|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“36.
|
Bertrand BISIMWA
|
Funzjoni/grad: Mexxej (President) tal-fergħa politika tal-‘Moviment tat-23 ta’ Marzu’ (M23)
Data tat-twelid: 8.9.1972
Post tat-twelid: Bukavu, Democratic Republic of the Congo
Nazzjonalità: Kongoliża
Sess: raġel
|
Bertrand Bisimwa għandu pożizzjoni ewlenija bħala President tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu (M23), moviment armat mhux governattiv.
L-M23 isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz tal-inċitament tal-vjolenza. Barra minn hekk, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil ta’ ċivili u attakki u vjolenza sesswali kontrihom, kif ukoll għar-reklutaġġ ta’ tfal.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23, Bertrand Bisimwa huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
37.
|
Ruki KARUSISI
|
magħruf ukoll bħala Rocky
Funzjoni/grad: Maġġur Ġeneral
Kmandant tal-Kmand tal-Forza Speċjali tal-Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF)
Data tat-twelid: 6.5.1974
Sess: raġel
Nazzjonalità: Rwandiża
Numru tas-servizz RDF: 2357
|
Il-Maġġur Ġeneral Ruki Karusisi huwa l-kmandant tal-Forzi Speċjali tal-Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF), skjerata fil-Lvant tar-RDK.
Il-preżenza tal-RDF fir-RDK għandha bħala l-għan tagħha li ssaħħaħ l-operazzjonijiet tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu/l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK billi jipprovdi truppi u materjal.
Il-preżenza tal-RDF tikkostitwixxi ksur tal-integrità territorjali tar-RDK u ssostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-reġjun. Hija responsabbli wkoll għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż kastig kollettiv, u ssostni abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-membri tal-M23.
Minħabba r-rwol ta’ kmand tiegħu fil-Kmand tal-Forza Speċjali tal-RDF skjerata fil-Lvant tar-RDK, Ruki Karusisi huwa responsabbli li jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-reġjun. Huwa responsabbli wkoll li jipprovdi appoġġ għal entitajiet li jsostnu l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
38.
|
Désiré RUKOMERA
|
Funzjoni/grad: Kap tar-reklutaġġ u l-propaganda tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu (M23)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Rwandiża
|
Désiré Rukomera għandu pożizzjoni ewlenija bħala kap tar-reklutaġġ u l-propaganda tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu (M23), moviment armat mhux governattiv, sa minn Jannar 2024.
L-M23 isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz tal-inċitament tal-vjolenza. Barra minn hekk, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil ta’ ċivili u attakki u vjolenza sesswali kontrihom, kif ukoll għar-reklutaġġ ta’ tfal.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23, Désiré Rukomera huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
39.
|
John Imani NZENZE
|
magħruf ukoll bħala Mike Bravo
Funzjoni/grad: ‘Kurunell’ u kap tal-intelligence ‘G2’ tal-grupp armat M23 (M23).
Data tat-twelid: 6.8.1978
Post tat-twelid: Kakwende (South Kivu)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Kongoliża
|
John Imani Nzenze għandu pożizzjoni ewlenija bħala Kurunell tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu (M23), moviment armat mhux governattiv.
L-M23 isostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz tal-inċitament tal-vjolenza. Barra minn hekk, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil ta’ ċivili u attakki u vjolenza sesswali kontrihom, kif ukoll għar-reklutaġġ ta’ tfal.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23, John Imani Nzenze huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
40.
|
Eugene NKUBITO
|
Funzjoni/grad: Kmandant It-3 diviżjoni (Maġġur Ġeneral) tal-Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Rwandiża
Numru tas-servizz RDF: 218
|
Il-Maġġur Ġeneral Eugène Nkubito għandu pożizzjoni ewlenija bħala Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-Forza Speċjali tad-Difiża tar-Rwanda (RDF), skjerata fil-Lvant tar-RDK u b’mod aktar speċifiku fil-provinċja ta’ North Kivu. Ilu f’din il-pożizzjoni minn Awwissu 2022.
Il-preżenza tal-RDF fir-RDK RDK għandha bħala l-għan tagħha li ssaħħaħ l-operazzjonijiet tal-Moviment 23 ta’ Marzu/l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Kongo tal-Lvant billi jipprovdi truppi u materjal.
Il-preżenza tal-RDF tikkostitwixxi ksur tal-integrità territorjali tar-RDK u ssostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-reġjun. Hija responsabbli wkoll għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż kastig kollettiv, u ssostni abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-membri ta’ M23.
