|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/648 |
3.4.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/648
tat-2 ta’ April 2025
dwar l-emendar tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-formoli standard u l-formati kompjuterizzati li għandhom jintużaw għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni b’rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 u l-lista tad-data statistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/779/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 23(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 (2) emendat id-Direttiva 2011/16/UE biex ittejjeb id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar marbuta mal-forom kollha ta’ skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva u biex tipprevedi skambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni li jkunu rrapportaw l-operaturi tal-pjattaformi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1467 (3) imbagħad emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 (4) biex jirrifletti xi wħud minn dawk l-emendi. |
|
(3) |
Filwaqt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1467, stabbilixxa lista tad-data statistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni li jkunu rrapportaw l-operaturi tal-pjattaformi, dan ma speċifikax sa meta jenħtieġ li tiġi pprovduta dik l-informazzjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi speċifikata d-data sa meta dik id-data statistika jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Biex jiġi mmonitorjat it-twettiq tal-awditi konġunti fl-Istati Membri skont l-Artikolu 12a tad-Direttiva 2011/16/UE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2021/514, huwa meħtieġ ukoll li tiġi aġġornata d-data statistika meħtieġa għall-forom kollha ta’ kooperazzjoni amministrattiva għajr l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-kooperazzjoni amministrattiva għat-tassazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2d, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni f’konformità mal-lista stabbilita fl-Anness XV.” |
|
(2) |
L-Anness IX huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2021/514/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1467 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-formoli standard u l-formati kompjuterizzati li għandhom jintużaw b’rabta mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE u l-lista ta’ data statistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 231, 6.9.2022, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1467/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2378/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS
Fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378, il-Parti B hija sostitwita b’li ġej:
|
“— |
Parti B: L-istatistika għal kull Stat Membru dwar forom oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/648/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)