-dispożizzjoni mill-ftehim ta’ garanzija. |
|
(145) |
Fir-rigward tat-tielet allegazzjoni dwar il-bejgħ tas-slot […] taħt il-valur tas-suq, ir-Rumanija ssostni li TAROM għamlet l-almu tagħha biex tikseb l-ogħla prezz tal-bejgħ għas-slot. Dan jintwera minn ħafna fatturi bħal, b’mod partikolari, il-fatt li (i) TAROM ikkummissjonat valutazzjoni esperta indipendenti minn […] biex tistma l-valur tas-suq tal-bejgħ u l-lokazzjoni […] tas-slots qabel ma jibda l-proċess tal-offerti u biex takkumpanja l-proċess tal-bejgħ; (ii) TAROM fittxet b’mod attiv offerti minn madwar 20 kumpanija wara li ddiskutiet l-għażliet u x-xerrejja potenzjali ma’ Airport Coordination Limited, l-akbar koordinatur tas-slots fid-dinja; (iii) matul l-ewwel proċess ta’ bejgħ li beda f’Marzu 2023, TAROM fittxet offerti mtejba u sussegwentement għażlet il-kumpanija li ssottomettiet l-ogħla offerta, qabel ma kompliet in-negozjati tal-kuntratt fuq diversi xhur, sakemm l-offerent kellu jtemm il-proċess f’Novembru 2023 […]; (iv) it-tieni proċess ta’ bejgħ tnieda minn TAROM f’Diċembru 2023 u għal darb’ oħra, […] (ara l-premessa (119)). |
7. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR
|
(146) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk il-finanzjament pubbliku tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ TAROM kif definit fil-premessa (18) jinvolvix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u jekk dan ikun il-każ, sussegwentement tiddetermina jekk tali għajnuna hijiex legali u kompatibbli mas-suq intern. |
7.1. L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(147) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”. |
|
(148) |
Għalhekk, il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Rumanija nnotifikat il-miżuri bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Dik in-notifika ma teħlisx lill-Kummissjoni milli teżamina hija stess jekk il-miżuri jinvolvux għajnuna mill-Istat. |
7.1.1. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(150) |
Kif stabbilit fil-premessa (30) tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, is-self ta’ RON 175 952 000 (madwar EUR 36,66 miljun) favur TAROM kellu jingħata mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi permezz tat-Teżor tal-Istat skont it-termini ta’ ftehim ta’ self bejn dak il-Ministeru u TAROM, fl-implimentazzjoni ta’ ordinanza ta’ emerġenza tal-gvern Rumen. Għalhekk, id-deċiżjoni li jingħata s-self għas-salvataġġ kienet imputabbli lill-Istat u kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat. Bħala parti mill-għajnuna għar-ristrutturar, l-ammont li jikkorrispondi għas-self għas-salvataġġ (bl-imgħax u kwalunkwe differenza fir-rata tal-kambju) se jitħassar (ara l-premessa (18)). Id-Deċiżjoni li jiġi rrinunzjat il-ħlas lura tas-self għas-salvataġġ bl-imgħax tittieħed mill-Istat u titħallas mill-baġit tal-Istat. |
|
(151) |
Kif iddikjarat fil-premessa (19), il-bażi ġuridika għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturar hija l-Ordinanza tal-Gvern Nru 45/1997 kif modifikata mill-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern 113/2021 u skont dawk l-Ordinanzi tal-Gvern, il-finanzjament għall-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar se jiġi pprovdut mill-Ministeru tat-Trasport. Id-Deċiżjoni li jingħataw iż-żewġ miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar għalhekk ittieħdet mill-Istat u l-finanzjament għaż-żewġ miżuri ġej mill-baġit tal-Istat. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar notifikati jinvolvu riżorsi tal-Istat u d-deċiżjonijiet biex jingħataw il-miżuri huma imputabbli lill-Istat. |
7.1.2. Il-vantaġġ
|
(153) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa tivverifika jekk il-miżuri jiffavorixxux lil TAROM fis-sens li l-ebda operatur tas-suq li għandu ishma f’TAROM ma jieħu, f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib dik tar-Rumanija, deċiżjoni simili u jagħti l-istess miżuri bl-istess kundizzjonijiet, filwaqt li jwarrab kwalunkwe benefiċċju mistenni mir-Rumanija fil-pożizzjoni tagħha bħala awtorità pubblika (78). |
|
(154) |
Il-preżenza ta’ vantaġġ bħal dan tista’ tiġi dedotta mill-fatt li TAROM għandha telf akkumulat sinifikanti u ekwità negattiva (il-premessi (13) u (88)), kważi l-assi kollha ta’ TAROM diġà huma mirhuna bħala titoli għal finanzjament tal-passat jew attwali u TAROM ma setgħetx tikseb kapital suffiċjenti jew tiġbor finanzjament tad-dejn bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr appoġġ pubbliku (il-premessi (17), (53) u (54)). |
|
(155) |
Il-miżuri se jgħinu lil TAROM tiffinanzja l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha billi tagħtiha aċċess għall-finanzjament li TAROM, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħha u ċ-ċirkostanzi attwali, ma setgħetx tikseb fis-suq. F’dan ir-rigward, huwa dubjuż li TAROM tkun tista’ tattira tali finanzjament mis-suq privat b’kundizzjonijiet simili. |
|
(156) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri jagħtu vantaġġ ekonomiku lil TAROM skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.1.3. Selettività
|
(157) |
Il-miżuri se jingħataw biss għall-benefiċċju ta’ TAROM. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja (79), f’dak li jkollu x’jaqsam mal-għajnuna individwali, fil-prinċipju l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku tkun biżżejjed sabiex tappoġġja l-preżunzjoni li miżura hija selettiva. Dan huwa hekk irrispettivament minn jekk hemmx operaturi fis-swieq rilevanti li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli. Fi kwalunkwe każ, il-miżuri notifikati mhumiex parti minn miżura usa’ ta’ politika ekonomika ġenerali biex jipprovdu l-istess tip ta’ appoġġ ad hoc lill-impriżi kollha li huma f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tal-miżuri (meta jitqies li l-operaturi ekonomiċi kollha fil-prinċipju jenħtieġ li jkopru l-kostijiet tagħhom stess), attivi fis-settur tal-avjazzjoni jew f’setturi ekonomiċi oħra, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biss ta’ TAROM. |
|
(158) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma selettivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.1.4. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
|
(159) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-Unjoni, din tal-aħħar għandu jitqies li tiġi affettwat minn dik l-għajnuna. Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. F’dak ir-rigward, il-fatt li settur ekonomiku ġie liberalizzat fil-livell tal-Unjoni huwa element li jista’ jservi sabiex jiddetermina li l-għajnuna għandha effett reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(160) |
TAROM tipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri lejn, minn u ġewwa r-Rumanija u tikkompeti f’dan is-suq b’mod partikolari ma’ Wizz Air, Ryanair, HiSky, Lufthansa u linji tal-ajru oħra. Is-suq tal-avjazzjoni huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fl-Unjoni u għall-forniment tas-servizzi minn Stat Membru għal ieħor. Il-miżuri jipprovdu finanzjament lil TAROM b’kundizzjonijiet li ma setgħetx tikseb fis-suq privat u jeħilsuha minn imposti li kien ikollha ġġarrab f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-miżuri b’hekk isaħħu l-pożizzjoni ta’ TAROM fis-suq Rumen tat-trasport bl-ajru meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, li ma bbenefikawx minn dawk il-miżuri. |
|
(161) |
Il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar għalhekk jistgħu jgħawġu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(162) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil TAROM skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.2. Il-legalità tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar
|
(163) |
Il-Kummissjoni tinnota li żidiet fil-kapital li jammontaw għal EUR 2,7 miljun diġà twettqu fl-2023, miż-żieda fil-kapital totali notifikata ta’ EUR 45,77 miljun (il-premessi (18) u (19)). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li skont il-GEO, il-bqija tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar notifikati mhux se jiġu implimentati qabel l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni (il-premessa (19)). |
|
(164) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Rumanija tat dik il-parti tal-miżuri notifikati mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssib il-miżuri kompatibbli mas-suq intern. B’dan il-mod, ir-Rumanija kisret l-obbligu ta’ sospensjoni stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għalhekk, din il-parti tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar notifikati favur TAROM tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali. |
7.3. Kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern
|
(165) |
Skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, il-punt (c), il-Kummissjoni tista’ tqis għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi bħala kompatibbli mas-suq intern fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(166) |
Min-notifika ma jirriżultax li l-għajnuna għar-ristrutturar jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna, jistgħu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma bagħtitx opinjoni motivata lir-Rumanija dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni li jkollu rabta ma’ dan il-każ u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda lment jew informazzjoni li tista’ tissuġġerixxi li l-għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet marbuta magħha jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna jistgħu jmorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. |
|
(167) |
Skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, il-punt (c), sabiex l-għajnuna tiġi ddikjarata kompatibbli, minn naħa, irid ikollha l-għan li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi u, min-naħa l-oħra, ma tridx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(168) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni teżamina jekk l-għajnuna hijiex maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. Skont it-tieni kundizzjoni, il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna proposta għall-iżvilupp tal-attivitajiet li l-għajnuna hija maħsuba li ssostni kontra l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern (80). |
|
(169) |
Fil-linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ kumpanija mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE (81). |
|
(170) |
Ir-Rumanija tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida R&R. |
|
(171) |
Fid-dawl tan-natura u l-għan tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni u l-pretensjonijiet tal-awtoritajiet Rumeni, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-finanzjament ippjanat li jappoġġja r-ristrutturar jikkonformax mal-kriterji rilevanti stabbiliti fil-Linji Gwida R&R. |
|
(172) |
Meta teżamina jekk l-għajnuna għar-ristrutturar għandhiex effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni twettaq test tal-ibbilanċjar f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u l-Linji Gwida R&R. Meta twettaq dak it-test, jekk il-benefiċjarju jkun eliġibbli li jirċievi għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri maħluqin mill-impatt tal-għajnuna mill-Istat. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, hija tqis il-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-adegwatezza, il-proporzjonalità, it-trasparenza tal-għajnuna, il-prinċipju ta’ “tal-ewwel u tal-aħħar darba” u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kif stabbilit fil-Linji Gwida R&R. |
7.3.1. Eliġibbiltà: ambitu settorjali u impriża f’diffikultà
|
(173) |
Sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, benefiċjarju jeħtieġlu jikkwalifika bħala impriża f’diffikultà kif definita fit-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida R&R. B’mod partikolari, il-punt 20 tal-Linji Gwida R&R jistipula li impriża titqies li tkun f’diffikultà meta, mingħajr intervent mill-Istat, kważi ċertament tiġi kkundannata li ma tibqax topera fi żmien qasir jew medju. Dan ikun il-każ meta sseħħ tal-anqas waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fil-punti 20 (a) sa (d) tal-Linji Gwida R&R. |
|
(174) |
Kif spjegat fil-premessa (7) tad-deċiżjoni tal-ftuħ u fil-premessi (6), (53) u (57) tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, TAROM naqqset aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha bħala riżultat tat-telf akkumulat u b’hekk issodisfat il-kriterju stabbilit fil-punt 20 (a) tal-Linji Gwida R&R mill-31 ta’ Diċembru 2018 u sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ f’Lulju 2021 (ara l-premessa (39) ta’ dik id-deċiżjoni). Dik is-sitwazzjoni ma nbidlitx minn Lulju 2021, kif jidher mid-data finanzjarja sottomessa mir-Rumanija deskritta fil-premessi (13), (16) u (88), li turi li TAROM kompliet tagħmel telf wara l-2019 u kellha ekwità negattiva fi tmiem l-2023. Minn dan isegwi li TAROM tissodisfa l-kriterji tal-punt 20 (a) tal-Linji Gwida R&R u għalhekk tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà. |
|
(175) |
Skont il-punt 21 tal-Linji Gwida R&R, impriża maħluqa ġdida, jiġifieri impriża fl-ewwel 3 snin ta’ operazzjonijiet fil-qasam ta’ attività rilevanti, mhijiex eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. TAROM mhijiex impriża ġdida għall-finijiet tal-Linji Gwida R&R, peress li ġiet stabbilita fl-1954 (ara l-premessa (8)), jiġifieri aktar minn 3 snin ilu. |
|
(176) |
Skont il-punt 22 tal-Linji Gwida R&R, kumpanija li tappartjeni għal, jew tittieħed minn grupp kummerċjali akbar, normalment ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, ħlief meta jkun jista’ jintwera li d-diffikultajiet tal-kumpanija jkunu intrinsiċi u ma jkunux ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp u li d-diffikultajiet ikunu serji wisq sabiex jiġu indirizzati mill-grupp innifsu. |
|
(177) |
Id-diffikultajiet ta’ TAROM jirriżultaw prinċipalment minn flotta li qed teqdiem u mhux omoġenja u minn ineffiċjenzi operazzjonali (il-premessa (15)). TAROM ma tappartjenix għal grupp kummerċjali akbar u l-Istat għandu kontroll uniku fuqha permezz tal-Ministeru tat-Trasport (il-premessa (8)) sabiex tkun impriża pubblika li fiha l-Istat ikun qed jeżerċita kontroll esklużiv bis-saħħa tas-sjieda u l-parteċipazzjoni finanzjarja tiegħu (82). Għalhekk, TAROM mhijiex parti minn grupp akbar u lanqas ma hija fil-proċess li tiġi akkwistata minn grupp. |
|
(178) |
Jirriżulta mill-fatt li l-Istat għandu kontroll esklużiv fuq TAROM li, f’dan il-każ, kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-Istat lil TAROM biex jassistiha fid-diffikultajiet tagħha jikkwalifika bħala għajnuna sakemm ma jitwettaqx skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, filwaqt li d-diffikultajiet ta’ TAROM huma intrinsiċi, ma tqumx il-kwistjoni dwar jekk humiex ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarju tal-kostijiet fi ħdan il-grupp, u jekk id-diffikultajiet humiex serji wisq biex jiġu ttrattati mill-grupp innifsu. |
|
(179) |
Barra minn hekk, skont il-punt 18 tal-Linji Gwida R&R, l-impriżi attivi fis-settur tal-faħam u tal-azzar u l-impriżi finanzjarji mhumiex eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida R&R. Kif stabbilit fil-premessa (9), TAROM hija attiva fit-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta. Minn dan isegwi li TAROM la hija attiva fis-settur tal-faħam jew tal-azzar u lanqas impriża finanzjarja u għalhekk mhijiex eskluża milli tirċievi għajnuna għar-ristrutturar skont il-punt 18 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(180) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li TAROM hija impriża f’diffikultà u hija eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. |
7.3.2. L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi
|
(181) |
Skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, sabiex l-għajnuna mill-Istat titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, hija trid tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi. |
|
(182) |
F’dak ir-rigward, biex jintwera li l-għajnuna għar-ristrutturar tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet jew żoni, l-Istat Membru li jagħti dik l-għajnuna jrid juri li l-għajnuna jkollha l-għan li tipprevjeni t-tbatija soċjali jew tindirizza falliment tas-suq. Fil-kuntest speċifiku tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tinnota li, kif rikonoxxut fil-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, il-ħruġ mis-suq huwa importanti għall-proċess usa’ tat-tkabbir tal-produttività. Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża tiġi prekluża milli toħroġ mis-suq ma jiġġustifikax b’mod suffiċjenti l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar hija fost l-aktar tipi distortivi ta’ għajnuna mill-Istat, peress li dawn jinterferixxu mal-proċess tal-ħruġ mis-suq. Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ir-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew reġjuni ekonomiċi, anke lil hinn mill-attivitajiet imwettqa mill-benefiċjarju stess. Dan huwa l-każ meta fin-nuqqas ta’ tali għajnuna, il-falliment tal-benefiċjarju jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali, u b’hekk jimpedixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi u/jew taż-żoni li jkunu affettwati minn tali sitwazzjonijiet. Lista mhux eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn hija stabbilita fil-punt 44 tal-Linji Gwida R&R. |
|
(183) |
Tali sitwazzjonijiet iseħħu, inter alia, meta l-benefiċjarju, li n-nuqqas tiegħu l-għajnuna hija intiża li tevita, iwettaq servizz importanti li huwa diffiċli li jiġi replikat u fejn ikun diffiċli għal kwalunkwe kompetitur li sempliċement jintervjeni, li jista’ jwassal għal riskju ta’ tfixkil ta’ dan is-servizz importanti (il-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R). Billi tippermetti lill-benefiċjarju jkompli bl-operazzjonijiet tiegħu, l-għajnuna b’hekk tipprevjeni tali falliment tas-suq jew tbatija soċjali. Fil-każ tal-għajnuna għar-ristrutturar, madankollu, dan jgħodd biss meta l-għajnuna tippermetti lill-benefiċjarju jikkompeti fis-suq fuq il-merti proprji tiegħu, li jista’ jiġi żgurat biss jekk l-għajnuna tkun ibbażata fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. |
|
(184) |
Filwaqt li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ma qajmet l-ebda dubju dwar l-issodisfar tal-kriterju tat-tbatija soċjali u/jew tal-falliment tas-suq, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar din il-kwistjoni minn parti interessata, il-linja tal-ajru Wizz Air. Wizz Air argumentat b’mod partikolari li TAROM kienet tilfet sehem mis-suq matul dawn l-aħħar snin lil Wizz Air u lil Blue Air, li, fiż-żmien meta Wizz Air ipprovdiet il-kummenti tagħha, kellhom 40 % u 13 % tas-suq rispettivament. B’riżultat ta’ dan, skont Wizz Air, TAROM ma kellhiex rwol importanti fis-suq Rumen tat-trasport bl-ajru li jista’ jiġi assimilat ma’ dak ta’ fornitur tal-infrastruttura nazzjonali. |
|
(185) |
Għalhekk, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk l-għajnuna hijiex maħsuba biex tipprevjeni sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali (it-Taqsima 7.3.2.1) u jekk hijiex akkumpanjata minn pjan ta’ ristrutturar biex tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju (it-Taqsima 7.3.2.2). |
7.3.2.1.
