European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/603

31.3.2025

LINJA GWIDA (UE) 2025/603 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Marzu 2025

dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2025/9)

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 5.2, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Filwaqt li:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi (2) u teħtieġ aktar emendi fid-dawl tal-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz (SLA) dwar l-Iskambji tad-Data bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Istatistika (DĠ Statistika) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), li jkopri l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (SFG). Għaldaqstant jeħtieġ li ssir riformulazzjoni tagħha għall-finijiet ta’ ċarezza u trasparenza.

(2)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-BĊE fil-qasam tal-GFS għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards statistiċi tal-Unjoni definiti fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (minn hawn’ il quddiem “ESA 2010”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Is-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ SFG komprensiva — jiġifieri, statistika li tkopri t-tranżazzjonijiet kollha inklużi dawk li fihom il-gvern ġenerali, kif definit fl-ESA 2010, jaġixxi bħala aġent għall-istituzzjonijiet Ewropej — bħala sors affidabbli ta’ data biex iwettaq il-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u l-istabbiltà finanzjarja.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu definiti aktar proċeduri effiċjenti għall-iskambju ta’ SFG fi ħdan is-SEBĊ, biex jiġi żgurat li s-SEBĊ ikollha SFG f’waqtha u biex jiġi żgurat li dawk is-SFG u l-previżjonijiet tal-istess varjabbli mħejjija mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) huma kompatibbli, irrispettivament minn jekk l-istatistika hijiex ikkompilata mill-BĊNi jew mill-awtoritajiet kompetenti (inklużi l-istituti nazzjonali tal-istatistika).

(5)

Parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet statistiċi tas-SEBĊ fil-qasam tal-SFG tiġi kkompilata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li mhumiex BĊNi. Għalhekk, uħud mill-kompiti li għandhom jitwettqu skont din il-Linja Gwida jeħtieġu kooperazzjoni bejn is-SEBĊ u l-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (4) jirrikjedi lill-Istati Membri biex jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkoperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(6)

Sabiex tinkiseb aktar effiċjenza fil-proċeduri għall-iskambju tal-SFG fi ħdan is-SEBĊ u biex jiġi minimizzat il-piż tar-rapportar fuq il-BĊNi, parti mir-rekwiżiti statistiċi tas-SFG tas-SEBĊ huma trażmessi lill-BĊE mill-Eurostat skont l-SLA rilevanti, li diġà tirċievi din id-data permezz tal-programm ta’ trażmissjoni tal-ESA u l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (5). It-trażmissjoni tal-Eurostat hija rregolata mill-SLA dwar l-Iskambji tad-Data bejn id-DĠ Statistika tal-BĊE u l-Eurostat, li dan l-aħħar ġie emendat. Meta din l-informazzjoni statistika tkun ġiet trażmessa lill-BĊE mill-Eurostat, il-BĊNi ma għandhomx ikunu meħtieġa jidduplikaw ir-rapportar ta’ dik l-informazzjoni statistika lill-BĊE.

(7)

L-informazzjoni statistika rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 u l-ESA 2010 mhijiex dettaljat biżżejjed għall-finijiet tas-SEBĊ fir-rigward tal-kopertura tal-istatistika dwar l-aġġustament tad-dejn u d-defiċit tal-gvern u l-istatistika dwar it-tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Unjoni riflessa fil-baġit tal-UE. Għalhekk, il-kompilazzjoni ta’ SFG aktar dettaljata mill-BĊNi hija meħtieġa.

(8)

Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-kwalità tal-informazzjoni statistika miġbura mill-BĊE, huwa meħtieġ li jiġi previst il-monitoraġġ, il-verifika u, fejn xieraq, ir-reviżjoni tal-informazzjoni statistika rrapportata mill-BĊNi. Għall-istess raġunijiet, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għal reviżjonijiet li jtejbu b’mod sinifikanti l-informazzjoni statistika rrapportata, jew meta jintalbu mill-BĊE.

(9)

F’konformità mal-bidliet istituzzjonali u baġitarji tal-istituzzjonijiet Ewropej, kif definiti fil-paragrafu 19.08 tal-ESA 2010, għandu jkun hemm rapportar konsistenti ta’ ċerti tranżazzjonijiet mhux finanzjarji, li jinkludi t-tranżazzjonijiet mhux finanzjarji tal-Istati Membri fil-konfrontt a’ dawk l-istituzzjonijiet Ewropej. Għalhekk, huma meħtieġa aġġustamenti għat-tabella ta’ rapportar u d-definizzjonijiet rispettivi biex jiġi inkorporat l-istatus attwali tar-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE kif ukoll il-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

(10)

Fl-interess li tiġi pprovduta ħarsa ġenerali ċara u komprensiva tal-iżviluppi fiskali fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli għaż-żamma tal-bażi tad-data tal-SFG u l-pubblikazzjoni mill-BĊE ta’ informazzjoni statistika dwar l-SFG li għandha tiġi rrapportata skont din il-Linja Gwida.

(11)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut metodu komuni ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika rrapportata lill-BĊE, għall-BĊNi kollha. Għaldaqstant, għandu jiġi miftiehem u speċifikat format ta’ trażmissjoni elettroniku armonizzat mis-SEBĊ.

(12)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi lill-Annessi ta’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, kemm-il darba dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażiku, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Il-BĊE jew il-BĊNi għandhom jipproponu dawn l-emendi tekniċi lill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, u għandhom jitqiesu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE dawk il-fehmiet meta tiġi segwita din il-proċedura.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni statistika jkun effettiv, il-BĊNi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ April 2025. Madankollu, sabiex tiġi appoġġata tranżizzjoni bla xkiel għar-rapportar tal-Eurostat lill-BĊE, li tibda fl-1 ta’ Settembru 2025 u fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, il-BĊNi ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni statistika disponibbli fl-Eurostat abbażi tal-programm ta’ trażmissjoni tal-ESA u r-rapportar tal-EDP,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Linja Gwida tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għal banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) dwar informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE dwar statistika tal-finanzi tal-gvern (SFG). B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi rraportata mill-BĊNi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-frekwenza u t-twaqqit ta’ dak ir-rapportar u l-istandards li għandhom jiġu applikati japplikaw lil dak ir-rapportar.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Informazzjoni statistika” tfisser informazzjoni statistika kif iddefinita fl-Artikolu 1(11) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(2)

“Stat Membru taż-żona tal-euro” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

(3)

“statistika tal-finanzi tal-gvern (SFG)” tfisser informazzjoni statistika dwar id-dħul, in-nefqa u d-defiċit/bilanċ favorevoli, statistika dwar l-aġġustament tad-defiċit tad-dejn, u informazzjoni statistika dwar id-dejn tal-gvern, kif stabbilit fl-Anness I;

(4)

“gvern ġenerali” tfisser is-settur tal-amministrazzjoni pubblika (S.13) definit fil-paragrafu 2.111 tal-ESA 2010 stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(5)

“Istituzzjonijiet Ewropej” tfisser istituzzjonijiet Ewropej kif definiti fil-paragrafu 19.08 tal-ESA 2010;

(6)

“dejn tal-gvern” tfisser dejn tal-gvern kif definit fl-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009;

Artikolu 3

Informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata mill-BĊNi

1.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni statistika annwali stabbilita fl-Anness I skont id-definizzjonijiet metodoloġiċi tas-setturi u s-subsetturi u d-definizzjonijiet tal-kategoriji fl-Anness II. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni statistika rrapportata skont dan il-paragrafu tikkonforma mal-metodoloġija u d-definizzjonijiet tal-ESA 2010 u tar-Regolament (KE) Nru 479/2009.

2.   L-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont il-paragrafu 1 għandha tkopri kull sena kalendarja mill-1995 sas-sena li magħha hija relatata t-trażmissjoni (is-sena t-1).

