|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/670 |
7.4.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/670
tal-4 ta’ April 2025
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara li l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“EUROFER” jew “l-ilmentatur”) ressqet ilment fl-24 ta’ Ġunju 2024. L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni għall-fini li jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, dawk id-dazji jistgħu, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa, jiġu imposti retroattivament fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2719 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Eġizzjani, Indjani, Ġappuniżi u Vjetnamiżi, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti, u n-negozjanti magħrufa, kif ukoll assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw fiha. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Saret seduta ta’ smigħ mal-Gvern Eġizzjan, il-produttur esportatur Eġizzjan li kkoopera, Nippon Steel Corporation, JFE Steel Corporation, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija tal-Ġappun, u mal-Konsorzju għad-difiża tal-Importazzjonijiet ta’ prodotti Ċatti b’Laminazzjoni Termali (il-“Konsorzju”). |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
1.4.1. Pretensjonijiet rigward in-nuqqas ta’ theddid għall-industrija tal-UE
|
(6) |
Wara l-bidu, il-produttur esportatur Eġizzjan li kkoopera sostna li l-esportazzjonijiet ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar (“HRF”, hot-rolled flat) mill-Eġittu lejn l-Unjoni kienu negliġibbli, u kienu jammontaw għal 1,3 % biss tas-suq miftuħ. Huwa argumenta wkoll li peress li huwa l-uniku produttur tal-HRF fl-Eġittu, il-kapaċità tiegħu kienet ħafna iżgħar meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra kkonċernati u ma żdiditx mill-1999. |
|
(7) |
L-istess esportatur li kkoopera argumenta li kellu sħubija fit-tul ma’ diversi fornituri tat-tagħmir, banek u gvernijiet Ewropej, fir-rigward b’mod partikolari tax-xiri ta’ materja prima inkluż mineral tal-ħadid ta’ grad għoli minn Stat Membru wieħed. |
|
(8) |
Dawn il-pretensjonijiet ġew eżaminati rispettivament fit-taqsimiet dwar il-kawżalità u l-interess tal-UE. |
1.4.2. Pretensjonijiet dwar in-nuqqas ta’ evidenza
|
(9) |
Waslu kummenti mingħand il-Konsorzju, il-Gvern tal-Eġittu u l-produttur esportatur Eġizzjan li kkoopera. |
|
(10) |
Il-Konsorzju argumenta li l-industrija tal-Unjoni kienet diġà protetta żżejjed bl-implimentazzjoni ta’ reġim ta’ salvagwardja li jistabbilixxi limitu massimu li jillimita fil-livell ta’ 15 % l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-Konsorzju argumenta li f’dawn l-aħħar tmien snin, ittieħdu diversi miżuri anti-dumping u antisussidji kontra l-importazzjonijiet minn pajjiżi produtturi ewlenin bħall-Brażil, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Iran, it-Turkija u l-Ukrajna. Dan l-argument ikompli jiġi indirizzat fil-premessa (198) hawn taħt. |
|
(11) |
Produttur esportatur sostna li nkisru d-drittijiet tad-difiża minħabba l-inkompletezza tal-verżjonijiet miftuħa tal-annessi tal-ilment li saru disponibbli fil-fajl miftuħ għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(12) |
Produttur esportatur Vjetnamiż argumenta li l-bidu ma kienx f’konformità mal-Artikolu 5.2 u 5.3 tal-Ftehim dwar l-Antidumping (“ADA”, Antidumping Agreement) tad-WTO u mal-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku, peress li kien nieqes mill-evidenza pożittiva li tiġġustifika l-bidu tal-proċediment. |
|
(13) |
Dan il-produttur esportatur sostna li l-fatturi u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikolu 3(3) u (5) u kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku ma kinux inklużi fl-ilment mill-ilmentatur, jew l-informazzjoni rilevanti ppreżentata dwar ċerti aspetti oħra ma kinitx kompluta jew ippreżentata b’mod li jirrappreżenta ħażin l-istat attwali tal-industrija tal-Unjoni. Dawn kienu jikkonċernaw:
|
|
(14) |
B’riżultat ta’ dan, għadd kbir ta’ indikaturi tad-dannu li jirrikjedu eżami skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ma kinux ġew ittrattati fl-ilment. Dawn l-indikaturi jinkludu r-redditu fuq l-investiment, il-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Unjoni, l-effetti negattivi reali u potenzjali fuq il-fluss ta’ flus, l-inventarji, il-pagi, jew il-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(15) |
Fl-aħħar nett, dan il-produttur esportatur sostna li d-data pprovduta mill-ilmentatur rigward is-sehem mis-suq kienet aritmetikament impossibbli minħabba ż-żieda konsistenti fil-bejgħ domestiku ogħla mil-livell ta’ tkabbir fil-konsum. |
|
(16) |
Bi tweġiba għal dawk l-argumenti, ġie kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta skont trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment. |
|
(17) |
Huwa mfakkar li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6.5 ADA jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. |
|
(18) |
L-informazzjoni pprovduta fl-annessi limitati tal-ilment taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Fi kwalunkwe każ, l-ilmentatur ikun ipprovda sommarju sinifikattiv tal-informazzjoni li tinsab fl-annessi limitati tal-ilment sabiex il-partijiet interessati jista’ jkollhom “fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali” kif stabbilit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur ġabar fil-qosor b’mod adegwat il-kontenuti ta’ dawn l-annessi, mingħajr ma jiżvela data sensittiva speċifika għall-kumpanija. |
1.4.3. Pretensjonijiet sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping għall-Eġittu
|
(19) |
Il-Gvern Eġizzjan u l-produttur esportatur li kkoopera t-tnejn ippreżentaw kummenti dwar il-bidu, filwaqt li sostnew in-nuqqas ta’ dumping għall-importazzjonijiet Eġizzjani. Huma argumentaw li d-dumping għall-Eġittu fl-ilment ġie stabbilit permezz ta’ “użu skorrett tar-rata tal-kambju uffiċjali aktar milli r-rata tas-suq parallela” biex jiġu kkalkolati l-valur normali u l-marġni tad-dumping. Huma argumentaw li l-użu tar-“rata tas-suq parallela” għall-kalkolu tad-dumping juri li l-importazzjonijiet Eġizzjani ma nbiegħux bi prezzijiet inġustament baxxi fis-suq tal-UE. Iż-żewġ partijiet b’hekk talbu għall-użu tar-rata tal-kambju parallela għal muniti barranin minflok ir-rata uffiċjali tal-Bank Ċentrali Eġizzjan (“CBE”, Egyptian Central Bank) għall-konverżjoni tal-euro u tad-dollaru tal-Istati Uniti (“USD”, United States dollar) f’liri Eġizzjani (“EGP”, Egyptian pound). Sabiex jissostanzjaw il-pretensjoni tagħhom, iż-żewġ partijiet irreferew għal pubblikazzjonijiet ta’ Ernest&Young, tal-FMI u tal-Kummissjoni Ewropea, u għal digrieti governattivi Eġizzjani li jirrikonoxxu r-rata tal-kambju tas-suq parallela, inkluż dokument speċifiku maħruġ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni mill-Awtorità Regolatorja Finanzjarja Eġizzjana li jawtorizza lil EZDK tuża r-rati tal-kambju reali, sostnut minn dokumenti, aktar milli dawk uffiċjali tas-CBE għal finijiet ta’ kontabilità finanzjarja u ta’ rapportar għas-snin 2023 u 2024. |
|
(20) |
Madankollu, kienet il-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tuża r-rati tal-kambju uffiċjali f’każijiet fejn ikun hemm allegazzjonijiet tal-użu ta’ rati tal-kambju paralleli (4). Barra minn hekk, irid jiġi nnotat li r-rata uffiċjali tas-CBE kienet l-unika rata tal-kambju legali li kienet prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment u li ma kien hemm l-ebda rata storika rreġistrata pubblikament ta’ suq “illeċitu” jew parallel għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ilment ġie kkunsidrat bħala sostnut minn biżżejjed evidenza għall-fini tal-bidu tal-każ. Madankollu, għall-investigazzjoni nnifisha, il-Kummissjoni ddependiet biss fuq data verifikata, fost oħrajn ippreżentata mill-partijiet fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u vverifikata fuq il-post. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(21) |
Iż-żewġ partijiet sostnew ukoll li sar żball fil-kalkolu tad-dumping fl-ilment, bl-użu ta’ “kostijiet għoljin ħafna tat-trasport tal-merkanzija” mingħajr ġustifikazzjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur li kkoopera sostna li saru żbalji fil-kalkolu tad-dumping fl-ilment billi ġiet applikata r-rata tal-kambju uffiċjali għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali u billi ntużaw “prezzijiet domestiċi żbaljati” u billi saret referenza għall-prezzijiet tal-HRF ta’ żewġ kumpaniji Eġizzjani li ma jipproduċux il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(22) |
F’dan ir-rigward ukoll, jenħtieġ li jissemma’ li l-ilment ġie kkunsidrat bħala sostnut minn biżżejjed evidenza għall-fini tal-bidu tal-każ. Għall-investigazzjoni nnifisha, il-Kummissjoni ddependiet biss fuq data verifikata, fost oħrajn ippreżentata mill-partijiet fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u vverifikata fuq il-post. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
1.4.4. Pretensjonijiet sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping għall-Vjetnam
|
(23) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Vjetnam, Formosa Ha Tinh Steel Corporation (“Formosa”), Hoa Phat Dung Quat Steel Joint Company (“HPDQ”) u utent, Marcegaglia Carbon Steel S.p.A, ippreżentaw kummenti sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping fl-ilment, u b’mod partikolari dwar l-allegazzjonijiet mill-ilmentatur dwar l-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq” fil-Vjetnam li ma tippermettix paragun xieraq skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. It-tliet partijiet argumentaw li l-allegazzjonijiet fl-ilment dwar l-eżistenza tas-sitwazzjoni partikolari tas-suq kienu bla bażi. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni fakkret li meta vvalutat l-evidenza fl-ilment, qieset biss dawk l-elementi li għalihom l-evidenza fl-ilment kienet adegwata u preċiża biżżejjed. Hija kkunsidrat li dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-evidenza li kienet tinsab fl-ilment dwar l-eżistenza tas-sitwazzjoni partikolari tas-suq fil-Vjetnam. Barra minn hekk, id-dumping ikkalkolat fl-ilment madankollu ġie stabbilit mingħajr ma tqieset is-sitwazzjoni partikolari tas-suq. B’żieda ma’ dan, l-eżistenza tas-sitwazzjoni partikolari tas-suq ma ġietx stabbilita mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-marġni tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, ġew ikkalkolati f’konformità mal-metodu dettaljat fit-Taqsima 3.4 hawn taħt. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjonijiet. |
1.4.5. Pretensjoni rigward bidla antiċipata fiċ-ċirkostanzi fil-Vjetnam
|
(25) |
Formosa argumentat li s-suq domestiku fil-Vjetnam esperjenza pressjoni għolja mill-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mill-Indja bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. B’riżultat ta’ dan, il-Gvern tal-Vjetnam beda investigazzjoni anti-dumping, u ġew imposti miżuri proviżorji f’Jannar 2025. B’hekk, Formosa argumentat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-bidla antiċipata fiċ-ċirkostanzi, u jenħtieġ li tiżgura li l-miżuri antidumping eventwali li għandhom jiġu imposti fuq il-Vjetnam ikunu adegwati għas-sitwazzjoni l-ġdida ta’ natura dejjiema. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-valutazzjoni tad-dumping u d-dannu li jirriżulta kienu relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fit-Taqsima 1.8 hawn taħt, u li ma setgħetx tantiċipa l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq u lanqas l-imġiba futura tal-produtturi esportaturi fil-Vjetnam. Jekk iġġustifikat, dment li tkun tista’ tintwera bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ natura dejjiema, jista’ jinfetaħ rieżami tad-dazji fuq dik il-bażi, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni. |
1.5. Kampjunar
|
(27) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni indikat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(28) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni indikat li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-ogħla volumi rappreżentattivi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ, filwaqt li żgurat firxa ġeografika. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(29) |
Bħala riżultat, il-kampjun finali kien magħmul minn tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Huwa jammonta għal aktar minn 34 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u aktar minn 35 % tal-bejgħ totali stmat tal-prodott simili fl-Unjoni. |
1.5.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(30) |
Sabiex tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(31) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. |
1.5.3. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fl-Eġittu, fl-Indja, fil-Ġappun u fil-Vjetnam
|
(32) |
Sabiex tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Eġittu, fl-Indja, fil-Ġappun u fil-Vjetnam jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għall-Unjoni Ewropea, lill-Missjoni tal-Indja għall-Unjoni Ewropea, lill-Missjoni tal-Ġappun għall-Unjoni Ewropea u lill-Missjoni tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-Unjoni Ewropea jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-Eġittu, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Il-grupp jikkonsisti minn azjenda, Ezz Steel Company (“Ezz Steel”), li hija s-sid ta’ produttur esportatur, All Ezz Dekheila Steel Company (“EZDK”), li min-naħa tiegħu huwa s-sid ta’ produttur esportatur ieħor, Ezz Flat Steel Company (“EFS”). Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ il-kampjunar. |
|
(34) |
Fir-rigward tal-Indja u tal-Ġappun, ħames produtturi esportaturi f’kull pajjiż ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Waħda mill-kumpaniji Ġappuniżi, madankollu, ma kinitx produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat u ġiet injorata għall-fini tal-istabbiliment ta’ kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi kemm fl-Indja kif ukoll fil-Ġappun, fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha u l-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjuni. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjuni. |
|
(35) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-Vjetnam, tliet kumpaniji pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun, madankollu tnejn minnhom biss kienu produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. Bil-ħsieb tal-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ il-kampjunar. |
1.6. Eżami individwali
|
(36) |
