|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/607 |
31.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/607
tat-27 ta’ Marzu 2025
dwar il-ħatra tal-Viċi President u ta’ żewġ membri full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Jannar 2025, wara li semgħet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“il-Bord”) fis-sessjoni plenarja tagħha, il-Kummissjoni adottat listi mqassra ta’ kandidati għall-ħatra tal-Viċi President u ta’ żewġ membri full-time tal-Bord u pprovdiethom lill-Parlament Ewropew.Il-Kunsill ġie infurmat bil-listi mqassra fl-istess jum. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-Viċi President u tal-membri full-time tal-Bord għandu jkun 5 snin. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tas-Sur Miguel CARCAÑO SAENZ CENZANO bħala l-Viċi President tal-Bord u tas-Sinjura Slavka ELEY u tas-Sur Radek URBAN bħala membri full-time tal-Bord (il-“proposta”), u ppreżent il-proposta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Marzu 2025, il-Parlament Ewropew approva din il-proposta, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sur Miguel CARCAÑO SAENZ CENZANO huwa b’dan maħtur bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2025.
2. Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2025:
|
— |
Ms Slavka ELEY, |
|
— |
Is-Sur Radek URBAN. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HENNIG-KLOSKA
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/806/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/607/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)