3.   Meta jirrapportaw l-informazzjoni statistika lill-BĊE skont il-paragrafu 1, il-BĊNi għandhom jindikaw l-istatus ta’ kunfidenzjalità li jindika lil min tista’ ssir disponibbli billi jużaw il-valuri xierqa deskritti fir-Reġistru Globali tad-Data u l-Metadata tal-Istatistika (SDMX).

4.   Il-BĊNi m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni statistika disponibbli fl-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) fuq il-bażi tal-programm ta’ trażmissjoni tal-ESA u r-rapportar tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP), kif speċifikat fl-Anness III, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

dik l-informazzjoni statistika tiġi trażmessa mill-Eurostat lill-BĊE skont il-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz;

(b)

it-trażmissjoni mill-Eurostat imsemmija fil-punt (a) tkopri l-SFG għall-perijodu mill-1995 sas-sena li magħha hija relatata t-trażmissjoni (is-sena t-1);

(c)

L-Eurostat jittrażmetti lill-BĊE s-SFG meħtieġa darbtejn fis-sena, sal-15 ta’ April u sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, u jissottometti lill-BĊE kwalunkwe reviżjoni tagħha.

Il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (c) jitqiesu li ġew issodisfati sakemm il-BĊE ma jinnotifikax lill-BĊNi bil-kuntrarju.

5.   Meta l-Eurostat ma jittrażmettix lill-BĊE l-informazzjoni statistika speċifikata fl-Anness III jew meta kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (c), ma tiġix issodisfata, il-BĊE għandu jinforma lill-Eurostat b’dan u jinnotifika lill-BĊN rilevanti b’dan fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol wara li tiskadi l-iskadenza rilevanti tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c). Malli jirċievi din in-notifika, dak il-BĊN għandu jirrapporta lill-BĊE l-informazzjoni statistika kif speċifikat fin-notifika mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol minn dak il-ħin.

Artikolu 4

Tempestività

1.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw l-SFG lill-BĊE skont l-Artikolu 3 darbtejn fis-sena, sal-15 ta’ April u l-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

2.   Il-BĊNi għandhom jirrapportaw fuq inizjattiva tagħhom stess l-SFG imsemmija fl-Artikolu 3 fi kwalunkwe ħin meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida rilevanti. Dik l-informazzjoni statistika tista’ tinkludi stimi għal kategoriji li għalihom ebda informazzjoni ġdida ma tkun disponibbli.

Artikolu 5

Reviżjonijiet

1.   Il-BĊNi jistgħu jirrevedu l-informazzjoni statistika rrapportata skont l-Artikolu 3 kif ġej:

(a)

reviżjonijiet għall-informazzjoni statistika annwali għandhom jiġu sottomessi lill-BĊE darbtejn fis-sena, sal-15 ta’ April u l-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena;

(b)

reviżjonijiet għall-informazzjoni statistika annwali għandhom jiġu sottomessi lill-BĊE fi kwalunkwe ħin meta informazzjoni statistika ssir disponibbli għall-BĊN u titqies rilevanti għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, jew fuq inizjattiva tal-BĊN stess jew fuq talba mill-BĊE. Dik l-informazzjoni statistika tista’ tinkludi stimi għal kategoriji li għalihom ebda informazzjoni ġdida ma tkun disponibbli.

2.   Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għar-reviżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq talba u fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-reviżjonijiet għad-defiċit/bilanċ favorevoli jirrappreżentaw mill-inqas 0,3 % tal-prodott domestiku gross (PDG);

(b)

ir-reviżjonijiet għad-dejn, id-dħul, in-nefqa jew il-PDG nominali jirrappreżentaw mill-inqas 0,5 % tal-PDG.

Artikolu 6

Bażi ta’ data dwar l-SFG

1.   Il-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm bażi ta’ data dwar is-SFG, li għandha tinkludi aggregati taż-żona tal-euro u SFG nazzjonali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, u għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni statistika rrapportata skont l-Artikolu 3 u riveduta skont l-Artikolu 5.

2.   Il-BĊE għandu jittrażmetti lill-BĊNi l-aggregati taż-żona tal-euro u l-SFG nazzjonali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro darbtejn fis-sena, f’April u Ottubru ta’ kull sena, mhux aktar tard minn jum tax-xogħol wieħed tal-BĊE wara l-pubblikazzjoni tas-SFG imsemmija fl-Artikolu 10(1).

Artikolu 7

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra għajr il-BĊNi

1.   Meta l-informazzjoni statistika kollha jew parti minnha msemmija fl-Artikolu 3 tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti għajr il-BĊNi, il-BĊNi għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni effettiva ma’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, inkluż mekkaniżmu regolari għat-trażmissjoni tad-data li jissodisfa l-istandards u r-rekwiżiti tas-SEBĊ.

2.   Meta BĊN ma jkunx jista’ jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4 minħabba li l-awtorità kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bl-informazzjoni statistika meħtieġa, dak il-BĊN, bl-assistenza tal-BĊE fejn meħtieġ, għandu jikkoopera ma’ dik l-awtorità sabiex isolvi l-kwistjoni u jiċċara kif u sa meta din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli.

3.   Meta l-Eurostat ma jkunx jista’ jipprovdi lill-BĊE bl-informazzjoni statistika stabbilita fl-Anness III minħabba li l-awtorità kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-Eurostat b’dik l-informazzjoni statistika, il-BĊN rilevanti, bl-assistenza tal-BĊE fejn meħtieġ, għandu jikkoopera ma’ dik l-awtorità kompetenti sabiex isolvi l-kwistjoni u jiċċara kif u sa meta din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli. L-obbligu ta’ kooperazzjoni ma’ dik l-awtorità kompetenti ma jirrikjedix li l-BĊN jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa lill-Eurostat jew lil dik l-awtorità.

Artikolu 8

Trażmissjoni

1.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont din il-Linja Gwida b’mod elettroniku, bl-użu tal-mezzi speċifikati mill-BĊE. Il-format tal-messaġġ statistiku żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni statistika għandu jkun ibbażat fuq il-mudell ta’ informazzjoni SDMX miftiehem mis-SEBĊ.

2.   Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jużaw mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.

Artikolu 9

Kwalità

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2533/98, il-BĊNi għandhom jissorveljaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni statistika rrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida.

2.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jissottometti rapport kull sentejn lill-Kunsill Governattiv dwar il-kwalità tas-SFG irrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara kull perijodu rilevanti ta’ sentejn. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2027.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jindirizza ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-kopertura u l-puntwalità tal-informazzjoni statistika rrapportata mill-BĊNi;

(b)

Il-punt sa fejn dik l-informazzjoni statistika tikkkonforma mad-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II;

(c)

reviżjonijiet li għalihom il-BĊN jipprovdi spjegazzjonijiet skont l-Artikolu 5;

(d)

analiżi ta’ aġġustamenti bejn id-defiċit u d-dejn eċċessivi;

(e)

il-kopertura u l-puntwalità tas-SFG trażmessi mill-Eurostat skont l-Artikolu 3(4); u

(f)

jekk xi BĊNi rrapportawx informazzjoni statistika skont notifika mill-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 3(5).

4.   Fejn il-Bord Eżekuttiv josserva kwistjonijiet serji ta’ kwalità fl-informazzjoni statistika rrapportat lill-BĊE skont din il-Linja Gwida, huwa jista’ jipprovdi lill-Kunsill Governattiv b’rapporti addizzjonali kif meħtieġ.

Artikolu 10

Pubblikazzjoni

1.   Il-BĊE għandu jippubblika l-aggregati tal-SFG taż-żona tal-euro u l-SFG nazzjonali, irrapportati skont l-Artikolu 3, darbtejn fis-sena u fejn meħtieġ wara kwalunkwe reviżjoni magħmula skont l-Artikolu 5. Il-BĊE ma għandux jippubblika l-aggregati tal-SFG taż-żona tal-euro u l-SFG nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-istatistika dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, li sseħħ fi żmien tliet ġimgħat wara l-iskadenzi tar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009.

