|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/772 |
22.4.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/772
tas-16 ta’ April 2025
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(21) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tiġi allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990. F’konformità mar-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4) li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 (5). L-emendi tad-Direttiva 2003/87/KE u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jikkonċernaw ukoll aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività u jirrikjedu bidliet fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 (6). |
|
(2) |
Sabiex jissaħħu l-inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata fl-Istati Membri kollha tad-dispożizzjonijiet dwar effiċjenza mtejba jew imnaqqsa fl-użu tal-enerġija, meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli u l-metodoloġiji relatati mal-aġġustament tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana u s-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal strutturi differenti tal-provvista tas-sħana li jużaw l-enerġija kemm minn oriġini eliġibbli kif ukoll minn dik mhux eliġibbli. Bħala inċentiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet minn proċess mhux koperti minn parametri referenzjarji ta’ prodott, jenħtieġ li l-istess dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għas-subinstallazzjonijiet ta’ emissjonijiet minn proċess. Għal dawk is-subinstallazzjonijiet, l-aġġustament tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-medja tal-livell ta’ attività mistenni li jenħtieġ li tiġi ddeterminata f’konformità ma’ metodoloġija komuni u d-data għall-kalkolu tal-medja tal-livell ta’ attività mistenni jenħtieġ li tiġi inkluża fir-rapport annwali dwar il-livell tal-attività meta d-differenza bejn il-livell ta’ attività medju u l-livell ta’ attività storiku ta’ subinstallazzjoni tkun aktar minn 15 %. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data rrapportata kull sena meħtieġa għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas, l-informazzjoni dwar is-snin ta’ rappurtar jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 introduċiet bidliet fiċ-ċiklu ta’ konformità sabiex jitqiesu aħjar l-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas. Peress li l-iskadenza biex l-awtoritajiet kompetenti jagħtu allokazzjoni bla ħlas inbidlet mit-28 ta’ Frar għat-30 ta’ Ġunju, ir-rekwiżit li jiġi ppreżentat rapport preliminari dwar il-livell ta’ attività ma għadux meħtieġ, u għalhekk jenħtieġ li ma jibqax japplika. |
|
(5) |
Sabiex tiġi evitata allokazzjoni mhux ġustifikata tal-kwoti, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ tissospendi l-ħruġ ta’ kwoti sakemm ikun ċar b’mod inekwivoku li l-allokazzjoni għall-installazzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi aġġustata f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Is-sospensjoni tal-ħruġ ta’ kwoti jenħtieġ li tkun obbligatorja jekk ma jkun hemm l-ebda rapport annwali vverifikat dwar il-livell ta’ attività disponibbli jew jekk dak ir-rapport ma jiġix ivverifikat bħala sodisfaċenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (7). |
|
(6) |
L-installazzjonijiet operati minn intrapriżi li huma meħtieġa jwettqu awditu tal-enerġija jew jimplimentaw sistema ċertifikata ta’ ġestjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u għalhekk ikunu soġġetti għal tnaqqis ta’ 20 % fl-allokazzjoni bla ħlas jekk ma jkunux jistgħu juru matul il-verifika tar-rapport dwar id-data ta’ referenza li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija minn dawk l-awditi jew is-sistemi ta’ ġestjoni tlestiet jew li l-eċċezzjonijiet għall-kundizzjonalità dwar il-miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija applikati skont l-Artikolu 22a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li juru implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali u tiġi żgurata r-robustezza tas-sistema, jenħtieġ li l-operatur jipprovdi evidenza vverifikata bħala parti mir-rapport dwar il-livell ta’ attività, li turi li l-implimentazzjoni pendenti tar-rakkomandazzjonijiet tkun tlestiet jew li japplikaw miżuri ekwivalenti. Wara d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 22a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ġew issodisfati, l-operatur jenħtieġ li kull sena jirċievi l-ammont sħiħ ta’ kwoti għas-snin li jifdal fil-perjodu ta’ allokazzjoni. |
|
(7) |
