European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/736

8.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 5/2025

tas-7 ta' Frar 2025

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/736]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2183 tat-2 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) 2016/899, (UE) 2017/440, (UE) 2017/896, (UE) 2020/164, (UE) 2020/166, (UE) 2021/2051, (UE) 2021/2096, (UE) 2023/1167, (UE) 2023/1703 u (UE) 2023/1713 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2185 tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Toa Biopharma Co., Ltd) (2) għandu jiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2zd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011), 167 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899), 205 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440) u 211 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/896):

“—

32024 R 2183: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2183 tat-2 ta’ Settembru 2024 (ĠU L, 2024/2183, 3.9.2024).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 342 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/164), 344 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/166), 431 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2096), 436 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2051), 500 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1167), 508 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1703) u 516 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1713):

“, kif emendat bi:

32024 R 2183: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2183 tat-2 ta’ Settembru 2024 (ĠU L, 2024/2183, 3.9.2024).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 613 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2441):

“614.

32024 R 2185: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2185 tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Toa Biopharma Co., Ltd.) (ĠU L, 2024/2185, 4.9.2024.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2183 u (UE) 2024/2185 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2183, 3.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2183/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2185, 4.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2185/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/736/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)