|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/707 |
11.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/707
tat-8 ta’ April 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fid-29 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1247 (2), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 u li testendi l-mandat tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2026. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ April 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1308 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2025. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Frar 2025, ir-Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2025 sal-15 ta’ Awwissu 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) huwa estiż mill-1 ta’ Mejju 2025 sal-15 ta’ Awwissu 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1869/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1247 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2024/1247, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1247/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1308 tat-30 ta’ April 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2024) (ĠU L, 2024/1308, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1308/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/707/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)