|
(186) |
Fost is-sitwazzjonijiet fejn is-salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew żoni ekonomiċi, il-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R huwa relatat ma’ każijiet fejn hemm riskju ta’ tfixkil ta’ servizz importanti li huwa diffiċli li jiġi replikat u fejn ikun diffiċli għal kwalunkwe kompetitur li sempliċement jintervjeni. |
|
(187) |
Abbażi tad-data ppreżentata mir-Rumanija, il-Kummissjoni tqis li TAROM għandha rwol importanti fl-għoti ta’ konnettività liċ-ċittadini, lin-negozji u lir-reġjuni Rumeni. |
|
(188) |
B’mod partikolari, TAROM, għall-kuntrarju tal-kompetituri ewlenin tagħha li bħalissa huma attivi fis-suq Rumen, jiġifieri Wizz Air u Ryanair (il-premessa (10)), topera network hub-and-spoke (il-premessa (130)), li jgħaqqad id-diversi reġjuni tar-Rumanija mal-kapital u jiżgura titjiriet internazzjonali konnessi. Dan jippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal rotot li mhumiex moqdija mill-ajruport ta’ prossimità tagħhom. |
|
(189) |
Barra minn hekk, TAROM hija ffukata fuq il-forniment ta’ konnessjonijiet lill-ajruporti primarji fi frekwenzi tajbin u ħinijiet konvenjenti għall-passiġġieri tagħha, li huwa partikolarment importanti għall-vjaġġaturi li għalihom jgħodd ħafna l-ħin bħal klijenti kummerċjali (il-premessa (129)). |
|
(190) |
Il-konnessjonijiet mal-ajruporti primarji bi frekwenzi tajbin u ħinijiet konvenjenti huma ta’ importanza partikolari għas-suq Rumen, minħabba l-istat ħażin tan-network ferrovjarju u tat-toroq Rumen, li jagħmel l-ivvjaġġar bil-ferrovija jew bit-triq ħafna itwal mill-ivvjaġġar bl-ajru, mhux affidabbli u skomdu (ara l-premessi (132) sa (134)). Fid-29 ta’ Marzu 2024, TAROM hija l-uniku operatur fuq 10 rotot, filwaqt li fuq disgħa oħra, hemm biss linja tal-ajru waħda oħra preżenti (83) (il-premessa (130)). Dan ifisser li jekk TAROM toħroġ mis-suq, ir-rotot fejn bħalissa qed topera waħedha ma jibqgħux jiġu moqdija, filwaqt li jkun hemm sitwazzjoni ta’ monopolju fuq dawk fejn bħalissa hemm biss linja tal-ajru waħda oħra preżenti. Bħalissa, fuq disa’ (84) rotot biss, TAROM qed tiffaċċja aktar minn kompetitur wieħed (ara wkoll il-premessa (197)). |
|
(191) |
Il-kompetituri ewlenin ta’ TAROM fis-suq Rumen joperaw konnessjonijiet minn punt għal punt u x’aktarx li ma jbiddlux il-mudell tar-rotot tagħhom minħabba li għandhom l-għan li jiksbu l-aktar eżitu kosteffiċjenti billi jagħżlu ajruporti u/jew slots li joffru l-irħas prezz (il-premessi (127) u (128)). Barra minn hekk, il-linji tal-ajru tradizzjonali bħal Lufthansa u Air France-KLM, prinċipalment qed jidderieġu passiġġieri minn Bucharest lejn iċ-ċentri tagħhom stess minflok ma jgħaqqdu r-reġjuni Rumeni bejniethom jew Bucharest ma’ bliet importanti oħra madwar id-dinja (ara wkoll il-premessi (128) u (129)). Dan iħalli ħafna passiġġieri reġjonali, li jiddependu fuq il-mudell hub-and-spoke, mhux moqdija u jaffettwa b’mod negattiv lill-klijenti kummerċjali, li jridu jottimizzaw il-ħin tal-ivvjaġġar u jeħtieġu konnessjonijiet affidabbli f’sigħat u frekwenzi konvenjenti. |
|
(192) |
Il-Kummissjoni tinnota li fil-punt 44 (b) tal-Linji Gwida R&R ir-referenza għal fornitur tal-infrastruttura nazzjonali hija biss bħala eżempju u ma timplikax li kull impriża li jistħoqqilha ristrutturar bis-saħħa tal-importanza tas-servizz li tipprovdi skont it-tifsira ta’ dak il-punt ikollha tiġi assimilata mar-rwol ta’ fornitur tal-infrastruttura nazzjonali. |
|
(193) |
Barra minn hekk, id-daqs tas-suq li l-impriża hija attiva fih jew is-sehem tagħha fis-suq lanqas ma huwa determinanti sabiex tiġi stabbilita l-importanza tas-servizz li jirriskja li jiġi mfixkel. Dan ġie kkonfermat reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja f’kawża ta’ appell imressqa minn Wizz Air (85) dwar l-għajnuna għas-salvataġġ favur TAROM. Fis-sentenza tagħha f’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod partikolari li “għalkemm id-daqs tas-suq li fih jopera l-benefiċjarju tal-għajnuna u s-sehem li dan għandu f’dan is-suq jistgħu jkunu fatturi li jindikaw l-importanza tas-servizz li dan il-benefiċjarju jipprovdi, la mill-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R u lanqas mill-kuntest tiegħu ma jirriżulta li din tiddependi neċessarjament minn dawn il-fatturi u li, b’mod partikolari, il-falliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jwassal għal tbatija soċjali serja jew għal falliment sinjifikattiv tas-suq biss bil-kundizzjoni li s-suq li fih jopera jeċċedi ċertu daqs”. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-fehma tal-Qorti Ġenerali li d-daqs limitat tas-suq ma kienx jipprevjeni li servizz ipprovdut f’dak is-suq jiġi kklassifikat bħala importanti skont it-tifsira tal-Linji Gwida R&R, b’mod partikolari fejn, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, it-tmiem tal-attività ta’ TAROM, li jinvolvi riskju konkret ta’ interruzzjoni ta’ xi servizzi tat-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri fir-Rumanija, ikun ta’ detriment għall-konnettività tar-reġjuni fir-Rumanija esklużivament moqdija minn dik il-linja tal-ajru u għas-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawk ir-reġjuni. |
|
(194) |
Filwaqt li huwa minnu li s-sehem mis-suq ta’ TAROM kien qed jonqos jew staġnat matul xi snin, il-benefiċjarju kien kapaċi jżid b’mod sinifikanti l-għadd ta’ passiġġieri tiegħu f’dawn l-aħħar snin, minn 2,41 miljun fl-2017 għal 3,13-il miljun fl-2019 (ara wkoll il-premessa (99)). Bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha kif ukoll bil-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ Blue Air f’Settembru 2022 (ara wkoll il-premessa (131)), din ix-xejra x’aktarx li tkompli fil-futur, kif muri wkoll mill-projezzjonijiet tan-negozju ta’ TAROM. Fi kwalunkwe każ, mhuwiex is-sehem mis-suq ta’ TAROM iżda r-rwol tagħha li tipprovdi l-konnettività mar-reġjuni tar-Rumanija li juri l-importanza tas-servizz ta’ TAROM skont it-tifsira tal-punt 44 (b) tal-Linji Gwida R&R. |
|
(195) |
Kif diġà ġie stabbilit fil-premessi (43), (44) u (45) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni hija konxja li l-kompetituri daħlu f’xi rotot domestiċi operati minn TAROM. Pereżempju, fis-sajf tal-2020 Blue Air daħlet fi tlieta mir-rotot fejn TAROM kienet l-uniku operatur: Bucharest-Oradea (liema rotta, wara l-waqfien tal-operazzjonijiet minn Blue Air għal darb’ oħra hija operata biss minn TAROM), Cluj-Iași u Iași-Timișoara (li fuqhom bħalissa TAROM ma għadhiex topera u l-ebda linja tal-ajru oħra ma daħlet fiha minn meta Blue Air u TAROM waqfu joperaw dawk ir-rotot), segwita minn HiSky fuq ir-rotot Bucharest-Timișoara u Bucharest-Cluj fl-2021. Dan jidher li jindika li d-daqs tal-inġenju tal-ajru mhuwiex neċessarjament impediment għall-kompetituri biex jidħlu f’rotot domestiċi, fejn id-domanda hija ġeneralment aktar baxxa minn dik fuq rotot internazzjonali. Barra minn hekk, fir-rigward tar-rotot internazzjonali, il-ftit eżempji ta’ differenzi fil-prezzijiet bejn TAROM u trasportaturi oħra li r-Rumanija pprovdiet mhumiex robusti biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni tasal għal konklużjoni dwar iż-żidiet probabbli fil-prezzijiet u n-nuqqas ta’ dħul alternattiv kieku TAROM kellha toħroġ minn dawk ir-rotot. |
|
(196) |
Madankollu, filwaqt li trasportaturi oħra jistgħu jidħlu – tal-anqas temporanjament - fuq xi wħud mir-rotot, ma jistax jiġi preżunt li l-kompetituri jkunu jistgħu u lesti jieħdu f’idejhom ir-rwol ta’ TAROM fl-iżgurar ta’ konnettività konvenjenti għaċ-ċittadini u n-negozji Rumeni bi prezzijiet affordabbli (ara l-premessa (130)) billi jirreplikaw ir-rotot u s-servizzi tat-titjiriet kollha jew parti kbira minnhom li TAROM kienet qed topera fil-livell nazzjonali u internazzjonali mingħajr tfixkil għall-klijenti fuq terminu medju sa twil. B’mod speċjali, wara l-ħruġ mis-suq ta’ Blue Air, hemm riskju ċar li r-reġjuni fit-Tramuntana u fiċ-Ċentru tar-Rumanija, li wkoll mhumiex konnessi tajjeb bit-triq u bil-ferrovija man-Nofsinhar, ikunu mġiegħla jirrikorru għal rotot ferrovjarji twal ħafna u skomdi jew li jirrikorru għan-network tat-toroq li huwa fil-biċċa l-kbira fi stat ħażin ta’ manutenzjoni u huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu karreġġata waħda biss (ara l-premessi (133) u (134)). |
|
(197) |
B’mod partikolari, fid-29 ta’ Marzu 2024, minn total ta’ 28 rotta moqdija minn TAROM, il-benefiċjarju huwa l-uniku operatur fuq ħames rotot domestiċi u erba’ rotot internazzjonali (ara l-premessa (127)) u fuq 10 rotot oħra (tmien rotot internazzjonali u żewġ rotot domestiċi) hemm biss kompetitur ieħor (duwopolju) (ara l-premessa (130)). Ma hemm l-ebda evidenza li l-kompetituri jkunu lesti li jirreplikaw dan in-network ipprovdut permezz tas-sistema hub-and-spoke li qed topera TAROM. Dan tal-aħħar jgħaqqad l-ajruporti reġjonali mal-kapital permezz tal-ajruport OTP, filwaqt li l-kompetituri fis-suq Rumen qed jipprovdu prinċipalment servizzi minn punt għal punt jew qed jittrasferixxu passiġġieri lejn iċ-ċentri tagħhom (jiġifieri Munich, Vjenna, Varsavja, eċċ.). B’mod partikolari, minn meta TAROM ħarġet mill-ħames rotot Iași-Timișoara, Cluj-Iași, Bucharest-Sibiu, Bucharest-Erevan, Bucharest-Tbilisi, l-ebda kompetitur ieħor ma daħal. Wara l-waqfien tal-operazzjonijiet minn Blue Air f’Settembru 2022, linja tal-ajru waħda biss oħra, il-parteċipant il-ġdid HiSky, bħalissa qed twettaq titjiriet intra-Rumeni fuq żewġ rotot, jiġifieri r-rotot Bucharest-Timișoara u Bucharest-Cluj (il-premessa (130)). |
|
(198) |
Il-konnessjonijiet bl-ajru tad-diversi reġjuni mal-belt kapitali huma partikolarment importanti fir-Rumanija, minħabba l-istat ħażin tan-network tat-toroq u tal-ferrovija Rumen. Dan tal-aħħar għalhekk mhuwiex għażla vijabbli għall-ivvjaġġar fuq distanzi itwal, kif jixhed id-dewmien partikolarment twil (u xi drabi l-kundizzjonijiet diffiċli) prevalenti fuq ħafna rotot. Ir-Rumanija tispjega, pereżempju, li r-reġjuni Rumeni u b’mod partikolari r-reġjuni tal-Grigal mhumiex interkonnessi sew, b’konnessjonijiet importanti tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) li għad iridu jitlestew (ara l-premessa (133)). B’riżultat ta’ dan, it-trasport bl-ajru huwa ta’ importanza kbira għall-iżvilupp reġjonali. F’dan ir-rigward, is-seba’ rotot domestiċi operati minn TAROM li jgħaqqdu l-ajruport ta’ OTP mal-ajruporti ċentrali u tat-Tramuntana, jibqgħu vitali għal konnettività reġjonali effiċjenti (ara l-premessa (134)). Ir-rotot moqdija minn TAROM jgħaqqdu r-reġjuni tat-Tramuntana tar-Rumanija mhux biss man-Nofsinhar tal-pajjiż iżda wkoll, permezz ta’ Bucharest, ma’ destinazzjonijiet barra mill-pajjiż. |
|
(199) |
Il-fatt li TAROM hija ta’ daqs limitat fih innifsu ma jipprekludix li s-servizz tagħha jitqies bħala importanti fis-sens tal-punt 44 (b) tal-Linji Gwida R&R. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ċertu grad ta’ sostitwibbiltà fiha nnifisha ma teskludix ir-riskju ta’ tfixkil. Pereżempju, vjaġġaturi li għalihom jgħodd ħafna l-ħin, bħal vjaġġaturi fuq negozju jistgħu jiġu mxekkla b’mod sinifikanti fl-ivvjaġġar tagħhom, minħabba n-network fqir tat-toroq u tal-ferroviji, li min-naħa tiegħu jista’ jaffettwa għadd kbir ta’ intrapriżi li jiddependu fuq il-flessibbiltà offruta mill-konnessjonijiet numerużi u konvenjenti ta’ TAROM mill-ajruporti reġjonali lejn il-kapital u lura u b’estensjoni tar-reġjuni li fihom huma attivi dawn l-intrapriżi. Dan huwa servizz mhux offrut minn LCCs bħal Wizz Air, li l-offerta tiegħu hija sensittiva ħafna għall-prezzijiet u tipikament ibbażata fuq slots inqas għaljin jew ajruporti bl-inqas tariffi. Barra minn hekk, il-kompetituri ewlenin ta’ TAROM joperaw prinċipalment konnessjonijiet minn punt għal punt, filwaqt li Lufthansa u Air France-KLM prinċipalment jgħaqqdu lill-passiġġieri maċ-ċentri tagħhom stess (ara l-premessa (128)) u HiSky mhijiex qed toffri l-istess livell ta’ servizz bħal TAROM, billi ttir lejn ajruporti sekondarji, fi slots aktar inkonvenjenti u toffri biss għadd żgħir ta’ rotot. F’dan il-kuntest, it-telf tas-sistema hub-and-spoke ta’ TAROM flimkien mal-livell ta’ servizz li qed toffri (slots konvenjenti, frekwenzi tajbin, ħafna ajruporti primarji, prezzijiet affordabbli) ikun partikolarment detrimentali u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-kompetituri jirreplikaw tali network u servizz. |
|
(200) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar se tipprevjeni r-riskju ta’ tfixkil fis-suq Rumen tat-trasport bl-ajru li l-ħruġ mis-suq ta’ TAROM x’aktarx li jwassal għalih. |
Konklużjoni dwar il-prevenzjoni ta’ tbatija soċjali jew ta’ falliment tas-suq
|
(201) |
Filwaqt li r-Rumanija invokat ukoll iċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti 44(c) u 44(f) tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-kundizzjoni li tiġi evitata tbatija soċjali jew falliment tas-suq hija ssodisfata f’konformità mal-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R, u għalhekk mhuwiex meħtieġ li jiġu vvalutati l-argumenti tar-Rumanija f’dan ir-rigward. |
|
(202) |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma qajmitx dubji fir-rigward tal-issodisfar ta’ dan il-kriterju ta’ kompatibbiltà fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, filwaqt li l-kummenti mqajma minn Wizz Air fuq inizjattiva tagħha stess ġew indirizzati f’din it-taqsima. |
|
(203) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija peress li tipprevjeni l-ħruġ ta’ impriża li kienet twassal għal riskju serju ta’ tfixkil għal servizz importanti li huwa diffiċli li jiġi replikat u fejn ikun diffiċli għal kwalunkwe kompetitur li sempliċiment jintervjeni (il-punt 44 (b) tal-Linji Gwida R&R). |
7.3.2.2.
|
(204) |
Skont il-punt 46 tal-Linji Gwida R&R, l-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar irid ikun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà tal-benefiċjarju. L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar biex jiġu rrimedjati l-kawżi li wasslu għad-diffikultajiet tal-benefiċjarju, billi tippermettilu jsir vijabbli fit-tul, hija kundizzjoni meħtieġa biex l-għajnuna għar-ristrutturar isservi l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi u ż-żoni fejn jopera l-benefiċjarju. |
|
(205) |
Skont il-punti 45 sa 48 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar jenħtieġ li tingħata biss sabiex tappoġġja pjan ta’ ristrutturar realistiku, koerenti u estensiv, li l-miżuri tiegħu jridu jitfasslu sabiex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe għajnuna ulterjuri lil hinn minn dik li tappoġġja l-pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika x’qed jikkawża d-diffikultajiet tal-benefiċjarju u d-dgħufijiet tal-benefiċjarju nnifsu, u juri kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-benefiċjarju. |
|
(206) |
Ir-riżultati tar-ristrutturar iridu jintwerew f’xenarju ta’ referenza u f’xenarju pessimist, billi jiġu identifikati l-parametri tal-prestazzjoni u l-fatturi ta’ riskju ewlenin prevedibbli. Biex juri l-vijabbiltà fit-tul tiegħu, il-benefiċjarju jrid jikseb redditu xieraq fuq il-kapital investit wara li jkopri l-kostijiet kollha tiegħu, inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji, mingħajr ma jiddependi fuq suppożizzjonijiet ottimisti dwar fatturi bħal varjazzjonijiet fil-prezz jew fid-domanda, u jrid ikun kapaċi jikkompeti fis-suq fuq il-merti tiegħu stess. |
|
(207) |
Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat ta’ TAROM tfassal biex jindirizza l-problemi identifikati mill-benefiċjarju wara valutazzjoni bir-reqqa tar-raġunijiet għad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu u bl-għan li jerġa’ jsir vijabbli. Kif stabbilit fil-premessa (15), il-problema ewlenija ta’ TAROM kienet il-flotta tagħha li qed teqdiem u mhux omoġenja. Dan huwa indirizzat bis-sħiħ mill-programm ta’ tiġdid tal-flotta (ara t-taqsima 6.2.1), li se jirriżulta fi flotta aktar uniformi u moderna adattata għall-ħtiġijiet ta’ TAROM u se jwassal għal iffrankar sinifikanti tal-kostijiet. Barra minn hekk, il-problema ta’ rotot mhux profittabbli se tiġi indirizzata mill-programm ta’ ottimizzazzjoni tar-rotot li qed jiġi implimentat matul il-perjodu ta’ ristrutturar u li se jirriżulta fit-tnaqqis tal-għadd ta’ inġenji tal-ajru għal kull rotta u fl-ilħuq tal-profittabbiltà C3 fuq ir-rotot kollha sal-2029 (ara l-premessa (64)). It-tieni problema ewlenija ta’ TAROM kienet il-kostijiet operatorji għoljin tagħha, li se jiġu indirizzati billi tiżdied l-effiċjenza organizzazzjonali u operazzjonali, kif ukoll permezz tal-ottimizzazzjoni tal-kostijiet (ara l-premessa (66) u t-taqsimiet 6.2.3 u 6.2.4). Permezz tar-riorganizzazzjoni tal-persunal, dawn il-miżuri se jirriżultaw ukoll fit-titjib tal-kwistjonijiet identifikati tal-forza tax-xogħol. Fl-aħħar nett, TAROM qed tippjana wkoll li żżid id-dħul anċillari, li kien limitat ħafna fil-passat, u bdiet tbigħ servizzi addizzjonali (il-premessa (65)). |
|
(208) |
Id-durata ta’ sitt snin tal-pjan, li tinkludi l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2026, mhijiex twila b’mod mhux raġonevoli, minħabba li t-traffiku tal-ajru tar-Rumanija huwa mistenni li jirkupra għal-livelli ta’ qabel il-COVID-19 sas-sajf tal-2024 biss (ara l-premessa (89)). Barra minn hekk, xi miżuri ta’ ristrutturar min-natura tagħhom qed jiġu implimentati fuq perjodu ta’ żmien itwal, bħal pereżempju t-tiġdid tal-flotta (fejn l-ewwel il-ftehim ta’ lokazzjoni jeħtieġ li jiġi nnegozjat u ffirmat, imbagħad jeħtieġ li jinbnew u jiġu kkonsenjati ajruplani) u għalhekk se jużaw l-iffrankar u l-effiċjenzi sħaħ tagħhom biss fl-2025 skont il-pjan ta’ ristrutturar ta’ TAROM (il-premessi (59) sa (62)). |
|
(209) |
Fit-taqsima li jmiss, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta l-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-pjan ta’ ristrutturar aġġornat tal-benefiċjarju u mbagħad se tivvaluta l-evidenza tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà fi tmiem dak il-pjan. |
Valutazzjoni tas-suppożizzjonijiet ewlenin sottostanti għall-projezzjonijiet finanzjarji
|
(210) |
Il-Kummissjoni rrevediet bir-reqqa s-suppożizzjonijiet ewlenin li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat ippreżentat mir-Rumanija. |
|
(211) |
Fir-rigward tal-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet tad-dħul, il-Kummissjoni tinnota li, fir-rigward tal-volumi, TAROM applikat ix-xenarji ta’ projezzjoni tal-Eurocontrol ta’ wara l-COVID-19 għad-domanda tal-passiġġieri tal-ajru (86) għar-rotot li se tkompli topera wara l-implimentazzjoni tal-miżuri biex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (li jinkludu t-tnaqqis tal-flotta tagħha matul il-perjodu ta’ ristrutturar kif ukoll tnaqqis fl-għadd ta’ rotot moqdija minn TAROM u tnaqqis fl-għadd ta’ titjiriet fuq dawk ir-rotot). Il-livell ta’ tnaqqis fl-għadd ta’ titjiriet meta mqabbel mal-2019 jidher fit-Tabella 11. Tabella 11 Evoluzzjoni tal-għadd ta’ titjiriet (attwali u proġettati) ta’ TAROM mill-2019
|
|
(212) |
Il-kombinazzjoni tal-għadd totali mnaqqas ta’ rotot, titjiriet u inġenji tal-ajru tirriżulta fi tnaqqis ġenerali ta’ ASK ta’ […] % (meta jingħaddu r-rotot profittabbli C1 biss), fi tnaqqis f’ASK ta’ […] % (meta jingħaddu r-rotot kollha), u fi tnaqqis ta’ […] % (meta jiġu inklużi titjiriet noleġġati) meta mqabbla mal-linja ta’ referenza tal-2019, kif jidher fit-Tabella 12. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tbassir tat-traffiku minn TAROM fuq ir-rotot kollha inklużi fil-projezzjonijiet tagħha huwa bbażat fuq in-numri u l-mudell attwali ta’ TAROM sal-2022 kif ukoll is-suq totali stmat tal-IATA għall-bqija tal-perjodu ta’ ristrutturar (87). Tabella 12 L-evoluzzjoni tal-ASK ta’ TAROM (f’miljuni ta’ ASK)
|
|
(213) |
Filwaqt li ASK tkejjel il-provvista, il-volum ta’ passiġġieri jirrappreżenta kejl tad-domanda. L-użu ta’ inġenji tal-ajru akbar f’diversi destinazzjonijiet se jistimula d-domanda permezz ta’ pprezzar aħjar, jgħin biex jimmassimizza l-profittabbiltà tar-rotot u jgħin biex jiżdiedu l-fatturi tat-tagħbija. Il-fattur tat-tagħbija tal-passiġġieri, li jiddetermina l-porzjon tal-kapaċità mimlija jew mitluba huwa assoċjat mal-kapaċità ASK. Fil-fatt, bi flotta ta’ inġenji tal-ajru mnaqqsa u limitata, TAROM tkun f’pożizzjoni li topera b’mod vijabbli biss jekk tkun tista’ tuża l-inġenji tal-ajru tagħha b’mod aktar effiċjenti, b’fatturi ta’ tagħbija ogħla. |
|
(214) |
Fl-2019, TAROM kienet ’il bogħod milli topera bħala linja tal-ajru effiċjenti peress li l-fattur tat-tagħbija tagħha għas-sena kien biss […] %, l-aktar baxx fost l-aqwa ħames linji tal-ajru li joperaw fis-suq Rumen. Dan kien ukoll ferm aktar baxx mill-fattur tat-tagħbija medju rreġistrat fil-livell Ewropew ta’ 85,2 % (88). |
|
(215) |
Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-miżuri ta’ ottimizzazzjoni kummerċjali wasslu għal titjib kostanti f’dan l-indikatur kritiku tal-effiċjenza għal TAROM għalkemm għad hemm lok sinifikanti biex jikbru meta mqabbla mal-kompetizzjoni. Illustrazzjoni 2 Fattur tat-tagħbija (89) għall-ogħla ħames linji tal-ajru attivi fir-Rumanija (%, stima tal-2019-2023) [...]