2.   Il-BĊE għandu jqis l- istatus ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika nazzjonali kif indikat skont l-Artikolu 3(3).

Artikolu 11

Proċedura ta’ emenda simplifikata

Wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel kwalunkwe emenda teknika meħtieġa għall-Annessi, sakemm dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar fuq il-BĊNi. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din mingħajr dewmien mhux dovut.

Artikolu 12

Tħassir

1.   Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ April 2025.

2.   Ir-referenzi għal-Linja Gwida mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ April 2025, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3, il-paragrafi 4 u 5, li magħhom il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw mill-1 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 14

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/2/oj).

(2)  Ara l-Anness IV.

(3)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/549/oj).

(4)  Regolament tal-Kunsilln (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/479/oj).


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR

Statistiċi dwar dħul, nefqa u defiċit/bilanċ favorevoli

Tabella 1A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Deroga għar-rapportar

Defiċit (-) jew bilanċ favorevoli (+)

1 = 6 – 21

1 = 2 + 3 + 4 + 5

x

Gvern ċentrali

2

x

Gvern statali

3

x

Gvern lokali

4

x

Fondi tas-sigurtà soċjali

5

x

Dħul totali

6 = 7 + 19

x

Dħul totali kurrenti

7 = 8 + 9 + 13 + 16 + 17

x

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid eċċ.

8

x

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet

9

x

Taxxi fuq prodotti

10

x

li minnhom: taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

11

x

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

12

x

Kontribuzzjonijiet soċjali netti

13

x

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem

14

x

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali reali ta’ unitajiet domestiċi

15

x

Bejgħ

16

x

Dħul kurrenti ieħor

17

x

li minnu: imgħax li jrid jiġi riċevut

18

x

Dħul totali ta’ kapital

19

x

li minnu: taxxi kapitali

20

x

Nefqa totali

21 = 22 + 31

x

Nefqa kurrenti totali

22 =23 + 24 + 26 + 27 + 28 + 29 + 30

x

Konsum intermedjarju

23

x

Kumpens tal-impjegati

24

x

li minnu: pagi u salarji

25

 

Imgħax li jrid jitħallas

26

x

Sussidji li jridu jitħallsu

27

x

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus

28

x

Trasferimenti soċjali mhux fi flus – produzzjoni tas-suq mixtrija

29

x

Nefqa attwali oħra

30

x

Nefqa kapitali totali

31 = 32 + 33 + 34

x

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross

32

x

Akkwisti oħra netti ta’ attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji

33

x

Trasferimenti ta’ kapital pagabbli

34

x

Partiti tal-memorandum:

 

 

Trasferimenti ta’ kapital li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali vvalutati iżda li x’aktarx ma jinġabrux

35

x

Nota:

Il-kategoriji mmarkati b’x fil-kolonna “Deroga għar-rapportar” huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-BĊN imsemmija fl-Artikolu 3(1) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4).

Tabella 1B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) mill-Istat Membru

1 = 2 + 3 + 7

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti

2

Riżorsi proprji u kontribuzzjonijiet mixxellanji tal-UE

3

li minnhom: Dazji doganali u agrikoli

4

li minnhom: riżors proprju bbażat fuq il-VAT

5

li minnhom: riżors proprju bbażat fuq l-introjtu nazzjonali gross

6

Trasferimenti ta’ kapital

7

Nefqa tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru

8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14

Sussidji

9

Trasferimenti kurrenti lill-gvern

10

Trasferimenti kurrenti lil unitajiet mhux governattivi

11

Trasferimenti ta’ kapital lill-gvern

12

Trasferimenti ta’ kapital lil unitajiet mhux governattivi

13

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji

14

Bilanċ ta’ Stat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE (riċevitur nett +, pagatur nett –)

15 = 8 – 1

Kontribuzzjonijiet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)/ Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF)

16

Trasferimenti kapitali mill-SRB/SRF

17

li minnhom: lil entitajiet finanzjarji fi gvern ġenerali

18


Tabella 1C

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Deroga għar-rapportar

Nefqa fuq il-konsum finali

1 = 2 + 3

1 = [1 A.23] + [1 A.24] [1 A.29] + 4 + 5 + 6 — [1 A.16]

x

Nefqa fuq il-konsum individwali

2

x

Nefqa fuq il-konsum kollettiv

3

x

Konsum ta’ kapital fiss

4

x

Taxxi fuq produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji riċevuti

5

x

Bilanċ favorevoli tal-operat nett

6

x

Partiti tal-memorandum:

 

 

Nefqa tal-konsum finali bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel

7

 

Formazzjoni tal-kapital fiss gross bil-prezzijiet tas-sena ta’ qabel

8

 

Prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet kurrenti

9

x

PGD bi prezzijiet tas-sena ta’ qabel

10

 

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. imħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja

11

 

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. imħallsin minn unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li jservu lil unitajiet domestiċi (NPISHs) lill-gvern u lill-bqija tad-dinja

12

 

Nota:

Il-kategoriji mmarkati b’x fil-kolonna “Deroga għar-rapportar” huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-BĊN imsemmija fl-Artikolu 3(1) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4).

Statistika ta’ aġġustament defiċit-dejn

Tabella 2A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji

1 = [1 A.1] — 2

Tranżazzjonijiet finanzjarji netti (konsolidati)

2 = 3 – 17

Attiv finanzjarju (konsolidat)

3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13 + 14 + 15

Deheb monetarju u drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs)

4

Munita u depożiti

5

Titoli ta’ dejn

6

Self għal żmien qasir

7

Self għal żmien twil

8

Ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment

9

Privatizzazzjonijiet (netti)

10

Injezzjonijiet ta’ ekwità (netti)

11

Oħra

12

Skemi ta’ assigurazzjoni, pensjoni u ta’ garanziji standardizzati

13

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet għall-impjegati li jitħallsu b’ishma

14

Kontijiet oħra riċevibbli

15

li minnhom: taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali

16

Passiv (konsolidat)

17 = 18 + 19 + 20 + 21 + 22 + 23 + 24 + 25 + 26 + 27

Deheb monetarju u SDRs

18

Munita u depożiti

19

Titoli ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien qasir

20

Titoli ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien twil

21

Self għal żmien qasir

22

Self għal żmien twil

23

Ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment

24

Skemi ta’ assigurazzjoni, pensjoni u ta’ garanziji standardizzati

25

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet għall-impjegati li jitħallsu b’ishma

26

Kontijiet oħra pagabbli

27

Rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali

28 = 19 + 20 + 21 + 22 + 23

28 = 30 + 31 + 32

28 = 1 – [1 A.1] + 3 – 18 – 24 – 25 – 26 – 27

li minnu: fuq żmien twil

29

Iddenominati f’munita nazzjonali

30

Iddenominati f’muniti ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro

31

Iddenominati f’muniti oħra

32

Flussi oħra fid-dejn tal-gvern

33 = 34 + 37

Effetti tar-rivalutazzjoni

34 = 35 + 36

Apprezzament u deprezzament ta’ dejn f’munita barranija

35

Effetti oħra tar-rivalutazzjoni (differenzi mqabbla ma’ valur nominali)

36 = 38 – 28 – 35 – 37

Bidliet oħra fil-volum

37

Bidla fid-dejn tal-gvern

38 = 28 + 33

38 = 1 – [1 A.1] + 3 – 18 – 24 – 25 – 26 – 27 + 33

38 = [3 A.1][T] – [3 A.1][T – 1]

Partiti tal-memorandum:

 

