|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/597 |
1.4.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/597
tat-28 ta’ Marzu 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 fir-rigward tal-istandard armonizzat dwar il-prevenzjoni u l-protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art — tagħmir u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f’arja kombustibbli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 4798 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE (it-“talba”). L-istandards armonizzati mitluba kellhom jindirizzaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/34/UE u fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat li ġej, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1668 (4): EN 14983:2007 – Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art — Tagħmir u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f’arja kombustibbli. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 14983:2024 – Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art — tagħmir u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f’arja kombustibbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 14983:2024 jikkonformax mat-talba. |
|
(5) |
L-istandard EN 14983:2024 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/34/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 14983:2024 jenħtieġ li tiġi inkluża f’dak l-Anness. |
|
(7) |
Jeħtieġ li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 14983:2007 tiġi rtirata mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ġiet riveduta. Għalhekk, jixraq li dik ir-referenza titħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668. |
|
(8) |
Biex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzatEN 14983:2024 l-irtirar tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14983:2007 jeħtieġ jiġi diferit. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-konformità mal-istandards armonizzati tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2026.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/34/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 4798 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika Standardizzazzjoni fir-rigward ta’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1668 tat-28 ta’ Settembru 2022 dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 251, 29.9.2022, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1668/oj).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1668 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
titħassar ir-ringiela 42; |
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/597/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)