|
|
(216) |
F’dan ir-rigward, kif muri fit-Tabella 13, TAROM għamlet progress sinifikanti wara l-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19, b’żidiet fil-fattur tat-tagħbija ta’ kważi […] % bħala medja fl-2023 meta mqabbel mal-2019. Tabella 13 L-evoluzzjoni tal-fattur tat-tagħbija ta’ TAROM tal-2023/2022 (wara l-COVID-19) imqabbla mal-2019 (qabel il-COVID-19)
|
|
(217) |
Minbarra l-informazzjoni ppreżentata fit-tabella 13, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li l-fattur medju tat-tagħbija ta’ TAROM għall-2023 laħaq […] % kif jidher fit-Tabella 5. Huma spjegaw ukoll li TAROM tistenna fatturi tat-tagħbija kemxejn aktar baxxi fl-2025 u l-2026 bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-inġenji tal-ajru ġodda u akbar ta’ kapaċità, li se jwasslu għal żieda żgħira fil-volum ta’ ASK (90) (anki jekk ir-rotot u l-frekwenzi mhux se jinbidlu). Madankollu, jenħtieġ li l-fattur tat-tagħbija jerġa’ jiżdied bil-mod fis-snin sussegwenti (mill-2027) bit-titjib mistenni fil-prestazzjoni operattiva ta’ TAROM (ara t-Tabella 5 fil-premessa (101)). |
|
(218) |
B’riżultat ta’ dan, f’konformità mat-tbassir tas-suq tal-Eurocontrol (ara l-premessi (89) sa (91), it-traffiku ta’ TAROM huwa mistenni li jilħaq il-livelli ta’ qabel il-COVID-19 sal-2025 u li jikber, bħala medja, b’[…] % fis-sena għall-perjodu 2025-2029, u b’hekk jilħaq l-għadd annwali totali mistenni ta’ passiġġieri ta’ […] miljun fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar kif muri fl-Illustrazzjoni 3. Illustrazzjoni 3 Evoluzzjoni tal-kapaċità ta’ TAROM u tat-titjiriet regolati (91) [...]
|
|
(219) |
Bħala tali, u kif jidher fit-Tabella 14, l-għadd ta’ passiġġieri stmat minn TAROM kemm għax-xenarju ta’ Referenza kif ukoll għax-xenarju Pessimist huwa, fl-2024, l-2025, kif ukoll fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026, taħt il-kurvi ta’ rkupru xprunati mill-Eurocontrol – kemm ix-xenarju ta’ referenza kif ukoll dak baxx. B’mod partikolari, ix-xenarju ta’ Referenza ta’ TAROM jibqa’ konservattivament taħt il-kurva Bażi tal-Eurocontrol għall-bqija tal-perjodu analizzat, u taħt il-kurva Baxxa tal-Eurocontrol għall-2024, l-2025 u l-2026. Bl-istess mod, ix-xenarju Pessimist ta’ TAROM jibqa’ taħt il-kurva Baxxa tal-Eurocontrol fl-2024, l-2025 u l-2026, li b’mod marġinali taqbeż din il-kurva mill-2027. Tabella 14 L-għadd ta’ passiġġieri ta’ TAROM imqabbla mal-kurvi mmexxija mill-irkupru tal-Eurocontrol, biss għar-rotot li għandhom jiġu operati skont il-pjan ta’ ristrutturar (f’miljuni ta’ PAX)
|
|
(220) |
Il-preċiżjoni u l-kredibbiltà ta’ dawk il-projezzjonijiet huma msaħħa aktar bl-indikazzjoni tal-awtoritajiet Rumeni li l-għadd reali ta’ passiġġieri li TAROM rikkeb fl-2022 (92) fuq ir-rotot regolari, li se tkompli topera, kien […] % ogħla mill-previżjonijiet tagħha abbażi tal-projezzjonijiet tal-Eurocontrol, fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat sottomess lill-Kummissjoni. |
|
(221) |
B’mod partikolari, fir-rigward ta’ titjiriet internazzjonali, […]. |
|
(222) |
Fir-rigward ta’ titjiriet domestiċi, […]. |
|
(223) |
Filwaqt li, għall-kuntrarju tal-2022, l-għadd attwali ta’ passiġġieri għas-sena sħiħa 2023 (2 333 839) huwa […] % inqas mill-istima ta’ TAROM fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat (li twettaq abbażi taċ-ċifri attwali għall-ewwel 9’ xhur ta’ dik is-sena), dik il-varjanza negattiva hija dovuta l-aktar għall-inkwiet li beda f’Ottubru 2023 fil-Lvant Nofsani u li affettwa t-traffiku lejn Tel Aviv, Amman u l-Kajr, kif ukoll titjiriet noleġġati lejn […]. Meta dawk id-destinazzjonijiet jitneħħew mill-kalkolu, il-varjanza fiċ-ċifri attwali meta mqabbla mal-projezzjonijiet għal titjiriet internazzjonali regolari tkun inqas minn 2 % u li għal titjiriet domestiċi regolari tkun inqas minn 1 %, kif jidher fit-Tabella 15. Tabella 15 Numru ta’ passiġġieri fl-2023, varjazzjoni tal-valuri attwali vs. stmati (PAX,%)
|
|
(224) |
B’mod ġenerali, fl-2022 u fl-2023, sentejn b’avvenimenti imprevedibbli kbar barra mill-kontroll ta’ TAROM (il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-inkwiet fil-Lvant Nofsani), il-varjanza fl-għadd ta’ passiġġieri meta mqabbel mal-projezzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat kienet jew pożittiva (2022) jew negattiva b’inqas minn 4 % (2023). |
|
(225) |
Fil-qosor, filwaqt li tqis dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-istima tal-għadd ta’ passiġġieri fil-linja ta’ Referenza u fix-xenarju Pessimist hija realistika u kredibbli għar-raġunijiet ewlenin li ġejjin:
|
|
(226) |
Fl-aħħar nett, fuq talba tal-Kummissjoni u minkejja dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Rumeni wrew li l-profittabbiltà ta’ TAROM tista’ saħansitra tiflaħ għal tnaqqis addizzjonali, mhux mistenni, fl-għadd ta’ passiġġieri sa varjazzjoni annwali ta’ 5 % meta mqabbla max-xenarju ta’ Referenza. Dan jikkorrispondi mal-agħar Bażi tal-Eurocontrol imqabbla ma’ varjazzjonijiet Baxxi fil-perjodu 2024-2026, u agħar mill-varjanza tal-projezzjonijiet tal-2023 meta mqabbla man-numri attwali ta’ passiġġieri rreġistrati (jiġifieri, –3,7 % b’mod ġenerali, filwaqt li fuq ir-rotot regolari barra l-Lvant Nofsani d-differenza kienet aktar baxxa). F’każ bħal dan (u ż-żamma ta’ żieda simultanja ta’ […] % fil-prezz tal-fjuwil, ara l-premessa (238) għall-impatt tas-sensittivitajiet tal-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet), il-vijabbiltà ta’ TAROM xorta tinkiseb fl-2025 u tinżamm fl-2026 (93). |
|
(227) |
Fir-rigward tal-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet tal-ipprezzar ta’ TAROM, il-Kummissjoni tieħu nota tal-istrateġija kummerċjali differenzjata l-ġdida ta’ TAROM li jenħtieġ li tippermettilha tottimizza l-ipprezzar fil-bażi tal-klijenti kollha (kif deskritt fil-premessi (94) sa (98), kif ukoll l-approċċ tal-ipprezzar prudenti ġeneralment applikat minn TAROM b’mod partikolari fir-rigward tal-aġġustament tal-prezzijiet għall-inflazzjoni (94) matul il-perjodu ta’ ristrutturar (kif spjegat fil-premessa (98) u kif jidher fit-Tabella 4). |
|
(228) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-projezzjonijiet konservattivi ħafna tal-kontribuzzjoni mill-bejgħ ta’ servizzi anċillari għad-dħul globali mill-passiġġieri peress li mhux se jilħqu aktar minn […] % fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ ristrutturar (kif spjegat fil-premessi (65) u (98)). |
|
(229) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-projezzjonijiet ta’ TAROM f’termini ta’ dħul mill-passiġġieri huma raġonevoli u kredibbli matul il-perjodu ta’ ristrutturar, b’mod partikolari fir-rigward tal-ambjent ta’ inflazzjoni għolja, l-akbar żidiet fil-prezzijiet seħħew bejn l-2022 u l-2024, u l-projezzjonijiet konservattivi ħafna taż-żidiet matul il-bqija tal-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(230) |
Fir-rigward tal-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet tal-kostijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar aġġornat ta’ TAROM jinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri mmirati lejn: (i) iż-żieda fl-effiċjenza operazzjonali u fl-effettività tax-xogħol permezz ta’ taħlita ta’ riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, ir-rikonfigurazzjoni tal-flotta tal-inġenji tal-ajru, ir-ristrutturar tal-persunal, it-titjib tal-proċess u l-adozzjoni tal-aħħar teknoloġiji; kif ukoll (ii) it-tisħiħ tal-użu tar-riżorsi b’enfasi fuq it-tnaqqis tal-kostijiet permezz, pereżempju, ta’ programm għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil, ir-rilokazzjoni tal-impjegati u l-kiri tal-bini tal-uffiċċji prinċipali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li TAROM għalqet għadd kbir ta’ aġenziji ta’ bejgħ ta’ biljetti mhux profittabbli, li ġġenera ffrankar addizzjonali tal-kostijiet. |
|
(231) |
L-iffrankar ipproġettat (95) ta’ dawk id-diversi miżuri huwa stmat minn TAROM li jammonta għal inqas minn EUR […] miljun fis-sena meta jiġu implimentati bis-sħiħ. Dak l-iffrankar jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-bażi tal-kost annwali ta’ TAROM u, bħala tali, ma jistax jitqies bħala sopravalutat jew mhux realistiku. |
|
(232) |
Pereżempju, l-ispejjeż varjabbli tal-manutenzjoni u tal-inġenji tal-ajru huma l-aktar elementi influwenti tal-kostijiet iġġenerati mill-isfruttament tal-flotta. Il-valuri jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-inġenji tal-ajru minħabba l-karatteristiċi tagħhom, l-allokazzjonijiet għal kull rotta, l-età u speċjalment il-kostijiet kuntrattwali tal-kiri u l-politiki kontabilistiċi interni ta’ TAROM (il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jipprevedi li l-manutenzjoni varjabbli tal-inġenji tal-ajru Boeing 737-800, ATR 72-600 and Boeing 737-8 MAX se tiżdied b’[…] % fl-2025-2026, […]% fl-2027 u […]% fl-2028-2029, […]). |
|
(233) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-projezzjonijiet tal-kostijiet ġenerali ta’ TAROM huma kredibbli. |
|
(234) |
Madankollu, għall-konservattività u flimkien ma’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ttestjat il-projezzjonijiet finanzjarji ta’ TAROM fir-rigward ta’ żviluppi avversi possibbli fil-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet. Tabilħaqq, il-kost tal-fjuwil huwa komponent sinifikanti tal-istruttura tal-kostijiet operatorji ta’ kwalunkwe linja tal-ajru u, bħala tali, jistħoqqlu attenzjoni partikolari meta jiġu vvalutati l-projezzjonijiet u l-impatt possibbli tagħhom fuq il-profittabbiltà u l-vijabbiltà ta’ kwalunkwe linja tal-ajru. Dan huwa partikolarment minnu għal TAROM peress li ma kisibx profitt nett matul l-aħħar 10 snin. |
|
(235) |
Meta kienet qed tħejji għall-ewwel darba l-pjan ta’ ristrutturar tagħha u l-projezzjonijiet finanzjarji relatati, TAROM użat, bħala linja ta’ referenza għall-istima tal-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet, serje ta’ data minn Fitch (valuri storiċi u ta’ tbassir għal Jet/kerosin, Rotterdam) u ssupplimentat din l-informazzjoni bil-monitoraġġ tal-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet tal-IATA kif ippubblikat fuq is-sit web tal-IATA u r-rapporti tal-midja dwar it-tbassir tal-fjuwil tal-ġettijiet tal-BMI (96). |
|
(236) |
B’riżultat ta’ dan, is-suppożizzjonijiet tal-pjan ta’ ristrutturar korrispondenti kienu kif ġej: Tabella 16 Medja tas-serje ta’ data ta’ Fitch b’rapporti dwar il-BMI għall-valuri (ta’ previżjoni) annwali medji (USD/tunnellata)
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
(237) |
Madankollu, fl-2022, il-kost medju reali ta’ TAROM tal-fjuwil tal-ġettijiet kien ta’ […] USD/tunnellata. Meta mqabbel mal-valur ta’ referenza ta’ hawn fuq (1 105 USD/tunnellata), dan jikkorrispondi għal […] multiplikatur (attwali vs xenarju ta’ referenza). F’Ottubru 2023, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-ewwel 9 xhur ta’ dik is-sena, il-kost medju reali ta’ TAROM tal-fjuwil tal-ġettijiet kien ta’ […] USD/tunnellata, li jirrappreżenta multiplikatur ta’ […] meta mqabbel mal-linja ta’ referenza kkunsidrata (852 USD/tunnellata). |
|
(238) |
Fid-dawl ta’ dawk id-diskrepanzi, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Rumeni biex jirrevedu s-suppożizzjonijiet tal-fjuwil tagħhom sabiex jiżguraw li l-projezzjonijiet finanzjarji tagħhom ikunu kemm realistiċi kif ukoll kredibbli. |
|
(239) |
L-awtoritajiet Rumeni pproċedew b’tali aġġustament tal-projezzjonijiet għall-prezz medju annwali tal-fjuwil bil-ħsieb li jakkomodaw prezzijiet futuri potenzjalment ogħla. Dan irriżulta fi prezz medju stmat tal-fjuwil tal-ġettijiet għal TAROM fl-2023 ta’ […] USD/tunnellata. |
|
(240) |
Konsegwentement, il-multiplikatur kontra l-linja ta’ referenza kkunsidrata għall-2023 sar […] ([…] imqabbel ma’ […] USD/tunnellata). Dak il-multiplikatur ġie applikat ukoll għas-serje ta’ referenza mbassra, li ġġenerat is-suppożizzjonijiet tal-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet li issa huma inklużi fil-projezzjonijiet finanzjarji aġġornati tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat kif ġej: Tabella 17 Projezzjonijiet aġġustati tal-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet fil-pjan ta’ ristrutturar (USD/tunnellata)
|
|
(241) |
Filwaqt li tirrikonoxxi l-volatilità tas-suq taż-żejt u tal-prodotti tal-fjuwil relatati, il-Kummissjoni tqis dawk il-projezzjonijiet bħala raġonevoli. Dan l-approċċ jidher ukoll li huwa konservattiv mill-fatt li, minn meta ġie implimentat l-aġġustament, il-prezzijiet tal-fjuwil tal-ġettijiet kienu qed jonqsu b’mod kostanti (u b’mod sinifikanti) kif jidher fl-Illustrazzjoni 4. Pereżempju, għall-ġimgħa li ntemmet fil-15 ta’ Diċembru 2023, il-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet għall-Ewropa kien ta’ USD 824,80/tunnellata, kważi 18 % inqas mill-valur ta’ USD 969,85/tunnellata tas-6 ta’ Ottubru 2023. Illustrazzjoni 4 Ċart mill-paġna web tal-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Fjuwil tal-Ġettijiet tal-IATA mill-15 ta’ Diċembru 2023 (https://www.iata.org/en/publications/economics/fuel-monitor/)
|
|
(242) |
L-iżviluppi reċenti għadhom fil-limiti tal-projezzjonijiet ta’ TAROM kif jidher f’verżjoni aġġornata (mill-24 ta’ April 2024) tal-Iżvilupp tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Fjuwil tal-Ġettijiet, kif muri fl-Illustrazzjoni 5. Illustrazzjoni 5 Ċart mill-paġna web tal-IATA għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Fjuwil tal-Ġettijiet minn April 2024 (https://www.iata.org/en/publications/economics/fuel-monitor/)
|
|
(243) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li s-suppożizzjonijiet tal-prezz tal-fjuwil ta’ TAROM huma aktar pessimisti f’termini ta’ żvilupp futur mill-evoluzzjoni attwali tas-suq u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala konservattivi. |
|
(244) |
Biex tkompli tikkonferma din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Rumeni biex iwettqu sensittivitajiet fil-prezzijiet tal-fjuwil u biex jivverifikaw kif il-projezzjonijiet finanzjarji u l-profittabbiltà ta’ TAROM ikunu affettwati minn varjazzjonijiet ipotetiċi fil-prezzijiet tal-fjuwil. |
|
(245) |
Kif spjegat hawn fuq, il-prezz medju tal-fjuwil għall-2023 kien stmat għal […] USD/tunnellata u l-prezz attwali fi tmiem l-2023 kien ta’ […] USD/tunnellata, u għalhekk diġà kien aktar baxx minn din l-istima. Dan jikkonferma li l-projezzjonijiet aġġustati tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat kienu konservattivi. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kalkoli tas-sensittività ta’ TAROM juru li, jekk l-affarijiet l-oħra jibqgħu l-istess, il-mudell finanzjarju jista’ jiflaħ għal żieda fil-prezz tal-fjuwil sa […] % fir-rigward tas-suppożizzjonijiet raġonevoli u konservattivi diġà inkorporati fil-projezzjonijiet. |
|
(247) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-inċertezza ta’ żviluppi possibbli futuri fil-prezzijiet taż-żejt, tqis li l-valuri previsti għall-bqija tal-perjodu ta’ ristrutturar huma konservattivi, raġonevoli u għalhekk kredibbli. |
Valutazzjoni tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà
|
(248) |
Wara li stabbiliet il-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni issa se tivvaluta jekk, abbażi ta’ dawk il-projezzjonijiet, il-benefiċjarju jistax jerġa’ lura għall-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni se tivverifika jekk, sa tmiem l-2026, il-benefiċjarju jistax ikun mistenni li jiġġenera rata suffiċjenti ta’ redditu mill-operat tiegħu u li jkun jista’ jikkompeti fuq il-merti tiegħu stess. |
|
(249) |
Fix-xenarju ta’ Referenza, bis-saħħa tal-ġenerazzjoni ta’ dħul komparabbli mas-sitwazzjoni ta’ qabel il-COVID-19 (jiġifieri, l-2019) u l-kontribuzzjonijiet mill-miżuri ta’ ristrutturar identifikati, il-Kummissjoni tinnota li TAROM se tkun tista’ tippowstja EBITDA pożittiv fl-2023, għall-ewwel darba mill-2019 (il-premessa (107)). L-introjtu operatorju ta’ TAROM (EBIT) u l-introjtu nett huma, min-naħa tagħhom, ipproġettati li jsiru pożittivi fl-2024 bis-saħħa tal-evoluzzjoni mistennija tat-traffiku tal-ajru, it-titjib tal-fattur tat-tagħbija, il-kost u l-livell tad-dħul ta’ TAROM abbażi tal-implimentazzjoni kontinwa tal-miżuri ta’ ristrutturar b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonfigurazzjoni tal-flotta u l-inizjattivi ta’ ffrankar tal-kostijiet (il-premessi (109) u (110)). Peress li l-Kummissjoni tqis id-diversi suppożizzjonijiet f’termini ta’ dħul (kemm fil-volumi kif ukoll fil-prezzijiet) u l-kostijiet infushom bħala realistiċi u kredibbli (ara l-premessi (227) sa (247)), ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-projezzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar aġġornat ta’ TAROM kollha jsostnu l-argument li l-pjan ta’ ristrutturar se jiżgura l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju kif meħtieġ skont il-Linji Gwida R&R tal-Kummissjoni. |
|
(250) |
