European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/724

8.5.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 6/2025

tas-7 ta' Frar 2025

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2025/724]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2393 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ dik is-sustanza bħala addittiv fl-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2394 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Enterococcus lactis NCIMB 10415 bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (detentur ta’ awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products Ltd.) u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2013 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2394 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 614 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2185):

“615.

32024 R 2393: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2393 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ dik is-sustanza bħala addittiv fl-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L, 2024/2393, 10.9.2024).

616.

32024 R 2394: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2394 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Enterococcus lactis NCIMB 10415 bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (detentur ta’ awtorizzazzjoni: DSM Nutritional Products Ltd.) u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2013 (ĠU L, 2024/2394, 10.9.2024).”

2.

It-test tal-punt 2zzr (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393 u (UE) 2024/2394 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2025, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2393, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2393/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2394, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2394/oj.

(3)   ĠU L 289, 31.10.2013, p. 38.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/724/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)