|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/581 |
28.3.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/581
tas-27 ta’ Marzu 2025
li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċiklossidim, għad-diklorprop-P, għall-flupiradifuron, għall-metilnonilketon, għaż-żjut tal-pjanti/għaż-żejt taċ-ċitronella, għas-sorbat tal-potassju u għall-fosfonat tal-potassju f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanzi attivi ċiklossidim, diklorprop-P, flupiradifuron u fosfonat tal-potassju ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Ġie konkluż li ma kien meħtieġ l-ebda MRL għas-sustanzi attivi metilnonilketon u żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella. Għalhekk, dawn is-sustanzi attivi ġew inklużi fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Ma ġie stabbilit l-ebda MRL speċifiku għas-sustanza attiva sorbat tal-potassju. Għalhekk, għal din is-sustanza attiva japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stabbilit fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fir-rigward taċ-ċiklossidim, tressqet applikazzjoni li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għall-frott taż-żerriegħa, għall-berquq/għall-ħawħ, għall-piżelli (bil-miżwed), għall-qamħirrum, għall-pitravi taz-zokkor u għall-ħalib (tan-nagħaġ), skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fir-rigward tad-diklorprop-P, tressqet applikazzjoni bħal din għax-xgħir, għall-ħafur, għas-segala u għall-ħbub tal-qamħ. Fir-rigward tal-fosfonat tal-potassju, tressqet applikazzjoni bħal din għall-qaqoċċ, għall-ħass tal-ħaruf/għall-insalata tal-qamħirrum, għall-iskalora/għall-indivja tal-weraq wiesa’, għall-ħabberxa u għal nebbieta u rimi oħra, għall-krexxuni tal-art, għall-aruka, għall-mustarda ħamra, għall-ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika), għall-“ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”, għall-burdlieq, għall-weraq tas-selq, għall-“ispinaċi u weraq simili”, għall-krexxun, għaż-żerriegħa tal-peprin, għax-xgħir, għall-ħafur u għas-segala. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet kollha ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bagħtet l-applikazzjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, u d-dossiers ta’ sostenn lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(4) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (2). Dawk l-opinjonijiet bagħtithom lill-applikanti, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, u ppubblikathom. |
|
(5) |
Fir-rigward taċ-ċiklossidim fil-frott taż-żerriegħa, fil-berquq/fil-ħawħ, fil-piżelli (bil-miżwed), fil-qamħirrum, fil-pitravi taz-zokkor u fil-ħalib (tan-nagħaġ), l-Awtorità kkonkludiet li d-data kienet xierqa biex tinkiseb jew tiġi kkonfermata l-proposta tal-MRL għall-prodotti bażiċi li qed jiġu vvalutati. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ġie ssodisfat ir-rekwiżit tad-data ta’ konferma fir-rigward tal-provi addizzjonali tar-residwi fuq il-qamħirrum. |
|
(6) |
Għalhekk, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs għaċ-ċiklossidim għal dawk il-prodotti bażiċi fil-livelli rakkomandati mill-Awtorità u li titħassar in-nota f’qiegħ il-paġna tal-qamħirrum li tirreferi għall-provi mhux disponibbli tar-residwi. |
|
(7) |
Fir-rigward tad-diklorprop-P fix-xgħir, fil-ħafur, fis-segala u fil-ħbub tal-qamħ, l-Awtorità kkonkludiet li d-data kienet xierqa biex tinkiseb il-proposta tal-MRL għall-prodotti bażiċi li qed jiġu vvalutati. |
|
(8) |
Għalhekk, jixraq li l-MRL għad-diklorprop-P għal dawk il-prodotti bażiċi jiġi stabbilit fil-livelli rakkomandati mill-Awtorità. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-MRLs għall-fosfonat tal-potassju fil-qaqoċċ, fil-ħass tal-ħaruf/fl-insalata tal-qamħirrum, fl-iskalora/fl-indivja tal-weraq wiesa’, fil-ħabberxa u f’nebbieta u rimi oħra, fil-krexxuni tal-art, fl-aruka, fil-mustarda ħamra, fil-ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika), fil-“ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”, fil-burdlieq, fil-weraq tas-selq, fl-“ispinaċi u weraq simili”, fil-krexxun, fiż-żerriegħa tal-peprin, fix-xgħir, fil-ħafur u fis-segala, l-Awtorità kkonkludiet li d-data kienet biżżejjed biex jinkisbu l-proposti tal-MRL għall-prodotti bażiċi li qed jiġu vvalutati. Hija kkonkludiet li l-konsum fit-tul tar-residwi li jirriżultaw mill-użi proposti ġodda tal-fosfonati tal-potassju x’aktarx li ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-konsumaturi u li meta jitqies il-profil tossikoloġiku tas-sustanza attiva, mhijiex meħtieġa valutazzjoni tar-riskju dijetetiku fuq perjodu ta’ żmien qasir. Għall-ħxejjex tal-weraq żgħir, fosthom l-ispeċijiet tal-brassika, ikkonkludiet li l-kunsiderazzjoni tal-maniġers tar-riskju hija meħtieġa biex dawn jiddeċiedu bejn l-istabbiliment ta’ MRL ta’ 200 mg/kg jew ta’ MRL ta’ 150 mg/kg, li t-tnejn li huma nstabu sikuri għall-konsumaturi. |
|
(10) |
Minħabba l-perjodu iqsar tat-tkabbir tal-ħxejjex tal-weraq żgħir u l-fatt li l-aħħar applikazzjoni normalment ikollha l-akbar impatt fuq ir-residwu mistenni, jixraq li l-MRL jiġi stabbilit għal 200 mg/kg, l-istess livell kif stabbilit għall-prodotti l-oħra fil-grupp “ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”. |
|
(11) |
Abbażi tar-rapport xjentifiku tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-modifiki proposti għall-MRLs għaċ-ċiklossidim, għad-diklorprop-P u għall-fosfonat tal-potassju għall-prodotti bażiċi kkonċernati huma aċċettabbli. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-flupiradifuron, fit-2 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni Codex Alimentarius adottat limiti massimi ġodda ta’ residwi tal-Codex (“CXLs”) għal din is-sustanza attiva (3). |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fejn jeżistu standards internazzjonali jew fejn it-tlestija tagħhom tkun imminenti, dawn iridu jitqiesu fl-iżvilupp jew fl-adattament tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn dawn l-istandards jew partijiet rilevanti minnhom ikunu mezz ineffettiv jew mhux adattat għat-twettiq tal-objettivi leġittimi tal-liġi dwar l-ikel tal-Unjoni, jew fejn ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew fejn dawn jirriżultaw f’livell differenti ta’ protezzjoni minn dak stabbilit bħala xieraq fl-Unjoni. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 13, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, l-Unjoni trid tippromwovi l-konsistenza bejn l-istandards tekniċi internazzjonali u l-liġi dwar l-ikel tal-Unjoni filwaqt li tiżgura li ma jitbaxxiex il-livell għoli ta’ protezzjoni adottat fl-Unjoni. |
|
(14) |
L-Awtorità vvalutat ir-riskji li joħolqu dawk is-CXLs għall-konsumaturi u ppubblikat rapport xjentifiku (5). L-Unjoni ppreżentat riżervi (6) (7) lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi fir-rigward tas-CXLs għal xi kombinamenti ta’ pestiċidi/prodotti, li għalihom l-Awtorità kienet identifikat riskju potenzjali għas-saħħa tal-konsumaturi fir-rapport xjentifiku tagħha. |
|
(15) |
Is-CXLs li għalihom l-Awtorità ma identifikatx riskji għall-konsumaturi fl-Unjoni, u li għalihom l-Unjoni għalhekk ma ppreżentatx riżerva lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi jew lill-Kummissjoni Codex Alimentarius, jistgħu jitqiesu sikuri. Dan huwa l-każ għas-CXLs għall-flupiradifuron fl-ananas u fiż-żerriegħa tal-ġirasol. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li s-CXLs għall-flupiradifuron fl-ananas u fiż-żerriegħa tal-ġirasol jiġu inklużi fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, abbażi tar-rapport xjentifiku tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(17) |
L-approvazzjoni tal-metilnonilketon skadiet fis-26 ta’ Mejju 2017 (8). L-approvazzjoni tal-metilnonilketon ġiet irtirata minħabba n-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-data ta’ konferma meħtieġa li ma kinitx relatata mar-residwi jew mal-esponiment mid-dieta. Madankollu, ma ġie identifikat l-ebda tħassib dwar is-saħħa tal-konsumaturi. Barra minn hekk, is-sustanza attiva hija preżenti b’mod naturali fl-oġġetti tal-ikel u hija sustanza aromatizzanti approvata li tista’ tintuża fit-tipi kollha ta’ ikel aromatizzat. Għalhekk jixraq li din is-sustanza attiva tinżamm fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u titħassar in-nota f’qiegħ il-paġna li tirreferi għall-inklużjoni temporanja tagħha. |