L-ebda produttur esportatur ma talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(37) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-Eġittu, fl-Indja, fil-Ġappun u fil-Vjetnam, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti. L-istess kwestjonarji kienu disponibbli online (5) fil-jum tal-bidu. |
|
(38) |
L-ilmentatur ipprovda fl-ilment biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fl-Indja u fil-Vjetnam rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk jiġux applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-Indja u tal-Vjetnam. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali lill-Gvern tal-Vjetnam. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal kif jiġi stabbilit b’mod proviżorju d-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(40) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
|
(41) |
Wara l-bidu, produttur esportatur argumenta li s-sena 2020 jenħtieġ li tiġi inkluża bħala s-sena referenzjarja fil-perjodu kkunsidrat, sabiex jitqies bis-sħiħ l-impatt tad-distorsjonijiet tas-suq mill-kriżi tal-COVID-19 fuq l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-perjodu kkunsidrat ma għandux jiġi estiż għas-sena 2020 peress li s-suq u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu influwenzati serjament minn ċirkostanzi eċċezzjonali skattati mill-kriżi tal-COVID-19. Tali estensjoni ma jkollhiex valur miżjud. Barra minn hekk, it-tul tal-perjodu kkunsidrat kien konsistenti mal-prattiki normali ta’ investigazzjoni. |
|
(43) |
Produttur esportatur ieħor sostna li billi għażlet il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-bidu, il-Kummissjoni ħalliet barra t-trimestru sħiħ bejn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni u d-data tal-bidu (it-8 ta’ Awwissu 2024) u b’hekk naqqset il-perjodu kkunsidrat għall-2021 – l-ewwel trimestru tal-2024 billi eskludiet is-snin sħaħ 2020-2023. |
|
(44) |
Skont dan il-produttur esportatur, din id-deċiżjoni ma kinitx f’konformità mal-“istandard legali preskritt” mir-Regolament bażiku u, billi għażlet is-sena mhux rappreżentattiva tal-2021 bħala parametru referenzjarju, għawwġet ir-riżultat tal-analiżi tad-dannu materjali. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni ċaħdet b’mod proviżorju dawn il-pretensjonijiet peress li, l-ewwel nett, hija l-prattika standard tal-Kummissjoni u hija fid-diskrezzjoni tagħha li tagħżel perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur immedjatament qabel id-data tal-bidu (6) u li tikkunsidra għall-valutazzjoni tad-dannu tliet snin kalendarji minbarra l-perjodu ta’ investigazzjoni u mhux erbgħa. It-tieni, it-telf imġarrab mill-industrija ġenerali, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, fis-sena 2020, kien prinċipalment dovut għall-kriżi tal-COVID-19, li rriżultat f’għeluq tal-produzzjoni, b’diversi impjanti tal-azzar iddiżattivati madwar id-dinja. Ladarba l-ekonomija bdiet tirkupra mill-COVID-19 mill-2021, id-domanda għall-prodott taħt investigazzjoni mxiet fl-istess direzzjoni, li rriżultat f’żidiet fil-prezzijiet u fil-profitti. Dan ifisser li s-sena 2020 tirrappreżenta punt eċċezzjonalment baxx, aktar milli sena tipika. It-tielet, mill-2021, stabbilizzaw il-provvista u d-domanda sabiex ġie kkunsidrat xieraq perjodu kkunsidrat li jibda fl-2021. Fi kwalunkwe każ, f’konformità mal-prattika standard tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni analizzat il-fatturi rilevanti kollha biex tivvaluta l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(46) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “maqtugħa skont id-daqs” u “li jkunu strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“il-prodott taħt investigazzjoni”). Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
|
(47) |
Prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali huma mmanifatturati permezz tal-laminazzjoni termali; dan huwa proċess li jifforma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta’ laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta’ rikristallizzazzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu pprovduti f’diversi forom: f’koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, imnaddfin bl-aċidu jew le), maqtugħin f’tulijiet (folji) jew li jkunu strixxi dojoq. |
|
(48) |
Hemm żewġ użi ewlenin tal-prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali. L-ewwel nett, dawn huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar downstream b’valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija b’laminazzjoni bil-kesħa. It-tieni, jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti finali għal diversi applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta’ tubi tal-azzar), fil-bini ta’ bastimenti, f’kontenituri tal-gass, f’karozzi, f’reċipjenti taħt pressjoni u f’pipelines tal-enerġija. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(49) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni, li joriġina mill-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi(jiet) NM 7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 10 , 7208 52 99 , 7208 53 10 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 13 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , ex 7225 19 10 (Kodiċi TARIC 7225 19 10 90), 7225 30 90 , ex 7225 40 60 (Kodiċi TARIC 7225 40 60 90), 7225 40 90 , ex 7226 19 10 (Kodiċi TARIC 7226 19 10 91, 7226 19 10 95), 7226 91 91 u 7226 91 99 . Il-kodiċijiet NM u TARIC huma pprovduti biss għal informazzjoni u mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tariffarja. L-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa soġġett għad-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kif jinsab hawn fuq. |
2.3. Prodott simili
|
(50) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(51) |
Għalhekk, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
|
(52) |
Produttur esportatur (Daido Steel Co. Ltd, ‘‘Daido’’) talab l-esklużjoni tat-tipi kollha ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali tiegħu fuq il-bażi li huma magħrufa fl-industrija bħala azzar tal-għodda u azzar li jintuża f’veloċità għolja, għalkemm ma jissodisfawx id-deskrizzjoni tal-azzar tal-għodda inkluża fin-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-UE. Huwa sostna li l-prodotti tiegħu i) għandhom proprjetajiet fiżiċi, tekniċi u kimiċi distinti b’mod sinifikanti meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali, ii) huma kkummerċjalizzati permezz ta’ kanali tal-bejgħ speċjalizzati bi prezzijiet differenti u iii) l-ispeċifikazzjonijiet u l-użi finali differenti tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott. |
|
(53) |
F’investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni eskludiet l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f’veloċità għolja mill-ambitu tal-prodott tal-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (7). Il-Kummissjoni sabet li tabilħaqq hemm differenzi fiżiċi u kimiċi kbar bejn tipi oħra tal-prodott ikkonċernat ħlief l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f’veloċità għolja, minn naħa waħda, u l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f’veloċità għolja, min-naħa l-oħra. Il-Kummissjoni tikkonferma tali valutazzjoni fl-investigazzjoni inkwistjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-pretensjoni ta’ Daido Steel Co. Ltd li teskludi t-tipi kollha tagħha ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali ma kinitx speċifika biżżejjed. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ Daido li tirrifjuta l-prodotti kollha tagħha iżda kkonfermat l-esklużjoni tal-azzar tal-għodda kif previst fit-Taqsima 2.1. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-użu tal-kodiċijiet NM xierqa kien ir-responsabbiltà tal-importatur meta jiddikjara l-oġġetti lill-awtoritajiet doganali. |
3. DUMPING
3.1. L-Eġittu
3.1.1. Valur normali
|
(54) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk tal-volum totali tal-bejgħ domestiku għal EzzSteel kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn Ezz Steel tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott identiku jew komparabbli huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni ta’ dak it-tip ta’ prodott lejn l-Unjoni. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tat-tipi kollha ta’ prodott għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv, ħlief għal żewġ tipi ta’ prodotti li għalihom il-bejgħ domestiku kien inqas minn 5 % u b’hekk mhux rappreżentattiv. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali nħadem f’konformità mal-metodu ta’ hawn taħt. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(59) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(60) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(61) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(62) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kienu profittabbli u li l-prezz medju ponderat tal-bejgħ kien ogħla mill-kost unitarju medju ponderat tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkolat bħala medju ponderat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(63) |
Għaż-żewġ tipi ta’ prodott li ma kinux inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3), l-ewwel sentenza tar-Regolament Bażiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
Il-valur normali nħadem billi ġie miżjud dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(65) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. |
3.1.2. Prezz tal-Esportazzjoni
|
(66) |
Il-produttur esportatur esporta direttament lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti jew lil negozjanti indipendenti u l-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.1.3. Paragun
|
(67) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet |
3.1.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(68) |
Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti biex jitqiesu: it-trasport, l-assigurazzjoni, il-maniġġ, it-tagħbija, il-kummissjonijiet u l-kostijiet anċillari, fejn applikabbli. |
|
(69) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji fejn applikabbli. |
3.1.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(70) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: it-trasport intern, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, u l-maniġġ u t-tagħbija. |
|
(71) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa mill-kumpanija dwar kwistjonijiet ta’ kambju tal-munita fl-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ara t-taqsima 1.4.3 hawn fuq. Meta jiġi kkunsidrat li l-kontijiet awditjati tal-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-PI kienu bbażati fuq ir-rata tal-kambju tas-suq parallela, skont deroga maħruġa mill-Awtoritajiet Eġizzjani fil-5 ta’ Settembru 2023, intużat ir-rata tal-kambju parallela aktar minn dik uffiċjali għall-fini tal-kalkolu. L-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku jipprevedi li d-data tal-bejgħ jenħtieġ li ‘normalment’’ tkun id-data tal-fattura, u li tista’ tintuża d-data tal-kuntratt, tal-ordni tax-xiri jew tal-konferma tal-ordni jekk dawn jistabbilixxu b’mod aktar xieraq it-termini materjali tal-bejgħ. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju tas-suq parallela tal-EGP u t-tnaqqis sinifikanti ġenerali tal-EGP kontra l-USD u l-euro. It-tieni, il-Kummissjoni kkunsidrat il-prattiki tal-iffissar tal-prezzijiet tal-produttur esportatur Eġizzjan, li permezz tagħhom ġew saldati t-termini materjali fil-mument tal-kuntratt ta’ bejgħ aktar milli fid-data tal-fattura għall-bejgħ għall-esportazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni użat ir-rata tal-kambju ta’ kull xahar, kif irrapportat fir-rapporti finanzjarji tal-produttur esportatur, applikabbli fiż-żmien tal-kuntratt ta’ bejgħ biex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi kkonvertit minn USD għal EGP. |
3.1.4. Marġni tad-dumping
|
(73) |
Il-Kummissjoni qabblet għall-produttur esportatur il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(74) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat proviżorju tad-dumping espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ikkalkolat għall-produttur esportatur huwa 12,8 %. |
|
(75) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni fil-każ tal-Eġittu huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-unika kumpanija li kkooperat. |
|
(76) |
Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 1 Marġini tad-Dumping
|
3.2. L-Indja
|
(77) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikkooperaw. Fis-suq domestiku, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biegħu l-prodott simili direttament u permezz ta’ negozjanti relatat. Huma esportaw direttament il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti u permezz ta’ partijiet relatati. |
3.2.1. Valur Normali
|
(78) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku jkun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk it-tipi ta’ prodotti identiċi jew komparabbli mibjugħa minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fis-suq domestiku tagħhom imqabbla mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kinux rappreżentattivi, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott identiku jew komparabbli huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni ta’ dak it-tip ta’ prodott lejn l-Unjoni. |
|
(81) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tat-tipi kollha ta’ prodott għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv, ħlief għal żewġ tipi ta’ prodotti ta’ AMNSIL, u tliet tipi ta’ prodotti tal-JSW Group li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku kien inqas minn 5 % u b’hekk mhux rappreżentattiv. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-valur normali nħadem minħabba li wkoll ma kienx disponibbli l-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor inkluż fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott. Ma kien disponibbli l-ebda sors ieħor għall-prezzijiet domestiċi ta’ dak il-prodott. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali nħadem f’konformità mal-metodu ta’ hawn taħt. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali jew jekk tinjorax il-bejgħ barra mill-perkors normali tan-negozju minħabba l-prezz, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(83) |
Il-kost tal-manifattura għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun ġie aġġustat għall-hekk imsejħa “kostijiet mhux tal-produzzjoni”. Dawn kienu kostijiet li tqiesu bħala kostijiet mhux tal-produzzjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u konsegwentement ma ġewx allokati għall-kost tal-manifattura. Instab li dawn il-kostijiet, anki jekk mhux allokati, kienu kostijiet relatati mal-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(84) |