Din il-konklużjoni tapplika mhux biss għall-indikaturi elenkati hawn fuq (EBITDA, EBIT u introjtu nett) iżda wkoll għall-pożizzjoni ta’ ekwità ta’ TAROM li hija mistennija li tkun pożittiva taħt iż-żewġ xenarji sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (fil-każ tax-xenarju ta’ Referenza b’EUR […] miljun sal-2026 u EUR […] miljun meta jiġi kkunsidrat il-lokazzjoni minflok il-bejgħ tas-slot […]), għalkemm marġinalment biss (b’EUR […] miljun) fil-każ tax-xenarju Pessimist meta wieħed iqis il-lokazzjoni minflok il-bejgħ tas-slot […]. |
|
(251) |
Fost affarijiet oħra (97), bħala konsegwenza tal-livell tal-introjtu nett indikat hawn fuq, ir-ROCE, li jqis ir-redditu ġġenerat minn impriża fuq l-assi ffinanzjati kemm mid-dejn kif ukoll mill-kapital ta’ ekwità, huwa mistenni wkoll li jkun pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (fl-2026) għal […] % fil-każ tax-Xenarju ta’ Referenza (u ftit aktar minn […] % fil-każ tax-xenarju Pessimist) (il-premessi (112) u (113)). Tali livelli ta’ ROCE jitqabblu b’mod favorevoli ma’ dawk tal-grupp ta’ pari ta’ TAROM (il-premessa (112)) u huma vvizzjati mill-valutazzjoni ta’ hawn fuq mill-Kummissjoni tal-projezzjonijiet finanzjarji li l-awtoritajiet Rumeni ssottomettew (ara l-premessi (227) sa (247)). Dawk il-projezzjonijiet huma sostnuti minn għadd ta’ miżuri ta’ ristrutturar li jaffettwaw b’mod pożittiv id-dħul u l-bażijiet tal-kostijiet ta’ TAROM u juru ż-żieda strutturali mistennija fil-profittabbiltà ta’ TAROM. |
|
(252) |
Bħala tali, il-livell ipproġettat ta’ ROCE sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar kemm fix-xenarju ta’ Referenza kif ukoll fix-xenarju Pessimist jitqies mill-Kummissjoni li jissodisfa r-rekwiżit li r-redditi ġġenerati mill-pjan ta’ ristrutturar aġġornat jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. Din il-konklużjoni hija evidenzjata mill-fatt li r-ROCE 2026 ta’ TAROM ([…] %) huwa mistenni li jkun ogħla mid-WACC (ta’ […] % kif ikkalkulat fl-aħħar ta’ Ġunju 2023) u li, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, TAROM hija mistennija li toħloq valur għall-azzjonisti tagħha u fornituri oħra ta’ kapital. Il-Kummissjoni vvalutat l-istimi tal-parametri tad-WACC (deskritti fin-nota 53 f’qiegħ il-paġna) u sabet b’mod partikolari li:
|
|
(253) |
It-tabella 18 turi tqabbil tar-riżultati tal-analiżi tar-Rumanija u tal-Kummissjoni. Kif jidher, is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni kif deskritti hawn fuq irriżultaw f’firxa tad-WACC bejn […] % u […] %, b’medja ta’ […] % għal TAROM. Dan huwa f’konformità mad-WACC ta’ […] % ipprovdut mir-Rumanija. Barra minn hekk, kemm id-WACC stmat mir-Rumanija kif ukoll il-limitu superjuri tal-firxa identifikata mill-Kummissjoni huma taħt ir-ROCE ta’ […] % li TAROM hija mistennija li tilħaq fl-2026 (ara l-premessa (112)). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li WACC ta’ […] % huwa raġonevoli. Tabella 18 Valutazzjoni tad-WACC
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(254) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li hija prattika komuni u għalhekk raġonevoli li jintuża WACC ikkalkulat kif inhu bħalissa sabiex jiġi ddeterminat liema redditu l-investituri jenħtieġ li jkunu qed jistennew fuq investiment li jsir fil-preżent iżda abbażi ta’ flussi ta’ flus ħielsa futuri, u għalhekk biex dan jitqabbel mar-redditi futuri mistennija mkejla, fost l-oħrajn, mir-ROCE previst (104). |
|
(255) |
Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset ukoll il-kapaċità ta’ TAROM li taqdi l-obbligi finanzjarji tagħha fuq terminu qasir u twil permezz tar-rieżami tal-proporzjonijiet bħall-proporzjon tad-dejn nett għall-EBITDA u l-proporzjon tal-imgħax tal-EBITDA. |
|
(256) |
Iż-żewġ proporzjonijiet se jiksbu livelli sodisfaċenti sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Tabilħaqq, il-proporzjon tad-dejn nett għall-EBITDA huwa mistenni li jaqa’ taħt […] sa tmiem l-2026, li huwa meqjus bħala livell ta’ grad ta’ investiment (105) u jikkontribwixxi għall-konferma tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Huwa t-tkabbir pproġettat tal-EBITDA ta’ TAROM matul il-perjodu ta’ ristrutturar (il-premessi (107) u (108)) bħala riżultat tal-miżuri ta’ titjib fl-iffrankar tad-dħul u tal-kostijiet ippjanati minn TAROM, kif spjegat hawn fuq, li huma mistennija jikkontribwixxu għal-livell ta’ dak il-proporzjon f’dak il-mument. |
|
(257) |
Bl-istess mod, il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax (EBITDA għall-imgħax) huwa mistenni li jiżviluppa b’mod favorevoli matul il-perjodu ta’ ristrutturar bis-saħħa tal-prestazzjoni operatorja u finanzjarja mtejba ta’ TAROM u jenħtieġ li jilħaq livell sodisfaċenti ta’ […] sa tmiem l-2026 (106) (il-premessi (115) u (116)), anki jekk f’livell aktar baxx mill-pari ta’ dik it-TAROM miksuba qabel il-pandemija tal-COVID-19. |
|
(258) |
Iż-żewġ proporzjonijiet juru l-kapaċità ta’ TAROM li taqdi l-obbligi tagħha fuq terminu qasir u twil, li huwa sinjal li l-benefiċjarju se jkun jista’ jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fit-tul mingħajr aktar għajnuna. |
|
(259) |
Skont il-punt 50 tal-Linji Gwida R&R, l-awtoritajiet Rumeni ħejjew xenarju pessimist (ara l-premessi (103) sa (105)) sabiex josservaw l-impatt fuq ir-riżultati finanzjarji ta’ TAROM. Dak ix-xenarju Pessimist huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet aktar avversi minn dawk deskritti hawn fuq. |
|
(260) |
Kif spjegat fil-premessi (252) sa (259), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tax-xenarju Pessimist tikkonferma li anke taħt suppożizzjonijiet aktar pessimisti, TAROM xorta tkun tista’ tkopri l-kostijiet kollha tagħha, inkluż id-deprezzament u s-servizzjar tal-obbligi tad-dejn tagħha, u tibqa’ fis-suq mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna għar-ristrutturar addizzjonali fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, bħal fil-każ tax-Xenarju ta’ Referenza. |
|
(261) |
Barra minn hekk, minħabba r-rilevanza tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-fjuwil u tal-għadd ta’ passiġġieri għall-vijabbiltà ta’ TAROM sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni talbet li l-awtoritajiet Rumeni jwettqu analiżijiet tas-sensittività speċifiċi u addizzjonali dwar dawn il-parametri. Din it-talba kienet maħsuba biex tivverifika sa liema punt il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat seta’ jakkomoda bidliet f’dawn il-parametri. |
|
(262) |
Il-bażi għal tali analiżijiet tas-sensittività huma kemm ix-xenarju ta’ Referenza inkluż il-bejgħ tas-slot […] (fejn ma tiġi applikata l-ebda varjazzjoni fil-prezz tal-fjuwil u/jew fil-PAX u jissejjaħ Xenarju “0” jew “B” (għal ta’ Referenza) jiġifieri, il-kombinazzjoni F0/P0 fis-sommarja Illustrazzjoni 5) u x-xenarju Pessimist relatat (li diġà jikkombina żieda ta’ […] % fil-prezz tal-fjuwil bi tnaqqis ta’ 2 % fl-għadd ta’ passiġġieri meta mqabbel max-xenarju ta’ Referenza u jissejjaħ Xenarju ta’ Referenza“1” jew “Sb” (għal Pessimist) jiġifieri, il-kombinazzjoni F1/P1). |
|
(263) |
Abbażi ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, ix-Xenarju “2” (F2/P2) jinkludi kemm żieda ta’ […] % fil-prezz tal-fjuwil kif ukoll tnaqqis ta’ 4,6 % fl-għadd ta’ passiġġieri meta mqabbel max-xenarju ta’ Referenza (jew F0/P0 jew “B”), filwaqt li x-Xenarju “3” (F3/P3) jinkludi kemm żieda ta’ […] % fil-prezz tal-fjuwil kif ukoll tnaqqis ta’ 6,5 % fl-għadd ta’ passiġġieri meta mqabbel max-xenarju ta’ Referenza. |
|
(264) |
Kif jidher mill-Illustrazzjoni 6 hawn taħt, filwaqt li kemm ix-xenarju ta’ Referenza kif ukoll ix-xenarju Pessimist jiġġeneraw pożizzjonijiet ta’ ekwità pożittivi (kif ukoll introjtu nett) (107) fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, kull meta kombinazzjoni ta’ suppożizzjonijiet tinkludi jew prezz tal-fjuwil (żieda ta’ […] %) jew evoluzzjoni tan-numri tal-passiġġieri (tnaqqis ta’ 6,5 %) mix-Xenarju “3”, il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ TAROM dejjem (u l-introjtu nett fil-biċċa l-kbira tal-każijiet) se tkun negattiva fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, kwalunkwe kombinazzjoni tas-suppożizzjonijiet li ġejjin hija mistennija li twassal għal pożizzjonijiet ta’ ekwità negattivi:
Illustrazzjoni 6 Eżitu tal-analiżijiet tas-sensittività fuq il-livell tal-pożizzjoni tal-ekwità u tal-introjtu nett ta’ TAROM (108) (YE 2026) fil-każ ta’ bejgħ tas-slot […]
|
|
(265) |
Għal raġunijiet ta’ kompletezza, madankollu jrid jiġi indikat li, fil-każ tax-xenarju Pessimist meta wieħed iqis il-lokazzjoni aktar milli l-bejgħ tas-slot […], l-ebda kombinazzjoni oħra għajr ix-xenarju Sb (F1/P1) ma tirriżulta f’pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva/introjtu nett fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dan ifisser li, f’każ li […] is-slot ma jinbigħx iżda jingħata b’lokazzjoni, kwalunkwe kombinazzjoni possibbli agħar minn dik tal-każ Pessimist (jekk wieħed jassumi l-bejgħ tas-slot […], jiġifieri, “Sb” fl-Illustrazzjoni 6) tirriżulta f’ekwità/introjtu nett negattiv (109) fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar sal-punt li l-introjtu miksub mid-disponiment tas-slot ma jkunx disponibbli biex jikkumpensa għad-dħul (tal-passiġġieri) aktar baxx u l-kostijiet (tal-fjuwil) ogħla li jirriżultaw minn xi wieħed mix-Xenarji 2 jew 3. |
|
(266) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huma biss il-kombinazzjonijiet F0/P0 (jiġifieri, ix-xenarju ta’ Referenza li jeskludi d-disponiment tas-slot […]), F0/P1, F1/P0 u F1/P1 (jiġifieri, ix-xenarju Pessimist li jeskludi d-disponiment tas-slot[…]) li jiġġeneraw pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva/introjtu nett (110) sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (fi kliem ieħor jiġi indikat bħala “ekoloġiku” fl-Illustrazzjoni 6). |
|
(267) |
Abbażi tal-analiżi ta’ validazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tas-suppożizzjonijiet tal-prezz tal-fjuwil u tal-għadd ta’ passiġġieri fil-bidu tar-rieżami tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat ta’ TAROM u tal-mudelli finanzjarji ta’ Referenza u Pessimist li jirriżultaw (ara l-premessi minn (227) sa (246)), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kombinazzjonijiet li jirriżultaw f’pożizzjonijiet ta’ ekwità/introjtu nett negattivi (111) (inklużi dawk ikkunsidrati fil-premessi (265) u (266)) huma bbażati fuq suppożizzjonijiet estremi li, minħabba l-punti tat-tluq diġà aggressivi tax-xenarji ta’ Referenza u Pessimist f’dawk l-aspetti, x’aktarx li ma jimmaterjalizzawx ruħhom li jeskludu kwalunkwe żvilupp makroekonomiku u/jew ġeopolitiku eċċezzjonali. Bħala tali, dawn jistgħu jitwarrbu bħala mhux realistiċi fil-kuntest tal-ittestjar tal-istress tal-projezzjonijiet finanzjarji ta’ TAROM. Dan huwa aktar u aktar il-każ meta wieħed ikun jaf li kombinazzjoni li fil-fatt hija agħar mix-xenarju Pessimist (jiġifieri, F1/P2, li jinkludi żieda fil-prezz tal-fjuwil ta’ […] % bi tnaqqis ta’ PAX ta’ 4,6 %) xorta jirriżulta f’pożizzjoni ta’ ekwità/introjtu nett pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (ċertament meta wieħed iqis il-bejgħ aktar milli l-kiri tas-slot […]). |
|
(268) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ ttaffew. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar aġġornat propost huwa fattibbli, koerenti u estensiv u huwa kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta’ TAROM fi żmien raġonevoli, filwaqt li jqis l-ispeċifiċità tan-negozju tiegħu u ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati u sfruttati l-benefiċċji tal-investimenti ppjanati. F’dak ir-rigward u minħabba t-tul ta’ żmien u l-kontenut tal-pjan ta’ ristrutturar u s-suq li fih topera TAROM, huwa xieraq li r-Rumanija tara li TAROM timplimenta b’mod effettiv il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar fil-ħin bħala kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna. Jenħtieġ li r-Rumanija jew TAROM jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jindirizzaw devjazzjonijiet possibbli mit-trajettorja u l-projezzjonijiet finanzjarji li jinformaw il-pjan ta’ ristrutturar. |
7.3.3. Effett fuq il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(269) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna taffettwax bla bżonn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika kif ukoll effetti pożittivi oħra tal-għajnuna; biex jiġu identifikati l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ; u biex jiġi eżaminat jekk l-effetti negattivi humiex limitati biżżejjed minn fatturi mitiganti li jiżguraw in-neċessità, l-adegwatezza, il-proporzjonalità u t-trasparenza tal-għajnuna. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbux l-effetti negattivi li jifdal tal-għajnuna filwaqt li jitqiesu l-fatturi mitiganti, u jekk kollox ma’ kollox, l-impatt tal-għajnuna fuq is-suq intern jibqax pożittiv. |
7.3.3.1.
|
(270) |
Skont il-punt 53 tal-Linji Gwida R&R, sabiex tintwera l-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-Istati Membri li beħsiebhom jagħtu għajnuna għar-ristrutturar iridu jipprovdu tqabbil ma’ xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-Istat, li juri kif l-objettiv maħsub li jiġu evitati l-falliment tas-suq jew it-tbatija soċjali ma jintlaħaqx jew jintlaħaq sa ċertu punt inqas mingħajr l-għajnuna. Barra minn hekk, sabiex juru li l-għajnuna għar-ristrutturar għandha effett ta’ inċentiv, l-Istati Membri jridu juru li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarju kien jiġi ristrutturat, mibjugħ jew stralċjat b’mod li ma kienx jilħaq l-objettiv maħsub li jiġi evitat falliment tas-suq jew tbatija soċjali (il-punt 59 tal-Linji Gwida R&R). |
|
(271) |
L-għan tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa li jiġi evitat li TAROM ma tibqax topera, u b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq u tbatija soċjali, li timpedixxi l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija. Dak l-għan jintlaħaq permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, parzjalment iffinanzjat mill-għajnuna għar-ristrutturar, li jevita l-insolvenza imminenti ta’ TAROM, it-telf tal-liċenzja operattiva tagħha u l-waqfien tal-operazzjonijiet li ċertament iseħħ fin-nuqqas ta’ għajnuna. |
|
(272) |
Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat juri li kemm il-kwistjonijiet ta’ likwidità kif ukoll dawk ta’ solvenza tal-benefiċjarju jeħtieġ li jiġu indirizzati biex isolvu l-problemi finanzjarji tiegħu. Mingħajr l-għajnuna, fuq perjodu ta’ żmien qasir, TAROM ma tkunx tista’ tikkonforma mal-obbligi finanzjarji tagħha jew taċċessa l-finanzjament mis-suq (ara l-premessi (15) u (17) u t-taqsima 6.1). Barra minn hekk, TAROM ma setgħetx timplimenta l-miżuri ta’ ristrutturar tagħha minħabba nuqqas ta’ finanzjament, li mhux biss iwettaq il-problemi li kkawżaw id-diffikultajiet tiegħu iżda jwassal ukoll għall-waqfien tal-inġenji tal-ajru (ara l-premessi (54) u (55)). Fit-tul, minħabba t-telf akkumulat sinifikanti (ara l-premessi (13) u (15)) li fin-nuqqas ta’ għajnuna tkompli u eventwalment twassal għall-insolvenza ta’ TAROM, TAROM ma tistax tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha. Jeħtieġ li jiġi mfakkar li TAROM diġà tissodisfa, mill-inqas minn Frar 2020, il-kriterji biex titqies bħala impriża f’diffikultà (ara l-premessa (11)) u li dan ma nbidilx minn dak iż-żmien (ara l-premessa (13)). Fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-ħruġ mis-suq tagħha x’aktarx ikun inevitabbli, minħabba d-dejn eżistenti ta’ TAROM, il-fatt li l-assi kollha tagħha b’ċertu valur huma mirhuna bħala kollateral għall-finanzjament jew id-dejn eżistenti, in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ finanzjament mis-suq privat, ir-riskju reali tat-telf tal-liċenzja operattiva ta’ TAROM u tal-pedament tal-flotta tagħha (il-premessa (17) u t-taqsima 6.1. L-għajnuna għar-ristrutturar hija għalhekk meħtieġa għat-tlestija b’suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, li l-implimentazzjoni tiegħu, min-naħa tagħha, tfittex li tirrimedja d-dgħufijiet ta’ TAROM, biex tagħmilha vijabbli fit-tul u b’hekk tiffaċilita l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija. Mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar, TAROM toħroġ mis-suq, u ċċaħħad liċ-ċittadini, lin-negozji u lir-reġjuni Rumeni minn strument essenzjali ta’ konnettività reġjonali meħtieġa għat-trasport kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali reġjonali. Ir-rekwiżit tan-neċessità tal-għajnuna stabbilit fil-punti 38(b) u 53 tal-Linji Gwida R&R huwa għalhekk issodisfat. |
|
(273) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv, peress li mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar TAROM kważi ċertament toħroġ mis-suq, u dan jirriskja li jfixkel is-servizz importanti li tipprovdi. Għalhekk, ir-rekwiżit li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv stabbilit fil-punti 38(d) u 59 tal-Linji Gwida R&R huwa ssodisfat. |
7.3.3.2.
