|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/770 |
8.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 40/2025
tal-20 ta’ Frar 2025
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/770]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2556 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 14 (id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 19b (id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 30 (id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31ba (id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31bb (id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 16e (id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u l-punt 31d (id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat bi:
|
|
3. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31pc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486):
|
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 31baa (ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31bf (ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31l (ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2022/2554 u tad-Direttiva (UE) 2022/2556 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1.
(2) ĠU L 333, 27.12.2022, p. 153.
(*1) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/770/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)