Il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-mineral tal-ħadid parzjalment fis-suq Indjan u parzjalment mill-minjieri kaptivi tagħhom. Sabiex jikkonformaw mal-obbligi kuntrattwali tal-attività ta’ estrazzjoni, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biegħu b’telf il-mineral tal-ħadid biex jevitaw li jħallsu penali jew biex inaqqsu l-kost tal-penali. It-telf realizzat tal-bejgħ tal-mineral tal-ħadid tqies bħala kost tal-akkwist mill-Kummissjoni u konsegwentement ġie allokat għall-kost tal-manifattura. |
|
(85) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(86) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(87) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(88) |
Meta tip ta’ prodott ma kienx inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi jew ma nbigħ xejn fis-suq domestiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3), l-ewwel sentenza tar-Regolament Bażiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(89) |
Il-valur normali nħadem għal kull tip ta’ prodott billi ġie miżjud dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi investigati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(90) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa b’xi mod fis-suq domestiku, jew li ma nstab l-ebda bejgħ fil-perkors normali tan-negozju, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku. |
3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(91) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw direttament lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti jew permezz tan-negozjanti relatati. |
|
(92) |
Fil-każ li l-produttur esportatur esporta direttament il-prodott ikkonċernat lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni jkun il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
Minbarra l-bejgħ dirett, produttur esportatur inkluż fil-kampjun biegħ ukoll il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni lil partijiet relatati, li mbagħad ipproċessaw aktar il-prodott ikkonċernat. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku minħabba li l-Kummissjoni setgħet tivverifika li l-prezzijiet bejn il-partijiet relatati kienu ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u kienu jirriflettu l-prezzijiet tas-suq. |
3.2.3. Paragun
|
(94) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet |
3.2.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(95) |
Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti biex jitqiesu: it-trasport intern u l-assigurazzjoni, u l-maniġġ u t-tagħbija. |
|
(96) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u l-kostijiet tal-imballaġġ. |
3.2.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(97) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: it-trasport intern, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, u l-maniġġ u t-tagħbija. |
|
(98) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu, il-kummissjonijiet u t-tariffi bankarji. |
|
(99) |
Il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun għamlu pretensjoni skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għal aġġustament għal restituzzjoni tad-dazji, bl-argument li l-eżistenza ta’ skema ta' restituzzjoni tad-dazji għal ċerta materja prima timplika li l-bejgħ domestiku kollu tagħhom jinkorpora taxxa indiretta meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni. Madankollu, il-produtturi esportaturi ma setgħux juru li s-sempliċi eżistenza tal-iskema ta’ restituzzjoni tad-dazji taffettwa l-komparabilità tal-prezzijiet. Il-produtturi esportaturi ma setgħux juru li l-ammont ta’ restituzzjoni tad-dazju tqies fil-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, din il-pretensjoni ma setgħetx tiġi aċċettata. |
|
(100) |
Produttur esportatur inkluż fil-kampjun għamel pretensjoni skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għall-kostijiet tat-trasport bejn l-impjant tal-produzzjoni u l-imħażen differenti fil-pajjiż. Madankollu, il-produttur esportatur ma setax juri li kost addizzjonali tat-trasport jaffettwa l-komparabilità tal-prezzijiet. Il-produttur esportatur ma setax juri li l-kost żejjed tat-trasport influwenza l-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, din il-pretensjoni ma setgħetx tiġi aċċettata. |
3.2.4. Dumping
|
(101) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(102) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ikkalkolat għall-produtturi esportaturi għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien ta’ 0,77 % u 1,76 %, jiġifieri taħt it-2 % tal-prezz tal-esportazzjoni, li huwa l-livell limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-marġni tad-dumping uniku għall-pajjiż kollu kien ukoll taħt id-de minimis. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni biħsiebha ttemm il-proċediment attwali fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja, f’konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(103) |
Il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċediment fil-konfront tal-Indja fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
3.3. Il-Ġappun
3.3.1. Valur normali
|
(104) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, it-total tal-bejgħ minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tali tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tat-tipi kollha ta’ prodotti għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv, ħlief għal erba’ tipi ta’ prodotti ta’ Tokyo Steel u żewġ tipi ta’ prodotti ta’ Nippon Steel li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku kien inqas minn 5 % u b’hekk mhux rappreżentattiv. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-valur normali nħadem minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku tal-produttur l-ieħor inkluż fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda informazzjoni oħra dwar il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti mhux rappreżentattivi, il-valur normali nħadem f’konformità mal-metodu ta’ hawn taħt. |
|
(108) |
Imbagħad il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(109) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(110) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(111) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(112) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-volum ta’ bejgħ profittabbli ta’ xi tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien jirrappreżenta inqas minn 80 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ ta’ dan it-tip. Għaldaqstant, għal dawn it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss. Għat-tipi l-oħra kollha ta’ prodotti, ix-xenarju deskritt fil-premessa (109) kien applikabbli, u l-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(113) |
Għat-tipi ta’ prodotti tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ jew kien hemm bejgħ insuffiċjenti ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fil-perkors normali tan-negozju jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(114) |
Il-valur normali tfassal billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(115) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-valur normali nħadem minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produttur ieħor fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni tinnota li minħabba xi nuqqasijiet fl-informazzjoni ppreżentata għal wieħed min-negozjanti domestiċi ta’ Nippon Steel u filwaqt li jitqiesu l-volumi limitati tal-bejgħ domestiku affettwat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni minn Nippon Steel u l-kumpaniji relatati l-oħra tagħha bħala referenza għal dak in-negozjant domestiku sabiex tistabbilixxi l-valur normali. Minħabba n-natura sensittiva tad-data u l-ispjegazzjonijiet rilevanti, ġew ipprovduti aktar dettalji lil Nippon Steel fid-divulgazzjoni speċifika. |
3.3.2. Prezz tal-Esportazzjoni
|
(117) |
Nippon Steel esportat direttament lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, filwaqt li Tokyo Steel esportat direttament biss lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti. |
|
(118) |
Fil-każ li l-produttur esportatur esporta direttament il-prodott ikkonċernat lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(119) |
Fil-każ li l-produttur esportatur esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-kostijiet SG&A, u għall-profitti akkumulati. |
3.3.3. Paragun
|
(120) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.3.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(121) |
Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti biex jitqiesu: it-trasport intern; it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni; il-maniġġ, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari; u l-imballaġġ. |
|
(122) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu; it-tariffi bankarji; l-iskontijiet u r-ribassi; il-kostijiet ta’ wara l-bejgħ; u l-kummissjonijiet. |
3.3.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(123) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: it-trasport intern; it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni; il-maniġġ, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari; l-ippakkjar; u d-dazji ta’ salvagwardja. |
|
(124) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu; it-tariffi bankarji; l-iskonti; il-kostijiet ta’ wara l-bejgħ; u l-kummissjonijiet. |
|
(125) |
Nippon Steel sostniet aġġustament addizzjonali biex tqis allegata differenza fil-prezz bejn il-bejgħ lil setturi differenti, meta l-prezzijiet ikunu bħala medja ogħla b’mod sinifikanti għal settur wieħed (“settur A”) minn ieħor (“settur B”). L-aġġustament suġġerit ikun ibbażat fuq id-differenza medja fil-prezz bejn iż-żewġ setturi għall-bejgħ kollu fis-suq domestiku, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-perjodu tal-bejgħ, it-tip ta’ prodott jew jekk il-klijent kienx relatat jew indipendenti. Id-differenza ġenerali fil-prezz li tirriżulta fil-yen għal kull tunnellata titnaqqas mill-prezz tal-bejgħ billi din id-differenza fil-prezz tiġi multiplikata mal-kwantità mibjugħa lis-settur A fuq bażi ta’ tranżazzjoni. Matul il-verifika fuq il-post, Nippon Steel ipprovdiet xi informazzjoni ġenerali li tispjega għaliex normalment ikun hemm differenza fil-prezz bejn iż-żewġ setturi. |
|
(126) |
Madankollu, il-kumpanija a) ma setgħetx tikkwantifika l-elementi sottostanti tad-differenza fil-prezz, u wriet biss differenza ġenerali fil-prezz (it-totali tal-prezz medju għas-settur A nieqes it-total tal-prezz medju għas-settur B matul il-perjodu ta’ investigazzjoni); b) ma setgħetx tipprovdi dokumentazzjoni speċifika li tispjega d-differenza fil-prezz fuq bażi ta’ prodott jew ta’ klijent; c) ma setgħetx tispjega għaliex, għalkemm għal xi tranżazzjonijiet il-prezz fuq bażi ta’ tip ta’ prodott kien tabilħaqq ogħla għas-settur A kif allegat minn Nippon Steel, għal tranżazzjonijiet oħra l-prezz kien fil-fatt ogħla għas-settur B. |
|
(127) |
Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz bejn il-bejgħ liż-żewġ setturi fuq bażi ta’ tip ta’ prodott kienet inkonsistenti u varjat minn perċentwal negattiv ta’ żewġ ċifri għal perċentwal pożittiv ta’ żewġ ċifri, kemm fix-xahar kif ukoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kollu kemm hu. Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz bejn iż-żewġ setturi tista’ tvarja minn xahar għal xahar. Pereżempju, għal tip ta’ prodott, il-Kummissjoni nnotat li l-prezz għas-settur A kien tabilħaqq aktar għali milli għas-settur B f’xahar minnhom, irħas fix-xahar li kien imiss u għal darb’ oħra aktar għali fix-xahar ta’ wara. |
|
(128) |
Fl-aħħar nett, għalkemm il-produttur esportatur Nippon Steel ipprovda informazzjoni dwar il-bejgħ liż-żewġ setturi differenti, il-Kummissjoni ma rċeviet tali informazzjoni mill-ebda waħda mill-entitajiet relatati tagħha. Għalhekk, minbarra l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, ma kienx possibbli li tiġi analizzata l-allegata differenza fil-prezz fil-livell tal-entitajiet relatati u l-impatt fuq il-prezz tal-bejgħ finali lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku. |
|
(129) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ aġġustament ta’ Nippon Steel. |
3.3.4. Marġni tad-dumping
|
(130) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(131) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet medji ponderati proviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(132) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni medju ponderat tad-dumping, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(133) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun hija 32,9 %. |
|
(134) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fil-Ġappun, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tat-total tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat. |
|
(135) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tat-total tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(136) |
Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 2 Marġini tad-Dumping
|
3.4. Il-Vjetnam
3.4.1. Valur normali
|
(137) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera (Formosa u Hoa Phat) kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun irrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, it-total tal-bejgħ minn Formosa u Hoa Phat tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li kien rappreżentattiv. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk it-totali tal-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li fil-każ ta’ Formosa, il-bejgħ domestiku tat-tipi kollha ta’ prodotti għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv. Fil-każ ta’ Hoa Phat, il-bejgħ domestiku tat-tipi kollha ta’ prodotti għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien rappreżentattiv, ħlief għal żewġ tipi ta’ prodotti li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku kien inqas minn 5 % u b’hekk mhux rappreżentattiv. Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili, il-valur normali nħadem minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku tal-produttur l-ieħor inkluż fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda informazzjoni oħra dwar il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali nħadem f’konformità mal-metodu hawn taħt f’din it-taqsima. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(142) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
|
(143) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(144) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