Minħabba r-rwol ta’ kmand tiegħu fit-Tielet Diviżjoni tal-Forza tal-RDF skjerata fil-Lvant tar-RDK, Eugène Nkubito huwa responsabbli li jsostni l-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-reġjun.
|
17.3.2025
|
|
41.
|
Pascal MUHIZI
|
Funzjoni/grad: Kmandant tat-2 Diviżjoni (Brigadier) tal-Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF)
Nazzjonalità: Rwandiża
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF); Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC)
Numru tas-servizz RDF: 451
|
Pascal Muhizi ilu Brigadier tal-Forza tad-Difiża tar-Rwanda (RDF) minn Ġunju 2021 u huwa l-Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-RDF, skjerata fil-Lvant tar-RDK minn Awwissu 2023.
Il-preżenza tal-RDF tikkostitwixxi ksur tal-integrità territorjali tar-RDK ussostni wkoll il-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-reġjun kif ukoll l-abbużi u ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn membri tal-moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC).
Minħabba l-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fit-tieni diviżjoni tal-RDF preżenti fir-RDK, il-Brigadier Pascal Muhizi huwa responsabbli għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
42.
|
Jean-Bosco NZABONIMPA MUPENZI
|
Funzjoni/grad: Viċi Kap tad-Dipartiment tal-finanzi u l-produzzjoni tal-M23
Post tat-twelid: Rubaya, Masisi, North Kivu
Nazzjonalità: Kongoliża
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC)
|
Jean-Bosco Nzabonimpa Mupenzi huwa l-Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Produzzjoni tal-Moviment tat-23 ta’ Marzu/Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża (M23/ARC) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b’mod aktar speċifiku fil-provinċja ta’ North Kivu ta’ Fuq, sa minn Jannar 2024.
L-M23 huwa grupp armat ribelli responsabbli għall-kunflitt armat attwali. Isostni wkoll il-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-reġjun kif ukoll l-abbużi u ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn membri tal-M23, inkluż qtil ta’ ċivili u attakki u vjolenza sesswali kontrihom, kif ukoll reklutaġġ ta’ tfal.
Jean-Bosco Nzabonimpa Mupenzi jappoġġa lill-grupp armat M23, b’mod partikolari billi jmexxi d-Dipartiment tal-Finanzi u l-Produzzjoni tal-M23, kif ukoll billi jieħu sehem fit-taħriġ ta’ rekluti ġodda.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23, Jean-Bosco Nzabonimpa Mupenzi huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025
|
|
43.
|
Francis KAMANZI
|
Funzjoni/grad: Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Rwanda Mines, Petroleum and Gas Board (RMB)
Nazzjonalità: Rwandiża
Sess: raġel
|
Francis Kamanzi għandu pożizzjoni ewlenija bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Rwanda Mines, Petroleum and Gas Board (RMB) sa minn Frar 2024.
Il-minerali għadhom qed jiġu estratti f’żoni ta’ estrazzjoni kkontrollati mill-Moviment tat-23 ta’ Maruz (M23) u ttraffikati lejn ir-Rwanda għall-benefiċċju kemm tal-Alleanza Fleuve Congo/M23 kif ukoll tal-ekonomija tar-Rwanda, fejn dawn il-minerali ta’ kunflitt jitħalltu mal-produzzjoni tar-Rwanda.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-RMB, Francis Kamanzi huwa responsabbli għall-isfruttament tal-kunflitt armat, l-instabbiltà jew l-insigurtà fir-RDK, inkluż permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta’ riżorsi naturali.
|
17.3.2025
|
|
44.
|
Joseph MUSANGA BAHATI
|
magħruf ukoll bħala
‘Erasto’; ‘Bahati Erasto’; ‘Colonel Erasto’; ‘Colonel Bahati Musanga’
Funzjoni/grad: Gvernatur ta’ North Kivu
Data tat-twelid: 18.8.1978
Post tat-twelid: Bashali-Mokoto (Busumba)
Nazzjonalità: Kongoliża
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: Moviment tat-23 ta’ Marzu/Alliance Fleuve Congo (M23/AFC)
|
Joseph Bahati Musanga huwa persuna importanti fl-istruttura tal-grupp ribelli tat-23 ta’ Marzu (M23) u fl-Alliance Fleuve Congo. Kellu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Finanzi tal-M23 għal diversi snin.
F’Jannar 2024 huwa nħatar gvernatur ta’ North Kivu bħala parti mill-‘amministrazzjoni’ illegali ġdida imposta mill-M23, bi ksur tas-sovranità Kongoliża.
L-istabbiliment ta’ amministrazzjoni parallela fir-RDK jikkostitwixxi ksur tal-integrità territorjali tar-RDK. Isostni wkoll il-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-reġjun kif ukoll l-abbużi u ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn membri tal-M23.
Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-M23, Joseph Bahati Musanga huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK.
|
17.3.2025”;
|