European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/758

8.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 8/2025

tas-7 ta’ Frar 2025

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/758]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1647 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta’ deroga għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli adattati għall-produzzjoni organika (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 14 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE) tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32022 L 1647: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1647 tal-23 ta' Settembru 2022 (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 46).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1647 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 248, 26.9.2022, p. 46.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/758/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)