Inkurżjoni netta ta’ selt mogħti minn bank ċentrali

39

Statistika tad-dejn tal-gvern

Tabella 3A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-gvern (konsolidat)

1 = 2 + 3+ 4 + 5+ 6

1 = 7 + 12

1 = 13 + 14 + 15

1 = 16 + 17

1 = 19 + 20 + 22

Munita u depożiti

2

Titoli ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien qasir

3

Titoli ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien twil

4

Self għal żmien qasir

5

Self għal żmien twil

6

Miżmum minn residenti tal-Istat Membru

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Bank ċentrali

8

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra

9

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

10

Residenti oħra

11

Miżmum minn persuni mhux residenti tal-Istat Membru

12

Iddenominati f’munita nazzjonali

13

Iddenominati f’muniti ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro

14

Iddenominati f’muniti oħra

15

Dejn fuq perijodu qasir

16

Dejn fuq perijodu twil

17

li minnu: rata ta’ imgħax varjabbli

18

Maturità residwali sa sena

19

Maturità residwali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin

20

li minnu: rata ta’ imgħax varjabbli

21

Maturità residwali ta’ aktar minn ħames snin

22

li minnu: rata ta’ imgħax varjabbli

23

Partiti tal-memorandum:

 

Maturità residwa medja ta’ dejn

24

Dejn tal-gvern – bonds ta’ kupun żero

25

Dejn tal-gvern - self mogħti minn bank ċentrali

26


Tabella 3B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-Gvern (mhux konsolidat bejn is-subsetturi)

1 = 7 + 11 + 15 + 19

Elementi konsolidattivi

2 = 3 + 4 + 5 + 6

2 = 8 + 9 + 10 + 12 + 13 + 14 + 16 + 17 + 18 + 20 + 21 + 22

Munita u depożiti

3

Titoli fuq perijodu qasir

4

Titoli ta’ dejn fuq perijodu twil

5

Self

6

Maħruġ mill-gvern ċentrali (konsolidat)

7

miżmum mill-gvern statali

8

miżmum mill-gvern lokali

9

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

10

Maħruġ mill-gvern statali (konsolidat)

11

miżmum mill-gvern ċentrali

12

miżmum mill-gvern lokali

13

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

14

Maħruġ mill-gvern lokali (konsolidat)

15

miżmum mill-gvern ċentrali

16

miżmum mill-gvern statali

17

miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali

18

Maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali (konsolidat)

19

miżmum mill-gvern ċentrali

20

miżmum mill-gvern statali

21

miżmum mill-gvern lokali

22


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI

1.   Definizzjonijiet ta’ setturi u subsetturi

Setturi u subsetturi fl-ESA 2010

Ekonomija totali

S.1

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S.11

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

Bank ċentrali

S.121

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali

S.122

Fondi tas-suq tal-flus

S.123

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF

S.124

Intermedjarji finanzjarji oħra, għajr korporazzjonjjiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.125

Awżiljari finanzjarji

S.126

istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u min jislef il-flus

S.127

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

S.128

Fondi tal-pensjoni

S.129

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

S.121 + S.122 + S.123

Gvern ġenerali

S.13

Gvern ċentrali (minbarra fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1311

Amministrazzjoni tal-Istat (minbarra fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1312

Amministrazzjoni lokali (minbarra fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1313

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

Unitajiet domestiċi

S.14

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu bħala unitajiet domestiċi

S.15

Il-bqija tad-dinja

S.2

Stati membri u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea (UE)

S.21

Stati Membri tal-UE

S.211

Istituzzjonijiet u korpi tal-UE

S.212

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

S.2121

Istituzzjonijiet u korpi Ewropej, għajr il-BĊE

S.2122

Pajjiżi li mhumiex membri u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux residenti fl-UE

S.22

2.   Definizzjonijiet tal-kategoriji (1) (2)

Tabella 1A

1.

Id-defiċìt (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1 A.1] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.13, huwa ugwali għad-dħul totali [1 A.6] bit-tnaqqis tan-nefqa totali [1 A.21], u huwa ugwali għad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern ċentrali [1 A.2], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern statali [1 A.3], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern lokali [1 A.4], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali [1 A.5].

2.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern ċentrali [1 A.2] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1311.

3.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern statali [1 A.3] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1312.

4.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern lokali [1 A.4] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1313.

5.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [1 A.5] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1314.

6.

Id-dħul totali [1 A.6] huwa ugwali għad-dħul totali kurrenti [1 A.7], flimkien mat-total tad-dħul kapitali [1 A.19].

7.

Id-dħul totali kurrenti [1 A.7] huwa ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, fuq il-ġid eċċ [1 A.8], flimkien mat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet [1 A.9], flimkien mal-kontribuzzjonijiet soċjali netti [1 A.13], flimkien mal-bejgħ [1 A.16], flimkien mad-dħul kurrenti ieħor [1 A.17].

8.

It-taxxi diretti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ [1 A.8] huma ugwali għal taxxi kurrenti fuq l-introjtu, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

9.

It-taxxi indiretti fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet [1 A.9] huma ugwali għat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

10.

It-taxxi fuq il-prodotti [1 A.10] huma ugwali għat-taxxi fuq il-prodotti (D.21) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

11.

It-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet li minnhom it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) [1 A.11] huma ugwali għat-taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

12.

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni [1 A.12] huma ugwali għal taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

13.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti [1 A.13] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali netti (D.61) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

14.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem [1 A.14] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (D.611) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

15.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ unitajiet domestiċi [1 A.15] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ unitajiet domestiċi (D.613) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

16.

Il-bejgħ [1 A.16] huwa ugwali għall-output tas-suq (P.11), flimkien ma’ output għall-użu finali proprju (P.12), flimkien ma’ pagamenti minn output mhux tas-suq (P.131) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

17.

Id-dħul kurrenti ieħor [1 A.17] huwa ugwali għad-dħul minn proprjetà (D.4), flimkien ma’ trasferimenti kurrenti oħra (D.7) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13, minbarra riżorsi ta’ S.13 li huma ta’ interess (D.41) li huma wkoll użi ta’ S.13, flimkien ma’ riċevuti ta’ sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) li huma użi ta’ S.13.

18.

Id-dħul kurrenti ieħor li minnu l-imgħax riċevibbli [1 A.18] huwa ugwali għall-imgħax (D.41) irreġistrat fost ir-riżorsi ta’ S.13 u l-użu tas-setturi kollha minbarra S.13.

19.

Id-dħul ta’ kapital totali [1 A.19] huwa ugwali għat-trasferimenti ta’ kapital riċevibbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u rreġistrati bħala trasferiment ta’ kapital pagabbli mis-setturi kollha minbarra S.13.

20.

Id-dħul ta’ kapital totali li minnhom taxxi fuq il-kapital [1 A.20] huwa ugwali għat-taxxi fuq il-kapital (D.91) irreġistrati fost il-bidliet fil-passiv u fil-valur nett ta’ S.13.

21.

In-nefqa totali [1 A.21] hija ugwali għan-nefqa totali kurrenti [1 A.22], flimkien man-nefqa kapitali totali [1 A.31].

22.

In-nefqa totali kurrenti [1 A.22] hija ugwali għall-konsum intermedju [1 A.23], flimkien mal-kumpens ta’ impjegati [1 A.24], flimkien mal-imgħax pagabbli [1 A.26], flimkien mas-sussidji pagabbli [1 A.27], flimkien mal-benefiċċji soċjali għajr għat-trasferimenti soċjali in natura [1 A.28], flimkien mat-trasferimenti soċjali in natura – produzzjoni tas-suq mixtrija [1 A.29], flimkien man-nefqa kurrenti oħra [1 A.30].

23.

Il-konsum intermedju [1 A.23] huwa ugwali għall-konsum intermedju (P.2) irreġistrat fost l-użi ta’ S.13.

