European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/568

24.4.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 303/2024

tas-6 ta' Diċembru 2024

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2025/568]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2698 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 21azkd (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/941) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“21azke.

32023 D 2698: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2698 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2698, 6.12.2023).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2698 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. EIDE


(1)   ĠU L, 2023/2698, 6.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2698/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/568/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)