|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/708 |
14.4.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/708
tal-11 ta’ April 2025
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 (3), f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti li jagħmlu parti mill-grupp ta’ sustanzi li jorbtu, sustanzi għal kontra t-tagħqid u koagulanti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-ferroċjanur tas-sodju u tal-ferroċjanur tal-potassju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti għal kontra t-tagħqid”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-21 ta’ Marzu 2023 (4) u tal-4 ta’ Ġunju 2024 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-użu tal-ferroċjanur tas-sodju u tal-ferroċjanur tal-potassju kien sikur għall-annimali, meta jiżdied mal-klorur tas-sodju fil-kontenuti massimi speċifikati aktar fl-opinjonijiet u li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, dawn ma kienu tal-ebda tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju la kienu irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn u lanqas sensitizzaturi tal-ġilda. Madankollu, minħabba l-preżenza tan-nikil, il-ferroċjanur tas-sodju tqies bħala sensitizzatur dermali u respiratorju. Ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni dwar is-sikurezza għall-utent espost permezz tal-inalazzjoni għall-ferroċjanur tal-potassju. L-użu tal-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju bħala addittivi tal-għalf tqies sikur għall-ambjent. Il-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju tqiesu effikaċi bħala aġenti għal kontra t-tagħqid meta jiġu inklużi fil-klorur tas-sodju fil-livelli tal-użu proposti. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti ta’ dawk l-addittivi. |
|
(6) |
Billi ma hemmx kwistjonijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki lill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “aġenti għal kontra t-tagħqid”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1810/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005 huwa mħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittivi tal-għalf, il-ferroċjanur tas-sodju u l-ferroċjanur tal-potassju, kif awtorizzati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005, u l-premixxeli li fihom dawk l-addittivi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Novembru 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Mejju 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Mejju 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Mejju 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Mejju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Mejju 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li mhumiex intiżi għall-produzzjoni tal-ikel.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 tal-4 ta’ Novembru 2005 dwar awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta’ ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1810/oj).
(4) EFSA Journal 2023;21(4):7960. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7960.
(5) EFSA Journal 2024;22(7):e8851. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8851.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ ferroċjanur tas-sodju (ikkalkulat bħala joni tal-ferroċjanur) /kg NaCl |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiagglomeranti |
||||||||||||||||
|
1i535 |
Ferroċjanur tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ferroċjanur tas-sodju ≥ 99 % Għamla solida _____________________________ |
Dundjani tas-simna u dundjani mrobbija għat-tnissil Tiġieġ tal-bajd Pollam minuri għall-bajd u għat-tnissil Speċijiet porċini Ruminanti Kamelidi Fniek Ekwini Ħut bil-pinen Klieb Qtates |
- |
- |
80 |
|
L-4 ta’ Mejju 2035. |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ferroċjanur tas-sodju prodott permezz tas-sinteżi kimika Numru CAS: 13601-19-9 Formula kimika: Na4[Fe(CN)6] 10H2O Indewwa ≤ 1 % Materjal insolubbli fl-ilma ≤ 0,03 % Joni tal-klorur (Cl-) ≤ 0,2 % Sulfat (SO4) ≤ 0,1 % Ċjanur ħieles mhux detettabbli Ferroċjanur mhux detettabbli _____________________________ |
||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-ferroċjanur tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-ferroċjanur fil-klorur tas-sodju:
|
||||||||||||||||
|
L-ispeċijiet l-oħra kollha tal-annimali |
- |
- |
60 |
|
||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ ferroċjanur tal-potassju (ikkalkulat bħala joni tal-ferroċjanur) /kg NaCl |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiagglomeranti |
||||||||||||||||
|
1i536 |
Ferroċjanur tal-potassju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ferroċjanur tal-potassju ≥ 99 % Għamla solida _____________________________ |
Dundjani tas-simna u dundjani mrobbija għat-tnissil Tiġieġ tal-bajd Pollam minuri għall-bajd u għat-tnissil Speċijiet porċini Ruminanti Kamelidi Fniek Ekwini Ħut bil-pinen Klieb Qtates |
- |
- |
80 |
|
L-4 ta’ Mejju 2035. |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ferroċjanur tal-potassju prodott permezz tas-sinteżi kimika Numru CAS: 14459-95-1 Formula kimika: K4[Fe(CN)6] 3H2O Indewwa ≤ 1 % Materjal insolubbli fl-ilma ≤ 0,03 % Joni tal-klorur (Cl-) ≤ 0,2 % Sulfat (SO4) ≤ 0,1 % Ċjanur ħieles mhux detettabbli Ferroċjanur mhux detettabbli _____________________________ |
||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (3) Għall-karatterizzazzjoni tal-ferroċjanur tal-potassju fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-ferroċjanur fil-klorur tas-sodju:
|
||||||||||||||||
|
L-ispeċijiet l-oħra kollha tal-annimali |
- |
- |
60 |
|||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Aċidi qawwija: aċidi bil-pKa < -2 fl-ilma
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(4) Aċidi qawwija: aċidi bil-pKa < -2 fl-ilma
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/708/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)