24.

Il-kumpens tal-impjegati [1 A.24] huwa ugwali għall-kumpens tal-impjegati (D.1) irreġistrat fost l-użi ta’ S.13.

25.

Il-kumpens tal-impjegati li minnu l-pagi u s-salarji [1 A.25] huwa ugwali għall-pagi u s-salarji (D.11) imniżżlin fost l-użi ta’ S.13.

26.

L-imgħax pagabbli [1 A.26] huwa ugwali għall-imgħax (D.41) irreġistrat fost l-użi ta’ S.13 u r-riżorsi tas-setturi kollha minbarra S.13.

27.

Is-sussidji pagabbli [1 A.27] huma ugwali għat-tnaqqis tas-sussidji (-D.3) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13.

28.

Il-benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali in natura [1 A.28] huma ugwali għall-benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali in natura (D.62) irreġistrati fost l-użi ta’ S.13.

29.

It-trasferimenti soċjali in natura – produzzjoni tas-suq mixtrija [1 A.29] huma ugwali għat-trasferimenti soċjali in natura relatati ma’ produzzjoni tas-suq mixtrija mill-gvern ġenerali (D.632) irreġistrati fost l-użi ta’ S.13.

30.

In-nefqa kurrenti oħra [1 A.30] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq l-introjtu, il-ġid, eċċ (D.5), flimkien mat-taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29), flimkien mal-introjtu minn proprjetà (D.4) eskluż l-imgħax (D.41), flimkien mat-trasferimenti kurrenti oħra (D.7), flimkien mal-aġġustament għall-bidla fl-intitolamenti tal-pensjoni (D.8) irreġistrati fost l-użi ta’ S.13.

31.

In-nefqa kapitali totali [1 A.31] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross [1 A.32], flimkien ma’ akkwisti netti oħra ta’ attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji [1 A.33], flimkien ma’ trasferimenti ta’ kapital pagabbli [1 A.34].

32.

Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross [1 A.32] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51 g) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13.

33.

L-akkwisti netti oħra ta’ attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji [1 A.33] hija ugwali għal bidliet fl-inventarji (P.52), flimkien mal-akkwist bit-tnaqqis ta’ oġġetti ta’ valur (P.53), flimkien mal-akkwist bit-tnaqqis ta’ attiv mhux finanzjarju mhux prodotti (NP) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13.

34.

It-trasferimenti ta’ kapital pagabbli [1 A.34] huma ugwali għat-trasferimenti ta’ kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13, u rreġistrati bħala trasferiment ta’ kapital riċevibbli mis-setturi kollha minbarra S.13.

35.

It-trasferimenti ta’ kapital li jirrappreżentaw taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali evalwati iżda li x’aktarx ma jinġabrux [1 A.35] huma ugwali għat-trasferimenti ta’ kapital li jirrappreżentaw taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali evalwati iżda li x’aktarx ma jinġabrux (D.995) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13.

Tabella 1B

1.

Id-dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) mill-Istat Membru [1B.1] huwa ugwali għall-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.2], flimkien mar-riżorsi proprji u l-kontribuzzjonijiet mixxellanji tal-UE pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.3], flimkien mat-trasferimenti kapitali pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

2.

Il-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti [1B.2] hija ugwali għall-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) irreġistrata fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta’ S.13.

3.

Ir-riżorsi proprji u l-kontribuzzjonijiet mixxellanji tal-UE [1B.3] huma ugwali għad-dazji doganali u agrikoli (parti minn D.21) inkluż il-kost tal-ġbir (parti minn p. 13), flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u r-riżorsi proprji tal-UE bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) (D.76), flimkien ma’ kontribuzzjonijiet mixxellanji rreġistrati fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta’ S.13.

4.

Ir-riżorsi proprji tal-UE li minnhom id-dazji doganali u agrikoli [1B.4] huma ugwali għad-dazji doganali u agrikoli (parti minn D.21) inkluż il-kost tal-ġbir (parti minn p. 13) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta’ S.13.

5.

Ir-riżorsi proprji tal-UE li minnhom ir-riżors proprju bbażat fuq il-VAT [1B.5] huma ugwali għar-riżors proprju bbażat fuq il-VAT (D.761) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta’ S.13.

6.

Ir-riżorsi proprji tal-UE li minnhom ir-riżors proprju bbażat fuq l-ING [1B.6] huma ugwali għar-riżors proprju bbażat fuq l-ING (D.762) irreġistrat fost ir-riżorsi tal-baġit tal-UE u l-użi ta’ S.13.

7.

It-trasferimenti ta’ kapital [1B.7] huma ugwali għat-trasferimenti ta’ kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S13, u rreġistrati bħala trasferiment ta’ kapital riċevibbli mill-baġit tal-UE.

8.

In-nefqa tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8] hija ugwali għas-sussidji (D.3) pagabbli mill-baġit tal-UE [1B.9], flimkien ma’ trasferimenti kurrenti oħra (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], flimkien ma’ trasferimenti kurrenti oħra (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], flimkien ma’ trasferimenti ta’ kapital (D.9) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], flimkien ma’ trasferimenti ta’ kapital (D.9) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13], flimkien ma’ spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.14].

9.

Is-sussidji [1B.9] huma ugwali għas-sussidji (D.3) irreġistrati fost l-użi tal-baġit tal-UE.

10.

It-trasferimenti kurrenti lill-gvern [1B.10] huma ugwali għall-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien mat-trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13 u l-użi tal-baġit tal-UE.

11.

It-trasferimenti kurrenti lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] huma ugwali għat-trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost l-użi tal-baġit tal-UE u r-riżorsi tas-setturi kollha minbarra S.13.

12.

It-trasferimenti ta’ kapital lill-gvern [1B.12] huma ugwali għat-trasferimenti ta’ kapital riċevibbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u rreġistrati bħala trasferiment ta’ kapital pagabbli mill-baġit tal-UE.

13.

It-trasferimenti ta’ kapital lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] huma ugwali għat-ttrasferimenti ta’ kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13 u rreġistrati bħala trasferiment ta’ kapital pagabbli mill-baġit tal-UE.

14.

L-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.14] huma dik il-parti tal-produzzjoni mhux tas-suq (P.13) irreġistrata fost ir-riżorsi ta’ S.13 li hija l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit tal-UE.

15.

Il-bilanċ tal-Istat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE (riċevitur nett +, pagatur nett –) [1B.15] huwa ugwali għan-nefqa tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8], bit-tnaqqis tad-dħul tal-baġit tal-UE mill-Istat Membru [1B.1].

16.

Il-kontribuzzjonijiet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)/ il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) [1B.16] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet pagabbli mis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji tal-Istat Membru rispettiv (S.12) lill-SRB/SRF (4M).

17.

It-trasferimenti kapitali mill-SRB/SRF [1B.17] huma ugwali għat-trasferiment kapitali pagabbli mill-SRB/SRF lill-entitajiet finanzjarji tal-Istat Membru rispettiv.

18.

It-trasferimenti kapitali mill-SRB/SRF li minnhom lil entitajiet finanzjarji fil-gvern ġenerali [1B.18] huma ugwali għas-sehem tat-trasferiment kapitali pagabbli mill-SRB/SRF (fil-partita preċedenti 1B.17) li huwa ddedikat għal entitajiet finanzjarji kklassifikati fil-gvern ġenerali.

Tabella 1C

1.

In-nefqa fuq il-konsum finali [1C.1] hija ugwali għan-nefqa fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrata fost l-użi ta’ S.13.

2.

In-nefqa fuq il-konsum finali [1C.2] hija ugwali għan-nefqa fuq il-konsum finali (P.31) irreġistrata fost l-użi ta’ S.13.

3.