|
(145) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li fil-każ ta’ Formosa, il-volum ta’ bejgħ profittabbli tat-tipi kollha ta’ prodotti rrappreżenta fil-perjodu ta’ investigazzjoni inqas minn 80 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ ta’ dan it-tip. Għaldaqstant, għal dawn it-tipi ta’ prodotti, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss. |
|
(146) |
Fil-każ ta’ Hoa Phat, il-volum ta’ bejgħ tat-tipi ta’ prodotti, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkolat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tat-total tal-volum ta’ bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott kien daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(147) |
Għat-tipi ta’ prodotti ta’ Formosa u ta’ Hoa Phat li għalihom ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kien hemm bejgħ insuffiċjenti ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fil-pekors normali tan-negozju jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku minħabba li l-prezz tal-bejgħ domestiku tal-produttur l-ieħor inkluż fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikanti mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda informazzjoni oħra dwar il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti. |
|
(148) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta’ Formosa u ta’ Hoa Phat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
|
(149) |
Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa b’xi mod fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku. |
3.4.2. Prezz tal-Esportazzjoni
|
(150) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw direttament lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ negozjant relatat f’pajjiż terz. |
|
(151) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.4.3. Paragun
|
(152) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu lura nett għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet |
3.4.3.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(153) |
Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti biex jitqiesu: it-trasport intern, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, u l-maniġġ u t-tagħbija. |
|
(154) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.4.3.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(155) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: it-trasport intern, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni, u l-maniġġ u t-tagħbija. |
|
(156) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.4.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(157) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(158) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet medji ponderati proviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(159) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fil-Vjetnam, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tat-total tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ilment u tal-informazzjoni pprovduta mill-Gvern tal-Vjetnam. |
|
(160) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 100 % tat-totali tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping tal-importazzjonijiet l-oħra kollha fil-livell ta’ Formosa. |
|
(161) |
Il-marġnijiet proviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(162) |
Fl-Unjoni, 15-il kumpanija pprovdew data dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-eżerċizzju permanenti u indikaw li pproduċew il-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fl-ilment, dawn il-15-il kumpanija kienu qed jirrappreżentaw madwar 86 % tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(163) |
Minbarra dawn il-15-il kumpanija, kien hemm seba’ kumpaniji oħra li jipproduċu l-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(164) |
It-total tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie stabbilit fil-livell ta’ madwar 59,1 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni mill-ilmentatur u mill-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. |
|
(165) |
Kif indikat fil-premessa (28), intgħażlu fil-kampjun tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 34 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili u 35 % tal-kwantità tal-bejgħ totali stmat tal-UE. |
|
(166) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u ssir referenza għalihom bħala l-‘‘industrija tal-Unjoni’’. |
|
(167) |
Ivarjaw il-mudell kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni u l-grad ta’ integrazzjoni vertikali tagħhom. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tista’ tiġi kkaratterizzata b’mod ġenerali bħala industrija bi grad għoli ta’ integrazzjoni vertikali, peress li l-produtturi tal-Unjoni nstabu li fl-istess ħin kienu fornituri tal-prodott simili lil importaturi u lil utenti u huma stess kompetituri tal-istess importaturi, utenti u Ċentri tas-Servizzi tal-Azzar (‘‘SSC’’, Steel Service Centres) indipendenti kif imsemmi fil-premessa (302). |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(168) |
Kif imsemmi fil-premessa (46), il-prodott taħt investigazzjoni jaqa’ fl-għadd ta’ kodiċijiet NM inklużi ċerti kodiċijiet ex. Sabiex ma jiġix sottovalutat il-konsum tal-Unjoni, u bil-ħsieb tal-impatt marġinali apparenti ta’ tali kodiċijiet fuq il-konsum totali, il-volumi tal-importazzjoni tal-kodiċijiet ex tan-NM tqiesu bis-sħiħ għall-fini li jiġi kkalkolat il-konsum tal-Unjoni. |
|
(169) |
Peress li l-industrija tal-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira integrata vertikalment u l-prodott taħt investigazzjoni jitqies bħala materjal primarju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, bħal prodotti b’laminazzjoni fil-kiesaħ, kojls galvanizzati b’banju sħun, pjanċi tal-azzar b’laminazzjoni termali, strixxi u folji maqtugħa skont id-daqs jew miksija b’laminazzjoni termali, ġie analizzat b’mod separat il-konsum kaptiv u tas-suq ħieles. |
|
(170) |
Id-distinzjoni bejn suq kaptiv u suq ħieles hija relevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għall-użu kaptiv ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet ta’ trasferiment jiġu ffissati fil-grupp skont diversi politiki tal-prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni maħsuba għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles. |
|
(171) |
Sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. |
4.2.1. Konsum kaptiv fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)
|
(172) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum kaptiv tal-Unjoni fuq il-bażi tal-użu kaptiv u tal-bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum kaptiv tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Konsum kaptiv fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Ġie stabbilit li 56,1 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-HRF hija ddedikata għas-suq kaptiv filwaqt li l-43,9 % li jifdal tinbiegħ f’kundizzjonijiet tas-suq ħieles. |
|
(174) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum kaptiv tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’madwar 16 %. Dan it-tnaqqis huwa prinċipalment dovut għal tnaqqis tad-domanda fis-swieq kaptivi, inklużi partijiet tal-manifattura bħall-industriji tal-karozzi u tal-kostruzzjoni. |
|
(175) |
Produttur esportatur argumenta li jenħtieġ li jiġi kkunsidrat is-sehem tal-konsum kaptiv (jiġifieri, trasferimenti interni għall-proċessar ulterjuri tal-prodott taħt investigazzjoni mingħajr fatturazzjoni u dħul fis-suq ħieles, u “bejgħ kaptiv bi tranżazzjonijiet li ma jsirux f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta ma’ kumpaniji relatati għall-proċessar ulterjuri”) fil-produzzjoni ġenerali ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali. Fil-fehma ta’ dan il-produttur esportatur, dan ikollu impatt qawwi fuq id-determinazzjoni finali tad-dannu, partikolarment peress li ġie applikat approċċ differenti għax-xejriet tal-impjieg jew għall-marġnijiet tal-profittabilità. |
|
(176) |
Utent argumenta li diversi produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali huma integrati vertikalment u l-użu kaptiv u l-bejgħ tagħhom tal-prodott simili jammonta għal xi 50 % tal-produzzjoni totali, fil-fatt, is-sehem tal-produtturi tal-Unjoni f’termini ta’ konsum (ħieles) tal-UE kien jammonta għal aktar minn 70 %. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni eżaminat mill-qrib il-kwistjoni ta’ “użu kaptiv” u “bejgħ kaptiv” li hija rilevanti ħafna fl-investigazzjoni inkwistjoni. Hija kkunsidrat b’mod separat il-bejgħ fis-suq miftuħ u l-bejgħ kaptiv fil-valutazzjoni tad-dannu tagħha. |
|
(178) |
Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li xi wħud mill-produtturi tal-Unjoni għandhom kumpaniji relatati li jinnegozjaw jew jipproċessaw il-prodott simili, anki l-bejgħ tagħhom lil dawn l-entitajiet relatati jsir f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u li dawn l-entitajiet relatati jitħallew jixtru mill-fornituri kollha, inklużi dawk mill-pajjiżi kkonċernati u mhux biss mingħand manifatturi primarji tal-azzar relatati u dan ix-xiri kollu jsir bil-prezz tas-suq. B’hekk, mhux il-bejgħ kollu bejn partijiet relatati ġie kkunsidrat bħala bejgħ kaptiv u inkluż fil-volum jew fil-valur tiegħu. |
4.2.2. Konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)
|
(179) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat (8), biex b’hekk ikkunsidrat ukoll id-data ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fuq din il-bażi, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(180) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’madwar 6 %. |
4.2.3. Konsum kumplessiv
|
(181) |
Konsum kumplessiv - is-somma tal-konsum tas-suq kaptiv u ħieles – evolva kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Konsum kumplessiv tal-Unjoni (suq kaptiv u ħieles) (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(182) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-konsum kumplessiv fl-2022 naqas bi 13 % meta mqabbel mal-2021. Il-konsum kaptiv kien jirrappreżenta kważi 56,1 % tal-konsum kumplessiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-volumi tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati
|
(183) |
Wara l-bidu, tliet produtturi esportaturi mill-Eġittu u mill-Ġappun, kif ukoll utenti, ikkontestaw id-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni biex tivvaluta b’mod kumulattiv l-importazzjonijiet mill-erba’ pajjiżi kkonċernati bl-argument li:
|
|
(184) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, dawn il-partijiet interessati allegaw li l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati fir-rigward tal-esportazzjonijiet mill-Eġittu u mill-Ġappun. |
|
(185) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(186) |
Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
|
(187) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mressqa mit-tliet produtturi esportaturi għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(188) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) ġew issodisfati miż-żewġ pajjiżi kkonċernati u kkonfermat b’mod proviżorju li l-Eġittu, il-Ġappun u l-Vjetnam jenħtieġ li jiġu eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
4.3.2. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(189) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Eurostat, u, fil-każ tal-Vjetnam, fuq il-bażi tal-volumi tal-esportazzjoni rrapportati mill-produtturi esportaturi (ara t-Tabella 6). L-ishma mis-suq ġew stabbiliti billi tqabblu l-volumi tal-importazzjoni mal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif irrapportat fit-tabella 4. |
|
(190) |
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Volum tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(191) |
It-Tabella ta’ hawn fuq turi li, f’ċifri assoluti, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parallel, is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni żdied bi kważi tliet punti perċentwali (minn [4,9 – 5,4] % fl-2021 għal [8,0 – 8,5] %, jew żieda b’56 %) matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3.3. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(192) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(193) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 7 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(194) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet: il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq ħieles tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni CIF għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (‘‘CIF’’, Cost, Insurance, Freight), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(195) |
Il-paragun tal-prezzijiet sar fuq bażi skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tal-paragun ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(196) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-maġġoranza tal-produtturi esportaturi kkonċernati inklużi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni f’firxa ta’ bejn 0,0 % u 10,1 %, kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Tabella 8 Marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz
|
||||||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-biċċa l-kbira tal-prodott ikkonċernat huwa sensittiv ħafna għall-prezzijiet u l-kompetizzjoni hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq il-prezz. Barra minn hekk, il-prezzijiet huma magħrufa fis-suq permezz ta’ diversi siti web speċjalizzati. L-investigazzjoni żvelat li porzjon biss tal-ordnijiet huwa bbażat fuq kuntratti b’durata fissa, peress li l-klijenti dejjem ikollhom il-possibbiltà li jaqilbu minn fornitur għal ieħor f’suq pjuttost volatili. F’tali kuntest, bl-eċċezzjoni tal-Eġittu, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet huma kkunsidrati sinifikanti. L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu mrażżna mill-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Eġittu, li segwew xejriet u mudelli kummerċjali simili. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(198) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(199) |
Kif imsemmi fil-premessa (28), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. L-indikaturi makroekonomiċi ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, li mbagħad ġiet kontroverifikata ma’ data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni, l-istatistika uffiċjali disponibbli (Eurostat) u d-data tal-produtturi esportaturi fir-rigward tal-Vjetnam. L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, verifikata kif xieraq. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.