|
(18) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella skadiet fil-31 ta’ Awwissu 2022 minħabba li ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tagħha. Meta jitqies li diversi komponenti taż-żejt taċ-ċitronella jistgħu jkunu preżenti b’mod naturali f’ċerti oġġetti tal-ikel, huwa meqjus ġustifikat li din is-sustanza attiva tinżamm fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u titħassar in-nota f’qiegħ il-paġna li tirreferi għall-inklużjoni temporanja tagħha. |
|
(19) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2015, saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika, u fl-2017 (9) din ma ġietx approvata minħabba tħassib dwar ir-residwi fl-ikel. Bħalissa, japplika l-MRL prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Madankollu, is-sorbat tal-potassju huwa awtorizzat bħala addittiv tal-ikel. Fl-2019, l-Awtorità rrieżaminat is-sikurezza tas-sorbati, inkluż is-sorbat tal-potassju, li jintużaw bħala addittivi tal-ikel (10). L-Awtorità kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-saħħa relatat mal-esponiment tal-konsumaturi għas-sorbati abbażi ta’ Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum ogħla. |
|
(20) |
Għalhekk jixraq li s-sorbat tal-potassju jiġi inkluż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(21) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu.
Modification of the existing maximum residue levels for cycloxydim in various crops. EFSA Journal 2024;22(9): e8996. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8996.
Modification of the existing maximum residue levels for dichlorprop-P in cereal grains. EFSA Journal 2024;22(10): e9003. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9003.
Modification of the existing maximum residue levels in various plant commodities resulting from the use of potassium phosphonates. EFSA Journal 2024;22(6):e8842. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8842.
(3) Il-Programm Konġunt tal-FAO u tad-WHO dwar l-Istandards tal-Ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. Is-sitta u erbgħin sessjoni. Kwartieri ġenerali tal-FAO, Ruma, l-Italja. Mis-27 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru 2023. fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-701-46%252F%25E2%2598%2585Final%252520Report%252FREP23_CACe.pdf.
(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).
(5) EFSA 2023. Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta’ pożizzjoni tal-UE għall-54 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal, 2023:21(8), 1–303. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8111.
(6) Kummenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-Codex CX/PR 23/54/5-Add.1: https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-718-54%252FWDs%252Fpr54_05_Add1x.pdf.
(7) Rapport tal-54 sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi REP23/PR54: https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-718-54%252FREPORT%252FFINAL%252520REPORT%252520CORRIGENDUM%252FREP23_PR54e_CORR.pdf.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/781 tal-5 ta’ Mejju 2017 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 118, 6.5.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/781/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2068 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 49, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2068/oj).
(10) EFSA 2019. Opinion on the follow-up of the re-evaluation of sorbic acid (E200) and potassium sorbate (E202) as food additives. EFSA Journal 2019;17(3):5625. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5625.
ANNESS
L-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonni għaċ-ċiklossidim, għad-diklorprop-P, għall-flupiradifuron u għall-fosfonat tal-potassju huma sostitwiti b’dan li ġej: “ANNESS II Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/581/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)