|
(274) |
Skont il-punti 38(c) u 54 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern jekk miżuri oħra inqas distorsivi jippermettu l-kisba tal-istess objettiv; barra minn hekk, l-għajnuna għar-ristrutturar trid tiġi remunerata kif xieraq. Il-punt 58 tal-Linji Gwida R&R jipprevedi li l-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat magħżula jridu jkunu xierqa għall-kwistjoni tas-solvenza jew tal-likwidità li beħsiebhom jindirizzaw. |
|
(275) |
TAROM qed tiffaċċja problemi ta’ solvenza u likwidità, li l-għajnuna għar-ristrutturar jeħtieġ li tindirizza. Il-kombinazzjoni tal-istrumenti tal-injezzjoni ta’ kapital u t-tħassir tad-dejn (il-premessa (18)) li huma pprovduti bħala għajnuna għar-ristrutturar tindirizza kemm id-deterjorament sinifikanti tal-ekwità ta’ TAROM, li huwa ferm negattiv, kif ukoll in-nuqqas ta’ mezzi għas-servizzjar tad-dejn eżistenti u l-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-fluss tal-flus għal operazzjoni regolari. |
|
(276) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għar-ristrutturar ta’ EUR 95,3 miljun bħala xierqa fir-rigward tal-formola, għal żewġ raġunijiet ewlenin. L-ewwel nett, minħabba li TAROM hija impriża f’diffikultà li t-telf konsiderevoli tagħha tal-passat irriżulta f’ekwità negattiva mill-inqas mill-2020 (il-premessa (13)), fin-nuqqas tal-għajnuna għar-ristrutturar li ttejjeb is-solvenza tagħha, il-benefiċjarju ma jkunx jista’ jibni biżżejjed ekwità biex jikkumpensa għat-telf tal-passat u jattira finanzjament sinifikanti fit-tul fis-swieq kapitali. L-għajnuna għar-ristrutturar tipprovdi lil TAROM bil-finanzjament meħtieġ fl-ekwità biex issaħħaħ il-pożizzjoni tas-solvenza u tal-karta tal-bilanċ tagħha. It-tieni, il-projezzjonijiet tal-likwidità juru li, mingħajr l-għajnuna għar-ristrutturar, fl-2024 il-flus iġġenerati mill-operazzjonijiet ta’ TAROM ikunu negattivi jekk xi wħud mid-djun (bħall-għajnuna għas-salvataġġ) jitħallsu lura (ara l-premessi (54) sa (56)). Defiċit kbir tal-flus previst għal tmiem l-2024 ma jkunx kopert u TAROM ma jkollhiex biżżejjed fondi biex tiżgura l-konsenja tal-erba’ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-8 MAX jew biex tħallas ir-rati tal-lokazzjoni għall-inġenji tal-ajru eżistenti tagħha. Il-Kummissjoni ma qajmitx tħassib dwar dan l-aspett fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(277) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-forma tal-għajnuna għar-ristrutturar hija l-aktar mod xieraq biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ TAROM u li l-istrumenti magħżula jindirizzaw kemm il-problemi ta’ likwidità kif ukoll dawk ta’ solvenza tal-benefiċjarju. |
|
(278) |
Fir-rigward tar-remunerazzjoni lill-Istat, bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti tal-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali u l-eliminazzjoni tal-għotja diretta ppjanata skont il-pjan ta’ ristrutturar inizjali, id-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ f’dak ir-rigward ttaffew. Barra minn hekk, skont il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, l-Istat se jiġi remunerat permezz ta’ qligħ nett pożittiv mistenni li jżid il-valur tas-sehem tal-Istat f’TAROM. B’mod partikolari, bħala riżultat taż-żieda fil-kapital azzjonarju, is-sehem tal-Istat f’TAROM se jiżdied mil-livell attwali ta’ 97,22 % għal madwar 98,5 %, li se jippermetti lill-Istat jaħsad kważi l-vantaġġi kollha minn ristrutturar b’suċċess ta’ TAROM. Tali remunerazzjoni lill-Istat tista’ titqies xierqa u l-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata hija għalhekk remunerata b’mod xieraq. |
|
(279) |
F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar hija xierqa. |
7.3.3.3.
|
(280) |
Skont il-punt 38(e) tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar ma tistax taqbeż il-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv imfittex minn dik l-għajnuna. L-ammont u l-intensità tal-għajnuna għar-ristrutturar iridu jkunu limitati għall-minimu strett neċessarju sabiex ir-ristrutturar ikun jista’ jitwettaq, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-benefiċjarju, tal-azzjonisti tiegħu jew tal-grupp tan-negozju li jappartjeni għalih. B’mod partikolari, irid jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tar-ristrutturar u, meta l-appoġġ mill-Istat jingħata f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju, iridu jiġu implimentati miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-valutazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti se tqis kwalunkwe għajnuna għas-salvataġġ mogħtija minn qabel (il-punt 61 tal-Linji Gwida R&R). |
|
(281) |
Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju tal-pjan ta’ ristrutturar trid tkun reali u attwali u normalment jenħtieġ li tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini ta’ effett fuq il-pożizzjoni ta’ solvenza jew ta’ likwidità tal-benefiċjarju. Skont il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta jekk id-diversi sorsi ta’ kontribuzzjoni proprja humiex reali u ħielsa mill-għajnuna. Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni normalment tqis il-kontribuzzjoni proprja bħala adegwata jekk tammonta għal mill-inqas 50 % tal-kostijiet għar-ristrutturar. |
|
(282) |
Jeħtieġ li l-Kummissjoni tivverifika jekk id-diversi sorsi ta’ finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat humiex attwali, jiġifieri ċerti biżżejjed li jimmaterjalizzaw matul il-perjodu ta’ ristrutturar u jeskludu l-profitti futuri mistennija. |
|
(283) |
Is-sorsi tal-kontribuzzjoni proprja pprovduti minn TAROM jiġu minn lokazzjoni finanzjarja (il-premessa (76)) u l-bejgħ tal-inġenji tal-ajru (il-premessa (78)). Fir-rigward tal-bejgħ tal-inġenji tal-ajru, TAROM ikkonkludiet ftehimiet ta’ xiri għal EUR […] miljun (dwar il-bejgħ ta’ erba’ inġenji tal-ajru Boeing 737-300, magna waħda Boeing 737-300, u seba’ ATR 42-500) (il-premessa (76)). Ir-rikavati li jirriżultaw mix-xerrejja ta’ dawn l-assi huma riżorsi attwali u reali, li jżidu l-pożizzjoni tal-likwidità ta’ TAROM u b’hekk jikkontribwixxu għar-ristrutturar. Minħabba li x-xerrejja kollha ta’ dawn l-assi huma impriżi kummerċjali li ħallsu prezz li rriżulta minn proċess ta’ offerti (il-premessa (76)), il-mezzi huma wkoll ħielsa mill-għajnuna. Fir-rigward tal-kuntratt ta’ finanzjament konkluż għal-lokat ta’ inġenju tal-ajru ġdid b’valur ta’ madwar EUR […] miljun, eskluż l-imgħax, ġie ffirmat il-ftehim ta’ kiri. Il-kontribuzzjoni hija għalhekk attwali (il-kuntratt huwa ffirmat), reali (li tikkontribwixxi għall-finanzjament tar-ristrutturar permezz tal-prefinanzjament ta’ inġenji tal-ajru miksuba mil-lokatur) u ħielsa mill-għajnuna (innegozjata ma’ xerrej privat fuq termini kummerċjali mingħajr ebda garanzija mill-Istat). |
|
(284) |
Fir-rigward ta’ sorsi oħra ta’ dħul previsti minn TAROM (il-premessa (80)), jiġifieri d-dħul mill-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet tagħha fi […], id-dħul mill-bejgħ tas-slot fl-ajruport […] u l-bejgħ ta’ inġenji. tal-ajru addizzjonali (Airbus 318), ma jistgħux jitqiesu bħala reali u attwali. B’mod partikolari, il-bejgħ tas-slot […] bħalissa qed jiġi nnegozjat iżda ma ntgħażel l-ebda xerrej jew ma ġie miftiehem l-ebda prezz u lanqas a fortiori ma ġie ffirmat xi ftehim għal dak l-għan. L-istess jgħodd għall-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet. Saru valutazzjonijiet u ftehimiet għall-bejgħ miksuba mill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ TAROM, iżda sa issa għadha ma waslet l-ebda offerta vinkolanti. Barra minn hekk, kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-bejgħ previst ta’ parteċipazzjonijiet ma jistax jitqies bħala ħieles mill-għajnuna fin-nuqqas li jkun wera konformità mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (ara l-premessa (28)). Il-bejgħ tal-inġenji tal-ajru Airbus 318 huwa aktar avvanzat, madankollu sal-lum ġiet iffirmata biss ittra ta’ intenzjoni mhux vinkolanti […]. Jekk dawk l-operazzjonijiet jimmaterjalizzaw matul il-perjodu ta’ ristrutturar, dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-vijabbiltà ta’ TAROM. Madankollu, bħalissa ma jistax jitqies bħala ċert biżżejjed li l-bejgħ ta’ dawk l-assi jimmaterjalizza. Għalhekk, dawn ma jikkostitwixxux kontribuzzjoni proprja reali u attwali. |
|
(285) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ taċċetta ammont ta’ EUR 77,66 miljun bħala kontribuzzjoni proprja reali, attwali u mingħajr għajnuna minn TAROM għall-kostijiet tar-ristrutturar u tqis li d-dubji tagħha mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ f’dak ir-rigward tnaqqsu. Fid-dawl tal-fatt li l-kostijiet totali tar-ristrutturar jammontaw għal EUR 172,96 miljun u li huma ffinanzjati b’għajnuna għar-ristrutturar għal ammont ta’ EUR 95,3 miljun, il-kontribuzzjoni proprja tikkontribwixxi b’44,9 % għall-finanzjament tal-kostijiet għar-ristrutturar u, għalhekk, għal inqas minn 50 %. |
|
(286) |
F’konformità mal-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni tista’ taċċetta kontribuzzjoni li ma tilħaqx 50 % tal-kostijiet għar-ristrutturar f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’każijiet ta’ diffikultà partikolari, jekk l-ammont ta’ dik il-kontribuzzjoni jibqa’ sinifikanti. Dawn iċ-ċirkustanzi u każijiet għandhom jintwerew mill-Istat Membru. |
|
(287) |
Fiċ-ċirkostanzi attwali, wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni tqis li, fil-każ ta’ TAROM u skont il-gwida tal-Kummissjoni pprovduta fir-rigward tal-“Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19” (112), jista’ jiġi ġġustifikat li l-kontribuzzjoni proprja tibqa’ taħt il-livell limitu ta’ 50 % tal-kostijiet għar-ristrutturar, minħabba li tibqa’ sinifikanti u tinkludi finanzjament ġdid addizzjonali bil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(288) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri meħudin sabiex din tiġi kkontrollata ħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali għall-benefiċjarju, fil-kuntest ta’ taqlib serju tal-ekonomija skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE. F’dan il-kuntest u mill-2020, l-attività ta’ TAROM intlaqtet mill-pandemija tal-COVID-19, kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista (il-premessa (9)). Il-pandemija tal-COVID-19 irriżultat ukoll fis-sitwazzjoni li s-swieq tal-finanzjament tad-dejn fil-biċċa l-kbira ngħalqu jew ġew limitati għal ċerti setturi u l-istituzzjonijiet finanzjarji b’mod ġenerali naqqsu l-limiti ta’ kreditu tagħhom. |
|
(289) |
Filwaqt li l-pandemija tal-COVID-19 intemmet u l-Qafas Temporanju skada, l-industrija tal-avjazzjoni ntlaqtet b’mod partikolari mill-impatt tal-pandemija. Skont it-tbassir tal-Eurocontrol (ara l-premessa (91)), it-traffiku tal-ajru rkupra għal-livelli ta’ qabel il-COVID-19 biss matul l-2023, li jfisser 3 snin wara l-eqqel tal-kriżi. Kif jidher mill-Illustrazzjoni 1, TAROM intlaqtet b’mod sinifikanti aktar mill-medja tal-industrija fl-2020 u l-irkupru tagħha kien aktar diffiċli fl-2021. Filwaqt li l-irkupru ta’ TAROM aċċellera fl-2022, dan baqa’ taħt ir-rata ta’ rkupru medja tal-EUROCONTROL sal-2023 u huwa mistenni li jibqa’ taħt ir-rata medja ta’ rkupru tal-Eurocontrol kemm fix-xenarju ta’ referenza kif ukoll fix-xenarju baxx tal-Eurocontrol sal-2025. It-tkabbir u l-irkupru aktar bil-mod ta’ TAROM għal-livelli ta’ qabel il-COVID-19 meta mqabbla mal-medja tal-industrija jistgħu jiġu attribwiti parzjalment għad-dewmien fit-tiġdid tal-flotta, li l-effetti tiegħu huma mistennija li jidħlu fis-seħħ mhux qabel l-2025. |
|
(290) |
Peress li l-kontribuzzjoni proprja tammonta għal 44,9 % tal-kostijiet għar-ristrutturar, li tikkostitwixxi parti sinifikanti minn dawk il-kostijiet u ma tinsabx ’il bogħod mil-limitu ta’ 50 %, peress li l-parti l-kbira tagħha (madwar 80 %) hija pprovduta fil-forma ta’ finanzjament ġdid, u meta jitqies l-impatt li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq l-operazzjonijiet ta’ TAROM, il-Kummissjoni tikkonkludi li f’dan il-każ kontribuzzjoni proprja ta’ 44,9 % hija aċċettabbli. |
|
(291) |
Skont il-punti 65, 66 u 67 tal-Linji Gwida R&R, l-appoġġ mill-Istat mogħti f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju jista’ jkollu l-effett li jipproteġi lill-azzjonisti u lill-kredituri subordinati mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom li jinvestu fil-benefiċjarju, u b’hekk joħloq periklu morali u jimmina d-dixxiplina tas-suq. Konsegwentement, l-għajnuna sabiex tkopri t-telf jenħtieġ li tingħata biss fuq termini li jinvolvu kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet mill-investituri eżistenti u l-intervent mill-Istat jenħtieġ li jseħħ wara li t-telf ikun ġie kkontabilizzat b’mod sħiħ u attribwit lill-azzjonisti eżistenti u lid-detenturi ta’ dejn subordinat. Kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet tfisser ukoll li kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ttejjeb il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju jenħtieġ li tingħata fuq termini li jagħtu lill-Istat sehem raġonevoli miż-żidiet futuri fil-valur tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta’ ekwità mill-Istat injettat meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jkun ġie kontabilizzat it-telf. |
|
(292) |
L-għajnuna għar-ristrutturar ma tinċentivax periklu morali jew teħid ta’ riskju eċċessiv li jkun ta’ benefiċċju għall-azzjonisti jew għall-kredituri. Kif stabbilit fit-taqsima 6.3.3, l-Istat Rumen li issa huwa l-fornitur tal-għajnuna kien qed jissorvelja bħala azzjonist maġġoritarju d-deċiżjonijiet strateġiċi u kummerċjali ta’ TAROM. L-operazzjoni tal-kumpanija lanqas ma ġiet iffinanzjata b’dejn subordinat jew finanzjament ibridu (assorbiment tat-telf) li x’aktarx jitħassar parzjalment f’konformità mar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-Linji Gwida R&R. F’dak il-kuntest, il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti minoritarji se jinkiseb permezz ta’ assorbiment parzjali tat-telf permezz tat-tnaqqis tal-kapital u l-injezzjoni sussegwenti tal-kapital kif deskritt fit-taqsima 6.3.3. L-ewwel nett, it-telf ta’ TAROM se jiġi parzjalment assorbit mit-tnaqqis fil-kapital ta’ RON […] biljun. Dan se jkun segwit minn żieda fil-kapital azzjonarju mill-Istat ta’ EUR 43,07 miljun, li se tnaqqas is-sehem tal-azzjonisti minoritarji (113) minn 2,75 % inizjali għal madwar […] %. F’dan ir-rigward, l-azzjonisti minoritarji ta’ TAROM jikkontribwixxu għar-ristrutturar permezz tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji tagħhom li jassorbu t-telf u d-dilwizzjoni xierqa tal-parteċipazzjoni tagħhom, u b’hekk inaqqsu l-ħtieġa għal għajnuna mill-Istat u jnaqqsu l-periklu morali. |
|
(293) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar hija proporzjonata. |
7.3.3.4.
|
(294) |
Sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna jkunu limitati sabiex jiġu evitati effetti mhux xierqa fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ u sabiex jiġi żgurat li l-bilanċ ġenerali jkun pożittiv (114), l-għajnuna trid tingħata lill-impriżi f’diffikultà f’konformità mal-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” li jillimita din l-għajnuna għal perjodu ta’ 10 snin. |
|
(295) |
Il-Kummissjoni tippermetti għajnuna għar-ristrutturar b’appoġġ għal operazzjoni waħda biss ta’ ristrutturar u sakemm, jekk ikun xieraq, ikunu għaddew aktar minn 10 snin minn meta tkun ingħatat qabel għajnuna għar-ristrutturar jew wara li l-pjan ta’ ristrutturar ikun intemm jew twaqqaf (115). Il-Kummissjoni tippermetti eċċezzjonijiet għal dik ir-regola meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni unika ta’ ristrutturar (116). |
|
(296) |
L-għajnuna għar-ristrutturar lil TAROM tappoġġja operazzjoni ta’ ristrutturar waħda biss. TAROM (inkluża kwalunkwe sussidjarja kkontrollata minnha) ma rċevietx għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar f’dawn l-aħħar 10 snin, minbarra l-għajnuna għas-salvataġġ approvata fi Frar 2020 (ara l-premessa (11)) li ngħatat għal 6 xhur, li tifforma kontinwu mal-għajnuna għar-ristrutturar li qed tiġi vvalutata, u li magħha tifforma operazzjoni waħda ta’ ristrutturar. Għalhekk, il-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” huwa rrispettat. |
7.3.3.5.