|
|
(201) |
Sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-produzzjoni kollha tal-prodott simili taħt investigazzjoni u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. Għal xi indikaturi tad-dannu relatati mal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat b’mod separat id-data relatata mas-suq ħieles u dak kaptiv, u għamlet analiżi komparattiva. |
|
(202) |
Dawn il-fatturi huma minn naħa waħda: il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet unitarji, il-kost unitarju, il-profittabilità u l-fluss ta’ flus. Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(203) |
Dawn il-fatturi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, l-impjieg, il-produttività, l-istokks u l-kostijiet lavorattivi. Għal dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tista’ twettaq valutazzjoni sinifikanti biss billi tirreferi għall-attività kollha tal-industrija tal-Unjoni. Din l-analiżi hija f’konformità mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni u tad-WTO (9). |
|
(204) |
Il-Konsorzju sostna li l-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali diġà kienet protetta żżejjed b’miżuri anti-dumping u ta’ salvagwardja. F’dawn l-aħħar tmien snin, ittieħdu miżuri anti-dumping u antisussidji kontra l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni minn diversi pajjiżi esportaturi bħaċ-Ċina, ir-Russja, il-Brażil, l-Iran, l-Ukrajna u t-Turkija. Il-miżuri kontra l-Ukrajna tħallew jiskadu fl-2023. Barra minn hekk, ir-reġim ta’ salvagwardja ġie modifikat reċentement bl-istabbiliment ta’ limitu massimu li jillimita fil-livell ta’ 15 % l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi koperti mill-Kwoti Tariffarji (TRQs, Tariff-Rate-Quotas), bħal, e.ż., il-Vjetnam, l-Eġittu u l-Ġappun. |
|
(205) |
Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-miżuri anti-dumping u ta’ salvagwardja jsegwu għanijiet differenti. Il-miżuri anti-dumping u antisussidji jindirizzaw sitwazzjoni ta’ pprezzar inġust, filwaqt li l-miżuri ta’ salvagwardja jkopru l-volumi tal-importazzjoni (jiġifieri, theddida ta’ dannu serju minħabba żieda rapida fil-volumi tal-importazzjoni). Barra minn hekk, il-Kummissjoni indirizzat dawn il-pretensjonijiet ta’ rimedju doppju fl-hekk imsejjaħ “regolament dwar ir-rimedju doppju” (10). Il-Kummissjoni qabel ċaħdet argumenti simili dwar rimedji doppji abbażi tal-fatt li r-regolamenti ta’ salvagwardja jiżguraw li meta l-importazzjonijiet jaqbżu l-volum ta’ Kwota Tariffarja mingħajr dazju, imbagħad dawk l-importazzjonijiet biss jistgħu jiġu soġġetti għad-dazju anti-dumping u/jew kompensatorju applikabbli sabiex ma jwassalx għal effett akbar fuq il-kummerċ milli jkun mixtieq. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(206) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni totali, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 9 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 11,274 miljun tunnellata (– 16 %) bħala konsegwenza tat-tnaqqis ikkombinat fil-bejgħ fis-swieq ħielsa u kaptivi |
|
(208) |
Iċ-ċifri tal-kapaċità rapportati jirreferu għall-kapaċità teknika, li jimplika li aġġustamenti, li kienu tqiesu bħala standards mill-industrija, għall-ħin ta’ twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakoli u għal perjodi normali oħra ta’ waqfien. Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat |
|
(209) |
Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset matul il-perjodu kkunsidrat, u varjat bejn 63 % u 75 % f’konformità mat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. |
4.4.2.2. Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(210) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 10 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(211) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni (minbarra l-bejgħ kaptiv) naqas bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 27,729 miljun tunnellata għal 23,570 miljun tunnellata. |
|
(212) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ konsum tal-Unjoni naqas b’żewġ punti perċentwali, minn 72,2 % għal 70,2 %. It-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni u t-telf ta’ sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabżu b’mod sinifikanti t-tnaqqis tal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, li huwa indikatur tad-deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. |
|
(213) |
Fir-rigward tas-suq ristrett fl-Unjoni, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum ristrett u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 11 Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(214) |
Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn trasferimenti kaptivi u bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni) fis-suq tal-Unjoni f’ċifri assoluti naqas b’aktar minn 16 %, minn 39,224 miljun tunnellata għal 33,143 miljun tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(215) |
Is-sehem tal-użu kaptiv (espress bħala perċentwali mill-produzzjoni totali) tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u varja bejn 55,7 % u 56,1 %. |
4.4.2.3. Impjieg u produttività
|
(216) |
L-impjieg ġie kkalkolat billi ttieħdu biss l-impjegati li jaħdmu direttament għall-prodott simili fil-manifatturi primarji differenti tal-azzar tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-metodu pprovda data preċiża. |
|
(217) |
L-impjieg u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 12 Impjieg u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(218) |
Il-livell tal-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni u tiżdied l-effiċjenza bil-ħsieb taż-żieda fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u minn importazzjonijiet oħra fis-suq. Dan irriżulta fi tnaqqis tal-forza tax-xogħol b’9,7 % matul il-perjodu kkunsidrat, mingħajr ma jitqies l-ebda impjieg indirett. Bħala konsegwenza ta’ dan u bil-ħsieb tat-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni (- 16,0 %) matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala l-output għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b’inqas (- 7,0 %) mit-tnaqqis fil-produzzjoni reali. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet lesta tadatta għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tibqa’ kompetittiva. |
4.4.2.4. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(219) |
Bl-eċċezzjoni ta’ produttur esportatur fil-Vjetnam, il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
4.4.2.5. Tkabbir
|
(220) |
Il-konsum tal-Unjoni (suq ħieles) naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas saħansitra aktar bi 15 %. B’hekk, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati li żdied matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(221) |
Il-prezzijiet unitarji medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 13 Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(222) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz unitarju tal-bejgħ fis-suq liberu tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost unitarju korrispondenti tal-produzzjoni. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ kienu l-ewwel ogħla mill-kostijiet unitarji medji tal-produzzjoni fl-2021 u fl-2022. Is-sitwazzjoni qalbet fl-2023 u fil-PI fejn il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni saru ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ. |
|
(223) |
Is-sitwazzjoni straordinarja ta’ wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun fejn il-produzzjoni tiegħu tnaqqset b’mod sostanzjali matul il-PI minħabba perjodu itwal ta’ manutenzjoni ta’ wieħed mill-fran tiegħu milli kien ippjanat oriġinarjament hija spjegata fil-premessi (254) sa (256). Il-kostijiet addizzjonali ġġenerati minn din is-sitwazzjoni ma ġewx ikkunsidrati fid-determinazzjoni tal-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(224) |
Il-kriżi tal-COVID-19 affettwat id-domanda tas-suq u l-prezzijiet sa ċertu punt fl-2021 u fl-2022, meta mqabbla mal-2023 u mal-perjodu ta’ investigazzjoni li wrew xejra negattiva li ntweriet minn tnaqqis qawwi fil-prezzijiet li rriżulta minn tnaqqis fid-domanda għall-azzar. |
|
(225) |
Minkejja l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas il-kost (ara l-premessa (218)), il-kost tal-produzzjoni baqa’ ogħla b’mod sinifikanti mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni segwew l-ispiral ’l isfel tal-prezzijiet u naqqsu b’mod sinifikanti l-prezz tal-bejgħ tagħhom, b’mod partikolari matul l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-prodott taħt investigazzjoni huwa komodità, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral tat-tnaqqis fil-prezz. |
|
(226) |
Fost il-produtturi inklużi fil-kampjun, ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar għall-użu kaptiv ġew ittrasferiti jew ikkunsinnati bi prezzijiet tat-trasferiment għal aktar proċessar downstream fi prodotti differenti bl-użu ta’ politiki ta’ pprezzar / kkostjar differenti (kost u / jew kost plus) li ma setax jiġi kkunsidrat li jaqa’ taħt kundizzjonijiet tas-suq ħieles. Għalhekk, ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni sinifikanti mill-evoluzzjoni tal-prezz tal-użu kaptiv jew tal-kost. Meta l-bejgħ bejn partijiet relatati jkun sar f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta kif deskritt fil-premessa (177), dan tqies fil-kalkolu tal-prezz unitarju medju tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni rrapportat fit-Tabella 13. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(227) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 14 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(228) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’5 % l-aktar minħabba fatturi esterni bħar-rata għolja tal-inflazzjoni. Iż-żieda fl-2023 kienet dovuta għall-kumpens għas-sensja li kellu jiġi rreġistrat wara t-tnaqqis fl-għadd ta’ persunal. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(229) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 15 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(230) |
Il-livell tal-inventarji żdied matul il-perjodu kkunsidrat, wara xejra opposta għal dik tal-volum tal-produzzjoni. Għalkemm tali inventarji jirrappreżentaw ammont importanti ta’ riżorsi finanzjarji f’termini assoluti, baqgħu f’livell raġonevoli meta espressi bħala perċentwal tal-volum tal-produzzjoni. |
4.4.3.4. Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(231) |
Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 16 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investiment
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Fl-2021 u l-2022, minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb xi profitt. Madankollu, matul it-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabilità żviluppat b’mod negattiv. It-telf iġġarrab fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(233) |
Kif muri fit-Tabella 13, wara li l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’mod sinifikanti fl-2022, il-prezz unitarju tal-bejgħ naqas b’mod qawwi u reġa’ lura għal-livell miksub fl-2021. Il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni ma segwewx xejra simili u baqgħu f’livell ħafna ogħla li wassal għal telf ta’ –5,1 % fl-2023 u ta’ –3,0 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(234) |
Minkejja s-sitwazzjoni li kienet qed tiddeterjora, l-industrija tal-Unjoni kompliet tinvesti ammonti sinifikanti. Tali investimenti saru prinċipalment biex jissostitwixxu tagħmir eżistenti, li jappartjeni għall-attività normali ta’ kumpanija attiva f’industrija intensiva fil-kapital, meta jkunu meħtieġa tali investimenti. L-industrija tal-Unjoni investiet ukoll fit-tranżizzjoni ekoloġika, sabiex tnaqqas l-impronta tas-CO2 tagħha. |
|
(235) |
Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità ta’ awtofinanzjament tal-produtturi tal-Unjoni tal-attivitajiet tagħhom. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett iddeterjorat ħafna matul il-perjodu kkunsidrat u naqset minn livelli pożittivi għal livelli negattivi mhux sostenibbli, bħala konsegwenza tal-profittabilità li kienet qed tiddeterjora u livell ogħla ta’ inventarji. |
|
(236) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment iddeterjora u laħaq livelli negattivi fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni wara x-xejra negattiva tal-profittabilità. Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jiġġeneraw il-kapital kienet affettwata mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat kif jidher mill-investimenti li kellhom jiġu posposti (ara l-premessa (277) li tindirizza l-kwistjoni tal-investimenti mitlufa). |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(237) |
L-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi ma setgħetx iżżomm il-volumi tal-produzzjoni u ta’ bejgħ tagħha u ttejjeb ir-rata tal-użu tal-kapaċità tagħha minħabba t-tnaqqis fil-konsum kaptiv u dak ħieles. Il-volumi tal-produzzjoni u ta’ bejgħ fil-fatt naqsu aktar mill-konsum fis-suq tal-Unjoni. Bil-ħsieb tat-tnaqqis fil-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni ħadet azzjonijiet konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza billi żammet kontroll strett fuq il-kost tal-produzzjoni (prinċipalment il-materja prima u l-kostijiet lavorattivi) u billi żiedet il-produzzjoni għal kull impjegat meta bdiet tiddeterjora s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-kost tal-produzzjoni żdied bi 18 % meta l-prezz unitarju tal-bejgħ baqa’ stabbli, bl-eċċezzjoni tas-sena 2022, matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat b’mod sinifikanti minn 12 % fl-2021 u fl-2022, meta l-industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-irkupru tal-ekonomija wara l-kriżi tal-COVID-19, għal sitwazzjoni ta’ telf fl-2023 u fil-PI. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun xorta waħda setgħu jagħmlu investimenti matul il-perjodu kkunsidrat li juri d-dinamiżmu tiegħu fil-konfront ta’ sitwazzjoni finanzjarja li kienet qed tiddeterjora. |
|
(238) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jiġi konkluż f’dan l-istadju li d-data ta’ hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(239) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra barra mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Fl-aħħar nett, il-volumi tal-importazzjoni li jikkonċernaw l-Indja u l-esportatur Vjetnamiż Ha Tinh Steel Corporation, li għalihom ma nstab l-ebda dumping, ma ġewx ikkunsidrati fl-analiżi tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-industrija tal-Unjoni, iżda meta ġew analizzati kawżi potenzjali oħra ta’ dannu. |
|
(240) |
Il-fatturi kkunsidrati mill-Kummissjoni kienu:
|
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam
|
(241) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat bħala medja minn EUR 828 għal kull tunnellata fl-2021 għal EUR 679 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi baxxew kontinwament il-prezz unitarju tal-bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi esportaturi mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam setgħu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom minn [4,9 – 5,4] % fl-2021 għal [8,0 – 8,5] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif muri fit-Tabella 6. Kien hemm ukoll żieda sostanzjali fil-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-2023 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel: minn [1 676 689 – 2 029 676] għal [2 654 306 – 3 201 585] tunnellata fl-2023. |
|
(242) |
Il-Kummissjoni sabet li l-volumi li kienu qed jiżdiedu u t-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan minħabba, iffaċċjati bl-istrateġija aggressiva tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jnaqqsu huma wkoll il-prezzijiet u li jbigħu bit-telf sabiex iżommu ċertu livell ta’ volum ta’ bejgħ u ta’ sehem mis-suq. Barra minn hekk, il-miżuri attwali kontra l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali miċ-Ċina u mir-Russja b’mod partikolari ppermettew lill-pajjiżi kkonċernati biex, filwaqt li jnaqqsu l-prezz unitarju tal-bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, iżidu s-sehem mis-suq tagħhom li qabel kien meħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, dan kellu impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija, li waslet għal-livell mhux sostenibbli ta' – 3,0 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat ukoll iż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkombinata ma’ prezzijiet oġġett ta’ dumping li kienu qed iwaqqgħu u/jew iżommu ’l isfel il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li kkoinċidew mad-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2023, u komplew fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
5.2. Użu tal-kapaċità baxx
|
(243) |
Filwaqt li allegat li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, Hoa Phat Group argumentat li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien diġà baxx fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għalkemm is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati kien bejn [4,9 – 5,4] %. |
|
(244) |
Fil-fatt, ir-rati tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni kienu ħafna ogħla fl-2021 (75 %) milli fl-2023 jew fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta naqsu għal inqas minn 65 % bħala konsegwenza taż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-tnaqqis fid-domanda. Jekk l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-UE kienx ikun ogħla fl-2021 fin-nuqqas ta’ xi importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati huwa irrilevanti u bl-ebda mod ma jindika li d-dannu ma kienx ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tagħhom. Għall-kuntrarju, il-koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità tissuġġerixxi li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu l-kawża tat-tnaqqis fil-kapaċità. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
5.3. Prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(245) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 17 Bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(246) |
L-ilmentatur argumenta li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tiegħu ma setgħetx tkun il-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni żvelat li, il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien jammonta biss għal madwar 15,4 % tal-bejgħ totali tagħhom fis-suq ħieles matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u proporzjon saħansitra iżgħar tal-produzzjoni totali (4,7 %) fl-istess perjodu. It-tieni, filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqsu b’mod sinifikanti, segwew xejra simili bħall-konsum kumplessiv tal-Unjoni li naqas bi 11 % bejn l-2022 u l-2023 kif muri fil-premessa (179). It-tielet, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu fil-biċċa l-kbira f’livell ogħla mill-prezzijiet tagħha fis-suq ħieles tal-Unjoni (+EUR 38 għal kull tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u segwew l-istess xejra. |
|
