|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/750 |
8.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 4/2025
tas-7 ta’ Frar 2025
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/750]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2177 tat-2 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ prepazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta bl-Aspergillus oryzae DSM 33737 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew imrobbija għat-tgħammir, għall-majjaliet tal-ispeċijiet Suidae kollha u għall-ħut bil-pinen kollu (detentur tal-awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. z o.o.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2179 tat-2 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1452 fir-rigward tal-kontenut massimu rrakkomandat ta’ 4-idrossi–2,5-dimetilfuran-3(2H)-on għall-qtates u għall-klieb (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2184 tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2180 tat-2 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi, endo-1,4-beta-glukanażi u endo-beta-1,4-glukanażi speċifika għall-ksiloglukan prodotti bi Trichoderma citrinoviride DSM 33578 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet Suidae (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma EOOD) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2385 tad-9 ta’ Settembru 2024 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-4-metil-5-viniltijażol bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2388 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 84/2014 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2389 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Phibro Animal Health s.a.) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1443/2006 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2464 tat-12 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali abjad tal-arżnu mill-Pinus pinaster Aiton bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8), kif rettifikat mill-ĠU L, 2024/90623, 11.10.2024, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2427 tas-16 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-kosbor mill-Coriandrum sativum L. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (9), kif rettifikat mill-ĠU L, 2024/90626, 15.10.2024, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2441 tas-16 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Enterococcus lactis DSM 22502 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 304/2014 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2389 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1443/2006 (11), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2441 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 304/2014 (12), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar minnu. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(14) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 2zzu (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2014): “, kif emendat bi:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 469 (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1452): “, kif emendat bi:
|
|
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 604 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1989):
|
|
4. |
It-testi tal-punti 1zzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006) u 105 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014) jitħassru. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2177, (UE) 2024/2179, (UE) 2024/2184, (UE) 2024/2180, (UE) 2024/2385, (UE) 2024/2388, (UE) 2024/2389, (UE) 2024/2464, kif ikkoreġuti mill-ĠU L, 2024/90623, 11.10.2024, (UE) 2024/2427, kif ikkoreġuti mill-ĠU L, 2024/90626, 15.10.2024, u (UE) 2024/2441 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/2177, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2177/oj.
(2) ĠU L, 2024/2179, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2179/oj.
(3) ĠU L, 2024/2184, 4.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2184/oj.
(4) ĠU L, 2024/2180, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2180/oj.
(5) ĠU L, 2024/2385, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2385/oj.
(6) ĠU L, 2024/2388, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2388/oj.
(7) ĠU L, 2024/2389, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2389/oj.
(8) ĠU L, 2024/2464, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2464/oj.
(9) ĠU L, 2024/2427, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2427/oj.
(10) ĠU L, 2024/2441, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2441/oj.
(11) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12.
(12) ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/750/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)