|
(297) |
Kif spjegat fil-punti 87 sa 93 tal-Linji Gwida R&R, il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ġġenerati mill-għajnuna għar-ristrutturar u jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod proporzjonat mal-effetti tal-għajnuna distortivi, u jiddependu fuq diversi fatturi, b’mod partikolari: (i) id-daqs u n-natura tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom tingħata; (ii) id-daqs u l-importanza relattiva tal-benefiċjarju fis-suq u l-karatteristiċi tas-suq ikkonċernat u (iii) il-punt sa fejn jibqa’ t-tħassib dwar il-periklu morali wara l-applikazzjoni tal-kontribuzzjoni proprja u l-miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(298) |
Il-miżuri strutturali jistgħu jinkludu ċ-ċessjoni ta’ assi, it-tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq. Dawn jenħtieġ li jiffavorixxu d-dħul ta’ kompetituri ġodda, l-espansjoni ta’ kompetituri żgħar eżistenti jew l-attività transfruntiera, filwaqt li jqisu s-suq jew is-swieq fejn il-benefiċjarju se jkollu pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar, b’mod partikolari dawk b’kapaċità eċċessiva (il-punti 78 u 79 tal-Linji Gwida R&R). Jenħtieġ li l-miżuri ta’ mġiba jiżguraw li l-għajnuna tiffinanzja biss ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul u li ma tiġix abbużata biex ittawwal distorsjonijiet serji u persistenti fl-istruttura tas-suq jew biex tipproteġi lill-benefiċjarju minn kompetizzjoni b’saħħitha (il-punt 83 tal-Linji Gwida R&R). |
|
(299) |
Kif stabbilit fil-premessi (117) sa (124), ir-Rumanija tressaq il-miżuri strutturali li ġejjin biex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: (I) tnaqqis fl-attivitajiet permezz tal-għeluq tar-rotot, tnaqqis fil-frekwenza fuq rotot eżistenti u tnaqqis fil-flotta li jirriżulta fit-tnaqqis tal-kapaċità espress bħala tnaqqis ta’ ASK u, (ii) […] lokat ta’ slots u/jew bejgħ, u (iii) iċ-ċessjoni ta’ ishma f’kumpaniji relatati vertikalment bi skop ta’ qligħ. |
|
(300) |
Fir-rigward tat-tnaqqis fl-attivitajiet, kif stabbilit fil-premessa (118), dan jinvolvi l-għeluq ta’ 14-il rotta mill-41 li TAROM operat fl-2019, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 17 % tal-għadd totali ta’ titjiriet operati fl-2019 u 18 % tal-passiġġieri ttrasportati. Dan ifisser l-għeluq ta’ terz tar-rotot ta’ TAROM, li jikkostitwixxi parti sinifikanti mill-attivitajiet tagħha. Filwaqt li l-ebda waħda mir-rotot ikkonċernati ma kienet profittabbli C3 fl-2019, jeħtieġ li jiġi nnotat li dak iż-żmien TAROM kellha biss tliet rotot bħal dawn (OTP – Budapest, OTP – Sofija u Brussell-Strażburgu), peress li l-operazzjonijiet kienu affettwati ħafna mill-mudell ta’ negozju ineffiċjenti. Dan l-impatt jista’ jiġi eliminat parzjalment billi titqies il-profittabbiltà C1 tar-rotot. F’dik il-perspettiva, 10 minn 14-il rotta kellhom riżultati pożittivi fl-2019. TAROM kienet qed tesperjenza tkabbir fuq 12 mill-14-il rotta u 9 minnhom jikkonċernaw ajruporti konġestjonati, fejn hemm domanda għolja għas-slots. Fuq wieħed mill-aktar ajruporti konġestjonati fil-portafoll tagħha, jiġifieri l-ajruport […], TAROM se toffri par slots (ara l-premessa (119)) għal-lokat li jibda minn Ottubru 2024, u fl-aħħar mill-aħħar se toffri dak il-par ta’ slots għall-bejgħ. Dak l-għeluq jagħti b’mod ċar opportunitajiet lill-kompetituri biex jespandu fuq għadd ta’ rotot attraenti. L-awtoritajiet Rumeni impenjaw ruħhom li TAROM mhux se terġa’ tiftaħ xi waħda mir-rotot magħluqa matul il-perjodu ta’ ristrutturar u se tbigħ is-slot fl-ajruport […] […] iżda mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026 (ara l-premessa (119)). |
|
(301) |
Minkejja l-fatt li l-perjodu ta’ ristrutturar ta’ TAROM beda fl-2021, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tivvaluta l-għeluq tar-rotot u t-tnaqqis fil-kapaċità fir-rigward tal-istat tal-operazzjonijiet fl-2019 (minflok fl-2020, bħala s-sena immedjatament qabel il-perjodu ta’ ristrutturar), minħabba li l-operazzjonijiet ta’ TAROM fl-2020 kienu affettwati b’mod sinifikanti mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti biex jiġi miġġieled it-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19, kif stabbilit fil-premessa (118). |
|
(302) |
Fuq il-bqija tar-rotot tagħha, TAROM se tnaqqas parzjalment il-frekwenzi; jiġifieri, se jkun hemm tnaqqis ta’ 28 % fl-għadd totali ta’ titjiriet regolari (u tnaqqis ta’ 27 % jekk jiġu inklużi titjiriet noleġġati) fl-2026 meta mqabbel mal-livelli tal-2019 (ara l-premessa (121)). Peress li fl-2022 kien hemm kompetizzjoni fuq ir-rotot kollha kkonċernati mit-tnaqqis fil-frekwenza bl-eċċezzjoni ta’ wieħed (Satu Mare), wieħed jista’ jistenna li l-kompetituri jkunu interessati li jżidu l-frekwenzi tat-titjiriet tagħhom fuq dawk ir-rotot, speċjalment minħabba l-fatt li disgħa mir-rotot ikkonċernati jinvolvu ajruporti konġestjonati. It-tnaqqis fil-frekwenzi flimkien mal-għeluq tar-rotot u t-tnaqqis tal-flotta minn 25 inġenju tal-ajru fl-2019 għall-14 sal-2025 li se jinżammu sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, se jirriżultaw fi tnaqqis ta’ ASK ta’ […] % - u tnaqqis ta’ ASK ta’ […] % fuq rotot profittabbli C1 – meta mqabbla mal-livelli tal-2019. Dan jirrappreżenta tnaqqis importanti fl-attivitajiet profittabbli. |
|
(303) |
Ir-Rumanija impenjat ruħha li tiżgura li TAROM topera massimu ta’ 18-il inġenju tal-ajru sal-2025 u massimu ta’ 14-il inġenju tal-ajru għall-bqija tal-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(304) |
Fl-aħħar nett, kif stabbilit fil-premessa (124), TAROM se ċċedi l-parteċipazzjonijiet tagħha fi […] u […]. Madankollu, minħabba li […] biss ta’ TAROM, huwa biss iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni ta’ TAROM fi […] li jista’ jkun mistenni li jnaqqas il-preżenza ta’ TAROM fis-suq. Iċ-ċessjoni tas-sehem fi […] se tkompli tnaqqas l-attivitajiet ta’ TAROM li jagħmlu profitt, il-preżenza tagħha fis-suq u għal darb’ oħra toffri l-possibbiltà lill-kompetituri li jidħlu f’dan in-negozju profittabbli u b’hekk jidħlu jew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq Rumen. L-awtoritajiet Rumeni impenjaw ruħhom li jiżguraw li TAROM tbigħ il-parteċipazzjonijiet tagħha fi […], kif ukoll fi […], iżda mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026 (ara l-premessa (124)). |
|
(305) |
Dan il-pakkett ċar ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-kapaċità u l-attività flimkien mal-impenji sodi offruti mir-Rumanija jikkostitwixxu titjib sinifikanti meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali u taffew id-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(306) |
Minħabba d-daqs u s-sehem mis-suq ta’ TAROM (ara l-premessa (9)), il-Kummissjoni tqis li tnaqqis fl-attivitajiet li jmur lil hinn mil-livelli proposti mir-Rumanija jista’ jippreġudika l-mudell kummerċjali ta’ TAROM u jaffettwa l-vijabbiltà fit-tul tagħha. Filwaqt li jitqies l-ammont konsiderevoli ta’ finanzjament ġdid prodott minn TAROM fil-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja għal Boeing 737-8 MAX ġdid (ara l-premessa (76)) u li jirrappreżenta aktar minn terz tal-kost totali tar-ristrutturar, it-tnaqqis ippjanat fil-kapital azzjonarju ta’ madwar RON […] biljun mill-kapital azzjonarju totali ta’ RON 2,26 biljun, li jirrappreżenta sforz sinifikanti mill-azzjonisti biex jassorbu t-telf, il-fatt li assorbiment totali tat-telf mhuwiex possibbli għal TAROM minħabba l-fatt li t-telf akkumulat tagħha jaqbeż bil-bosta l-kapital azzjonarju tagħha, id-dilwizzjoni pproġettata tal-azzjonisti minoritarji minn 2,75 % għal […] %, li tammonta għal devalwazzjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom ta’ aktar minn […]%, (ara l-premessa (81)), kif ukoll id-differiment tad-dejn miksub minn kredituri importanti u l-astensjoni għar-reklamar ta’ inġenji tal-ajru b’lokazzjoni miksuba mil-lokaturi kollha (il-premessa (85)), il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ periklu morali kien effettivament limitat u li l-pakkett ta’ miżuri deskritt fil-premessa (300) se jiftaħ kapaċità sinifikanti għall-kompetituri u joffrilhom l-opportunità li jidħlu jew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq Rumen. |
|
(307) |
Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (126), ir-Rumanija impenjat ruħha li tiżgura li TAROM tirrispetta l-miżuri ta’ mġiba msemmija fil-punt 84 tal-Linji Gwida R&R, jiġifieri li żżomm lura milli (i) takkwista ishma matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief meta dan ikun indispensabbli għall-vijabbiltà tagħha u approvat mill-Kummissjoni; u (ii) ir-reklamar tal-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tiegħu. Dan se jiżgura li TAROM ma tużax l-għajnuna biex tespandi n-negozju tagħha billi takkwista ishma f’kompetituri jew biex iżżid il-bejgħ tagħha b’pubbliċità dwar l-appoġġ li tgawdi mill-Istat Rumen. F’dan ir-rigward, is-suġġeriment ta’ Wizz Air li jkun xieraq li jiġu imposti fuq TAROM ir-restrizzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni tal-ġestjoni imposti fuq xi linji tal-ajru fil-kuntest tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 (ara l-premessa (47)) jeħtieġ li jiġi miċħud minħabba li, għall-kuntrarju ta’ dan il-każ, ir-restrizzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni tal-membri tal-ġestjoni tal-benefiċjarji kienu fost il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 skont il-qafas legali applikabbli ta’ dak iż-żmien, u Wizz Air ma wrietx, u mhuwiex evidenti, kif ir-restrizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-ġestjoni f’dan il-każ jikkontribwixxu biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(308) |
F’konformità mal-punt 83 tal-Linji Gwida R&R, dawk il-miżuri se jiżguraw li l-għajnuna tintuża biss biex tiffinanzja r-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju u li ma tiġix abbużata billi jinħolqu distorsjonijiet fis-suq jew billi l-benefiċjarju jiġi protett minn kompetizzjoni b’saħħitha. |
|
(309) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huma adattati sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
7.3.3.6.
|
(310) |
Skont il-punt 38(g) tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jeħtieġ li jkollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna mogħtija. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet Rumeni impenjaw ruħhom li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza stabbiliti fil-punt 96 tal-Linji Gwida R&R billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti disponibbli fuq is-siti web www.monitoruloficial.ro, www.ajutordestat.ro, www.tarom.ro, and www.mt.gov.ro. |
|
(311) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li r-Rumanija tipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat kull 6 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dawn ir-rapporti se jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż attwali tal-finanzjament impenjat mill-Istat u tal-kontribuzzjoni proprja, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat, it-trażżin tal-kostijiet u t-tnaqqis tal-kostijiet u l-qligħ miksub mill-miżuri ta’ ristrutturar, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħuda mir-Rumanija jew mill-benefiċjarju fejn xieraq. |
7.3.3.7.
|
(312) |
Miżura ta’ għajnuna mill-Istat imfassla bir-reqqa trid tiżgura li l-bilanċ ġenerali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv billi tevita milli taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(313) |
Kif stabbilit fit-taqsima 7.3.2, l-għajnuna għar-ristrutturar għandha effett pożittiv, minħabba li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija. B’mod partikolari, l-għajnuna tevita r-riskju ta’ tfixkil ta’ servizz importanti (ara t-taqsima 7.3.2.1) u tippermetti lil TAROM timplimenta miżuri ta’ ristrutturar li jġibu lill-benefiċjarju lura għall-vijabbiltà fit-tul (it-Taqsima 7.3.2.2). |
|
(314) |
Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar mas-suq intern, filwaqt li tiżgura li l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni ma jaffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Kif spjegat hawn fuq, l-għajnuna għar-ristrutturar hija meħtieġa u għandha effett ta’ inċentiv (ara t-taqsima 7.3.3.1), xieraq (ara t-taqsima 7.3.3.2) u proporzjonat (ara t-taqsima 7.3.3.3). Barra minn hekk, hemm fis-seħħ salvagwardji robusti biex jillimitaw l-effetti negattivi tal-għajnuna permezz ta’ miżuri ta’ kumpens li jimminimizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (ara t-taqsima 7.3.3.5) kif ukoll billi jirrispettaw il-prinċipju ta’ “tal-ewwel u tal-aħħar darba” (ara t-taqsima 7.3.3.4) u r-rekwiżiti ta’ trasparenza (ara t-taqsima 7.3.3.6). |
|
(315) |
Il-miżuri proposti biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, inkluż it-tnaqqis ġenerali tal-ASK ta’ TAROM, it-tnaqqis fl-għadd ta’ titjiriet (frekwenzi), l-għeluq tar-rotot u t-tnaqqis tal-flotta, kif ukoll iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fi […] se jnaqqsu l-preżenza ta’ TAROM fis-suq fejn se tibqa’ attiva wara r-ristrutturar u se jwasslu għal ċertu grad ta’ ftuħ tas-suq. |
|
(316) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ġġenerati mill-għajnuna huma xierqa biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar. |
|
(317) |
Konsegwentement, l-impatt pożittiv tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attivitajiet tat-trasport bl-ajru fir-Rumanija huwa akbar mill-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, li għalhekk mhumiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
7.4. Il-valutazzjoni tal-ilment imressaq minn Wizz Air Malta
|
(318) |
Fl-14 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet ilment imressaq minn Wizz Air Malta (“l-ilmentatur”), li jallega li r-Rumanija kienet tat għajnuna addizzjonali fil-kuntest tar-ristrutturar ta’ TAROM bi tliet modi: (i) permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital matul il-perjodu ta’ ristrutturar li jmorru lil hinn minn dawk approvati mit-tieni Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni u/jew li jikkostitwixxu bidla fl-għajnuna approvata mill-ewwel Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni fil-forma ta’ garanzija pubblika; (ii) l-aċċettazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali li tirriżulta fin-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-kollateral mogħti lil wieħed mill-kredituri ta’ TAROM, is-CNAB, kumpanija pubblika li jkollha l-istess sid maġġoritarju bħal TAROM, jiġifieri l-Istat Rumen permezz tal-Ministeru tat-Trasport tiegħu; (iii) il-bejgħ tas-slot […] taħt il-prezz tas-suq. Dawn l-allegazzjonijiet jinsabu fit-taqsima 6.8. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk hemmx xi għajnuna illegali li tirriżulta minn dawk il-miżuri u sa liema punt dawk l-allegazzjonijiet għandhom impatt fuq il-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati mal-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
|
(320) |
Fid-dati stabbiliti fil-premessa (6), ir-Rumanija ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar it-tliet allegazzjonijiet imqajma mill-ilmentatur, fejn argumentat li huma infondati għar-raġunijiet li ġejjin: (i) iż-żieda fil-kapital ta’ EUR 1,9 miljun kienet f’konformità mal-għajnuna approvata fit-tieni Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni; iż-żidiet fil-kapital li jammontaw għal EUR 2,7 miljun kienu biss eżekuzzjoni tal-garanzija pubblika approvata mill-ewwel Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni skont id-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli u fi kwalunkwe każ kienu parti mill-miżuri notifikati peress li kienu relatati mal-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ TAROM matul il-perjodu ta’ ristrutturar (ara l-premessi (141) u (143)); (ii) il-klawżola kondizzjonali tat-titoli ma kellha l-ebda effett fuq l-imġiba tas-suq kemm ta’ TAROM kif ukoll ta’ CNAB, peress li l-Istat bħala l-awtorità superviżorja huwa pprojbit bil-liġi milli jintervjeni fid-deċiżjonijiet kummerċjali tal-ġestjoni u kif muri mill-imġiba attwali tal-kumpaniji, li hija bbażata fuq il-massimizzazzjoni tal-probabbiltà ta’ ħlas lura tad-dejn sħiħ akkumulat minn penali għal ħlas tard, u fi kwalunkwe każ se titneħħa mill-ftehim (ara l-premessa (144)); (iii) TAROM għamlet l-almu tagħha biex tikseb l-ogħla prezz possibbli għall-bejgħ tas-slot […], kif muri mir-reklutaġġ ta’ espert indipendenti u l-proċess ta’ offerti li għaddej bħalissa. Dawk il-kummenti mill-awtoritajiet Rumeni huma stabbiliti fit-taqsima 6.9. |
|
(321) |
Mis-sottomissjoni tar-Rumanija dwar l-ewwel allegazzjoni, isegwi li l-injezzjonijiet ta’ kapital imsemmija fl-ewwel allegazzjoni jistgħu jinqasmu fi tliet partijiet: (i) l-ewwel parti tikkonsisti f’żewġ żidiet fil-kapital ta’ RON 9 000 000 u ta’ RON 439 155 (flimkien RON 9 439 155 jew madwar EUR 1,9 miljun), imwettqa skont it-tieni deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni; (ii) it-tieni parti tikkonsisti f’żieda fil-kapital li tammonta għal RON 5 394 285, RON 5 460 515 u RON 1 663 200 (flimkien RON 12 518 000) jew madwar EUR 2,7 miljun, li r-Rumanija nnotifikat bħala għajnuna għar-ristrutturar fil-kuntest tan-notifika f’dan il-każ; u (iii) it-tielet parti tikkonsisti f’deċiżjonijiet tal-azzjonisti li jawtorizzaw żidiet futuri fil-kapital sa ammont ta’ madwar RON 14,9 miljun jew madwar EUR 3,21 miljun, li ma ġewx segwiti minn deċiżjonijiet konfermatorji mill-assemblea tal-azzjonisti u li ma twettqux. |
|
(322) |
Ir-Rumanija ssottomettiet id-deċiżjonijiet tal-azzjonisti u l-kontijiet finanzjarji rilevanti li juru li ż-żidiet fil-kapital attwalment imwettqa mill-Ministeru tat-Trasport fl-2022 u l-2023 jammontaw għal RON 9 000 000, RON 439 155 (flimkien RON 9 439 155 jew madwar EUR 1,9 miljun), RON 5 394 285, RON 5 460 515, RON 1 663 200 (flimkien RON 12 518 000 jew madwar EUR 2,7 miljun) rispettivament. Dan għaliex mhux iż-żidiet fil-kapital kollha approvati qabel kienu fil-fatt twettqu, peress li TAROM setgħet terfa’ parti mill-pagamenti tas-self garantit mir-riżorsi proprji. Minn dan isegwi li ż-żidiet fil-kapital totali mwettqa sa issa matul il-perjodu ta’ ristrutturar jammontaw għal RON 21 957 155 (madwar EUR 4,6 miljun) u mhux għal madwar EUR 7,8 miljun, kif allegat mill-ilmentatur. Dan huwa kkonfermat mill-kontijiet annwali ta’ TAROM (li għadhom ma ġewx awditjati għall-2023). |
|
(323) |
Minn dan l-ammont, injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 1,9 miljun li tikkorrispondi għall-ewwel parti tal-ewwel allegazzjoni msemmija fil-premessa (321), ġiet approvata mit-tieni deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni bħala għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE u għalhekk ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-miżuri notifikati. |
|
(324) |
Il-bqija ta’ dawk il-EUR 4,6 miljun, jiġifieri EUR 2,7 miljun, li jikkorrispondu għat-tieni parti tal-ewwel allegazzjoni msemmija fil-premessa (321) ġiet innotifikata mir-Rumanija fil-kuntest tan-notifika f’dan il-każ bħala għajnuna għar-ristrutturar. Peress li l-pagamenti tas-self kollha relatati mal-ewwel Deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni (117) li TAROM mhux se tkun tista’ tħallas matul il-perjodu ta’ ristrutturar minħabba n-nuqqas ta’ flus tagħha huma koperti minn injezzjonijiet ta’ kapital inklużi fiż-żieda fil-kapital ta’ EUR 45,77 miljun innotifikata bħala għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni vvalutat l-injezzjonijiet ta’ kapital korrispondenti bħala parti mill-miżuri notifikati. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar din il-parti hija riflessa fid-Deċiżjoni preżenti dwar dik iż-żieda fil-kapital. |
|
(325) |
Mill-2025, il-pagamenti parzjali kollha li jifdal se jitħallsu minn TAROM mir-riżorsi proprji tagħha. |
|
(326) |
Fir-rigward taż-żidiet fil-kapital li jifdal, li jammontaw għal madwar EUR 3,21 miljun, li jikkorrispondu għat-tielet parti tal-ewwel allegazzjoni msemmija fil-premessa (321), filwaqt li dawn fil-prinċipju ġew approvati mill-assemblea tal-azzjonisti, dawn id-deċiżjonijiet sempliċiment jiftħu l-possibbiltà teoretika għal tali injezzjonijiet iżda ma ġewx segwiti minn deċiżjonijiet konfermatorji mill-assemblea tal-azzjonisti li jippermettu l-eżekuzzjoni ta’ tali żidiet. Fin-nuqqas ta’ deċiżjonijiet konfermatorji bħal dawn, dawn iż-żidiet fil-kapital ma seħħewx u jkun prematur li jiġi vvalutat vantaġġ ipotetiku mogħti lil TAROM. |
|
(327) |
Fir-rigward tat-tieni allegazzjoni dwar klawżola fil-ftehim ta’ titoli bejn TAROM u CNAB, il-Kummissjoni tinnota li fil-mument attwali meta hija mitluba tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati (118), abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, il-Kummissjoni ma għandhiex biżżejjed elementi biex tidentifika l-miżura li dwarha sar l-ilment bħala għajnuna mill-Istat u biex tqisha rilevanti għall-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati. Madankollu, biex jiġi żgurat eżami diliġenti tat-tieni allegazzjoni, filwaqt li ma tittardjax il-proċedura li tikkonċerna l-miżuri notifikati, il-Kummissjoni se tkompli l-valutazzjoni tagħha rigward it-tieni allegazzjoni fi proċedura separata (119). |
|
(328) |
Fir-rigward tat-tielet allegazzjoni dwar il-bejgħ tas-slot […] taħt il-valur tas-suq tiegħu, huwa biżżejjed li jiġi nnotat li sal-lum ma sar l-ebda bejgħ, b’tali mod li huwa prematur li jiġi vvalutat jekk il-bejgħ ipotetiku tas-slot […] hux se jitwettaq f’kundizzjonijiet normali tas-suq u b’hekk, fil-mument tal-bejgħ, jakkwistax vantaġġ ekonomiku lix-xerrej ta’ tali slot. Minn dan isegwi li din l-allegazzjoni tikkonċerna miżura futura potenzjali u għalhekk ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-miżuri notifikati. |
|
(329) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni parti tal-ewwel allegazzjoni mqajma mill-ilmentatur hija parti min-notifika f’dan il-każ u għalhekk il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-komponent hija riflessa fid-Deċiżjoni preżenti dwar l-għajnuna għar-ristrutturar notifikata, u b’mod partikolari l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 45,77 miljun. Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel allegazzjoni, dan kien is-suġġett ta’ deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni u mhuwiex kopert min-notifika fil-każ preżenti u l-Kummissjoni se tieħu l-pożizzjoni finali tagħha dwar din l-allegazzjoni fil-proċedura separata msemmija fil-premessa (327)). Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel allegazzjoni, it-tieni allegazzjoni u t-tielet allegazzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, il-Kummissjoni ma għandhiex biżżejjed elementi biex tidentifika l-miżuri li sar l-ilment dwarhom bħala għajnuna mill-Istat; madankollu, se tivvaluta dawn l-allegazzjonijiet fil-proċedura separata msemmija fil-premessa (327)). |
7.5. Il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
|
(330) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji li qajmet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tneħħew u li l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ huma limitati, b’mod partikolari minħabba d-daqs limitat tal-benefiċjarju, il-kompetizzjoni b’saħħitha fis-suq kif ukoll il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, li r-Rumanija jenħtieġ li tiżgura l-implimentazzjoni tagħhom. Konsegwentement, l-effetti pożittivi tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attivitajiet tat-trasport bl-ajru, sakemm ir-Rumanija tiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat (120), jegħlbu l-effetti negattivi li jifdal fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, li għalhekk mhumiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(331) |
Fil-valutazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kummenti li rċeviet minn parti interessata u mir-Rumanija, kif ukoll il-modifiki fil-pjan ta’ ristrutturar u l-appoġġ għall-għajnuna għar-ristrutturar introdotti biex jiġu indirizzati d-dubji mqajma, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE peress li tiffaċilita l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport bl-ajru lejn ir-Rumanija, minnha u fi ħdanha u ma tfixkilx il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’din id-Deċiżjoni mhijiex ikkontestata mill-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, minkejja l-eżami ulterjuri ta’ parti minn dak l-ilment fi proċedura separata. |
8. KONKLUŻJONI
|
(332) |
Il-Kummissjoni ssib li r-Rumanija ma osservatx l-obbligu ta’ sospensjoni stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE u tat b’mod illegali parti mill-miżuri notifikati, li jammontaw għal madwar EUR 2,7 miljun fl-2023. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar, inkluża l-parti mogħtija illegalment fl-2023, hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 2,7 miljun mogħtija fl-2023 favur TAROM S.A. tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u l-Kummissjoni jiddispjaċiha li din ingħatat illegalment mir-Rumanija bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. L-għajnuna għar-ristrutturar lil TAROM S.A., li r-Rumanija implimentat parzjalment u qed tippjana li timplimenta, fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-Istat ekwivalenti għal madwar EUR 45,77 miljun (li twettqet u li għandha titwettaq f’RON) u t-tħassir tad-dejn li jikkorrispondi għall-ammont tas-self għas-salvataġġ bl-imgħax u kwalunkwe differenza fir-rata tal-kambju ta’ EUR 49,53 miljun, li tammonta għal madwar EUR 95,3 miljun b’kollox hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-Rumanija għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħuda sabiex tintlaħaq konformità magħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 355, 3.9.2021, p. 10.