In-nefqa fuq il-konsum finali [1C.3] hija ugwali għan-nefqa fuq il-konsum finali (P.32) irreġistrata fost l-użi ta’ S.13.

4.

Il-konsum ta’ kapital fiss [1C.4] huwa ugwali għall-konsum ta’ kapital fiss (P.51c) irreġistrat fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13.

5.

It-taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji riċevuti [1C.5] huma ugwali għall-ħlasijiet ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost l-użi ta’ S.13, bit-tnaqqis tad-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) rreġistrat fost l-użi ta’ S.13.

6.

Il-bilanċ operattiv nett [1C.6] huwa ugwali għall-bilanċ operattiv nett (B.2n) ta’ S.13.

7.

In-nefqa tal-konsum finali bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.7] hija ugwali għall-volum chain-linked tan-nefqa tal-konsum finali (P.3), irreġistrat fost l-użi ta’ S.13, bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

8.

Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.8] hija ugwali għall-volum marbut mal-indiċi katina tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross (P.51 g), irreġistrat fost il-bidliet fl-attiv ta’ S.13, bil-prezzijiet tas-sena preċedenti.

9.

Il-prodott domestiku gross (PDG), bil-prezzijiet attwali [1C.9] huwa ugwali għal PDG (B.1*g) bil-prezzijiet tas-suq.

10.

PDG bil-prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.10] hija ugwali għall-volum marbut mal-indiċi katina tal-PDG (B.1*g) bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

11.

It-taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. mħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja [1C.11] huma ugwali għal taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13 u S.2 u l-użi ta’ S.11 u S.12.

12.

It-taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. mħallsin minn korporazzjonijiet lill-gvern u lill-bqija tad-dinja [1C.12] huma ugwali għal taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.13 u S.2 u l-użi ta’ S.14 u S.15.

Tabella 2A

1.

L-aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2 A.1] huwa ugwali għad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1 A.1], bit-tnaqqis tat-tranżazzjonijiet netti f’attiv u passiv finanzjarju [2 A.2].

2.

It-tranżazzjonijiet netti f’attiv u passiv finanzjarju (konsolidati) [2 A.2] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet fl-akkwist nett ta’ attiv finanzjarju [2 A.3], bit-tnaqqis tal-espożizzjoni netta tal-passiv [2 A.17].

3.

It-tranżazzjonijiet f’attiv finanzjarju (konsolidat) [2 A.3] huma ugwali għal tranżazzjonijiet konsolidati f’deheb monetarju u drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs) (F.1) [2 A.4], flimkien mal-munita u depożiti (F.2) [2 A.5], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn (F.3) [2 A.6], flimkien ma’ tranżazzjonijiet ta’ self fuq żmien qasir (F.41) [2 A.7], flimkien ma’ tranżazzjonijiet ta’ self fuq żmien twil (F.42) [2 A.8], flimkien ma’ t-tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment (F.5) [2 A.9], flimkien ma’ tranżazzjonijiet fi skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) [2 A.13], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) [2 A.14], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’kontijiet oħra riċevibbli [2 A.15], irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

4.

It-tranżazzjonijiet f’deheb monetarju u SDRsi [2 A.4] huma ugwali għall-akkwist nett ta’ deheb monetarju u SDRs (F.1) irreġistrat fost bidliet fl-attivi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

5.

It-tranżazzjonijiet f’munita u depożiti [2 A.5] huma ugwali għall-akkwist nett ta’ munita u depożiti (F.2) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

6.

It-tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn [2 A.6] huma ugwali għall-akkwist nett titoli ta’ dejn (F.3) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

7.

It-tranżazzjonijiet f’self fuq żmien qasir [2 A.7] huma ugwali għal self fuq żmien qasir (F.41) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fi-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

8.

It-tranżazzjonijiet f’self fuq żmien twil [2 A.8] huma ugwali għal self fuq żmien twil (F.42) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrat fost bidliet fl-attivi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

9.

It-tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment [2 A.9] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment (F.5) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

10.

Il-privatizzazzjoni (netta) [2 A.10] hija ugwali għat-tranżazzjonijiet f’ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.11 jew S.12 mwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist tal-kontroll (ESA 2010 paragrafi 2.36 sa 2.39) tal-unità tad-debitur minn S.13; tranżazzjonijiet bħal dawn jistgħu jitwettqu minn S.13 direttament mal-unità debitriċi, jew ma’ unità oħra kreditriċi.

11.

L-injezzjonijiet ta’ ekwità (netti) [2 A.11] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet f’ekwità u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attivi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.11 jew S.12 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew ta’ akkwist tal-kontroll tal-unità debitriċi minn S.13 u huma mwettqa minn S.13 direttament mal-unità debitriċi.

12.

Oħra [2 A.12] huma ugwali għal tranżazzjonijiet f’ekwità u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist ta’ kontroll tal-unità debitriċi minn S.13 u mhux imwettqa minn S.13 direttament mal-unità debitriċi, iżda ma’ unità kreditriċi oħra.

13.

It-tranżazzjonijiet fi skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati [2 A.13] huma ugwali għall-akkwist nett ta’ skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) irreġistrat fost bidliet fl-attvi ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

14.

It-tranżazzjonijiet f’derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati [2 A.14] huma ugwali għall-akkwist nett ta’ derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

15.

It-tranżazzjonijiet f’kontijiet oħra riċevibbli [2 A.15] huma ugwali għall-akkwist nett ta’ kontijiet oħra riċevibbli (F.8) irreġistrat fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

16.

It-tranżazzjonijiet f’kontijiet oħra riċevibbli li minnhom it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali [2 A.16] huma ugwali għal dik il-parti ta’ kontijiet oħra riċevibbli (attiv F.8) li għandha x’taqsam mat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali rreġistrati f’D2, D5, D61 u D91, bit-tnaqqis tal-ammonti ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali attwalment miġbura, rreġistrati fost bidliet fl-attiv ta’ S.13 u bidliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha minbarra S.13.

17.

It-tranżazzjonijiet fil-passiv (konsolidati) [2 A.17] hiuma ugwali għal tranżazzjonijiet konsolidati f’deheb monetarju u SDRs (F.1) [2 A.18], flimkien ma’ tranżazzjonijiet fil-munita u depożiti (F.2) [2 A.19], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn għal perijodu qasir (F.31) [2 A.20], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn fuq żmien twil (F.32) [2 A.21], flimkien ma’ tranżazzjonijiet ta’ self fuq żmien qasir (F.41) [2 A.22], flimkien ma’ tranżazzjonijiet ta’ self fuq żmien twil (F.42) [2 A.23], flimkien ma’ tranżazzjonijiet fl-ekwità u ishma jew unitajiet f’fond ta’ investiment (F.5) [2 A.24], flimkien ma’ tranżazzjonijiet fi skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u standardizzati (F.6) [2 A.25], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7) [2 A.26], flimkien ma’ tranżazzjonijiet f’kontijiet oħra pagabbli [2 A.27], irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

18.

It-tranżazzjonijiet f’deheb monetarju u SDRs [2 A.18] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ deheb monetarju u SDRs (F.1) irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

19.

It-tranżazzjonijiet f’munita u depożiti [2 A.19] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ valuta u depożiti (F.2) irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

20.

It-tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien qasir [2 A.20] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ titoli ta’ dejn fuq żmien qasir (F.31), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ sena jew inqas, irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

21.

It-tranżazzjonijiet f’titoli ta’ dejn fuq żmien twil [2 A.21] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ titoli ta’ dejn fuq żmien twil (F.32), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

22.

It-tranżazzjonijiet f’self fuq żmien qasir [2 A.22] huma ugwali għas-self fuq żmien qasir (F.41) misluf mill-gvern, nett mill-pagamenti lura ta’ self fuq żmien qasir eżistenti, irreġistrat fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

23.

