European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/760

8.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 32/2025

tas-7 ta’ Frar 2025

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2025/760]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2381 tad-29 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/480 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 19ad (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/480) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32023 R 2381: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2381 tal-29 ta’ Settembru 2023 (ĠU L, 2023/2381, 5.10.2023).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2381 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2023/2381, 5.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2381/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/760/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)