(2) Dawk l-iskambji bdew fl-24 ta’ Awwissu 2020 meta l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw minn qabel abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturar u kienu jinkludu, san-notifika, skambji ta’ emails, diskussjonijiet tekniċi matul vidjokonferenzi u telekonferenzi u feedback preliminari dwar l-abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar.
(3) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(4) Sottomissjoni minn Wizz Air tal-4 ta’ Ottubru 2021.
(5) SA.113203 – Allegata għajnuna mill-Istat lil TAROM.
(6) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(7) Permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ Diċembru 2021.
(8) L-Ordinanza tal-Gvern Nru 45/1997 dwar l-istabbiliment tal-Kumpanija Kummerċjali “Kumpanija nazzjonali Rumena tat-trasport bl-ajru – TAROM” – S.A.
(9) Il-Liġi Nru 136/1998 ta’ 29/06/1998 ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali, il-Parti I Nru 241 ta’ 02/07/1998 għall-approvazzjoni tal-Ordinanza tal-Gvern Nru 45/1997 dwar l-istabbiliment tal-Kumpanija Kummerċjali “Kumpanija Nazzjonali Rumena tat-trasport bl-ajru – TAROM” – S.A.
(10) B’mod aktar speċifiku, minbarra […], TAROM għandha ishma fil-kumpaniji li ġejjin: […].
(11) HiSky daħlet fis-suq Rumen tat-trasport bl-ajru f’Marzu 2021, u pprovdiet xi titjiriet regolari kif ukoll titjiriet noleġġati. F’Diċembru 2023, il-kumpanija topera flotta ta’ seba’ inġenji tal-ajru, li joperaw madwar 25 rotta, li minnhom żewġ rotot domestiċi li jgħaqqdu l-Ajruport OTP ma’ Cluj u Timișoara rispettivament.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2020 C(2020) 1160 final fil-każ SA.56244 (2020/N) – Ir-Rumanija – Għajnuna għas-salvataġġ lil TAROM (ĠU C 310, 18.9.2020, p. 1).
(13) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(14) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022, Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni, T-718/20, ECLI:EU:T:2022:276.
(15) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2024, Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni, C-440/22 P, ECLI:EU:C:2024:26.
(16) Idem, il-punt 39.
(17) Formola ta’ notifika, 21 ta’ Diċembru 2022.
(18) Ir-rata tal-kambju użata f’din id-Deċiżjoni hija RON 1 = EUR 0,2012 (u bil-maqlub EUR 1 = RON 4,9706, li hija r-rata tal-kambju rreġistrata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fis-6 ta’ Marzu 2024.
(19) Bħal, pereżempju, ir-rotot li jgħaqqdu lil Bucharest (l-ajruport OTP) ma’ Tbilisi, Alicante, Erevan, Hamburg, Larnaca, Sibiu, Stokkolma, Valenzja, Barċellona, Munich, Vjenna, u r-rotot Cluj – Iași u Iași-Timișoara. Dawn ir-rotot ma kinux profittabbli fil-livell C3 u xi wħud minnhom ma kinux profittabbli wkoll fil-livell C1 (ara n-nota 20 f’qiegħ il-paġna).
(20) Il-profittabbiltà fil-livell C3 tirrappreżenta r-riżultat wara li jitnaqqsu l-kostijiet operatorji diretti, l-ispejjeż tal-inġenji tal-ajru u l-kostijiet amministrattivi, filwaqt li l-profittabbiltà tal-livell C1 tqis biss il-kostijiet operatorji diretti u l-profittabbiltà tal-livell C2 tqis biss il-kostijiet operatorji diretti u l-ispejjeż tal-inġenji tal-ajru.
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2020 C(2020) 6910 final fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.56810 (2020/N) – ir-Rumanija – COVID-19: Għajnuna lil TAROM (ĠU C 94, 19.3.2021, p. 1) – l-ewwel deċiżjoni ta’ kumpens għad-danni; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2022 C(2022) 2934 final fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.63360 (2021/N) – ir-Rumanija COVID-19 – kumpens għal dannu minn TAROM II (ĠU C 378, 30.9.2022, p. 1) – it-tieni deċiżjoni dwar il-kumpens għad-danni.
(22) Imsemmija wkoll f’din id-Deċiżjoni bħala “żieda(iet) fil-kapital” jew “injezzjoni(jiet) ta’ kapital”.
(23) Fid-29 ta’ Novembru 2023, l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-Kummissjoni li TAROM ma kinitx se tkun tista’ tħallas lura pagamenti parzjali tas-self tal-COVID-19 li għalih l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għad-danni (imsemmija fil-premessa (16)) kienet approvat għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija pubblika u konsegwentement talbu l-opinjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-garanzija. Is-servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lir-Rumanija li sempliċi eżekuzzjoni tal-garanzija, fejn il-garanti jħallas lura lill-kreditur u d-drittijiet tal-kreditur jiġu ttrasferiti lill-garanti, ma tinvolvix għajnuna ġdida. Madankollu, peress li, skont il-liġi Rumena, is-sid pubbliku ta’ TAROM kellu l-obbligu li jipprovdi l-mezzi għall-ħlas lura tal-pagamenti parzjali fil-forma ta’ żieda fil-kapital, l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw din iż-żieda fil-kapital bħala parti mill-għajnuna għar-ristrutturar. L-ammont totali ta’ żidiet fil-kapital għall-ħlas lura tal-pagamenti parzjali tas-self għall-COVID-19 matul il-perjodu ta’ ristrutturar mhux se jaqbeż EUR 5,99 miljun, li jikkonsisti mill-EUR 2,7 miljun diġà mogħtija fl-2023 u ammont ta’ EUR 3,29 miljun ippjanat fl-2024. Il-pagamenti parzjali tas-self li jifdal wara l-2024 se jitħallsu lura minn TAROM mir-riżorsi proprji.
(24) Filwaqt li l-Kummissjoni approvat is-self għas-salvataġġ fl-24 ta’ Frar 2020 (ara l-premessa (11)), l-awtoritajiet Rumeni taw l-għajnuna biss fid-29 ta’ April 2020.
(25) Fl-industrija tal-linji tal-ajru, kilometru ta’ sits disponibbli huwa l-unità fundamentali tal-produzzjoni għal linja tal-ajru li ġġorr il-passiġġieri, li tkejjel il-kapaċità tal-ġarr tal-passiġġieri. Dan jiġi kkalkulat billi l-għadd ta’ sits disponibbli għall-passiġġieri jiġi mmultiplikat bid-distanza li tittajjar f’kilometri.
(26) Il-premessa (50) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(27) Il-premessa (49) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(28) Il-premessa (52) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(29) Il-premessa (52) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(30) Il-premessa (52) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(31) Il-premessi (53) u (54) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(32) Il-premessa (54) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(33) Il-premessa (57) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(34) Il-premessa (56) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(35) Il-premessi (59) sa (64) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(36) WACC tirrappreżenta l-kost medju ponderat tal-kapital, kalkolu tal-kost tal-kapital ta’ ditta li fih kull kategorija ta’ kapital tiġi ponderata b’mod proporzjonat.
(37) Il-premessa (64) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(38) Il-premessi (65) sa (72) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(39) Is-sottomissjoni mir-Rumanija tal-11 ta’ Awwissu 2021.
(40) Il-pjan ta’ ristrutturar aġġornat tat-18 ta’ April 2024 ħa post il-verżjonijiet interim preċedenti tal-pjan ta’ ristrutturar sottomess mill-awtoritajiet Rumeni.
(41) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
(42) Flotta ta’ 29 inġenju tal-ajru kienet tikkonsisti minn: 4 × Boeing 737-300, 4 × Boeing 737-700, 4 × Boeing 737-800, 4 × Airbus 318, 4 × ATR 72-600, 2 × ATR 72-500, 7 × ATR 42-500.
(43) Flotta ta’ 14-il inġenju tal-ajru li tikkonsisti minn: 4 × Boeing 737-MAX 8, 4 × ATR 72-600, 2 × ATR 72-500, 4 × Boeing 737-800.
(44) Il-paġna 129 tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat.
(45) Il-kumpaniji pubbliċi CNAB u Romatsa RA, u l-kumpanija privata Investiment Fund Muntenia; ara l-premessa (8).
(46) Il-bejgħ tas-slot […] huwa ppjanat li jseħħ matul […] għal prezz stabbilit fil-projezzjonijiet finanzjarji ta’ TAROM għal USD […] miljun. Ir-rikavati kollha tal-bejgħ, li kieku kellu jseħħ kif ippjanat, jiġi rreġistrat bħala “introjtu operatorju ieħor” fil-kontijiet tal-profitt u t-telf ipproġettati ta’ TAROM fi […]. Peress li s-slot mhuwiex fil-karta tal-bilanċ ta’ TAROM, ir-rikavat kollu se jiġi rikonoxxut bħala introjtu u għalhekk se jkollu impatt pożittiv fuq il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ TAROM sa dak il-punt hekk kif […]. Madankollu, l-awtoritajiet Rumeni jispjegaw li TAROM se titħallas biss matul […], liema pagament huwa rifless fid-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus proviżorji ta’ TAROM għas-sena […].
(47) “e” tfisser “stmati” (estimated) u “f” tfisser “imbassra” (forecasted).
(48) Il-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat, p. 21: “EUROCONTROL: Tbassir Aġġornat ta’ 7 Snin 2023-2029”, Ottubru 2023. Il-Kummissjoni tinnota li l-EUROCONTROL ħareġ Tbassir rivedut fi Frar 2024. Il-Eurocontrol tindika li “ Minkejja sajf b’saħħtu 2023, l-għadd ta’ titjiriet Ewropej wera volumi aktar baxxi milli mistenni minn Novembru 2023 — b’disparitajiet lokali bejn l-Istati tal-Lvant u tal-Punent. Barra minn hekk, kien hemm reviżjoni ’l isfel fil-previżjonijiet ekonomiċi għall-2024 fil-livell Ewropew. B’riżultat ta’ dan, it-tbassir tat-titjira ġie rivedut ftit ‘l isfel sal-2027. Fil-livell tal-ECAC, l-għadd ta’ titjiriet x’aktarx li jilħaq 10,6 miljun fl-2024, li jirrifletti tkabbir ta’ 4,9 % (± 2,3pp) meta mqabbel mal-2023, u jammonta għal 96 % tal-livelli tal-2019. Din ix-xejra hija mistennija li tkompli, b’żieda għal 10,9 miljun (99 %) fl-2025, u aktar għal 11,2 miljun (101 %) sal-2026. Fuq bażi ta’ kull xahar, għall-ECAC, in-numru ta’ titjiriet x’aktarx jilħaq il-livelli tal-2019 matul is-sajf tal-2025. Lil hinn mill-2025, it-tkabbir tat-titjiriet huwa mistenni li jilħaq medja ta’ 2,0 % fis-sena (± 1,4pp), li jiżdied għal aktar minn 12-il miljun titjira fl-2030. Dan it-tbassir huwa soġġett għal diversi inċertezzi, bħal avvenimenti ġeopolitiċi, skossi ekonomiċi, u sfidi kontinwi fl-industrija tal-avjazzjoni u l-utenti huma mħeġġa bil-qawwa li jikkunsidraw il-firxa baxxa sa għolja ta’ valuri mbassra għall-pjanijiet tagħhom ”. F’dak li għandu x’jaqsam mar-Rumanija, it-tbassir ta’ Frar 2024 tal-EUROCONTROL jitqabbel kif ġej mat-tbassir tiegħu (Każ ta’ Referenza) ta’ Ottubru 2023 (2019 = 100): 10/23 2024 = 113 vs. 02/24 = 110 (Każ ta’ Referenza ta’ TAROM = 97); 10/23 2025 = 116 vs. 02/24 = 114 (Każ ta’ Referenza ta’ TAROM = 110); 10/23 2026 = 119 vs. 02/24 = 118 (Każ ta’ Referenza ta’ TAROM = 114).
(49) Yq tirreferi għat-taxxa tas-soprataxxa tal-fjuwil applikata mil-linji tal-ajru għal xi wħud mill-prezzijiet tal-biljetti tagħhom (skont ir-rotot).
(50) Il-Kummissjoni tinnota li l-osservazzjonijiet tal-Awtoritajiet Rumeni jibqgħu validi u applikabbli meta jitqiesu ċ-ċifri riveduti tat-tbassir tal-EUROCONTROL ta’ Frar 2024. Ara f’dan ir-rigward in-nota 48 f’qiegħ il-paġna.
(51) Il-grupp ta’ pari huwa magħmul mill-kompetituri ewlenin ta’ TAROM fuq ir-rotot l-aktar traffikużi tagħhom (Amsterdam (AMS), Pariġi (CDG) u Frankfurt (FRA)): Flimkien Air France/KLM SA, Deutsche Lufthansa AG, easyJet plc, Ryanair Holdings plc, SAS AB, Wizz Air Holdings Plc, Jet2 plc u KLM Royal Dutch Airlines biss.
(52) Għall-kompożizzjoni tal-grupp ta’ pari, ara n-nota 51 f’qiegħ il-paġna.
(53) TAROM ipprovdiet informazzjoni dwar il-kalkolu, l-istimi u s-sorsi tad-WACC fl-aħħar Pjan ta’ Negozju tagħha. Biex tistma d-WACC tagħha, TAROM użat il-formula standard tal-WACC: WACC = [(Ke * (1-ingranaġġ)] + [Kd *ingranaġġ], fejn Ke hija l-Kost tal-Ekwità (stmata għal 13,3 %) u Kd hija l-Kost tad-Dejn (stmata għal 6,0 %).
Biex tistma l-Kost tal-Ekwità, TAROM qagħdet fuq il-formula standard tas-CAPM, Ke=((1+Rf) * (1+CRP)-1) + (Beta tal-Ekwità* EMRP), fejn Rf hija r-rata mingħajr riskju, CRP huwa l-primjum tar-riskju tal-pajjiż, il-beta tal-ekwità huwa kejl tal-volatilità ta’ assi meta mqabbel mas-suq, u l-EMRP huwa l-primjum tar-riskju tas-suq mistenni. Is-suppożizzjonijiet ta’ TAROM huma dawn li ġejjin: RF ta’ 2,4 % (ugwali għall-bonds tal-Gvern Ġermaniż ta’ 10 snin); CRP ta’ 3,6 % (derivati minn klassifikazzjoni tal-munita barranija tal-S&P fit-tul u analiżi tal-firxiet tal-bonds f’EUR); beta tal-ekwità ta’ 1,11 (miksuba billi wieħed jibbaża fuq il-beta tal-assi medjana u l-ingranaġġ tal-kumpaniji tal-grupp ta’ pari għas-settur ta’ TAROM); EMRP ta’ 6,5 % (derivat mid-differenza storika bejn ir-redditu fuq titoli riskjużi, ikkalkulat minn indiċi tal-ishma, u r-redditu fuq (kważi) investimenti fis-suq kapitali mingħajr riskju).
Biex tistma l-Kost tad-Dejn, TAROM użat il-formula standard: = [(1 +CRP) * (1 + Rf) – 1 + CS] * (1-T), fejn CS hija l-Firxa ta’ Kreditu, u T hija r-rata ta’ taxxa marġinali ta’ 16 %. L-awtoritajiet Rumeni dderivaw il-firxa ta’ kreditu ta’ 1 % bħala d-differenza bejn ir-rati tal-bonds f’EUR għal kumpaniji fl-istess industrija bħal TAROM u bonds tal-gvern Ġermaniż b’maturitajiet simili.
(54) Minħabba li r-rati tal-imgħax applikabbli ilhom jonqsu bil-mod iżda b’ċertezza minn Ottubru 2023, il-Kummissjoni tinnota l-approċċ konservattiv tal-awtoritajiet Rumeni li jżommu d-WACC minn Ottubru 2023 minflok verżjoni riveduta li setgħet kienet leġittimament aktar baxxa.