(247) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkontribwiet għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, sabet li dan il-fattur ma naqqasx ir-rabta kawżali minħabba l-volumi limitati involuti u x-xejra parallela segwita mill-bejgħ għall-esportazzjoni. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi ħlief mill-pajjiżi kkonċernati
|
(248) |
Marcegaglia, Al Ezz Dekheila Steel Company S.A.E , Hoa Phat Group argumentaw li l-ilmentatur naqas milli jeżamina b’mod xieraq l-impatt tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-Korea t’Isfel u mit-Tajwan fl-ilment tiegħu. Fil-fehma tagħhom, eżami xieraq tal-volum u tax-xejriet tal-valur ikkonferma li dawn l-importazzjonijiet kellhom neċessarjament jitqiesu kemm fl-analiżi tad-dannu kif ukoll fl-analiżi tad-dumping li jinsabu fl-ilment. |
|
(249) |
Nippon u JFE Steel Corporation sostnew li, l-ewwel nett, is-sehem mis-suq aktar baxx tal-Ilmentatur kien marbut direttament ma’ żieda fl-importazzjonijiet mit-Tajwan u mill-Korea t’Isfel, li kollettivament żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’aktar minn 5,5 %. It-tieni, il-prestazzjoni fqira tal-esportazzjoni mill-ilmentatur tista’ tispjega l-aktar tnaqqis qawwi u sinifikanti f’termini ta’ indikaturi tad-dannu pprovduti fl-Ilment. Il-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’31 % tul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(250) |
Filwaqt li kkunsidrat dan ta’ hawn fuq u l-konklużjonijiet mislutin fit-Taqsimiet 3.2 u 3.4, il-Kummissjoni analizzat l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi inklużi l-Indja u l-Vjetnam, sa fejn kienet ikkonċernata Hoa Phat. Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 18 Volumi, prezzijiet unitarji u ishma mis-suq minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(251) |
L-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet mill-Indja, mill-Korea t’Isfel, mit-Tajwan u mill-Vjetnam (Hoa Phat) żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat kemm f’termini assoluti kif ukoll dawk relattivi. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni osservat li naqsu b’mod ġenerali l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux ikkonċernati minn din l-investigazzjoni naqsu saħansitra aktar matul l-istess perjodu sabiex l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux koperti minn din l-investigazzjoni. B’mod parallel, żdiedu b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernat. |
|
(252) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ħlief għas-sena 2021, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi kienu bħala medja ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma naqqsitx ir-rabta kawżali. |
5.5. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mill-industrija tal-Unjoni
|
(253) |
Nippon u JFE Steel Corporation allegaw li l-ilmentatur ma indirizzax il-kwistjoni tal-importazzjonijiet proprji tal-HRF mill-industrija tal-Unjoni lejn l-UE u sempliċiment sostna, mingħajr aktar evidenza, li dan il-fattur ma kienx tali li jħalli impatt fuq ir-rabta kawżali. Fir-rigward tax-xiri tal-prodott ikkonċernat li sar mill-entitajiet relatati tal-produtturi tal-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati, l-investigazzjoni żvelat li peress li dawn l-entitajiet jaġixxu f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u li tali importazzjonijiet kienu jikkonċernaw kwantitajiet limitati ħafna, dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux jiksru r-rabta kawżali. |
5.6. Impatt tas-sitwazzjoni ta’ produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun fuq l-istampa tad-dannu
|
(254) |
Kumpanija inkluża fil-kampjun kienet iffaċċjata minn sitwazzjoni straordinarja fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li naqqset temporanjament il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha minħabba perjodu itwal ta’ manutenzjoni ta’ wieħed mill-fran tagħha milli kien ippjanat oriġinarjament. Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali aggravat it-tnaqqis tal-produzzjoni ta’ din il-kumpanija matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan l-avveniment ma jispjegax it-tnaqqis fil-livelli ta’ produzzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni (– 11,3 miljun tunnellata) matul il-perjodu kkunsidrat. Tabilħaqq, dan il-produttur kien antiċipa l-manutenzjoni b’volum tal-produzzjoni ogħla biex jikkumpensa għall-perjodu ta’ manutenzjoni li jmiss. B’hekk, meta jitqies ukoll l-għadd kbir ta’ produtturi oħra tal-Unjoni b’kapaċità ta’ riżerva li kienu kapaċi jipproduċu u jbigħu relattivament aktar biex “jindirizzaw id-diskrepanza”, tali sitwazzjoni straordinarja ma kellhiex effett fuq il-livell ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni żgurat ukoll li l-kostijiet irrapportati mill-produttur tal-Unjoni kkonċernat inkluż fil-kampjun ġew aġġustati biex ma jiġux affettwati minn tali sitwazzjoni straordinarja. |
|
(256) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li din is-sitwazzjoni straordinarja ma kkontribwietx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.7. Żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija, il-prezzijiet tal-enerġija u l-investimenti ambjentali
|
(257) |
Nippon Steel, JFE Steel Corporation, Marcegaglia, Al Ezz Dekheila Steel Company S.A.E u Hoa Phat Group allegaw li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux kompetittivi biżżejjed minħabba kostijiet tal-manifattura komparattivament ogħla li jirriżultaw minn kostijiet ogħla tal-materja prima, kostijiet ogħla tal-enerġija u rreferew ukoll għall-inflazzjoni u għall-investimenti fl-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni li saru mill-industrija tal-Unjoni biex tikkonforma ma’ standards ambjentali aktar stretti. |
|
(258) |
Fir-rigward tal-enerġija, argumentaw li ż-żidiet fil-kostijiet ġew aggravati mill-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Alternattivament, argumentaw li l-kostijiet strutturalment għoljin tal-enerġija fl-UE meta mqabbla ma’ prattikament il-pajjiżi ewlenin l-oħra kollha li jipproduċu l-azzar kienu qed ipoġġu lill-industrija tal-azzar tal-UE fi żvantaġġ kompetittiv serju meta mqabbla ma’ ħafna produtturi oħra tal-azzar. |
|
(259) |
L-investigazzjoni żvelat li l-kost tal-materja prima ewlenija kif muri fit-Tabella 19 żdied b’mod sostanzjali fl-2022 qabel ma niżel fl-2023 u fil-PI. L-industrija tal-Unjoni setgħet tittrasferixxi ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni lill-klijenti tagħha fl-2021 u fl-2022, li wassal għal żieda sinifikanti u f’daqqa fil-prezz unitarju tal-bejgħ. Fl-2023, il-kost tal-materja prima għal kull tunnellata ta’ prodott finali naqas b’mod sinifikanti. Madankollu, il-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni naqas saħansitra aktar biex b’hekk l-industrija tal-Unjoni kellha tassorbi d-differenza fil-kostijiet. Is-sena 2023 u l-PI jikkoinċidu maż-żieda fil-volum tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, li ġiet aggravata mit-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet li jakkumpanjaha. Tabella 19 Kost tal-materja prima (mineral tal-ħadid, faħam tal-kokk u ċerti ligi)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(260) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżomm il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex taħsad il-benefiċċji minn tnaqqis fil-kostijiet mill-2023 u tibqa’ profittabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni li ż-żieda madwar id-dinja fil-prezzijiet tal-materja prima kkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(261) |
L-impatt tal-kost tal-enerġija ġie eżaminat mill-qrib. Għalkemm importanti, l-enerġija mhijiex il-komponent ewlieni tal-kost għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, l-argumenti dwar il-kostijiet tal-enerġija ma setgħux jiġu rikonċiljati mal-fatt li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun xorta waħda setgħu jiksbu profitti ta’ aktar minn 10 % fl-2022, meta kien ikun jeżisti wkoll dan l-allegat żvantaġġ komparattiv f’termini tal-kostijiet. Meta qieset is-sehem limitat tal-kostijiet tal-enerġija fil-kost totali tal-produzzjoni (bħala medja 8 % għall-produtturi inklużi fil-kampjun fil-perjodu ta’ investigazzjoni), il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija ma kkontribwietx għad-dannu materjali li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(262) |
L-impatt tal-investimenti xprunati mill-konformità ambjentali ġie eżaminat ukoll u l-Kummissjoni sabet b’mod proviżorju li l-investimenti fir-R&Ż u fl-innovazzjoni relatati mal-konformità ambjentali baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet imġarrba mill-industrija tal-UE biex tikkonforma mar-regolamentazzjoni ambjentali ma kkontribwewx għad-dannu materjali misjub. |
5.8. Tnaqqis fid-domanda
|
(263) |
Marcegaglia, Formosa, Al Ezz Dekheila Steel Company S.A.E u Hoa Phat Group sostnew li t-tnaqqis konsiderevoli fid-domanda fis-suq tal-UE ma kienx ikkunsidrat mill-ilmentatur fl-analiżi tal-kawżalità tiegħu. |
|
(264) |
L-investigazzjoni żvelat li għalkemm id-domanda tas-suq naqset matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati segwew xejra opposta u żdiedu f’termini assoluti bi kważi miljun tunnellata, u konsegwentement kisbu sehem mis-suq sinifikanti għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet aħjar fl-2022 milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni għalkemm il-konsum kien f’livell aktar baxx milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fid-domanda għall-HRF ma kkontribwiex għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.9. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(265) |
Rabta kawżali ġiet stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, minn naħa waħda, u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda qawwija fil-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi tnaqqis kontinwu tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u l-prestazzjoni li kienet qed tiħżien tal-Unjoni, li sar ovvju fl-2023. L-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezz stabbilit mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping sabiex tevita li titlef aktar sehem mis-suq. Dan irriżulta f’deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri minn diversi indikaturi makro u mikro bħall-profittabilità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjieg u l-fluss ta’ flus. B’mod parallel, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-miżuri anti-dumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet minn diversi pajjiżi u imposti wkoll matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (53)). |
|
(266) |
Il-Kummissjoni sabet li fatturi oħra li seta’ kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu l-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi ħlief mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(267) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, ikkunsidrati b’mod individwali jew kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(268) |
Kif indikat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fl-Indja u fil-Vjetnam hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Matul l-investigazzjoni, l-ilmentatur talab lill-Kummissjoni testendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a) għall-Eġittu u għall-Ġappun ukoll. |
|
(269) |
Madankollu, it-talba addizzjonali ma kienx fiha biżżejjed evidenza tad-distorsjonijiet elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku u għalhekk ma ġġustifikatx emenda għan-Notifika tal-Bidu u investigazzjoni sussegwenti rigward distorsjonijiet potenzjali fil-materja prima għall-Eġittu u għall-Ġappun. |
|
(270) |
Minħabba s-sejba ta’ livelli de minimis ta’ dumping għall-Indja u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm dan il-proċediment kontra l-Indja f’konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, saret irrilevanti l-pretensjoni dwar distorsjonijiet tal-materja prima fl-Indja. |
|
(271) |
B’hekk, il-Kummissjoni vvalutat il-miżura ta’ eliminazzjoni tad-dannu skont l-Artikolu 7(2a) għall-Vjetnam, u skont l-Artikolu 7(2) għall-Eġittu u l-Ġappun. |
6.1. Il-Vjetnam
|
(272) |
Sabiex twettaq il-valutazzjoni fil-livell xieraq ta’ miżuri għall-Vjetnam, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-bejgħ taħt il-prezz (jiġifieri, xi jkun il-marġni tad-dannu fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku) għall-produttur esportatur Vjetnamiż li nstab li kien qed jagħmel dumping. Imbagħad, eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tagħha kienx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħha. |
|
(273) |
Fin-nuqqas tad-distorsjonijiet fil-materja prima, id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(274) |
F’dan ir-rigward, l-ilmentatur ikkunsidra li jenħtieġ li profitt fil-mira raġonevoli jvarja bejn 10 % u 15 %, filwaqt li diversi partijiet interessati argumentaw li jenħtieġ li dan ivarja bejn 6 % u 8 %. |
|
(275) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, biex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabilità qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabilità meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni kollha, u l-livell ta’ profittabilità li għandu jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Tali marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. Fir-rigward tal-livell ta’ profittabilità qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit marġni ta’ profitt fuq il-bażi ta’ xi waħda mis-snin ta’ qabel iż-żieda tiegħu, peress li f’dawk is-snin l-industrija tal-Unjoni ġarrbet influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn oriġini oħra. Barra minn hekk, is-snin 2021 u 2022 instabu li kienu influwenzati ħafna mill-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19 u ma dehrux xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. Għalhekk, l-ebda waħda minn dawn is-snin ma setgħet tikkwalifika bħala sena b’sitwazzjoni kompetittiva normali fis-suq tal-Unjoni. |
|
(276) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat aktar xieraq li tuża l-livell ta’ profittabilità ta’ 6,8 % li ntlaħaq fl-2017 kif instab fil-każ tal-HRF kontra t-Turkija (11). |
|
(277) |
L-Industrija tal-UE pprovdiet evidenza li l-livell ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni matul iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post billi vverifikat ir-rekords interni tal-kumpanija relatati mal-pjanijiet ta’ investiment, id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u r-rapporti finanzjarji. Tabilħaqq, il-pretensjonijiet tal-Industrija tal-UE nstabu li kienu ġġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-kost tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni (‘‘IRI’’, investments, R&D and innovation) taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-Industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni b’kostijiet reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Abbażi ta’ informazzjoni verifikata rigward investimenti li ma setgħux jiġu implimentati matul il-perjodu kkunsidrat, il-marġnijiet ta’ profitt fil-mira żdiedu b’sa 1,05 % skont il-produtturi inklużi fil-kampjun. |
|
(278) |
B’hekk, il-profitt fil-mira li ġie stabbilit f’din l-investigazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku varja bejn 6,8 % u 7,85 % skont is-sitwazzjoni li nstabet f’kull waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(279) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għall-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġnijiet ta’ profitt fil-mira rispettivi għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(280) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala l-pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata, li kienet appoġġata mill-għodod u l-previżjonijiet ta’ rapportar tal-kumpaniji, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali fil-firxa ta’ bejn EUR 15,28 għal kull tunnellata u EUR 41,12 għal kull tunnellata, meta mqabbel mal-kost tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kost addizzjonali ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż. |
|
(281) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz tal-importazzjoni tal-produttur esportatur fil-Vjetnam fuq bażi skont it-tip (prezz tal-iżbark) mal-medja ponderata tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
(282) |
Wara li nstab li l-bejgħ taħt il-prezz kien ogħla mid-dumping, l-analiżi tad-distorsjonijiet tal-materja prima saret irrilevanti peress li d-dazju anti-dumping ma jistax ikun ogħla mid-dumping reali. |
|
(283) |
Skont l-evidenza fl-ilment, l-esportazzjonijiet tal-mineral tal-ħadid u tal-faħam tal-kokk li kienu jammontaw rispettivament għal [30-40 %] u [26-39 %] tal-kost tal-produzzjoni tal-Vjetnam, kienu soġġetti għal dazji tal-esportazzjoni. |
|
(284) |
Fl-analiżi tagħha tad-distorsjonijiet tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, kif indikat fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni eżaminat id-distorsjonijiet kollha koperti minn dik id-dispożizzjoni. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur li kkoopera. Peress li l-materja prima ewlenija ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li kienet x’aktarx tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(286) |
L-investigazzjoni kkonfermat li kemm il-mineral tal-ħadid kif ukoll il-faħam tal-kokk kienu fost il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u li kull wieħed minnhom kien jammonta għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni ta’ kull produttur esportatur. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iż-żewġ kumpaniji madankollu importaw kemm il-mineral tal-ħadid kif ukoll il-kokk minn diversi fornituri u pajjiżi differenti, minħabba produzzjoni domestika insuffiċjenti jew li ma teżistix, u l-kwalità ġeneralment baxxa tal-produzzjoni domestika. Għalhekk, il-prezzijiet tax-xiri mill-produtturi esportaturi ta’ dawn iż-żewġ materji primi ma nstabux affettwati mill-prezzijiet domestiċi u ma setgħux ikunu soġġetti għal distorsjonijiet domestiċi. |
|
(287) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-mineral tal-ħadid u fil-faħam tal-kokk. |
6.2. Il-Ġappun u l-Eġittu
|
(288) |
Fir-rigward tal-Ġappun u tal-Eġittu, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jitneħħa jekk il-produtturi tal-Unjoni setgħu jiksbu profitt fil-mira billi jbigħu bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(289) |
Sabiex tistabbilixxi l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal dawk il-pajjiżi, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija deskritta fil-premessi (275) sa (281). Il-marġnijiet tad-dannu għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma elenkati hawn taħt. Għal ‘‘kumpaniji oħrajn li kkooperaw’’ u għal ‘‘l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Ġappun’’ il-marġinijiet tad-dannu kienu stabbiliti bl-istess mod tal-marġnijiet tad-dumping rispettivi (ara l-premessi (132) sa (135)).
