European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/579

24.4.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 272/2024

tas-6 ta’ Diċembru 2024

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/579]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1611 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tat-trab tal-iżomaltulożju bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“—

32024 R 1611: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1611 tas-6 ta' Ġunju 2024 (ĠU L, 2024/1611, 7.6.2024).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 252 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2090):

“253.

32024 R 1611: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1611 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tat-trab tal-iżomaltulożju bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 2024/1611, 7.6.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1611 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. EIDE


(1)   ĠU L 2024/1611, 7.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1611/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/579/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)