Il-passi proċedurali tar-regoli ta’ kundizzjonalità rigward il-pjanijiet dwar in-newtralità klimatika huma speċifikati fl-Artikolu 22b tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 f’konformità mal-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu, u mal-Artikolu 10b(4), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi, tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-operaturi ta’ installazzjonijiet li l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom huma ogħla mit-80 perċentil tal-livelli ta’ emissjonijiet għall-parametri referenzjarji ta’ prodott rilevanti, u għall-operaturi tat-tisħin distrettwali f’ċerti Stati Membri li japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali fakultattiva. Sabiex jiġi pprovdut mod strutturat ta’ rappurtar dwar il-miri u l-istadji importanti miksuba u biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-ilħuq ta’ dawk il-miri u l-istadji importanti f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, jeħtieġ li dawn l-operaturi jintalbu jabbozzaw rapport dwar in-newtralità klimatika. Sabiex jitlesta r-rapport dwar in-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-operaturi jużaw il-mudell żviluppat mill-Kummissjoni sakemm ma jkunx preskritt mudell nazzjonali speċifiku mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
(8) |
Sabiex jirċievu l-ammont sħiħ jew l-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali, l-operaturi ta’ installazzjonijiet li l-livelli ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom huma ogħla mit-80 perċentil tal-livelli ta’ emissjonijiet għall-parametri referenzjarji ta’ prodott rilevanti u l-operaturi ta’ installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali f’ċerti Stati Membri jeħtieġ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22b(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u li juru l-kisba ta’ miri u stadji importanti intermedji fir-rapport verifikat dwar in-newtralità klimatika. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u mal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, il-forniment ta’ allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jrid ikun dipendenti fuq l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali riċevituri li jagħmlu investimenti ekwivalenti għall-ilħuq tan-newtralità klimatika kif ukoll fuq dawk l-installazzjonijiet li jilħqu l-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali jkunu jistgħu jagħmlu l-investimenti meħtieġa, jenħtieġ li tingħata allokazzjoni addizzjonali bla ħlas malli tiġi pprovduta prova dokumentarja tal-impenn legali għall-investimenti. Bħala prova dokumentarja tal-impenn legali għall-investiment, jenħtieġ li operatur juri impenn li jinvesti jew li jkun sar l-investiment; jenħtieġ li dan jinkludi impenji legalment vinkolanti, bħal kuntratt, jew evidenza dimostrattiva oħra ta’ impenji finanzjarji relatati ma’ investimenti futuri. L-għoti ta’ kwoti addizzjonali bla ħlas kif tiġi aċċettata l-evidenza tal-impenn, se jinċentiva l-avvanzi teknoloġiċi u jiżgura li l-benefiċċji tal-kwoti addizzjonali bla ħlas jikkontribwixxu direttament għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra marbuta mat-tisħin distrettwali. Sabiex jiġi stabbilit kontrobilanċ għall-allokazzjoni ta’ kwoti addizzjonali minn qabel u biex jiġi żgurat li l-isforz ta’ investiment ma jkunx biss impenn iżda jsarraf f’azzjonijiet konkreti, jenħtieġ li l-kwoti addizzjonali ta’ 30 % jingħataw lura jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tagħhom ma jiġux issodisfati u kwalunkwe allokazzjoni ulterjuri bla ħlas tal-kwoti jenħtieġ li tieqaf sakemm ingħataw lura l-kwoti. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed filwaqt li jiġu allinjati l-bidliet fil-produzzjoni mal-allokazzjoni bla ħlas, l-għadd minimu ta’ kwoti meħtieġa għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ subinstallazzjoni jenħtieġ li jiżdied minn 100 għal 300. |
|
(11) |
Sabiex tiġi evitata allokazzjoni bla ħlas mhux ġustifikata għal subinstallazzjonijiet li ma għadhomx operattivi, jenħtieġ li ma tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas għall-proporzjon tas-sena kalendarja wara l-jum tal-waqfien tal-operazzjonijiet. |
|
(12) |
Mill-1 ta’ Jannar 2026, id-Direttiva (UE) 2023/959 neħħiet il-kunċett ta’ ġeneraturi tal-elettriku u t-trattament speċifiku tagħhom mil-lat ta’ allokazzjoni bla ħlas mill-EU ETS. Għalhekk, jenħtieġ li l-bidliet f’dan il-parametru ma jibqgħux japplikaw għad-determinazzjoni tal-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti. |
|
(13) |
Sabiex tiġi appoġġata applikazzjoni uniformi u preċiża tar-regoli u tal-metodoloġiji u monitoraġġ komprensiv u effettiv tal-livelli tal-attività, l-awtoritajiet kompetenti jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni bid-data relatata mal-ammont annwali finali rivedut tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lill-installazzjonijiet bil-bidliet mistennija fil-livelli ta’ attività tagħhom u d-data mill-installazzjonijiet kollha soġġetti għall-obbligu ta’ rappurtar annwali tal-livell tal-attività. |
|
(14) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed u tiġi ssimplifikata t-tranżizzjoni għall-perjodu ta’ allokazzjoni li jmiss, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2026, u b’hekk jiġi żgurat allinjament mal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/873 fir-rigward tar-regoli għar-rappurtar dwar id-data ta’ referenza għall-perjodu ta’ allokazzjoni li jmiss. |