It-tranżazzjonijiet f’self fuq żmien twil [2 A.23] huma ugwali għas-self fuq żmien twil (F.42), nett mill-pagamenti lura ta’ self fuq żmien twil eżistenti, irreġistrat fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

24.

It-tranżazzjonijiet f’ekwità u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment [2 A.24] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ ekwità u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.5), irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

25.

It-tranżazzjonijiet relatati mal-assigurazzjoni, il-pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati [2 A.25] huma ugwali għall-inkurżjoni netta tal-assigurazzjoni, il-pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati (F.6), irreġistrata fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

26.

It-tranżazzjonijiet f’derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati [2 A.26] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ derivati finanzjarji u opzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tal-impjegati (F.7), irreġistrata fost bidliet fil-passib u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

27.

It-tranżazzjonijiet f’kontijiet oħra pagabbli [2 A.27] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ kontijiet oħra pagabbli (F.8) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv tas-setturi kollha minbarra S.13.

28.

Ir-rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali [2 A.28] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ passiv fil-munita u depożiti (F.2) [2 A.19], flimkien mat-titoli ta’ dejn (F.3) [2 A.20 and 2 A.21], flimkien mas-self (F.4) [2 A.22 u 2 A.23] li mhuwiex attiv ta’ S.13. Huwa ukoll ugwali għal tranżazzjonijiet konsolidati fi strumenti ta’ dejn tal-gvern.

29.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perijodu ta’ żmien twil [2 A.29] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ passiv fl-istess strumenti ta’ dejn bħala rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali [2 A.28] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena.

30.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn iddenominati fil-valuta nazzjonali [2 A.30] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ passiv fl-istess strumenti ta’ dejn bħala rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali [2 A.28] iddenominati fil-valuta legali tal-Istat Membru.

31.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn iddenominati fil-valuti ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro [2 A.31] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ passiv fl-istess strumenti ta’ dejn bħala rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali [2 A.28] iddenominati f’ECU, flimkien ma’ strumenti ta’ dejn iddenominati f’euro qabel mal-Istat Membru addotta l-euro, flimkien ma’ strumenti ta’ dejn iddenominati fil-valuta legali tal-Istat Membru taż-żona tal-euro qabel ma sar Stat Membru taż-żona tal-euro.

32.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn iddenominati fil-valuta nazzjonali [2 A.32] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta’ passiv fl-istess strumenti ta’ dejn bħala rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali [2 A.28] mhux iddenominati fi [2 A.30] jew [2 A.31].

33.

Flussi oħra fid-dejn tal-gvern [2 A.33] huma ugwali għall-effetti tar-rivalutazzjoni [2 A.34], flimkien ma’ bidliet oħra fil-volum [2 A.37].

34.

L-effetti tar-rivalutazzjoni [2 A.34] huma ugwali għall-apprezzament u d-deprezzament tad-dejn f’valuta barranija [2 A.35], flimkien ma’ effetti oħra tar-rivalutazzjoni (id-differenzi mqabbla mal-valur nominali) [2 A.36].

35.

L-apprezzament u d-deprezzament tad-dejn f’valuta barranija [2 A.35] huma ugwali għal qligħ jew telf fuq ishma nominali (K.7) ta’ dejn tal-gvern [3 A.1] li jibdlu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati tal-kambju tal-valuta.

36.

Effetti oħra tar-rivalutazzjoni (id-differenzi mqabbla mal-valur nominali) [2 A.36] huma ugwali għal tibdil fid-dejn tal-gvern [2 A.38], it-tnaqqis ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidati) [2 A.28], bit-tnaqqis tal-apprezzament u d-deprezzament ta dejn f’valuta barranija [2 A.35], bit-tnaqqis ta’ bidliet oħra fil-volum [2 A.37].

37.

Bidliet oħra fil-volum [2 A.37] huma ugwali għall-bidliet oħra fil-volum (K.1, K.2, K.3, K.4, K.5 u K.6) fl-istess strumenti ta’ dejn bħala rekwiżit ta’ self tal-gvern ġenerali.

38.

It-tibdil fid-dejn tal-gvern [2 A.38] huwa ugwali għal dejn tal-gvern [3 A.1] f’sena t, bit-tnaqqis ta’ dejn tal-gvern [3 A.1] fis-sena t-1.

39.

L-inkurżjoni netta ta’ self mogħti minn bank ċentrali [2 A.39] hija ugwali għal tranżazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-passiv u l-valur nett ta’ S.13 u bidliet fl-attiv ta’ S.121.

Tabella 3A

1.

Id-dejn tal-gvern (konsolidat) [3 A.1] huwa ugwali għall-passiv konsolidati ta’ S.13 f’valuta u depożiti (AF.2) [3 A.2], flimkien ma’ titoli ta’ dejn fuq żmien qasir (AF.31) [3 A.3], flimkien ma’ titoli ta’ dejn fuq żmien twil (AF.32) [3 A.4], flimkien ma’ self fuq żmien qasir (AF.41) [3 A.5], flimkien ma’ self fuq żmien twil (AF.42) [3 A.6].

2.

Id-dejn – valuti u depożiti [3 A.2] huwa ugwali għal dik il-parti ta’ dejn tal-gvern [3 A.1] fil-valuti tal-istrument u d-depożiti (AF.2).

3.

Id-dejn – titoli ta’ dejn fuq żmien qasir [3 A.3] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fit-titoli ta’ dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta’ sena jew inqas (AF.31).

4.

Id-dejn – titoli ta’ dejn fuq żmien twil [3 A.4] huma ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fit-titoli ta’ dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta’ aktar minn sena (AF.32).

5.

Id-dejn - self fuq żmien qasir [3 A.5] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-istrument ta’ self li l-maturità oriġinali tieghu hija ta’ sena jew inqas (AF.41).

6.

Id-dejn – self fuq żmien twil [3 A.6] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-istrument ta’ self li l-maturità oriġinali tiegħu huwa ta’ aktar minn sena (AF.42).

7.

Id-dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3 A.7] huwa ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3 A.8], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3 A.9], flimkien ma’ dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3 A.10], flimkien ma’ dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3 A.11].

8.

Id-dejn miżmum minn bank ċentrali [3 A.8] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta’ S.121.

9.

Id-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3 A.9] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta’ S.122 jew S.123.

10.

Id-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3 A.10] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta’ S.124, S.125, S.126, S.127, S.128 jew S.129.

11.

Id-dejn miżmum minn residenti oħra [3 A.11] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta’ S.11, S.14 jew S.15.

12.

Id-dejn miżmum minn dawn li mhumiex residenti tal-Istat Membru [3 A.12] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1], li hija attiv ta’ S.2.

13.

Id-dejn iddenominat f’valuta nazzjonali [3 A.13] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] iddenominata fil-valuta legali tal-Istat Membru.

14.

Id-dejn iddenominat f’valuti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro [3 A.14] huwa ugwali – qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru taż-żona tal-euro – għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] iddenominata fil-valuta legali ta’ wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro (ħlief għall-valuta nazzjonali [3 A.13]), flimkien mad-dejn iddenominat f’ecus jew f’euro.

15.

Id-dejn iddenominat f’valuti oħra [3 A.15] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li mhijiex inkluża fi [3 A.13] jew [3 A.14].

16.

Id-dejn fuq żmien qasir [3 A.16] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta’ sena jew inqas.

17.

Id-dejn fuq żmien twil [3 A.17] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija ta’ aktar minn sena.

18.

Id-dejn fuq żmien twil li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3 A.18] huwa ugwali għal dik il-parti ta’ dejn fuq żmien twil [3 A.17] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

19.

Id-dejn b’maturità residwa sa sena [3 A.19] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b’maturità residwa ta’ sena jew inqas.

