|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/641 |
26.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/641
tal-25 ta' Marzu 2025
li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Kanada, għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji ta’ pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u ta’ prodotti tal-laħam mill-ungulati, mil-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġew ikkonfermati fl-4 ta’ Marzu 2025 u fit-13 ta’ Marzu 2025, rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ North Yorkshire, l-Ingilterra, u u fiż-żona amministrattiva ta’ Highland, l-Iskozja li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ Marzu 2025 u t-18 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 27 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Colorado (1), Florida (1), Illinois (1), Indiana (6), New Jersey (4), New York (7), Ohio (3), Iowa (1) u Pennsylvania (3), li ġew ikkonfermati bejn is-27 ta’ Frar 2025 u s-17 ta’ Marzu 2025 permezz ta’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ristretta ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI. |
|
(10) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(11) |
Barra minn hekk, fis-17 ta’ Marzu 2025, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq innotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-marda ta’ Newcastle fil-pollam. Dik it-tifqigħa tinsab fil-muniċipalità ta’ Jegunovtse u ġiet ikkonfermata fit-12 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(12) |
It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2021/404 bħalissa tispeċifika li ma huwa meħtieġ l-ebda trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. Minħabba r-riskju tal-introduzzjoni tal-marda ta’ Newcastle fl-Unjoni marbut mad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq li ma jkunux għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju, jeħtieġ jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Bħala konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li t-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, ikun meħtieġ għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-prodotti tal-laħam tal-pollam mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. Għalhekk, l-entrata għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq stabbilita fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. |
|
(13) |
Apparti dan, il-Bożnija-Ħerzegovina pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam, kif stabbilit fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u għar-rekwiżit dwar l-applikazzjoni tat-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam minn dak il-pajjiż terz, kif stabbilit fit-tabella fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(14) |
Fil-11 ta’ Marzu 2025, il-Bożnija-Ħerzegovina ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward tat-tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-muniċipalità ta’ Rogatica fir-Republika Srpska, li ġiet ikkonfermata fl-10 ta’ Frar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(15) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni li ppreżentat il-Bożnija-Ħerzegovina, u jidhrilha li din ipprovdiet garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz, kif stabbilit fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji mill-Bożnija-Ħerzegovina, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tat-tifqigħa riżolta, il-Bożnija-Ħerzegovina tista’ terġa’ tiġi elenkata għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam bi trattament speċifiku “A” mhux assenjat fil-kolonna 10 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, filwaqt li jiġi indikat li dawk il-prodotti tal-laħam mhumiex meħtieġa li jgħaddu minn xi trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(16) |
Barra minn hekk, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(17) |
Fis-6 ta’ Marzu 2025, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadet fir-rigward ta’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġiet ikkonfermata fit-2 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(18) |
Fl-10 ta’ Marzu 2025, fis-17 ta’ Marzu 2025 u fl-20 ta’ Marzu 2025, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta ma’ sitt tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Cornwall, East Riding of Yorkshire u Merseyside, li ġew ikkonfermati bejn is-27 ta’ Jannar 2025 u d-9 ta’ Frar 2025, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(19) |
Fl-14 ta’ Marzu 2025, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħadu b’rabta ma’ 57 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Alabama (1), Arizona (2), California (17), Florida (2), Georgia (2), Idaho (2), Indiana (1), Iowa (3), Kansas (1), Minnesota (6), Misissippi (2), Missouri (1), Nebraska (2), North Carolina (1), Oklahoma (4), Pennsylvania (1), South Carolina (1), South Dakota (3), Tennessee (1), Washington (1), West Virginia (1) u Wisconsin (2), li ġew ikkonfermati bejn t-3 ta’ Diċembru 2024 u t-28 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(20) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti informaw lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew it-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(22) |
Barra minn hekk, fil-11 ta’ Marzu 2025, il-Kanada infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadet b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-Fraser Valley fil-provinċja ta’ British Columbia, u dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-HPAI f’ċerti partijiet ta’ dik iż-żona. Filwaqt li qieset is-sitwazzjoni mtejba tas-saħħa tal-annimali, il-Kanada talbet lill-Kummissjoni biex tnaqqas id-daqs taż-żoni CA-2.239 u CA-2.245 billi tħassar il-muniċipalitajiet ta’ Dewdney, Deroche, Durieu, u Miracle Valley minn dawk iż-żoni. Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u jidhrilha li pprovdiet garanziji xierqa li ż-żoni affettwati, kif deskritti fl-entrata għall-Kanada fit-tabella fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jistgħu jitnaqqsu fid-daqs kif mitlub mill-Kanada. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(23) |
Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u t-tifqigħa tal-marda ta’ Newcastle fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina, mal-Kanada, mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
ANNESS
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/641/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)