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(290) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-utenti u tal-konsumaturi tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(291) |
L-industrija tal-Unjoni tinsab f’diversi Stati Membri (Franza, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Polonja, In-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Portugall, l-Ungerija u Spanja), u timpjega madwar 38 047 impjegat, li jaħdmu direttament għall-prodott simili fil-manifatturi primarji differenti tal-azzar tal-produtturi tal-Unjoni (ara l-premessa (216)). |
|
(292) |
Ħmistax-il produttur ikkooperaw matul l-investigazzjoni. L-ebda produttur magħruf ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif konkluż fit-Taqsima 4.5, is-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni ddeterjorat b’riżultat ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Id-dannu materjali ntwera kemm fil-mikroindikaturi kif ukoll fil-makroindikaturi u partikolarment materjali fir-rigward tal-profittabilità, il-volumi ta’ bejgħ u l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(293) |
Il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati huma mistennija li jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tikseb livelli ta’ profittabilità sostenibbli għal tali industrija intensiva fil-kapital. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi tal-Unjoni huma mistennija jirkupraw mis-sitwazzjoni dannuża, jinvestu aktar u jilħqu l-impenji differenti tagħhom, inklużi dawk soċjali u ambjentali. |
|
(294) |
In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jfisser telf akbar fl-industrija tal-Unjoni, jipperikola l-vijabbiltà tagħha u probabbilment iwassal għall-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u għas-sensji. |
|
(295) |
Għalhekk, f’dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(296) |
Kif imsemmi fil-premessa (31) ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li mela kwestjonarju jew ipprovda lill-Kummissjoni elementi individwali li juru sa liema punt l-importaturi jġarrbu dannu mill-impożizzjoni ta’ miżuri. Madankollu, diversi importaturi li ġew raggruppati fil-Konsorzju ippreżentaw ruħhom billi pprovdew kummenti ġenerali dwar l-interess tal-Unjoni. |
|
(297) |
Il-Konsorzju huwa organizzazzjoni “ad hoc” li ġiet iffurmata bl-għan li tiddefendi l-interess ta’ ċerti utenti, l-SSCs, kif ukoll importaturi tal-prodott taħt investigazzjoni wara l-bidu tal-investigazzjoni inkwistjoni. |
|
(298) |
Il-Konsorzju ppreżenta kummenti li jopponu l-impożizzjoni ta’ dazji bl-argument li dawn iwasslu għal i) nuqqas ta’ provvista adegwata minn imtieħen tal-azzar Ewropej li l-kapaċità nominali tagħhom hija ħafna ogħla mill-kapaċità reali tagħhom, ii) żieda intollerabbli fil-kostijiet għall-industriji downstream, iii) żvantaġġ kompetittiv tal-utenti fil-konfront tal-utenti relatati (jiġifieri l-SSCs relatati mal-manifatturi primarji tal-azzar) u iv) distorsjonijiet tal-katina tal-provvista madwar id-dinja peress li l-utenti u ċ-ċentri tas-servizzi tal-azzar jitpoġġew fi żvantaġġ ċar fil-konfront tal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, saret seduta ta’ smigħ fuq it-talba tagħhom. |
|
(299) |
Il-Konsorzju sostna li kien jammonta għal aktar minn 50 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt investigazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati u li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ikollha effetti negattivi serji fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-utenti/importaturi. L-HRF huwa l-materja prima ewlenija użata mill-utenti fil-manifattura ta’ prodotti downstream. Huwa l-element ta’ kost ewlieni għalihom u qed jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi biex ifornu lill-utenti u lill-SSCs fl-Unjoni. |
|
(300) |
Kif imsemmi fil-premessa (298), il-membri tal-Konsorzju kienu wkoll qed jikkompetu direttament mal-industrija tal-Unjoni li qed tipproċessa l-prodott ikkonċernat fuq bażi ta’ bejgħ jew użu kaptiv għal prodotti downstream simili mibjugħa fis-suq ħieles. Peress li l-Konsorzju kien jirrappreżenta ż-żewġ interessi taż-żewġ utenti li kkooperaw fl-investigazzjoni, dawn il-pretensjonijiet għalhekk ġew analizzati f’aktar dettalji fil-kapitolu li jmiss. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(301) |
Żewġ utenti, ibbażati fl-Italja (Marcegaglia Carbon Steel Spa) u fi Spanja (Network Steel S.L.), b’importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u li jipproduċu fost oħrajn tubi, pajpijiet u prodotti tal-azzar downstream ippreżentaw ruħhom u pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Il-prodott ikkonċernat/prodott simili huwa element kbir ta’ kost għal dawn l-utenti. Utenti oħra ppreżentaw ruħhom iżda ma pprovdewx tweġiba għall-kwestjonarju. Kemm Network Steel S.L. kif ukoll Marcegaglia Carbon Steel Spa kienu kontra l-bidu kif ukoll l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri. |
|
(302) |
L-utenti tal-Unjoni jikkompetu mal-kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni fis-swieq downstream tal-prodott taħt investigazzjoni. Huma jużaw il-prodott taħt investigazzjoni bħala materja prima għall-manifattura ta’ prodotti downstream bħall-prodotti ċatti b’laminazzjoni fil-kiesaħ, azzar miksi, profili vojta, tubi wweldjati u profili fi kwalitajiet differenti, u jużawh ukoll bħala output industrijali għal varjetà ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-kostruzzjoni, il-bini tal-bastimenti, il-kontenituri tal-gass u r-reċipjenti taħt pressjoni. |
|
(303) |
L-attività tal-industrija tal-azzar hija marbuta mill-qrib maċ-ċiklu ekonomiku u hija affettwata b’mod sinifikanti mill-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali, ix-xejriet tal-konsum kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni globali u l-fluttwazzjonijiet fil-kummerċ internazzjonali tal-azzar u t-tariffi imposti. |
|
(304) |
Diversi partijiet qajmu kwistjonijiet relatati mal-kompetittività u mal-kompetizzjoni. Produttur esportatur argumenta li l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra l-pajjiżi kkonċernati twassal għal oligopolju (imsaħħaħ) fl-Unjoni, filwaqt li utenti mhux relatati lmentaw li l-produtturi tal-Unjoni jpoġġu lill-SSC u lill-utenti indipendenti f’sitwazzjoni inqas kompetittiva minn dawk relatati. L-ilmentaturi kkontestaw it-tieni pretensjoni għar-raġunijiet li t-tranżazzjonijiet tagħhom mal-SSC relatat isiru f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. |
|
(305) |
Il-Kummissjoni sabet li l-pretensjoni tal-oligopolju mhijiex ġustifikata fid-dawl tal-għadd ta’ mtieħen u gruppi li jipproduċu l-azzar fl-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (317). Il-produtturi tal-Unjoni juru kompetizzjoni tajba bejniethom u se jkomplu jikkompetu mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li mhux se jieqfu. |
|
(306) |
Fir-rigward tat-tieni pretensjoni, il-Kummissjoni qieset il-pretensjoni bħala bla bażi, jiġifieri sa fejn l-industrija tal-Unjoni tforni kwantitajiet sinifikanti lill-SSC u lill-utenti indipendenti li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, it-tnejn fuq il-prezz ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. |
|
(307) |
Iż-żewġ utenti sostnew li n-negozju tagħhom kien dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet, mhux biss f’termini ta’ volumi, iżda wkoll fuq ċerti tipi ta’ materja prima b’karatteristiċi ta’ kwalità għolja u ta’ ħxuna li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tipproduċiha, b’xi ftit eċċezzjonijiet, jew ma kinitx lesta tipproduċiha, peress li tnaqqas il-produttività tal-linja ta’ produzzjoni b’laminazzjoni termali. Barra minn hekk, allegaw li l-fornituri ta’ pajjiżi terzi kienu partikolarment affidabbli. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li huma jkunu jistgħu jakkwistaw dawn il-prodotti minn produtturi esportaturi oħra f’pajjiżi terzi bħall-Indja jew il-Vjetnam, li nstabu li ma kinux qed jagħmlu dumping, kif ukoll produtturi esportaturi minn pajjiżi bħall-Korea t’Isfel jew it-Tajwan. Il-produzzjoni tal-kapaċità stmata rispettiva tagħhom tal-HRF kienet rispettivament ta’ 21,8 miljun tunnellata u 12,5 miljun tunnellata fl-2023. |
|
(308) |
L-utenti allegaw li minħabba ż-żieda fil-prezz tal-materja prima tagħhom u l-iskarsezza tal-prodott ikkonċernat fis-suq ħieles, li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri kontra l-pajjiżi kkonċernati, l-utenti ma jkunux jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell mal-produtturi esportaturi ta’ prodotti downstream manifatturati mill-prodott taħt investigazzjoni f’pajjiżi terzi. |
|
(309) |
Barra minn hekk, skont l-istess utenti, il-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati jistgħu jiġu mħajra jikkonċentraw fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar b’valur miżjud magħmula mill-prodott ikkonċernat bħal kojls galvanizzati, kojls miżbugħin minn qabel, kojls b’laminazzjoni fil-kiesaħ, tubi wweldjati, eċċ. jekk jiġu applikati miżuri kontra l-HRF. |
|
(310) |
Fl-aħħar nett, l-SSCs li jinsabu fl-Unjoni jistgħu jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom ta’ prodotti downstream f’pajjiżi terzi, li jista’ jipperikola serjament is-sostenibbiltà ekonomika ta’ utenti mhux relatati, bħar-riromblaturi, il-produtturi tat-tubi, u ċ-ċentri tas-servizzi, li jipprovdu wkoll lis-swieq downstream tal-Unjoni l-kapillarità, l-orjentazzjoni lejn is-servizzi u jimpjegaw, direttament u indirettament, eluf ta’ ħaddiema. |
|
(311) |
Dawn iż-żewġ utenti allegaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat twassal għal sitwazzjoni li fiha ma jibqax ikollhom aċċess għal sorsi affidabbli ta’ provvisti tal-prodott taħt investigazzjoni fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari ta’ rombli ta’ kwalità għolja użati għar-riromblar. Huma allegaw li l-produtturi tal-Unjoni għad għandhom sehem mis-suq relattivament għoli u jistgħu jeżerċitaw pressjoni qawwija kemm fis-suq tal-prodott taħt investigazzjoni kif ukoll fis-suq downstream. |
|
(312) |
Sabiex tiddeċiedi jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri kinitx fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ partijiet interessati oħra, l-utenti, jiġifieri ċ-Ċentri tas-servizzi tal-azzar (SSC). Iċ-Ċentri tas-servizzi tal-azzar huma kumpaniji li jittrattaw l-attivitajiet relatati mas-servizz tal-industrija tal-azzar. Huma jaġixxu bħala intermedjarji bejn il-manifatturi primarji tal-azzar, id-distributuri tal-azzar u l-konsumaturi, filwaqt li joffru servizzi ta’ valur miżjud bħall-qtugħ, il-qtugħ lonġitudinali, u l-iffurmar tal-prodotti tal-azzar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti. Skont EUROMETAL (12), fl-2023, 150 grupp jew kumpanija tal-SCC ipproċessaw prodotti tal-metall ċatti b’kapaċità stmata ta’ konsenja ta’ 31,3 miljun tunnellata. Is-settur jipprovdi aktar minn 20 000 impjieg dirett u indirett fl-UE. L-SSCs indipendenti huma stmati li għandhom sehem mis-suq ta’ 48 %, filwaqt li l-bqija jappartjenu lill-SSCs li jkunu proprjetà ta’ manifatturi primarji tal-azzar jew tal-SSCs tas-sħab tal-manifatturi tal-azzar primarji. Il-manifatturi tal-azzar primarji u l-proċessuri tal-azzar huma wkoll f’kompetizzjoni mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u għalhekk jikkondividu l-isfidi u t-tħassib ikkawżati mill-kapaċità żejda globali. |
|
(313) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-objettiv tad-dazji antidumping mhuwiex li jagħlqu s-suq tal-Unjoni minn xi importazzjoni, iżda li jerġa’ jkun hemm kummerċ ġust billi jneħħu l-effett ta’ dumping dannuż. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mhumiex mistennija jiġu fi tmiemhom, iżda li jkomplu, għalkemm bi prezzijiet mhux oġġett ta’ dumping. |
|
(314) |
It-tieni, il-Kummissjoni sabet li l-utenti ma kinux esklużivament dipendenti fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, iżda xtraw ukoll il-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll minn produtturi li nstabu li ma kinux qed jagħmlu dumping f’pajjiżi terzi bħall-Indja, il-Vjetnam, il-Korea t’Isfel u t-Tajwan. |
|
(315) |