|
(15) |
L-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 fih żbalji li jikkonċernaw parametri addizzjonali li l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-operaturi jirrapportawhom fir-rapport dwar il-livell tal-attività. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li dawk l-iżbalji jiġu kkoreġuti. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a Irkupru ta’ kwoti mnaqqsa f’konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 1. Meta l-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas ikun tnaqqas f’konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, l-operatur jista’ jirkupra l-kwoti mnaqqsa dment li l-operatur juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li tkun ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Meta l-operatur ikun jixtieq jirkupra l-kwoti mnaqqsa f’konformità mal-paragrafu 1, l-operatur għandu jippreżenta talba lill-awtorità kompetenti biex jirkupra l-kwoti mnaqqsa bħala parti mir-rapport verifikat dwar il-livell tal-attività msemmi fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta t-talba u tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġewx issodisfati. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati u l-Kummissjoni tkun adottat Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjoni lil dik l-installazzjoni, kull sena l-operatur għandu jirċievi l-ammont sħiħ ta’ kwoti għas-snin li jifdal fil-perjodu ta’ allokazzjoni li jibda mis-sena tal-preżentazzjoni tat-talba tal-irkupru tal-kwoti mnaqqsa. Artikolu 3b Rapport dwar in-newtralità klimatika 1. L-operaturi tal-installazzjonijiet li jkunu ppreżentaw pjan dwar in-newtralità klimatika f’konformità mal-Artikolu 22b tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 għandhom jabbozzaw rapport dwar in-newtralità klimatika li għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. 2. L-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw ir-rapport dwar in-newtralità klimatika u r-rapport ta’ verifika korrispondenti f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Marzu 2026 fir-rigward tal-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2025, u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull ħames sena minn hemm’ il quddiem fir-rigward tal-perjodu preċedenti ta’ 5 snin. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi skadenza aktar bikrija għall-preżentazzjoni tar-rapport dwar in-newtralità klimatika u tar-rapport ta’ verifika korrispondenti. 3. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni mudell elettroniku jew format ta’ fajl speċifiku għall-għoti tal-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness II. 4. Meta jabbozzaw ir-rapport dwar in-newtralità klimatika, l-operaturi għandhom jużaw il-mudell elettroniku jew il-format tal-fajl speċifiku msemmi fil-paragrafu 3. 5. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formats ta’ fajls speċifiċi żviluppati minn dawk l-Istati Membri biex jistabbilixxu u jippreżentaw rapporti dwar in-newtralità klimatika f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10a(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. Artikolu 3c Allokazzjoni ta’ kwoti mnaqqsa f’konformità mal-Artikolu 22b(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 1. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22b(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ikunu ġew issodisfati, wara t-tnaqqis tal-kwoti f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, il-kwoti mnaqqsa għandhom jiġu allokati għal kull sena fil-perjodu ta’ allokazzjoni applikabbli. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 22b(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 għandha tiġi ssodisfata jekk japplika dan kollu li ġej:
Artikolu 3d Kwoti addizzjonali ta’ 30 % għat-tisħin distrettwali 1. Sabiex jiżdied l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet bi 30 % f’konformità mal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, l-operaturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti prova dokumentarja tal-impenn legali għall-investiment imsemmi fl-Artikolu 22b(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, u prova dokumentarja li l-investiment iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet qabel l-2030. 2. L-ewwel darba li l-operaturi jistgħu jippreżentaw l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 hija sal-31 ta’ Marzu 2026, flimkien mar-rapport verifikat dwar in-newtralità klimatika. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22b(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jiġu ssodisfati fis-snin sussegwenti, l-operatur għandu jippreżenta l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Marzu tas-sena rilevanti flimkien mar-rapport annwali verifikat dwar il-livell tal-attività. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi skadenza aktar bikrija għat-tressiq tal-evidenza u tar-rapport verifikat dwar in-newtralità klimatika. 3. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 u r-rapport verifikat dwar in-newtralità klimatika. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet għaż-żieda tal-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22b(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 ġewx issodisfati. 4. Sabiex juri li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 22b(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 hija ssodisfata, l-operatur għandu jipprovdi l-evidenza kollha li ġejja lill-awtorità kompetenti:
5. Meta l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 matul il-perjodu ta’ allokazzjoni, l-operatur għandu jirċievi, fis-sena li fiha l-awtorità kompetenti tkun ħadet dik id-deċiżjoni, 30 % ta’ kwoti addizzjonali għal kull waħda mis-snin preċedenti fil-perjodu ta’ allokazzjoni. Jekk wara s-sena li fiha l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3, ikun għad fadal snin fil-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti, il-kwoti addizzjonali ta’ 30 % għandhom jiżdiedu mal-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet li għandhom jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331. 6. Il-kwoti addizzjonali ta’ 30 % ma għandhomx jibqgħu jiġu żborżati jekk l-awtorità kompetenti jew il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jkun stabbilixxa li r-rapport dwar in-newtralità klimatika ma jkunx ġie vverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. 7. L-operatur għandu jirritorna l-kwoti addizzjonali ta’ 30 % mingħajr dewmien fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
8. Jekk l-operatur ma jirritornax il-kwoti addizzjonali ta’ 30 % skont il-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-amministratur tar-reġistru nazzjonali biex ma jibqax iqassam l-allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas lil dak l-operatur sakemm jiġu rritornati l-kwoti addizzjonali ta’ 30 % mill-operatur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba bħal din.” |
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 6a Livell limitu assolut għall-aġġustamenti L-aġġustament għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti lil installazzjoni skont l-Artikolu 5(1), (2) u (3) u l-Artikolu 6 għandu jsir biss jekk l-aġġustament tal-ammont preliminari annwali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lis-subinstallazzjoni jkun mill-inqas 300 kwota tal-emissjonijiet fl-aggregat. Artikolu 6b Preżentazzjoni tar-referenzi lill-Kummissjoni L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2) mir-rapporti kollha dwar il-livell tal-attività ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 3(1) u (3), mingħajr dewmien żejjed malli jiġu vvalutati r-rapporti.” |
|
(7) |
it-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness I; |
|
(8) |
it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness II. |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-operaturi jirrappurtaw ukoll kwalunkwe wieħed mill-parametri addizzjonali inklużi fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rapport dwar il-livell tal-attività msemmi fil-paragrafu 1.”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet (ĠU L, 2024/873, 4.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1842/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).
(8) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/oj).
ANNESS I
“ANNESS I
Kalkolu tal-livell ta’ attività mistenni
Għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil u kull subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess, il-livell ta’ attività mistenni għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
fejn:
|
ALexpected,Y |
: |
il-livell ta’ attività mistennija tas-subinstallazzjoni fis-sena Y. |
|
HistEffi |
: |
l-effiċjenza medja storika fl-użu tal-enerġija jew l-effiċjenza medja storika fil-gassijiet serra (GHG) għal kull prodott i prodott fl-installazzjoni koperta minn kull kodiċi PRODCOM tas-subinstallazzjoni skont il-lista msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2552 (1). |
Għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana u għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil, l-effiċjenza storika fl-użu tal-enerġija għandha tkun iddeterminata bħala l-kwozjent tal-ammont rilevanti ta’ sħana jew fjuwil użat għall-produzzjoni ta’ kull prodott u l-ammonti tal-produzzjoni rispettiva tagħhom, skont is-snin rilevanti użati għal-livell tal-attività storiku fir-rapport dwar id-data ta’ referenza. L-ammonti rilevanti għandhom jiġu żgurati billi titqies ukoll kwalunkwe importazzjoni minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS jew inkluża biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Għas-subinstallazzjonijiet ta’ emissjonijiet minn proċess, l-effiċjenza storika fil-gassijiet serra għandha tiġi ddeterminata bħala l-kwozjent tal-emissjonijiet minn proċess assoċjati mal-produzzjoni ta’ kull prodott u l-ammonti tal-produzzjoni rispettiva tagħhom skont is-snin rilevanti użati għal-livell tal-attività storiku fir-rapport dwar id-data ta’ referenza.
