|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/749 |
8.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 1/2025
tad-9 ta’ Jannar 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni), l-Anness X (Servizzi b’mod ġenerali) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE [2025/749]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Annessi II u X u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiddaħħal wara s-17-il paragrafu tal-parti introduttorja tal-Kapitolu XIII: “L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu assoċjati bis-sħiħ mal-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa, inkluż is-sottogruppi tiegħu, kif stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fi ħdanu bħall-Istati Membri tal-UE. B’deroga mill-paragrafu preċedenti, il-membri nnominati mill-Istati tal-EFTA ma għandhomx ikunu intitolati li jipparteċipaw f’voti. Madankollu, meta ssir votazzjoni, il-pożizzjonijiet tal-membri nnominati mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu rreġistrati separatament fuq talba tagħhom. Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, meta ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, l-opinjonijiet xjentifiċi diverġenti mill-Istati tal-EFTA, inkluż ir-raġunijiet xjentifiċi li fuqhom ikunu bbażati dawk l-opinjonijiet, għandhom jiġu inkorporati fir-rapporti.” |
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 22n (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/878) tal-Kapitolu XIII:
|
|
3. |
Dan li ġej jiddaħħal fil-parti introduttorja tal-Kapitolu XXX: “L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu assoċjati bis-sħiħ mal-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa, inkluż is-sottogruppi tiegħu, kif stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fi ħdanu bħall-Istati Membri tal-UE. B’deroga mill-paragrafu preċedenti, il-membri nnominati mill-Istati tal-EFTA ma għandhomx ikunu intitolati li jipparteċipaw f’voti. Madankollu meta ssir votazzjoni, il-pożizzjonijiet tal-membri nnominati mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu rreġistrati separatament fuq talba tagħhom. Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, meta ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, l-opinjonijiet xjentifiċi diverġenti mill-Istati tal-EFTA, inkluż ir-raġunijiet xjentifiċi li fuqhom ikunu bbażati dawk l-opinjonijiet, għandhom jiġu inkorporati fir-rapporti.” |
|
4. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/123) tal-Kapitolu XXX:
|
Artikolu 2
Dan li ġej jiżdied mal-punt 2 (id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32021 R 2282: Ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1).” |
Artikolu 3
Il-punt li ġej jiddaħħal fil-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE:
|
“50. |
Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).” |
Artikolu 4
It-test tar-Regolament (UE) 2021/2282 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Jannar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/749/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)