(55) Għall-kompożizzjoni tal-grupp ta’ pari, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 48.
(56) B’appoġġ għall-evalwazzjoni tagħhom, l-Awtoritajiet Rumeni jsemmu li wieħed mis-sħab anzjani ta’ McKinsey fl-2021 iddikjara li l-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ x’aktarx li ma jerġgħux lura għal-livelli tal-2019 sal-2030 u li d-direttur maniġerjali u l-prattika globali tal-linji tal-ajru mmexxija f’Alton Aviation Consultancy kienu jindikaw li “ż-żieda fit-tagħbija tad-dejn tal-linji tal-ajru hija mistennija li tkun piż sostanzjali għall-futur prevedibbli”.
(57) Dawk huma: (i) fl-ewwel ċiklu ta’ rotot magħluqa: tmien rotot minn/lejn l-ajruport OTP: Alicante; Erevan; Hamburg; Larnaca; Sibiu; Stokkolma; Tbilisi; Valenzja; (ii) fit-tieni ċiklu ta’ rotot magħluqa: total ta’ sitt rotot, imqassma kif ġej: erba’ rotot addizzjonali minn/lejn l-ajruport OTP: Barċellona, Munich, Vjenna u Londra (minn Ottubru 2024, ara wkoll il-premessa (118)) u żewġ rotot li ma jinvolvux l-ajruport ta’ OTP: Cluj – Iași u Iași – Timișoara.
(58) Cluj – Iași u tliet rotot minn/lejn l-ajruport ta’ OTP: Sibiu, Tbilisi u Vjenna.
(59) Ara n-nota 19 f’qiegħ il-paġna.
(60) Ajruporti konġestjonati tal-livell 3: Alicante; Hamburg; Stokkolma; Valenzja; Barċellona; Londra; Munich; Vjenna. Ajruport konġestjonati tal-livell 2: Larnaca.
(61) […].
(62) […].
(63) […].
(64) Għad-dettalji dwar l-ishma ta’ TAROM f’dawn il-kumpaniji u l-profil tagħhom, ara l-premessa (8).
(65) Skont is-sottomissjoni tal-awtoritajiet Rumeni tad-29 ta’ Marzu 2024, dawk l-10 rotot huma dawn li ġejjin: (i) erba’ rotot internazzjonali mill-ajruport OTP lejn il-Kajr, Sofija, Amman u Bejrut; (ii) ir-rotta internazzjonali minn OTP għal Budapest li bħalissa hija operata biss minn TAROM, u li fiha parteċipant ġdid (Wizz Air) ħabbret bidu tal-operazzjonijiet minn Ġunju 2024; (iii) ħames rotot domestiċi mill-ajruport OTP lejn Iași (IAS), Oradea (OMR), Satu Mare (SUJ), Suceava (SCV) u Baia Mare (BAY).
(66) Pereżempju, Iași-Munich bħalissa mhuwiex operat, minflok Wizz Air itir minn Iași sa Memmingen, li tinsab f’distanza ta’ 115-il km minn Munich.
(67) Cluj - Iași, Iași - Timișoara, OTP - Sibiu.
(68) Skont is-sottomissjoni tal-awtoritajiet Rumeni tad-29 ta’ Marzu 2024, TAROM bħalissa qed topera ma’ kompetitur wieħed ieħor biss fuq ir-rotot internazzjonali li ġejjin lejn/mill-ajruport OTP: Amsterdam (AMS) ma’ KLM; Belgrad (BEG) mal-Air Serbia; Brussell (BRU) ma’ HiSky; Nizza (NCE) ma’ Wizz Air; Pariġi (CDG) ma’ Air France; Praga (PRG) ma’ Czech Airlines (kondiviżjoni tal-kodiċi iżda TAROM biss fil-fatt topera r-rotta); Chisinau ma’ HiSky u fuq ir-rotot domestiċi li ġejjin lejn/mill-ajruport OTP: Cluj (CLJ) ma’ HiSky; Timișoara (TSR) ma’ HiSky. Barra minn hekk, fuq ir-rotta tal-ajruport OTP ta’ Bucharest lejn Budapest li bħalissa hija operata biss minn TAROM, parteċipant ġdid (Wizz Air) ħabbar il-bidu tal-operazzjonijiet minn Ġunju 2024.
(69) Matul il-pandemija tal-COVID-19, ir-regoli tal-Unjoni li skonthom fi kwalunkwe sena partikolari l-linji tal-ajru jridu jużaw mill-inqas 80 % tas-slots tagħhom sabiex ikunu jistgħu jżommuhom matul is-sena ta’ wara kienu ġew emendati temporanjament, b’rabta mar-restrizzjonijiet imposti mill-Istati Membri fuq il-linji tal-ajru sabiex jitrażżan it-tixrid tal-COVID-19. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
(70) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2024)910 final tas-16 ta’ Frar 2024, għadha ma ġietx ippubblikata.
(71) B’mod partikolari l-premessi (11) sa (14).
(72) Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Mobilità u Trasport: Transport in the European Union: Current Trends and Issues, Marzu 2019. https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/2019-transport-in-the-eu-current-trends-and-issues.pdf.
(73) B’mod partikolari, ir-Rumanija ssostni li s-sezzjonijiet Rumeni tal-kurituri TEN-T li jgħaqqdu r-Renu mad-Danubju u l-Orjent mal-Mediterran tal-Lvant għad iridu jitlestew. Il-konnessjonijiet neqsin jinkludu l-awtostrada Sibiu-Piteşti u l-konnessjonijiet ferrovjarji Braşov-Predeal u Timişoara-Craiova-Calafat.
(74) Wara l-għeluq tar-rotot Cluj-Iași, Iași-Timișoara u OTP-Sibiu, TAROM topera s-seba’ rotot domestiċi li ġejjin matul il-perjodu ta’ ristrutturar: minn OTP għal Baia Mare, Cluj, Iași, Oradea, Satu Mare, Suceava u Timișoara.
(75) It-tnaqqis fil-frekwenza u t-tnaqqis fl-ASK huma implimentati matul il-perjodu ta’ ristrutturar u jvarjaw ftit matul dak il-perjodu (f’xi snin, xi rotot għandhom tnaqqis kemxejn ogħla milli fis-sena ta’ referenza 2026 u f’xi snin ftit inqas).
(76) Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Azzjonisti tas-CNAB Nru 14 tal-10.10.2022, il-punti 3 u 4, id-Deċiżjoni tal-Azzjonisti tas-CNAB Nru 18 tal-5.12.2022, il-punt 3, l-Avviż ta’ Konvokazzjoni tas-CNAB Nru 147 tat-22.05.2023, il-punt 1 flimkien mad-Deċiżjoni tal-Azzjonisti tas-CNAB Nru 11 tas-27.06.2023, il-punt 1.
(77) Id-Deċiżjoni tas-CNAB dwar l-Azzjonisti Nru 14, op. cit.
(78) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Il-Kummissjoni vs Frucona Košice, C-300/16 P, ECLI:EU:C:2017:706, il-punt 59; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 78, 79 u 103.
(79) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.
(80) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Hinkley Point C), C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 19.
(81) Il-Linji Gwida R&R, il-punt 38.
(82) Ara l-Artikolu 2, il-punt (b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(83) Wizz Air ħabbret il-bidu tal-operazzjonijiet fuq ir-rotot OTP-Budapest mis-17 ta’ Ġunju 2024. Minn dik id-data, TAROM imbagħad tkun l-uniku operatur fuq disa’ rotot u jkun hemm duwopolju fuq 10 rotot.
(84) Ladarba TAROM tkun biegħet is-slot tagħha […], in-numru ta’ rotot fejn tiffaċċja aktar minn kompetitur wieħed ikun tmienja.
(85) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2024 fil-kawża C-440/22 P, Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2024:26, il-punti 35 sa 39.
(86) Ara n-noti 48 u 50 f’qiegħ il-paġna fir-rigward tal-għażla ta’ TAROM u l-użu tat-tbassir tal-Eurocontrol.
(87) Is-suq totali għall-2018-2022 huwa bbażat fuq il-kalkoli tal-IATA tal-ishma tas-suq ta’ TAROM u fuq id-data attwali tal-PAX ta’ TAROM għall-2018-2022. Is-suq totali għall-2023-2029 ibbażat fuq il-valur tal-2019 u r-rati ta’ rkupru tal-Eurocontrol. L-ishma mis-suq huma bbażati fuq kalkoli tal-IATA dwar it-traffiku tal-ajru fl-2018-2022. Is-sehem mis-suq ta’ TAROM għall-2023-2029 huwa bbażat fuq il-PAX stmat fil-mudell tiegħu u fuq is-suq totali stmat.
(88) Minn “IATA State of the region: Europe” datata Ġunju 2020 li tista’ tiġi aċċessata fuq https://www.iata.org/en/iata-repository/publications/economic-reports/regional-briefing---europe---june-2020/. Sors alternattiv huwa l-informazzjoni ppubblikata mill-ICAO għall-2019 li turi fattur tat-tagħbija bejn wieħed u ieħor l-istess (85 %) disponibbli fuq https://www.icao.int/annual-report-2019/Documents/ARC_2019_Air%20Transport%20Statistics.pdf (il-paġna 4).
(89) Għal Wizz Air, Lufthansa, Ryanair u Air France-KLM, il-fattur tat-tagħbija ppreżentat huwa kkalkulat għall-bażi operattiva totali, mhux biss għar-Rumanija. Il-fatturi tat-tagħbija huma pprovduti skont ir-rapporti annwali (skont il-kalendarji tas-sena finanzjarja) għal-linji tal-ajru kollha minbarra TAROM (data tal-kumpanija ppreżentata, inkluża stima għall-2023). Għal Lufthansa u Air France-KLM 2023, id-data hija ppreżentata għall-ewwel 9 xhur tal-2023, filwaqt li għal Wizz Air u Ryanair id-data tikkonċerna s-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2023.
(90) Din iż-żieda hija ppjanata li sseħħ fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar bħala riżultat tar-ristrutturar tal-flotta u wara t-tnaqqis minn qabel bħala waħda mill-miżuri ta’ ristrutturar implimentati bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar aġġornat.
(91) It-titjiriet regolati jinkludu titjiriet kummerċjali skedati (domestiċi u internazzjonali), għall-kuntrarju ta’ titjiriet noleġġati (mhux skedati).
(92) Fit-tweġiba ta’ TAROM għat-Talba għal Informazzjoni tal-Kummissjoni (numru 3) ippreżentata fl-24 ta’ Frar 2023 u mis-sottomissjoni tagħha fl-1 ta’ Frar 2024.
(93) Kif muri fl-analiżijiet tal-awtoritajiet Rumeni ppreżentati lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Marzu 2024.
(94) Ir-rati tal-indiċjar użati fil-projezzjonijiet għall-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 huma 9,3 %, 5,6 %, 4,2 %, 3,30 % u rispettivament u bħala tali jidhru raġonevoli u f’konformità mal-aħħar previżjoni tal-Kummissjoni għar-Rumanija ta’ 9,7 % fl-2023, 5,8 % fl-2024 u 3,6 % fl-2025 (disponibbli fuq https://economy-finance.ec.europa.eu/economic-surveillance-eu-economies/romania/economic-forecast-romania_mt).
(95) Parti mill-iffrankar iġġenerat mill-miżuri ta’ ristrutturar huwa kkumpensat minn żieda f’ċerti kostijiet. L-għeluq tal-aġenziji se jċaqlaq parti mir-riżervi tal-PAX għal prenotazzjoni online u/jew mezzi oħra li għandhom kummissjonijiet ogħla. Bl-istess mod, l-esternalizzazzjoni tal-immaniġġjar se tiġġenera żieda fil-kostijiet tal-immaniġġjar. Madankollu, fiż-żewġ każijiet iż-żidiet fil-kostijiet huma kkumpensati mill-iffrankar iġġenerat. L-impatt negattiv ġie rifless bħala żieda perċentwali fil-kostijiet.
(96) Il-BMI hija fornitur ta’ għarfien, analiżi u tbassir tas-suq indipendenti u mmexxija mid-data fost it-temi, il-pajjiżi u s-setturi, b’għarfien profond dwar is-swieq emerġenti. Il-BMI hija parti minn Fitch Solutions li huwa fornitur ta’ għarfien, data u analitika. Fitch Solutions huwa parti minn Fitch Group, mexxej globali fis-servizzi ta’ informazzjoni finanzjarja b’operazzjonijiet f’aktar minn 30 pajjiż. Fitch Group huwa proprjetà ta’ Hearst. Ara www.fitchsolutions.com.
(97) It-tnaqqis tal-livell ta’ kapital użat li jirriżulta mill-fatt li TAROM mhux se jibqa’ jkollha sjieda sinifikanti tal-flotta (wara l-miżuri ta’ ristrutturar li jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-flotta tagħha, b’mod partikolari l-bejgħ tal-inġenji tal-ajru proprji u s-sostituzzjoni tagħha b’waħda b’lokazzjoni mill-2025) jikkontribwixxi wkoll b’mod pożittiv għal-livell tar-ROCE.
(98) Id-data hija disponibbli fuq is-sit web tal-Bundesbank (rendimenti ta’ kuljum tat-titoli Federali kurrenti | Deutsche Bundesbank).
(99) Ara s-sett ta’ data tal-Prof. Damodaran aġġornat f’Jannar 2024 (ctryprem.xlsx (live.com)).
(100) Dawn il-kumpaniji huma: Public Joint Stock Company Aeroflot - Russian Airlines; Sas Ab (Publ); Jet2 Plc u Türk Hava Yollari Anonim Ortakligi. Il-Kummissjoni tinnota li l-esklużjoni ta’ tlieta minn dawn il-kumpaniji (Public Joint Stock Company Aeroflot - Russian Airlines; Sas Ab (Publ); u Türk Hava Yollari Anonim Ortakligi) iwassal għal aġġustament ’il fuq tal-beta tal-assi u għalhekk huwa konservattiv ħafna. Il-Kummissjoni tinnota li anki jekk Jet2 Plc titħalla fil-kampjun, id-WACC jirriżulta biss b’mod marġinali, b’0,1 % fit-tliet xenarji kollha tad-WACC tal-Kummissjoni.
(101) Ara s-sett ta’ data tal-Prof. Damodaran aġġornat f’Jannar 2024 (ctryprem.xlsx (live.com)).
(102) Skont il-metodoloġija Standard and Poor’s (ara S&P Global, RatingsDirect, Corporate Methodology, 19 ta’ Novembru 2013), il-Kummissjoni eżaminat iż-żewġ indikaturi finanzjarji ewlenin (il-proporzjon bejn id-dejn u l-EBITDA u l-Fondi Minn Operazzjonijiet għal Dejn, miksuba mill-Pjan ta’ Ristrutturar aġġornat ta’ TAROM) li jintużaw biex tiġi identifikata l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ kumpanija. Dawn il-proporzjonijiet jindikaw klassifikazzjoni probabbli ta’ S&P ta’ BBB jew klassifikazzjoni ekwivalenti ta’ Moody’s ta’ Baa2, li tikkorrispondi għal firxa ta’ kreditu ta’ 2,35 % (ara d-data tal-Prof. Damodaran, aġġornata f’Jannar 2024, ctryprem.xlsx (live.com)).
(103) Il-valur ta’ kull parametru użat fix-xenarju tad-WACC “medju” jiġi kkalkolat bħala l-medja sempliċi tal-valuri ta’ dak il-parametru fix-xenarji tad-WACC “baxx” u “għoli”.
(104) Filwaqt li huwa possibbli li jsiru stimi u projezzjonijiet raġonevoli bbażati fuq ċerti suppożizzjonijiet u analiżi, it-tbassir tad-WACC futur eżatt ta’ kumpanija b’ċertezza huwa ta’ sfida minħabba d-diversi fatturi involuti u l-inċertezzi inerenti fis-swieq finanzjarji (id-WACC huwa tabilħaqq influwenzat minn diversi fatturi bħar-rati tal-imgħax, il-primjums tar-riskju tas-suq, u l-istruttura kapitali tal-kumpanija; dawn il-fatturi jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba kundizzjonijiet ekonomiċi, bidliet fis-sentiment tas-suq, jew bidliet fl-istruttura finanzjarja tal-kumpanija). L-użu tad-WACC attwali bħala parametru referenzjarju jista’ għalhekk jitqies bħala indikatur raġonevoli u aċċettabbli li ma jkunx kapaċi jbassar x’jista’/jenħtieġ li jkun fil-futur.
(105) Ara S&P Global, RatingsDirect, Corporate Methodology, id-19 ta’ Novembru 2013, it-Tabella 18.
(106) Il-valuri bejn 5 u 9 jitqiesu sodisfaċenti. Ara S&P Global, RatingsDirect, Corporate Methodology, id-19 ta’ Novembru 2013, it-tabella 18.
(107) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 107 f’qiegħ il-paġna għal kjarifiki dwar il-livelli rilevanti tal-introjtu nett ipproġettat f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(108) Għal finijiet ta’ preċiżjoni, irid jiġi ċċarat li l-introjtu nett ipproġettat mhuwiex negattiv iżda bilkemm ogħla minn żero fit-tliet kombinazzjonijiet li ġejjin: F3/P0 (introjtu nett ipproġettat ta’ EUR […]), F2/P1 (introjtu nett ipproġettat ta’ EUR […]) u F0/P3 (introjtu nett ipproġettat ta’ EUR […]). Il-kombinazzjonijiet l-oħra kollha jiġġeneraw introjtu nett negattiv. Għall-finijiet tal-analiżi tagħha u għas-sempliċità u l-faċilità ta’ referenza fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni, minħabba ammont pożittiv limitat ħafna ta’ introjtu nett, il-Kummissjoni tqis li tali livelli ta’ introjtu nett jistgħu jiġu assimilati ma’ li mhumiex pożittivi (jiġifieri ugwali għal żero jew inqas) u għalhekk miġbura flimkien mal-livelli ta’ introjtu nett tal-kombinazzjonijiet l-oħra (anki jekk, x’aktarx, ma jkunx meħtieġ li jsir dan peress li l-pożittività tal-introjtu nett ta’ dawk il-kombinazzjonijiet tkompli tappoġġja u tivvalida l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar dawk l-aspetti tal-valutazzjoni tagħha).
(109) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 107 f’qiegħ il-paġna għal kjarifiki dwar il-livelli rilevanti tal-introjtu nett ipproġettat f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(110) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 107 f’qiegħ il-paġna għal kjarifiki dwar il-livelli rilevanti tal-introjtu nett ipproġettat f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(111) Jekk jogħġbok irreferi għan-nota 107 f’qiegħ il-paġna għal kjarifiki dwar il-livelli rilevanti tal-introjtu nett ipproġettat f’dawk iċ-ċirkostanzi.
(112) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C(2020) 2215 (ĠU C 112I, 4.4.2020, p. 1), C(2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3), C(2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3), C(2020) 7127 (ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1), C(2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6), C(2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1) u C(2022) 7902 (ĠU C 423, 7.11.2022, p. 9).
(113) Il-kumpaniji pubbliċi CNAB u Romatsa RA u l-Fond ta’ Investiment privat Muntenia; ara l-premessa (8).
(114) Il-punt 38(f) tal-Linji Gwida R&R.
(115) Il-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida R&R.
(116) Il-punt 72 (a) tal-Linji Gwida R&R.
(117) Dawn huma l-pagament parzjali tal-2023 li jammontaw għal EUR 2,7 miljun u l-pagamenti li se jsiru dovuti matul l-2024 li jammontaw għal EUR 3,29 miljun, li flimkien jammontaw għal madwar EUR 5,99 miljun.
(118) Il-proċedura ta’ investigazzjoni pendenti mnedija fil-5 ta’ Lulju 2021, li matulha l-Kummissjoni semgħet kif xieraq lill-partijiet interessati u neħħiet id-dubji tagħha stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għandha tiġi konkluża mingħajr dewmien, anke fid-dawl tar-riskju (sostanzjat mir-Rumanija) ta’ xi kuntratturi ta’ TAROM li jtemmu r-relazzjoni tagħhom mal-benefiċjarju fin-nuqqas ta’ deċiżjoni finali dwar l-għajnuna għar-ristrutturar sa ċerta data, u b’hekk tiġi pperikolata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar.
(119) Il-każ SA.113203 (2024/FC).
(120) Il-punt 122 tal-Linji Gwida R&R.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/775/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)