|
ProdLeveli,Y |
: |
il-livell ta’ produzzjoni ta’ kull prodott i prodott fl-installazzjoni fis-sena Y. |
|
ALremaining,Y |
: |
l-ammonti li jifdal tal-livell ta’ attività matul is-sena Y, li mhumiex relatati mal-produzzjoni tal-prodotti msemmija hawn fuq, inkluż l-ammonti tal-livell tal-attività relatata mal-esportazzjoni tas-sħana jew il-produzzjoni ta’ prodotti ġodda li ma ġewx prodotti fix-xenarju ta’ referenza. |
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2552 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għat-tema dettaljata tal-istatistika tal-produzzjoni industrijali li jistabbilixxi d-diżaggregazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-prodotti industrijali, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197, fir-rigward tal-kopertura tal-klassifikazzjoni tal-prodotti (ĠU L 336, 29.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2552/oj).
ANNESS II
“ANNESS II
Kontenut tar-rapport dwar in-newtralità klimatika
1. DATA ĠENERALI DWAR L-INSTALLAZZJONI
1.1. Identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-operatur
Din l-entrata għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-installazzjoni; |
|
(b) |
l-identifikatur tal-installazzjoni użat fir-Reġistru tal-Unjoni; |
|
(c) |
l-identifikatur tal-permess u d-data tal-ħruġ tal-ewwel permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li nħareġ lill-installazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/87/KE; |
|
(d) |
l-identifikatur tal-permess u d-data tal-aktar permess reċenti għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li nħareġ lill-installazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/87/KE; |
|
(e) |
l-isem u l-indirizz tal-operatur, l-informazzjoni tal-kuntatt ta’ rappreżentant awtorizzat u ta’ persuna ta’ kuntatt ewlenija, jekk differenti; |
|
(f) |
meta l-pjan dwar in-newtralità klimatika jiġi ppreżentat fil-livell tal-kumpanija mill-kumpanija tat-tisħin distrettwali, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) għal kull installazzjoni marbuta ma’ dik il-kumpanija u operata minnha kif ukoll koperta mill-pjan dwar in-newtralità klimatika, inkluża deskrizzjoni tar-rabtiet mal-kumpanija tat-tisħin distrettwali. |
1.2. Informazzjoni tal-verifikatur
Din l-entrata għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-verifikatur, l-informazzjoni tal-kuntatt ta’ rappreżentant awtorizzat u ta’ persuna ta’ kuntatt ewlenija, jekk differenti; |
|
(b) |
l-isem tal-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li akkredita l-verifikatur; |
|
(c) |
in-numru ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni. |
1.3. Data rilevanti rigward il-pjan dwar in-newtralità klimatika
Din l-entrata għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru ta’ referenza u ta’ verżjoni tal-aktar pjan riċenti dwar in-newtralità klimatika aċċettat mill-awtorità kompetenti inkluż id-data minn meta hi applikabbli l-verżjoni u l-verżjonijiet ta’ kwalunkwe pjan ieħor dwar in-newtralità klimatika rilevanti għall-perjodu ta’ 5 snin li huma relatati miegħu l-miri u l-istadji importanti intermedji fir-rapport; |
|
(b) |
il-bidliet fil-pjan dwar in-newtralità klimatika li saru fil-perjodu ta’ 5 snin li huma relatati miegħu l-miri u l-istadji importanti intermedji fir-rapport; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar jekk il-bidliet imsemmija fil-punt (b) tqisux konformi mill-awtorità kompetenti; |
|
(d) |
l-indikazzjoni tal-perjodu rilevanti ta’ 5 snin. |
2. INFORMAZZJONI DWAR L-ISTADJI IMPORTANTI U L-MIRI
|
2.1. |
għal kull stadju importanti elenkat fil-pjan dwar in-newtralità klimatika relatat mal-perjodu rilevanti ta’ 5 snin, u informazzjoni dwar jekk inkisibx; |
|
2.2. |
miri għal emissjonijiet speċifiċi milħuqa relatati mal-perjodu rilevanti ta’ 5 snin, inkluż l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2441 tal-31 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-pjanijiet ta’ newtralità klimatika meħtieġa għall-għoti tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet (ĠU L, 2023/2441, 3.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2441/oj).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/447/oj)..
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/772/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)