20.

Id-dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin [3 A.20] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin.

21.

Id-dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3 A.21] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u sa ħames snin [3 A.20] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

22.

Id-dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn ħames snin [3 A.22] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn ħames snin.

23.

Id-dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3 A.23] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn ħames snin [3 A.22] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

24.

Il-maturità residwa medja tad-dejn [3 A.24] hija ugwali għall-maturità residwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin.

25.

Id-dejn tal-gvern – bonds b’kupun żero [3 A.25] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-għamla ta’ bonds b’kupun żero, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta’ kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tat-tifdija u tal-ħruġ.

26.

Id-dejn tal-gvern – self mogħti minn bank ċentrali [3 A.26] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn tal-gvern [3 A.1] fl-istrument ta’ self (AF.4) li huwa attiv ta’ S.121.

Tabella 3B

1.

Id-dejn tal-gvern (mhux konsolidat bejn is-subsetturi) [3B.1] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.13, bl-esklużjoni ta’ (a) il-passiv ta’ S.1311 li huwa wkoll attivi ta’ S.1311; (b) il-passiv ta’ S.1312 li huwa wkoll attiv ta’ S.1312; (c) il-passiv ta’ S.1313 li huwa wkoll attiv ta’ S.1313; u (d) il-passiv ta’ S.1314 li huwa wkoll attiv ta’ S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

2.

L-elementi konsolidattivi [3B.2] huma ugwali għall-passiv ta’ S.13 li huwa wkoll attiv ta’ S.13 bl-esklużjoni ta’ (a) il-passiv ta’ S.1311 li huwa wkoll attiv ta’ S.1311; (b) il-passiv ta’ S.1312 li huwa wkoll attiv ta’ S.1312; (c) il-passiv ta’ S.1313 li huwa wkoll attiv ta’ S.1313; u (d) il-passiv ta’ S.1314 li huwa wkoll attiv ta’ S.1314, fil-valuta u d-depożiti [3B.3], flimkien ma’ titoli ta’ dejn fuq żmien qasir [3B.4], flimkien ma’ titoli ta’ dejn fuq żmien twil [3B.5], flimkien ma’ self [3B.6].

3.

L-elementi konsolidattivi f’valuta u depożiti [3B.3] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fil-valuta tal-istrument u d-depożiti (F.2).

4.

L-elementi konsolidattivi f’titoli ta’ dejn żmien qasir [3B.4] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta’ dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta’ sena jew inqas (F.31).

5.

L-elementi konsolidattivi f’titoli ta’ dejn fuq żmien twil [3B.5] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta’ dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tiegħu huwa ta’ aktar minn sena (F.32).

6.

L-elementi konsolidattivi fis-self [3B.6] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fis-self tal-istrument (F.4).

7.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali (konsolidat) [3B.7] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1311, li mhuwiex attiv ta’ S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

8.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-gvern statali [3B.8] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1311 li huwa attiv ta’ S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

9.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-gvern lokali [3B.9] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1311 li huwa attiv ta’ S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

10.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.10] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1311, huwa attiv ta’ S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

11.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali (konsolidat) [3B.11] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li mhuwiex attiv ta’ S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

12.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.12] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1312 li huwa attiv ta’ S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

13.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali u miżmum mill-gvern lokali [3B.13] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1312 li huwa attiv ta’ S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

14.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.14] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1312, li huwa attiv ta’ S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

15.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali (konsolidat) [3B.15] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li mhuwiex attiv ta’ S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

16.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.16] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1313 li huwa attiv ta’ S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

17.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-gvern statali [3B.17] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1313 li huwa attiv ta’ S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

18.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali u miżmum mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.18] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1313, li huwa attiv ta’ S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

19.

Id-dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali (konsolidat) [3B.19] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1314, li mhuwiex attiv ta’ S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

20.

Id-dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern ċentrali [3B.20] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1314 li huwa attiv ta’ S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

21.

Id-dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern statali [3B.21] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1314 li huwa attiv ta’ S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].

22.

Id-dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali u miżmum mill-gvern lokali [3B.22] huwa ugwali għall-passiv ta’ S.1314 li huwa attiv ta’ S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3 A.1].


(1)  [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  It-terminu “kategoriji” jirreferi għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.


ANNESS III

INFORMAZZJONI STATISTIKA TRAŻMESSA MILL-Eurostat  (1)

Statistiċi dwar dħul, nefqa u defiċit/bilanċ favorevoli

Tabella 1A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Defiċit (-) jew bilanċ favorevoli (+)

1 = 6 – 21

1 = 2 + 3 + 4 + 5

Gvern ċentrali

2

Gvern statali

3

Gvern lokali

4

Fondi tas-sigurtà soċjali

5

Dħul totali

6 = 7 + 19

Dħul totali kurrenti

7 = 8 + 9 + 13 + 16 + 17

Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid eċċ.

8

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet

9

Taxxi fuq prodotti

10

li minnhom: taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

11

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

12

Kontribuzzjonijiet soċjali netti

13

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem

14

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali reali ta’ unitajiet domestiċi

15

Bejgħ

16

Dħul kurrenti ieħor

17

li minnu: imgħax li jrid jiġi riċevut

18

Dħul totali ta’ kapital

19

li minnu: taxxi kapitali

20

Nefqa totali

21 = 22 + 31

Nefqa kurrenti totali

22 = 23 + 24 + 26 + 27 + 28 + 29 + 30

Konsum intermedjarju

23

Kumpens tal-impjegati

24

Imgħax li jrid jitħallas

26

Sussidji li jridu jitħallsu

27

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus

28

Trasferimenti soċjali mhux fi flus – produzzjoni tas-suq mixtrija

29

Nfiq attwali ieħor

30

Nefqa kapitali totali

31 = 32 + 33 + 34

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross

32

Akkwisti oħra nett ta’ attiv mhux finanzjarju u bidliet fl-inventarji

33

Trasferimenti ta’ kapital pagabbli

34

Partiti tal-memorandum:

 

Trasferimenti ta’ kapital li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali vvalutati iżda li x’aktarx ma jinġabrux

35


Tabella 1C

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Nefqa fuq il-konsum finali

1 = 2 + 3

1 = [1 A.23] + [1 A.24] + [1 A.29] + 4 + 5 + 6 – [1 A.16]

Nefqa fuq il-konsum individwali

2

Nefqa fuq il-konsum kollettiv

3

Konsum ta’ kapital fiss

4

Taxxi fuq produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji riċevuti

5

Bilanċ favorevoli tal-operat nett

6

Partiti tal-memorandum:

 

Prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet kurrenti

9


(1)  L-informazzjoni statistika speċifikata f’dan l-Anness mhijiex irrapportata mill-BĊNi lill-BĊE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4).


ANNESS IV

LINJA GWIDA MĦASSRA FLIMKIEN MAL-LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 12)

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2013/23)

(ĠU L 2, 7.1.2014, p. 12).

 

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2014/21)

(ĠU L 267, 6.9.2014, p. 9).

L-Annessi I u II ġew sostitwiti

Linja Gwida (UE) 2018/861 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-24 ta’ April 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2018/13)

(ĠU L 153, 15.6.2018, p. 161).

L-Annessi I u II ġew sostitwiti

Linja Gwida (UE) 2020/1552 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-14 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2020/50)

(ĠU L 354, 26.10.2020, p. 22).

L-Artikolu 7, il-paragrafi 2 u 3, ġew sostitwiti;

L-Artikolu 7, il-paragrafu 4, miżjud.


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Linja Gwida BĊE/2013/23

Din il-Linja Gwida

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Annessi I-II

Anness III

Anness IV

Artikolu 13

Artikolu 14

Annessi I-II

Anness III

Anness IV

Anness V


ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2025/603/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)