|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/769 |
8.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 39/2025
tas-7 ta’ Frar 2025
li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE, dwar l-abolizzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2025/769]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1875 tal-1 ta’ Lulju 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Twente” (DOP)) (1) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fil-prodotti agrikoli ma tkunx estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 8zm (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/905) tal-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:
|
“8zn. |
32024 R 1875: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2024/1875 tal-1 ta’ Lulju 2024 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Twente” (DOP)) (ĠU L, 2024/1875, 8.7.2024).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1875 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/1875, 8.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1875/oj.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/769/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)