It-tielet, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati huma mistennija li jkomplu wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, u peress li se jibqa’ jkun hemm sorsi alternattivi ta’ provvista mingħajr l-ebda miżura anti-dumping (il-Korea t’Isfel, it-Tajwan u l-Indja), hija bla bażi l-pretensjoni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tirriżulta f’li l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ teżerċita pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn 22 produttur li jipprovdu lill-utenti firxa wiesgħa ta’ provvista li tkun diġà fl-Unjoni, flimkien mal-opzjoni ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jipproduċu u jesportaw il-prodott simili. |
|
(316) |
Barra minn hekk, skont sorsi speċjalizzati tal-industrija (13) filwaqt li l-kwoti mingħajr tariffi skont il-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli għall-prodotti tal-azzar (14) inqabżu għal xi pajjiżi terzi bħall-Vjetnam, il-Ġappun u t-Tajwan, pajjiżi oħra bħall-Indja jew il-Korea t’Isfel, madankollu, baqgħu sottoutilizzati, li jħalli lok għall-importaturi biex jiddiversifikaw is-sorsi tagħhom biex iżommu l-provvista. Fil-fatt, skont il-kumpanija tal-analiżi tas-suq tal-azzar MEPS International, “ħafna importaturi diġà kienu kapaċi jiddiversifikaw il-katina tal-provvista tagħhom. Il-volumi tal-importazzjoni tal-HRFS żdiedu mill-introduzzjoni tal-limitu massimu ta’ 15 % għal “pajjiżi oħrajn”. Din iż-żieda apparenti [.] għenet biex tinżamm pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-koljaturi b’laminazzjoni termali rreġistrati mill-MEPS fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet” (2024). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni li l-impożizzjoni ta’ miżuri twassal għal nuqqas ta’ provvista tal-prodott ikkonċernat/prodott simili. |
|
(317) |
Barra minn hekk, bl-eżistenza ta’ diversi produtturi li jappartjenu għal gruppi differenti li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom f’diversi pajjiżi, is-suq ma jistax jitqies bħala kkonċentrat ħafna jew saħansitra kkontrollat minn għadd limitat ta’ produtturi kbar tal-azzar. Fil-fatt, il-preżenza ta’ diversi impriżi fis-suq tindika ambjent kompetittiv ħafna. |
|
(318) |
Ma kien hemm l-ebda evidenza li l-utenti u n-negozjanti indipendenti tpoġġew f’pożizzjoni ta’ negozjar sfavorevoli fil-konfront tal-produtturi tal-Unjoni, u lanqas li l-utenti jiġu mġiegħla jirrilokaw il-produzzjoni barra mill-UE. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, l-għan tal-miżuri anti-dumping mhuwiex li jrażżnu l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet, iżda sempliċiment li jiżguraw li dawn jiġu nnegozjati b’termini ġusti, jiġifieri bi prezzijiet mhux oġġett ta’ dumping. L-importazzjonijiet jistgħu jkomplu jidħlu fl-UE wara l-impożizzjoni ta’ miżuri; madankollu, dawn jinbiegħu bi prezzijiet ġusti. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-miżuri anti-dumping ma jsaħħux il-pożizzjoni tal-produtturi tal-UE għad-detriment tas-setturi downstream. B’suq kompetittiv u d-disponibbiltà ta’ kapaċità żejda fost il-produtturi tal-UE, għall-kuntrarju ta’ dak li argumentaw l-utenti, jenħtieġ li l-prezzijiet jibqgħu kompetittivi. |
|
(320) |
Ġie nnotat li l-kapaċità tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tal-HRF hija ta’ aktar minn 90 miljun tunnellata u b’hekk taqbeż b’mod sinifikanti l-konsum tal-Unjoni (ħieles u kaptiv), li ġie stmat fil-livell ta’ madwar 66 miljun tunnellata. Għalhekk, huwa improbabbli ħafna li ż-żamma tal-miżuri twassal għal xi skarsezza tal-provvista. |
|
(321) |
Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-utenti li pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju fil-fatt kellhom prestazzjoni aħjar mill-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat minkejja l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq fis-suq tal-UE. |
|
(322) |
Għalkemm il-profittabilità tal-utenti li kkooperaw kienet aktar favorevoli minn dik tal-industrija tal-Unjoni, kellhom ilaħħqu mal-fatturi li ġejjin:
|
|
(323) |
B’paragun ma’ dan, is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-UE hija saħansitra aktar fraġli peress li ma jistgħux jgħollu l-prezzijiet mingħajr ma jirriskjaw telf ta’ bejgħ lill-kompetituri li joffru prezzijiet aktar baxxi, kemm jekk produtturi tal-UE kif ukoll importazzjonijiet, partikolarment peress li l-prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali huma komodità sensittiva għall-prezzijiet. L-utenti faċilment jaqilbu għal provvisti alternattivi, aktar affordabbli. |
|
(324) |
Fir-rigward tal-impatt ta’ miżuri fuq l-utenti, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-utenti diġà setgħu jlaħħqu mal-eżistenza ta’ miżuri ta’ salvagwardja li jammontaw għal 25 %, ladarba jkunu ġew eżawriti l-kwoti mingħajr dazju, mingħajr ma juru telf bis-saħħa tal-flessibbiltà, l-istruttura tal-kostijiet aktar effiċjenti u l-kapaċità tagħhom li joffru prodotti b’valur miżjud u marġni ta’ profitt ogħla. |
|
(325) |
Fuq din il-bażi u filwaqt li jitqies il-livell relattivament simili tad-dazji proposti, u l-eżistenza ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effetti ta’ impożizzjoni potenzjali ta’ dazji fuq l-utenti ma jkunux sinifikanti u ma jegħlbux l-effetti pożittivi tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-analiżi ta’ hawn fuq pjuttost turi li l-impożizzjoni tad-dazji jkollha impatt limitat fuq l-utenti tal-HRF. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(326) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġina mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(327) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità, il-livell ta’ miżuri u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(328) |
Miżuri anti-dumping proviżorji jenħtieġ li jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping (ara l-premessa (288)). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(329) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(330) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturati mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw minn [il-pajjiż ikkonċernat]”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(331) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw minn [pajjiż ikkonċernat]”. |
|
(332) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) għall-fini tal-verifika tal-akkuratezza tad-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li tkun ġustifikata l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(333) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju fil-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(334) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-ħsieb li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(335) |
Bil-ħsieb tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li ma titkompliex ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
|
(336) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(337) |
F’konformità mar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tliet ijiem tax-xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. Wara l-kummenti li rċeviet minn NSC u EZZ, il-Kummissjoni għamlet korrezzjonijiet għall-kalkoli fejn kien xieraq. Kummenti b’segwitu tad-divulgazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ aspetti metodoloġiċi u aspetti oħra tal-investigazzjoni, mhux relatati mal-akkuratezza tal-kalkoli, ikunu kkunsidrati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(338) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(339) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi kif ukoll jekk ma jkunux (inklużi prodotti “maqtugħa skont id-daqs” u “li jkunu strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 10 , 7208 52 99 , 7208 53 10 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 13 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225 19 10 90), 7225 30 90 , ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225 40 60 90), 7225 40 90 , ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226 19 10 91, 7226 19 10 95), 7226 91 91 u 7226 91 99 li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam.
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
(1) |
prodotti tal-azzar inossidabbli u tal-azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati, |
|
(2) |
prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja, |
|
(3) |
prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u |
|
(4) |
prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar. |
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|||
|
L-Eġittu |
Ezz Steel Company |
12,8 % |
89M8 |
|||
|
L-Eġittu |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu |
12,8 % |
8999 |
|||
|
Il-Ġappun |
Nippon Steel Corporation |
31,8 % |
89M9 |
|||
|
Il-Ġappun |
Tokyo Steel Co. Ltd. |
6,9 % |
89MA |
|||
|
Il-Ġappun |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw: |
31,1 % |
|
|||
|
|
89MB 89ME |
||||
|
Il-Ġappun |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Ġappun |
31,8 % |
8999 |
|||
|
Il-Vjetnam |
Formosa Ha Tinh Steel Corporation |
12,1 % |
89MC |
|||
|
Il-Vjetnam |
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-Vjetnam |
12,1 % |
8999 |
3. Id-dazji anti-dumping mhumiex applikabbli għall-produttur esportatur Vjetnamiż il-grupp Hoa Phat/Hoa Phat Dung Quat Steel Joint Company, li jikkonsisti minn Hoa Phat Dung Quat Steel Joint Company, Hoa Phat Cold Rolled Steel Company Limited, Hoa Phat Steel Sheet Limited, Hoa Phat Steel Pipe Company Limited - il-fergħa ta’ Hung Yen, Binh Duong Hoa Phat Steel Pipe Company Limited, u Hoa Phat Da Nang Steel Pipe Company Limited (kodiċi addizzjonali TARIC 89MD).
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [l-Eġittu, il-Ġappun jew il-Vjetnam]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw minn [l-Eġittu, il-Ġappun jew il-Vjetnam].
5. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom dwar dan ir-Regolament, inkuż dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċediment attwali fil-konfront tal-Indja, lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet ippreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2719.
2. Id-data miġbura rigward il-prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sat-terminazzjoni ta’ dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) In-Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam (ĠU C, C/2024/4995, 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4995/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2719 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, l-Indja, il-Ġappun u l-Vjetnam soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 2024/2719, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2719/oj).
(4) L-Istandard tal-Kontabilità Eġizzjan nru 13, emendat bir-riżoluzzjoni tal-Kabinett nru 1568/2022.
(5) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2743.
(6) L-Artikolu 6.1 tar-Regolament bażiku.
(7) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/649/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1795/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1100/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/969/oj).
(8) Id-data tal-EUROSTAT ġiet emendata biex tirrifletti l-volum tal-esportazzjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi għall-perjodu ta’ investigazzjoni.
(9) Il-Kawża C-315/90 tal-Qorti tal-Ġustizzja Gimelec vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1991:447, il-punti 16 sa 29; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tal-24.7.2001, WT/DS184/AB/R, il-punti 181 sa 215.
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/287/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1100.
(12) Federazzjoni Ewropea tad-distribuzzjoni u l-kummerċ tat-tubi tal-azzar u l-metalli. Il-membri huma l-federazzjonijiet nazzjonali tal-azzar, tal-metalli u tad-distribuzzjoni ta’ tubi, iċ-Ċentri tas-Servizzi tal-Azzar u l-kumpaniji kummerċjali li għandhom attivitajiet transfruntiera fil-pajjiżi Ewropej tal-OECD.
(13) MEPs International – Global Steel Prices, Edizzjoni Jannar 2025.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/159/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/670/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)